This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0771
Commission Regulation (EU) 2020/771 of 11 June 2020 amending Annexes II and III to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council and the Annex to Commission Regulation (EU) No 231/2012 as regards the use of Annatto, Bixin, Norbixin (E 160b) (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/771 tal-11 ta’ Ġunju 2020 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-użu tal-Annatto, Bixin, Norbixin (E 160b) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/771 tal-11 ta’ Ġunju 2020 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-użu tal-Annatto, Bixin, Norbixin (E 160b) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/3670
ĠU L 184, 12.6.2020, p. 25–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 184/25 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/771
tal-11 ta’ Ġunju 2020
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-użu tal-Annatto, Bixin, Norbixin (E 160b)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-addittivi tal-ikel, fl-enżimi tal-ikel, fl-aromatizzanti u fin-nutrijenti tal-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (2) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel li huma elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(4) |
Il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista’ tiġi aġġornata f’konformità mal-proċedura komuni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
(5) |
L-Annatto, Bixin, Norbixin (E 160b) hija sustanza awtorizzata bħala kulur f’varjetà ta’ ikel f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(6) |
Annatto, Bixin, Norbixin (E 160b) hija estratta miż-żrieragħ tas-siġra tal-annatto (Bixa orellana L.) u tagħti lill-ikel lewn safrani għal aħmar. Il-pigmenti ewlenin fl-estratti tal-annatto huma l-bixin u n-norbixin. Minkejja li jixxiebhu fl-istruttura, il-bixin u n-norbixin għandhom proprjetajiet fiżikokimiċi differenti ferm u, allura, applikazzjonijiet differenti skont il-karatteristiċi tal-matriċi tal-ikel. |
(7) |
L-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jipprevedi li l-addittivi tal-ikel kollha li kienu diġà permessi fl-Unjoni qabel l-20 ta’ Jannar 2009 huma soġġetti għal valutazzjoni tar-riskji ġdida mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 (4), jistipula li r-rivalutazzjoni tal-kuluri tal-ikel kellha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2015. |
(8) |
Fl-4 ta’ April 2008, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ ħames estratti ġodda ta’ annatto kkategorizzati bħala bbażati fuq il-bixin jew in-norbixin, bil-ħsieb li jieħdu post l-estratti tal-annatto awtorizzati bħalissa (E 160b). L-applikazzjoni inkludiet użi proposti ġodda u livelli ta’ użu għall-bixin u n-norbixin separatament, filwaqt li l-użi u l-livelli ta’ użu attwali huma elenkati għal addittiv tal-ikel uniku (Annatto, Bixin, Norbixin (E 160b)). L-użi u l-livelli tal-użu proposti għall-bixin u n-norbixin jikkonċernaw il-kategoriji tal-ikel li fihom bħalissa l-Annatto, Bixin, Norbixin (E 160b) huwa awtorizzat bħalissa, kif ukoll xi kategoriji addizzjonali tal-ikel fejn l-Annatto, Bixin, Norbixin (E 160b) bħalissa mhux awtorizzat, iżda huma diġà awtorizzati kuluri oħra tal-ikel. |
(9) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjoni tal-Awtorità sabiex taġġorna l-lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, ħlief meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. |
