This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1683
Commission Regulation (EU) 2020/1683 of 12 November 2020 amending Annexes II and III to Regulation (EC) No 1223/2009 of the European Parliament and of the Council on cosmetic products (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1683 tat-12 ta’ Novembru 2020 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1683 tat-12 ta’ Novembru 2020 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/7733
ĠU L 379, 13.11.2020, p. 34–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 13/11/2020
13.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 379/34 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1683
tat-12 ta’ Novembru 2020
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara l-pubblikazzjoni tal-studju xjentifiku bl-isem “Use of permanent hair dyes and bladder cancer risk” fl-2001, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u l-Prodotti li mhumiex tal-Ikel intenzjonati għal Konsumaturi, li wara ġie sostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur (Scientific Committee on Consumer Products, SCCP), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2), ikkonkluda li r-riskji potenzjali tal-użu taż-żebgħa tax-xagħar kienu ta’ tħassib. |
(2) |
L-SCCP irrakkomanda wkoll strateġija ta’ valutazzjoni ġenerali tas-sikurezza għal sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi r-rekwiżiti għall-ittestjar ta’ sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità jew il-karċinoġenità potenzjali tagħhom. |
(3) |
Skont l-opinjonijiet tal-SCCP, il-Kummissjoni qablet mal-Istati Membri u l-partijiet kkonċernati dwar strateġija globali biex tirregola s-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar skont kif l-industrija ntalbet tippreżenta fajls, bid-data xjentifika aġġornata dwar is-sikurezza tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, biex l-SCCP iwettaq valutazzjoni tar-riskji. |
(4) |
L-SCCP, li wara nbidel bil-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (3), ivvaluta s-sikurezza tas-sustanzi individwali taż-żebgħa tax-xagħar li għalihom kienu tressqu fajls aġġornati mill-industrija. |
(5) |
B’riżultat tal-valutazzjoni mill-SCCS, sabiex is-sikurezza ta’ prodotti taż-żebgħa tax-xagħar tiġi żgurata għas-saħħa tal-bniedem huwa neċessarju li l-użu ta’ tliet sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar: 1,2,4-Trihidrossibenżen (4), aċidu 2-[(4-Ammino-2-nitrofenil)-amino]-benżojku (5) u 4-Ammino-3-idrossitoluwen (6) jiġi pprojbit abbażi tal-opinjonijiet finali mogħtija mill-SCCS dwar is-sikurezza tagħhom. Barra minn dan, fid-dawl tal-opinjonijiet finali mill-SCCS dwar sitt sustanzi oħra taż-żebgħa tax-xagħar, Dimethylpiperazinium Aminopyrazolopyridine HCl (7), Methylimidazoliumpropyl p-phenylenediamine HCl (8), HC Orange No. 6 (9), Acid Orange 7 (10), Tetrabromophenol Blue (11) u Indigofera Tinctoria (12), huwa xieraq li l-konċentrazzjonijiet massimi tagħhom fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar jiġu limitati. |
(6) |
Id-definizzjoni ta’ prodott tax-xagħar stabbilita fil-punt (1)(c) tal-Preamboli għall-Annessi II sa VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 teskludi l-applikazzjoni tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fuq ix-xagħar tal-għajnejn, abbażi ta’ livell differenti ta’ riskju ta’ applikazzjoni ta’ prodott kożmetiku fuq ix-xagħar meta mqabbel mal-applikazzjoni tal-istess prodott fuq ix-xagħar tal-għajnejn. Għalhekk kien hemm bżonn ta’ valutazzjoni speċifika tas-sikurezza għall-applikazzjoni tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fuq xagħar l-għajnejn. |
(7) |
Is-sustanza 2-Metossimetil-p-Fenilenedijammina u s-sulfat tagħha huma elenkati taħt l-entrata 292 Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Meta jitqiesu l-konlużjonijiet tal-aħħar opinjoni tal-SCCS (13) dwar l-użu ta’ dawk is-sustanzi fuq ix-xagħar tal-għajnejn, l-ambitu tal-applikazzjoni tar-restrizzjoni li għalihom huma suġġetti jenħtieġ li jiġi estiż għal prodotti maħsuba biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn. |
(8) |
Sabiex jiġi evitat kull riskju relatat mal-autoapplikazzjoni mill-konsumaturi ta’ prodotti maħsuba biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn li fihom il 2-Metossimetil-p-Fenilenedijammina u s-sulfat tagħha, jenħtieġ li dawk il-prodotti jiġu permessi għal użu professjonali biss. |
(9) |
Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jiġu infurmati dwar l-effetti negattivi possibbli tal-applikazzjoni ta’ prodotti maħsuba biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn u biex jitnaqqas ir-riskju tas-sensibilizzazzoni tal-ġilda għal dawk il-prodotti, jenħtieġ li jiġu stampati twissijiet xierqa fuq it-tikketti tagħhom. |
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Huwa xieraq li jingħataw perjodi ta’ żmien raġonevoli sabiex l-industrija tadatta għar-rekwiżiti l-ġodda u jitneħħew gradwalment l-prodotti kożmetiċi li mhumiex f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE tat-3 ta’ Marzu 2004 li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta’ Settembru 2008 li twaqqaf struttura konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21).
(4) SCCS/1598/18.
(5) SCCS/1497/12.
(6) SCCS/1400/11.
(7) SCCS/1584/17.
(8) SCCS/1609/19.
(9) SCCS/1579/16.
(10) SCCS/1536/14.
(11) SCCS/1610/19.
(12) SCCS/1615/20.
(13) SCCS/1603/18.
ANNESS
Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, fit-tabella, jiddaħħlu l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
Fl-Anness III, it-tabella hija emendata kif ġej:
|
(*1) Mit-3 ta’ Settembru 2021 il-prodotti tax-xagħar u tax-xagħar tal-għajnejn li fihom dik is-sustanza ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.
Mit-3 ta’ Ġunju 2022 il-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u tax-xagħar tal-għajnejn li fihom dawk is-sustanzi ma għandhomx ikunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.’