This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1408
Commission Regulation (EU) 2021/1408 of 27 August 2021 amending Regulation (EC) No 1881/2006 as regards maximum levels of tropane alkaloids in certain foodstuffs (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1408 tas-27 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-alkalojdi tropaniċi f’ċerti oġġetti tal-ikel (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1408 tas-27 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-alkalojdi tropaniċi f’ċerti oġġetti tal-ikel (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/6193
ĠU L 304, 30.8.2021, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915
30.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1408
tas-27 ta’ Awwissu 2021
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-alkalojdi tropaniċi f’ċerti oġġetti tal-ikel
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti, inkluż l-alkalojdi tropaniċi, fl-oġġetti tal-ikel. |
(2) |
L-atropina hija taħlita raċemika ta’ (-)-joxjamina u (+)-joxjamina li minnha l-enantjomeru (-)-joxjamina biss juri attività antikolinerġika. Mhuwiex dejjem possibbli li ssir distinzjoni bejn l-enantjomeri tal-joxjamina, għal raġunijiet analitiċi. Madankollu, minħabba li s-sinteżi tal-alkalojdi tropaniċi fil-pjanti twassal għal (-)-joxjamina u għal (-)-skopolamina u mhux għal (+)-joxjamina u (+)-skopolamina, ir-riżultati analitiċi dwar l-atropina u l-iskopolamina fl-ikel li joriġina mill-pjanti jirriflettu l-okkorrenza ta’ (-)-joxjamina u (-)-skopolamina rispettivament. |
(3) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni fl-2013 dwar l-alkalojdi tropaniċi fl-ikel u fl-għalf (3). L-Awtorità stabbiliet grupp ta’ doża akuta ta’ referenza (“DAR”) ta’ 0,016 μg/kg f’piż tal-ġisem (body weight, “b.w.”) espressa bħala s-somma ta’ (-)-joxjamina u (-)-skopolamina, meta wieħed jippreżumi potenza ekwivalenti. L-Awtorità kkonkludiet li, abbażi tal-informazzjoni limitata disponibbli, l-esponiment tal-kontaminanti fid-dieta tat-trabi li jkunu telqu jimxu tista’ taqbeż b’mod sinifikanti l-grupp ta’ DAR. Għalhekk, enfasizzat il-ħtieġa għal karatterizzazzjoni aħjar tal-alkalojdi tropaniċi fl-ikel u fl-għalf, naturali jew bħala kontaminanti, u rrakkomandat li tinġabar data analitika dwar l-okkorrenza tal-alkalojdi tropaniċi fiċ-ċereali u fiż-żrieragħ taż-żejt. |
(4) |
Filwaqt li tqiesu l-konklużjonijiet tal-opinjoni, il-livelli massimi għall-atropina u għall-iskopolamina ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/239 (4) f’ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u t-tfal żgħar, li fihom il-millieġ, is-sorgu, il-qamħ Saraċin jew il-prodotti derivati minnhom. |
(5) |
Wara r-rakkomandazzjoni fl-opinjoni tagħha tal-2013, l-Awtorità ppubblikat sejħa għal proposti biex tinvestiga l-konċentrazzjonijiet tal-alkalojdi tropaniċi f’firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-ikel derivati mill-pjanti f’reġjuni differenti fl-Unjoni. Is-sejbiet tal-investigazzjoni kienu ppubblikati fit-8 ta’ Diċembru 2016 (5). |
(6) |
Fil-5 ta’ Frar 2018, l-Awtorità ppubblikat rapport xjentifiku dwar il-valutazzjoni tal-esponiment akut mid-dieta għall-alkalojdi tropaniċi fil-popolazzjoni tal-Unjoni, filwaqt li qieset id-data ġdida ta’ okkorrenza (6). Id-DAR inqabżet għal diversi gruppi tal-popolazzjoni f’diversi gruppi ta’ esponiment akut. Għalhekk, il-preżenza tal-alkalojdi tropaniċi, b’mod partikolari l-atropina u l-iskopolamina, issir kwistjoni ta’ tħassib għas-saħħa. |
(7) |
Jenħtieġ li l-livelli massimi ta’ dawk l-alkalojdi tropaniċi jiġu stabbiliti għall-oġġetti tal-ikel li jinstab li fihom konċentrazzjoni għolja ta’ alkalojdi tropaniċi u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-esponiment tal-popolazzjoni, jiġifieri ta’ ċerti ċereali, ta’ prodotti derivati minnhom u tal-infużjonijiet erbali. Fir-rigward taċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali b’mod partikolari, prattiki agrikoli u tal-ħsad tajbin inaqqsu ħafna l-kontaminazzjoni tal-għelejjel minn-żrieragħ ta’ speċijiet li fihom l-alkalojdi tropaniċi, bħad-Datura stramonium. Fil-każ ta’ kontaminazzjoni, dawk iż-żrieragħ jistgħu jitneħħew għal ċerti ċereali billi jintgħażlu u jitnaddfu. Madankollu, dawn ma jistgħux jitneħħew faċilment mis-sorgu, mill-millieġ, mill-qamħirrum u mill-qamħ Saraċin. Minħabba li l-livelli massimi għal dawk l-oġġetti tal-ikel huma ogħla mil-livelli stabbiliti għall-oġġetti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar, jista’ jiġi stabbilit livell massimu għas-somma tal-atropina u tal-iskopolamina għal kull wieħed minn dawk il-prodotti tal-ikel. |