(10) |
Fid-19 ta’ Mejju 2008, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tevalwa s-sikurezza tal-ħames estratti tal-annatto ġodda, skont l-użi u l-livelli ta’ użu proposti. Mal-analiżi tal-applikazzjoni, l-Awtorità identifikat lakuni kbar fid-data u indikat li jkunu meħtieġa studji tossikoloġiċi ġodda. Konsegwentement, fl-14 ta’ Jannar 2011 il-Kummissjoni ddeċidiet li l-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-ħames estratti ġodda se titwettaq bħala parti mir-rivalutazzjoni tal-Annatto, Bixin, Norbixin (E 160b), kif previst bir-Regolament (UE) Nru 257/2010. |
(11) |
Fl-24 ta’ Awwissu 2016, l-Awtorità ħarġet opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza tal-estratti tal-annatto (E 160b) bħala addittiv tal-ikel (5). Fir-rigward tal-estratti tal-annatto awtorizzati bħalissa, l-Awtorità kkonkludiet li s-sikurezza tal-użu tagħhom fi ħdan l-ispeċifikazzjonijiet definiti fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 (bixin u norbixin estratti b’solvent, annatto estratt b’alkali u annatto estratt fiż-żejt) ma setgħetx tiġi vvalutata minħabba nuqqas ta’ data, kemm f’termini ta’ identifikazzjoni kif ukoll studji tossikoloġiċi. Rigward l-estratti tal-annatto l-ġodda u, b’mod partikolari, l-bixin proċessat fl-ilma (Annatto E), l-Awtorità ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar is-sikurezza tagħha minħabba riżultati ta’ ġenotossiċità ekwivoki. Għall-erba’ estratti ġodda li jifdal (il-“bixin estratt b’solvent”, in-“norbixin estratt b’solvent”, in-“norbixin proċessat b’alkali, mill-preċipitazzjoni aċidika”, u n-“norbixin proċessat b’alkali, mhux mill-preċipitazzjoni aċidika”), l-Awtorità indikat li dawn jenħtieġ li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet rakkomandati fl-opinjoni xjentifika. Fl-aħħar nett, l-Awtorità kisbet doża aċċettabbli ta’ kuljum (acceptable daily intake - ADI) ta’ 6 mg ta’ bixin/kg ta’ piż tal-ġisem kuljum u ADI ta’ 0,3 mg ta’ norbixin/kg ta’ piż tal-ġisem kuljum. Stimi ta’ esponiment marbuta mal-użi u l-livelli ta’ użu proposti għall-bixin kienu taħt l-ADI għall-gruppi kollha tal-popolazzjoni u għaż-żewġ xenarji ta’ esponiment irfinati (xenarji ta’ esponiment li jqisu d-ditta u dawk fejn ma titqiesx id-ditta). Madankollu, għan-norbixin, dawk l-istimi qabżu l-ADI fuq livell għoli ta’ (95 perċentili) għat-trabi, għat-trabi li telqu jimxu u għat-tfal fix-xenarju ta’ esponiment irfinat li jqis id-ditta. |
(12) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ din l-opinjoni xjentifika, il-Kummissjoni talbet xi kjarifiki dwar l-użi mitluba u l-livelli massimi tal-użu tal-bixin u n-norbixin mingħand l-applikant. Abbażi ta’ dan, fis-16 ta’ Frar 2017, l-applikant ippreżenta lill-Kummissjoni modifiki għall-applikazzjoni oriġinali, bħal tneħħija ta’ wħud mill-użi l-ġodda mitluba u modifika ta’ xi wħud mil-livelli ta’ użu mitluba. Fit-2 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità għal assistenza teknika fir-rigward tal-istima tal-esponiment għall-bixin u n-norbixin abbażi tal-użi u tal-livelli ta’ użu riveduti proposti mill-applikant. |
(13) |
Kif mitlub, fl-10 ta’ Awwissu 2017, l-Awtorità ppubblikat dikjarazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-esponiment tal-bixin u tan-norbixin (6) fir-rigward ta’ dawk l-użi u l-livelli ta’ użu riveduti. Ikkonkludiet li l-esponiment fid-dieta għall-bixin ma qabiżx l-ADI fi kwalunkwe xenarju ta’ esponiment. Madankollu, ikkonkludiet li l-esponiment fid-dieta għan-norbixin qabeż l-ADI fil-livell għoli (il-95 perċentil) għal trabi li telqu jimxu u t-tfal fiż-żewġ xenarji rfinati ta’ esponiment (xenarji ta’ esponiment li jqisu d-ditta u dawk fejn ma titqiesx id-ditta). |
