Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1367

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1367 tal-1 ta’ Ottubru 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ĠU L 318, 1.10.2020, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1367/oj

1.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1367

tal-1 ta’ Ottubru 2020

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fit-23 ta’ Diċembru 2019, il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, ħabbar il-ftuħ ta’ pont ferrovjarju fuq l-Istrett ta’ Kerch, li indika l-implimentazzjoni tal-proġett usa’ tal-konnessjoni tal-infrastrutturi ferrovjarji tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment u dawk tar-Russja.

(3)

L-Unjoni ma tirrikonoxxix l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa. Il-kostruzzjoni tal-pont u l-linji ferrovjarji li jgħaqqduh mal-infrastruttura preeżistenti tat-trasport għandha l-għan li tikkonsolida l-kontroll tal-Federazzjoni Russa fuq il-Krimea u Sevastopol annessi illegalment u li jiżolaw aktar il-peniżola mill-Ukrajna.

(4)

Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jinżiedu erba’ entitajiet u żewġ individwi mal-lista’ ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għar-rwol tagħhom fit-tfassil, il-bini u l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja li tgħaqqad lir-Russja u l-peniżola tal-Krimea annessa illegalment.

(5)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

 

Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“191.

Alexander Nikolaevich Ganov

(Александр Николаевич ГАНОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 24.10.1974

Post tat-twelid: Voronezh (Federazzjoni Russa)

Direttur Ġenerali tal-JSC TC Grand Service Express, li jopera servizz ferrovjarju bejn ir-Russja u l-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, jappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

1.10.2020

192.

Leonid Kronidovich RYZHENKIN

(Леонид Кронидович РЫЖЕНЬКИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 10.11.1967

Post tat-twelid: mhux magħruf

Numru tal-passaport: 722706177 (fl-2015)

Id-Deputat Direttur Ġenerali għall-proġetti ta’ infrastruttura f’Stroigazmontazh (SGM), li mill-2015 issorvelja l-kostruzzjoni tal-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch (inkluża l-parti ferrovjarja tal-pont) li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, jappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

1.10.2020

 

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

48.

Joint-stock company ‘Lenpromtransproyekt’ (АО ‘Ленпромтранспроект’)

Indirizz: Kondrat’yevskiy Prospekt, 15, building 5/1, 223 St. Petersburg 195197, Russian Federation

Numru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni (nru OGRN): 1027809210054

Numru ta’ identifikazzjoni fiskali (nru INN) 7825064262

Sit web: https://lptp.ru/

Indirizz elettroniku: ptp@sp.ru

ll-kumpannija b’ishma konġunti Lenpromtransproyekt ipparteċipat fil-proġett tal-konnessjoni tal-infrastrutturi ferrovjarji tal-Krimea annessa illegalment u tar-Russja billi fasslet l-approċċi ferrovjarji għall-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch u billi aġixxiet bħala superviżur arkitettoniku waqt il-kostruzzjoni tal-pont li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

1.10.2020

49.

Joint-stock company ‘The Berkakit-Tommot-Yakutsk Railway Line’s Construction Directorate’ (АО ‘Дирекция по строительству железной дороги Беркакит-Томмот-Якутск’)

Indirizz: Mayakovskogo St. 14, city of Aldan 678900, Aldansky District, Russian Federation

Numru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni (nru OGRN): 1121402000213

Numru ta’ identifikazzjoni fiskali (nru INN) 1402015986

Sit web: https://dsgd.ru/

Indirizz elettroniku: info@dsgd.ru; gmn@dsgd.ru

Il-kumpannija b’ishma konġunti The Berkakit-Tommot-Yakutsk Railway Line’s Construction Directorate ipparteċipat fil-proġett tal-konnessjoni tal-infrastrutturi ferrovjarji tal-Krimea annessa illegalment u tar-Russja billi pprovdiet servizzi ta’ inġinerija waqt il-kostruzzjoni ta’ approċċi ferrovjarji għall-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

1.10.2020

50.

Federal State Unitary Enterprise ‘Crimea Railway’ (Федеральное государственное унитарное предприятие ‘Крымская железная дорога’)

Indirizz: 34 Pavlenko St., Simferopol 95006, Ukraine

Numru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni (nru OGRN): 1159102022738

Numru ta’ identifikazzjoni fiskali (nru INN) 9102157783

Sit web: https://crimearw.ru

Indirizz elettroniku: ngkkjd@mail.ru

Il-Federal State Unitary Enterprise Crimea Railway ipparteċipat fil-proġett tal-konnessjoni tal-infrastrutturi ferrovjarji tal-Krimea annessa illegalment u tar-Russja billi kienet is-sid u l-operatur tal-linji ferrovjarji fuq il-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

1.10.2020

51.

First Crimean Insurance Company

(Крымская первая страховая компания)

Indirizz: Butakova Ln, 4, Sevastopol, Ukraine

Numru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni (nru OGRN): 1149102007933

Numru ta’ identifikazzjoni fiskali (nru INN) 9102006047

Sit web: https://kpsk-ins.ru/about

Indirizz elettroniku: info@kspk-ins.ru

Il-First Crimean Insurance Company ipparteċipat fil-proġett tal-konnessjoni tal-infrastrutturi ferrovjarji tal-Krimea annessa illegalment u tar-Russja billi żgurat il-kostruzzjoni tal-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch. Għaldaqstant, qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

1.10.2020”


Top