This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1000
Commission Regulation (EU) 2020/1000 of 9 July 2020 correcting certain language versions of Regulation (EU) No 1253/2014 implementing Directive 2009/125/EC of the European Parliament and of the Council with regard to ecodesign requirements for ventilation units (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1000 tad-9 ta’ Lulju 2020 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1000 tad-9 ta’ Lulju 2020 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/4567
ĠU L 221, 10.7.2020, p. 105–106
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 221/105 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1000
tad-9 ta’ Lulju 2020
li jikkoreġi ċerti verżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Ġermaniża, Griega, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2014 (2) fihom żbalji fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2) fir-rigward tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Dawk l-iżbalji jaffettwaw is-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni. |
(2) |
Il-verżjoni tal-lingwa Maltija tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 fiha żball fil-punt (h) tal-Artikolu 1(2) fir-rigward tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Dak l-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni. |
(3) |
Il-verżjoni tal-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 fiha żball addizzjonali fil-punt 1(9) tal-Anness I, fil-punt 1(o) tal-Anness IV u fil-punt 1(o) tal-Anness V fir-rigward ta’ wieħed mit-termini definiti għall-finijiet tal-Annessi II sa IX. Dak l-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. |
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Ġermaniża, Griega, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet tal-lingwa l-oħrajn mhumiex affettwati. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1253/2014 huwa kkoreġut kif ġej:
l |
Artikolu 1(2) huwa kkoreġut kif ġej:
|
2. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija); |
3. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija); |
4. |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija). |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2014 tas-7 ta’ Lulju 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni (ĠU L 337, 25.11.2014, p. 8).