(14) |
Fit-30 ta’ Awwissu 2017, l-applikant ressaq data minn studju ġdid dwar il-ġenotossiċità għall-Annatto E. |
(15) |
B’kont meħud tal-eżitu tal-valutazzjoni ta’ esponiment ippubblikat mill-Awtorità fl-10 ta’ Awwissu 2017, l-applikant reġa’ rreveda l-użi u l-livelli ta’ użu proposti għall-bixin u n-norbixin, u fl-20 ta’ Lulju 2018 bagħat lill-Kummissjoni tliet xenarji alternattivi ta’ użu u livelli ta’ użu. |
(16) |
Fl-1 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità biex twettaq evalwazzjoni dwar id-data l-ġdida dwar il-ġenotossiċità ta’ Annatto E ġġenerata mill-applikant u biex tindika jekk huwiex possibbli li tintlaħaq konklużjoni dwar is-sikurezza ta’ dan l-estratt tal-annatto. L-awtorità ntalbet ukoll twettaq valutazzjoni ġdida tal-esponiment għall-bixin u għan-norbixin, abbażi tal-użi u tal-livelli ta’ użu riveduti ta’ bixin u norbixin imressqa mill-applikant fil-forma ta’ tliet xenarji alternattivi. |
(17) |
Fit-13 ta’ Marzu 2019, l-Awtorità ppubblikat opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza tal-Annatto E u dwar l-esponiment għall-bixin u n-norbixin (7). Fir-rigward tas-sikurezza tal-Annatto E, l-Awtorità kkonkludiet li din ma tqajjimx tħassib għall-ġenotossiċità u ddikjarat li l-ADIs stabbiliti fl-2016 għall-bixin u n-norbixin jistgħu jiġu applikati wkoll għall-Annatto E. Fir-rigward tal-esponiment skont l-użi u l-livelli ta’ użu riveduti ppreżentati mill-applikant fl-20 ta’ Lulju 2018, għall-bixin, l-Awtorità ddikjarat li l-ebda waħda mill-istimi tal-esponiment ma qabżet l-ADI ta’ 6 mg/kg piż tal-ġisem kuljum. Għan-norbixin, l-Awtorità sabet li l-ADI ntlaħaq fil-livell għoli (95 perċentil) għat-trabi li telqu jimxu fiż-żewġ xenarji raffinati ta’ valutazzjoni tal-esponiment iżda f’pajjiż wieħed biss. Madankollu, meta wieħed iqis l-inċertezzi u l-istima aktarx eċċessiva tal-esponiment, l-Awtorità kkonkludiet li l-livell ta’ esponiment ma joħloqx tħassib dwar is-saħħa għall-ebda wieħed mit-tliet xenarji ta’ użu u ta’ livelli ta’ użu għall-bixin u n-norbixin. |
(18) |
Mill-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq jirriżulta li huwa xieraq li jiġu emendati l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. L-ewwel nett, billi l-Annatto bixin (E 160b(i)) u l-Annatto norbixin (E 160b(ii)) għandhom proprjetajiet tossikoloġiċi differenti u, għalhekk, ADIs differenti, jenħtieġ li l-addittiv tal-ikel “Annatto, Bixin, Norbixin (E 160b)” jitħassar mil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel awtorizzati fil-Parti B tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament u jenħtieġ li jiġu elenkati żewġ addittivi tal-ikel separati, jiġifieri Annatto bixin (E 160b (i)) u Annatto norbixin (E 160b (ii)). B’konsegwenza ta’ dan, l-użi u l-kundizzjonijiet awtorizzati għall-użu tal-addittiv tal-ikel “Annatto, Bixin, Norbixin (E 160b)” jenħtieġ li jitħassru mil-lista ta’ kundizzjonijiet awtorizzati għall-użu fl-ikel fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, u kwalunkwe referenza għaliha fl-Annessi għar-Regolament jenħtieġ li tiġi sostitwita b’referenzi għaż-żewġ addittivi ġodda tal-ikel. Fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ addittivi ġodda, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-użi u l-livelli tal-użu awtorizzati tagħhom. Abbażi tal-valutazzjonijiet tal-Awtorità msemmija hawn fuq, l-użi kif mitluba mill-applikant fl-aħħar reviżjoni tal-applikazzjoni tiegħu jenħtieġ li jiġu awtorizzati iżda fil-livelli użati fit-tielet, u l-aktar xenarju konservattiv, ta’ użu u ta’ livelli ta’ użu tagħha biss. |