(8) |
Barra minn hekk, data ta’ monitoraġġ riċenti tindika li l-ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali u l-ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar li jkun fih qamħirrum jew prodotti derivati mill-qamħirrum jistgħu jiġu wkoll kkontaminati bl-alkalojdi tropaniċi. Huwa għalhekk xieraq li l-livelli massimi eżistenti għall-ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali u għall-ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar jiġu estiżi għal dan l-ikel. |
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Minħabba li l-prattiki agrikoli u tal-ħsad tajbin ġew introdotti jew implimentati biss reċentement u sabiex l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-popolazzjonijiet vulnerabbli, huwa xieraq li fir-rigward ta’ ikel ieħor għajr ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar li fihom il-qamħirrum, jiġi pprovdut perjodu raġonevoli sakemm jibdew japplikaw il-livelli massimi u perjodu ta’ tranżizzjoni għall-oġġetti tal-ikel kollha li kienu tqiegħdu fis-suq legalment qabel id-data tal-applikazzjoni tagħhom. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali u l-ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar, li fih qamħirrum jew prodotti derivati minnhom, li jitqiegħed fis-suq legalment qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jista’ jibqa’ fis-suq sad-data tad-durabbiltà minima tiegħu jew sad-data tal-iskadenza tiegħu.
L-oġġetti tal-ikel elenkati fil-punti 8.2.2 sa 8.2.9. tal-Anness, li jitqiegħdu fis-suq legalment qabel l-1 ta’ Settembru 2022, jistgħu jibqgħu fis-suq sad-data tad-durabbiltà minima tagħhom jew sad-data tal-iskadenza tagħhom.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Awwissu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(3) Scientific Opinion on tropane alkaloids in food and feed. EFSA Journal 2013;11(10):3386, 113 pp. doi:10.2903/j.efsa.2013.3386.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/239 tad-19 ta’ Frar 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta’ alkalojdi tropaniċi f’ċertu ikel b’bażi ta’ ċereali għat-trabi u t-tfal żgħar (ĠU L 45, 20.2.2016, p. 3)
(5) Mulder, PPJ., De Nijs, M., Castellari, M., Hortos, M., MacDonald, S., Crews, C., Hajslova, J. u Stranska, M., 2016. “Occurrence of tropane alkaloids in food”. Pubblikazzjoni ta’ sostenn tal-EFSA 2016:EN-1140, 200 pp. doi:10.2903/sp.efsa.2016.EN-1140.
(6) Arcella, D., Altieri, A., Horváth, Zs, 2018. ‘Scientific report on human acute exposure assessment to tropane alkaloids’. EFSA Journal 2018;16(2):5160, 29 pp. doi:10.2903/j.efsa.2018.5160.
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, it-taqsima 8, l-entrata 8.2 hija sostitwita b’dan li ġej:
“Oġġetti tal-ikel (1) |
Livell massimu (μg/kg) |
||||||
8.2. |
Alkalojdi tropaniċi (*1) |
|
|||||
|
|
Atropina |
Skopolamina |
||||
8.2.1. |
Ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar, li fih il-millieġ, is-sorgu, il-qamħ Saraċin, il-qamħirrum jew il-prodotti derivati minnhom (3) (29) |
1,0 |
1,0 |
||||
|
|
Somma tal-atropina u l-iskopolamina |
|||||
8.2.2. |
Millieġ u sorgu mhux ipproċessati (18) |
5,0 mill-1 ta’ Settembru 2022 |
|||||
8.2.3. |
Qamħirrum mhux ipproċessat (18) minbarra
|
15 mill-1 ta’ Settembru 2022 |
|||||
8.2.4. |
Qamħ Saraċin mhux ipproċessat (18) |
10 mill-1 ta’ Settembru 2022 |
|||||
8.2.5. |
Qamħirrum Millieġ, sorgu u qamħirrum imqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali Prodotti tat-tħin tal-millieġ, tas-sorgu u tal-qamħirrum |
5,0 mill-1 ta’ Settembru 2022 |
|||||
8.2.6. |
Qamħ Saraċin imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali Prodotti tat-tħin tal-qamħ Saraċin |
10 mill-1 ta’ Settembru 2022 |
|||||
8.2.7. |
Infużjonijiet erbali (prodott imnixxef) minbarra l-infużjonijiet erbali msemmija f’8.2.8. |
25 mill-1 ta’ Settembru 2022 |
|||||
8.2.8. |
Infużjonijiet erbali (prodott imnixxef) taż-żrieragħ tal-ħlewwa |
50 mill-1 ta’ Settembru 2022 |
|||||
8.2.9. |
Infużjonijiet erbali (likwidi) |
0,20 mill-1 ta’ Settembru 2022 |
(*1) L-alkalojdi tropaniċi msemmija huma l-atropina u l-iskopolamina.”