EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1578

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1578 tad-29 ta’ Ottubru 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

ĠU L 362, 30.10.2020, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1578/oj

30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1578

tad-29 ta’ Ottubru 2020

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2015/1755.

(2)

Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li tiġi emendata l-informazzjoni dwar żewġ persuni fiżiċi fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/1755, l-entrati 1 u 2 taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2” huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

“1.

Godefroid BIZIMANA

Ġeneru: Raġel

Data tat-twelid: 23.4.1968

Post tat-twelid: Nyagaseke, Mabayi, Cibitoke

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0001520

“Chargé de missions de la Présidence” u eks Viċi Direttur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali. Fil-31 ta’ Diċembru 2019, is-Sur Bizimana ġie promoss għall-grad ta’ Kap Kummissarju tal-Pulizija. Responsabbli li dgħajjef id‐demokrazija billi ħa deċiżjonijiet operazzjonali li wasslu għal użu sproporzjonat ta’ forza u atti ta’ repressjoni vjolenti lejn dimostrazzjonijiet paċifiċi li bdew fis-26 ta’ April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza.

2.

Gervais NDIRAKOBUCA psewdonimu NDAKUGARIKA

Ġeneru: Raġel

Data tat-Twelid: 1.8.1970

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0000761

Ministru għall-Intern, l-Iżvilupp tal-Komunità u s-Sigurtà Pubblika minn Ġunju 2020. Eks kap tal-Kabinett tal-Amministrazzjoni Presidenzjali (Présidence) responsabbli għal kwistjonijiet relatati mal-Pulizija Nazzjonali bejn Mejju 2013 u Novembru 2019 u eks Direttur Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence bejn Novembru 2019 u Ġunju 2020. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi ta struzzjonijiet li wasslu għal użu sproporzjonat ta’ forza, atti ta’ vjolenza, atti ta’ repressjoni u ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-konfront ta’ persuni li ħadu sehem fi protesti mis-26 ta’ April 2015 ’ il quddiem, wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza, inkluż fis-26, 27 u t-28 ta’ April 2015 fid-distretti ta’ Nyakabiga u Musaga f’Bujumbura.”


Top