(19) |
Ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 jenħtieġ li jiġi emendat ukoll. Minn naħa waħda, jenħtieġ li t-tliet estratti tal-annatto msemmija fih (“il-bixin u n-norbixin estratti b’solvent”, “l-annatto estratt mill-alkali u estratti fiż-żejt”) ma jibqgħux jiġu awtorizzati, peress li s-sikurezza tagħhom ma setgħetx tiġi vvalutata, u, għalhekk, jenħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom jitħassru. Min-naħa l-oħra, iż-żewġ estratti ta’ Annatto bixin (il-“bixin estratt b’solvent” u l-“bixin proċessat fl-ilma”) u t-tliet estratti l-ġodda ta’ Annatto norbixin (in-“norbixin estratt b’solvent”, in-“norbixin proċessat b’alkali, bi preċipitazzjoni aċidika”, u n-“norbixin proċessat b’alkali, mhux bi preċipitazzjoni aċidika”) ma joħolqux tħassib dwar is-sikurezza u l-ispeċifikazzjonijiet għalihom fir-rigward ta’ kull wieħed miż-żewġ addittivi l-ġodda u jenħtieġ li jiżdiedu mal-Anness ta’ dak ir-Regolament. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet jenħtieġ li jkunu dawk rakkomandati mill-Awtorità fl-opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza tal-estratti tal-annatto (E 160b) bħala addittiv tal-ikel, maħruġa fit-24 ta’ Awwissu 2016. |
(20) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 kif ukoll l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 jiġu emendati skont dan. |
(21) |
Anke jekk l-estratti tal-annatto awtorizzati sad-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jibqgħux jiġu awtorizzati, minħabba li s-sikurezza tagħhom ma setgħetx tiġi vvalutata, huwa improbabbli ħafna li jkollhom proprjetajiet tossikoloġiċi differenti u għalhekk joħolqu tħassib dwar is-saħħa, li jkun jitlob li b’effett immedjat mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ma jitqiegħdu xejn fis-suq jew jibqgħu fih. Għalhekk, sabiex ikun hemm tranżizzjoni bla xkiel bejn dawk it-tliet estratti u dawk ġodda, huwa xieraq li jkun permess li matul perjodu tranżizzjonali kemm l-estratti l-antiki kif ukoll il-ġodda jkunu jistgħu jitqiegħdu legalment, u jibqgħu, fis-suq. |
(22) |
Għall-istess raġunijiet, huwa xieraq ukoll li l-ikel li jkun fih l-estratti tal-annatto awtorizzat sad-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jkun tqiegħed fis-suq b’mod legali qabel jew matul dak il-perjodu tranżizzjonali, jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti. |
(23) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
1. Sat-2 ta’ Jannar 2021, l-addittiv tal-ikel Annatto, Bixin, Norbixin (E 160b) jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq bħala tali skont ir-regoli applikabbli qabel it-2 ta’ Lulju 2020.
2. Sat-2 ta’ Jannar 2021, ikel li fih Annatto, Bixin, Norbixin (E 160b) li huwa prodott u ttikkettat f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-2 ta’ Lulju 2020, jista’ jibqa’ jitqiegħdu fis-suq. Wara dik id-data, jista’ jibqa’ fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1)
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 19).
(5) EFSA Journal 2016; 14(8):4544.
(6) EFSA Journal 2017; 15(8):4966.
(7) EFSA Journal 2019; 17(3):5626.
