This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0048
Council Regulation (EU) 2021/48 of 22 January 2021 amending Regulation (EC) No 147/2003 concerning restrictive measures in respect of Somalia
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/48 tat-22 ta’ Jannar 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/48 tat-22 ta’ Jannar 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja
ĠU L 23, 25.1.2021, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 23/1 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/48
tat-22 ta’ Jannar 2021
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 (2) dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja jirrestrinġi l-għoti ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja u assistenza teknika relatati ma’ attivitajiet militari fir-rigward ta’ oġġetti u teknoloġija inklużi fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (3) lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja. Huwa jirrestrinġi wkoll il-provvista lis-Somalja ta’ oġġetti li jistgħu jikkontribwixxu għall-manifattura ta’ apparati splussivi improvviżati (“IEDs”). |
(2) |
Fit-12 ta’ Novembru 2020, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 2551 (2020). Din ir-Riżoluzzjoni, inter alia, temenda l-eżenzjonijiet għall-embargo fuq l-armi fir-rigward ta’ ċerti provvisti ta’ armi u l-finanzjament, l-assistenza finanzjarja u l-assistenza teknika relatati maħsuba għall-forzi tas-sigurtà Somali u tespandi l-lista ta’ oġġetti kkontrollati li jistgħu jikkontribwixxu għall-manifattura tal-IEDs. |
(3) |
Fit-22 ta’ Jannar 2021, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/48 (4), li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK f’konformità mar-Riżoluzzjoni 2551 (2020) tal-KSNU. |
(4) |
Xi wħud minn dawn l-emendi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat, u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 147/2003 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 1. Huma pprojbiti:
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 1a Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(3) |
l-Artikolu 2a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2a B’deroga mill-Artikolu 1, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur tas-servizzi, kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness I, tista’ tawtorizza:
|
(4) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(5) |
l-Anness III huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A.P. ZACARIAS
(1) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja (ĠU L 24, 29.1.2003, p. 2).
(4) Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
Fl-Anness III, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. |
Materjali splussivi, kif ġej, u taħlitiet li jkollhom waħda jew aktar minn dawn:
|
(1) Il-kodiċijiet tan-nomenklatura jittieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u kif stipulat fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati mil-leġiżlazzjoni sussegwenti.”