Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32021L1159
Council Directive (EU) 2021/1159 of 13 July 2021 amending Directive 2006/112/EC as regards temporary exemptions on importations and on certain supplies, in response to the COVID-19 pandemic
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/1159 tat-13 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-eżenzjonijiet temporanji fuq importazzjonijiet u fuq ċerti provvisti, b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/1159 tat-13 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-eżenzjonijiet temporanji fuq importazzjonijiet u fuq ċerti provvisti, b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19
ST/10114/2021/INIT
ĠU L 250, 15.7.2021, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
15.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/1 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2021/1159
tat-13 ta’ Lulju 2021
li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-eżenzjonijiet temporanji fuq importazzjonijiet u fuq ċerti provvisti, b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) |
F’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3), l-Istati Membri jridu jeżentaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) l-importazzjoni ta’ merkanzija minn, u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi lil, l-Unjoni, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-Bank Ewropew tal-Investiment jew il-korpi stabbiliti mill-Unjoni li għalihom il-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”), japplika, fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet tal-Protokoll u l-ftehimiet għall-implimentazzjoni tiegħu jew il-ftehimiet dwar il-kwartieri ġenerali, sakemm dan ma jwassalx għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. Madankollu, dik l-eżenzjoni hija strettament limitata għal xiri li jsir għal użu uffiċjali u ma testendix għal sitwazzjonijiet fejn merkanzija u servizzi jinxtraw minn korpi tal-Unjoni sabiex jirrispondu għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari meta jkunu ser ikunu disponibbli mingħajr ħlas għall-Istati Membri jew partijiet terzi bħal awtoritajiet jew istituzzjonijiet nazzjonali. |
(2) |
Għalhekk, minħabba li għad hemm ħtieġa urġenti għall-adozzjoni ta’ miżuri sabiex tinħoloq ir-rieda li tittieħed azzjoni meta tiġi indirizzata l-kriżi sanitarja li għaddejja bħalissa, huwa neċessarju li tiġi żgurata eżenzjoni mill-VAT għax-xiri ta’ merkanzija u servizzi mill-Kummissjoni jew minn aġenzija jew korp stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, sabiex jirrispondu għall-pandemija tal-COVID-19. Dan jiżgura li l-miżuri meħuda taħt id-diversi inizjattivi tal-Unjoni f’dik is-sitwazzjoni ma jiġux imfixkla minn ammonti ta’ VAT li ma jistgħux jiġu rkuprati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jew mill-piż tal-konformità li jirriżulta mill-obbligi ta’ reġistrazzjoni għall-VAT. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/2020 (4) mhijiex biżżejjed biex jintlaħaq l-objettiv li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 peress li tippermetti biss, għal perijodu ta’ żmien limitat, l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta’ rati mnaqqsa għall-provvista ta’ apparat mediku dijanjostiku in vitro tal-COVID-19 u servizzi marbuta mill-qrib ma’ tali apparat jew l-għoti ta’ eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti fir-rigward tal-provvista ta’ vaċċini tal-COVID-19 u apparat mediku dijanjostiku in vitro, u servizzi marbuta mill-qrib ma’ tali vaċċini u apparat. |
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 2006/112/KE tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Fid-dawl tal-pandemija attwali tal-COVID-19, il-miżuri li jistgħu jaqgħu taħt l-eżenzjoni l-ġdida biex jiġu indirizzati l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 diġà jinsabu għaddejjin, pereżempju taħt l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/521 (5). Kieku l-VAT kellha titħallas għal tranżazzjonijiet relatati ma’ tali miżuri, riżorsi ta’ valur jintilfu, u dan jirriżulta f’inqas merkanzija u servizzi pprovduti lill-Istati Membri proporzjonalment għall-ammont ta’ taxxa li trid titħallas. Għalhekk, sabiex isir l-aħjar użu mill-baġit tal-Unjoni fl-indirizzar tal-konsegwenzi serji ħafna tal-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li l-eżenzjonijiet introdotti b’din id-Direttiva japplikaw, b’effett retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2021. Tali applikazzjoni retroattiva hija indispensabbli biex jiġi evitat li l-miżuri li qed jittieħdu biex jiġu indirizzati l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 jiġu mċaħħda mill-effett tagħhom. Kwalunkwe aġġustament meħtieġ fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet intaxxati inizjalment jista’ jsir bl-użu ta’ mekkaniżmi ta’ korrezzjoni diġà fis-seħħ, pereżempju permezz ta’ dikjarazzjoni tal-VAT sussegwenti. |
(6) |
Fid-dawl tal-urġenza tas-sitwazzjoni relatata mal-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 143 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 151 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Traspożizzjoni
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw il-miżuri previsti fl-Artikolu 1 mill-1 ta’ Jannar 2021.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta’ kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ŠIRCELJ
(1) Opinjoni tat-18 ta’ Mejju 2021 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tas-27 ta’ April 2021 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/2020 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE fir-rigward ta’ miżuri temporanji b’rabta mat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli għall-vaċċini tal-COVID-19 u għal apparat mediku dijanjostiku in vitro b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 419, 11.12.2020, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/521 tal-14 ta’ April 2020 li jattiva l-appoġġ ta’ emerġenza skont ir-Regolament (UE) 2016/369 u li jemenda d-dispożizzjonijiet tiegħu filwaqt li jqis it-tifqigħa tal-COVID19 (ĠU L 117, 15.4.2020, p. 3).