ANNESS I
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fil-Parti 2 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 l-trata għall-E 900 (Dimetilpolisilossan) tiġi ssostitwita b’dan li ġej:
|
ANNESS II
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, l-entrati rispettivi għall-E 160b Annatto, Bixin, Norbixin: (i) Il-bixin u n-norbixin estratti b’solvent, (ii) l-annatto estratt bl-alkali u (iii) l-annatto estratt miż-żejt jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
“E 160 b(i) ANNATTO BIXIN
(I) |
BIXIN ESTRATT B’SOLVENT |
Sinonimi |
Annatto B, Orlean, Terre orellana, L. Orange, CI Natural Orange 4 |
|
Definizzjonijiet |
Il-bixin estratt b’solvent jinkiseb bl-estrazzjoni tal-kisja ta’ barra taż-żerriegħa tas-siġra tal-annatto (Bixa orellana L.) b’wieħed jew aktar mis-solventi tal-ikel li ġejjin: aċeton, metanol, eżan, etanol, alkoħol tal-isopropil, aċetat etiliku, alkoħol alkalin jew diossidu tal-karbonju superkritiku. Il-preparazzjoni li tirriżulta tista’ tiġi aċidifikata, segwita mit-tneħħija tas-solvent, it-tnixxif u t-tħin. Il-bixin estratt b’solvent fih diversi komponenti kkuluriti; il-prinċipju koloranti prinċipali huwa cis-bixin, prinċipju ta’ kulur minuri huwa trans-bixin; prodotti ta’ degradazzjoni termali tal-bixin jistgħu wkoll ikunu preżenti bħala riżultat tal-ipproċessar. |
|
Nru tal-Indiċi Kromatiku |
75120 |
|
Einecs (Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti) |
230-248-7 Isem kimiku |
|
Isem kimiku |
cis-Bixin: Metil (9-cis)-idroġenu-6,6’-diapo-Ψ,Ψ-karotenedioat |
|
Formola kimika |
cis-Bixin: C25H30O4 |
|
Piż molekolari |
394,5 |
|
Test |
Mhux inqas minn 85 % ta’ materjal koloranti (espress bħala bixin) E1 % 1 cm 3090 at ca. 487 nm f’ tetraidrofuran u aċeton |
|
Deskrizzjoni |
Trab aħmar jagħti fil-kannella sa aħmar jagħti fil-vjola |
|
Identifikazzjoni |
|
|
Solubbiltà |
Ma jinħallx fl-ilma, kemmxejn solubbli fl-etanol |
|
Spettrometrija |
Il-kampjun fl-aċeton juri assorbanza massima f’madwar 425, 457 u 487 nm. |
|
Purità |
|
|
Norbixin: |
mhux aktar minn 5 % tat-total tas-sustanzi koloranti. |
|
Solventi Residwi |
Aċeton: Mhux iktar minn 30 mg/kg Metanol: Mhux iktar minn 50 mg/kg Eżan: Mhux iktar minn 25 mg/kg |
|
Etanol: Alkoħol isopropiliku Aċetat tal-etil: |
Mhux aktar minn 50 mg/kg, waħdu jew imħallat |
|
Arseniku |
Mhux iktar minn 2 mg/kg |
|
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
|
Merkurju |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
|
Kadmju |
Mhux iktar minn 0,5 mg/kg |
(II) |
BIXIN PROĊESSAT BL-ILMA |
Sinonimi |
Annatto E, Orlean, Terre orellana, L. Orange, CI Natural Orange 4 |
Definizzjonijiet |
Il-bixin proċessat bl-ilma jinkiseb bl-estrazzjoni tal-kisja ta’ barra taż-żerriegħa tas-siġra tal-annatto (Bixa orellana L.) billi jinbarxu ż-żrieragħ fil-preżenza ta’ ilma kiesaħ, moderatament alkalin. It-taħlita li tirriżulta hija aċidifikata biex jippreċipita l-bixin li mbagħad jiġi ffiltrat, jitnixxef u jintaħan. Il-bixin estratt bl-ilma fih diversi komponenti kkuluriti; il-prinċipju koloranti prinċipali huwa cis-bixin, prinċipju ta’ kulur minuri huwa trans-bixin; prodotti ta’ degradazzjoni termali tal-bixin jistgħu wkoll ikunu preżenti bħala riżultat tal-ipproċessar. |
Nru tal-Indiċi Kromatiku |
75120 |
Einecs (Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti) |
230-248-7 |
Isem kimiku |
cis-Bixin: Metil (9-cis)-idroġenu-6,6’-diapo-Ψ,Ψ-karotenedioat |
Formola kimika |
cis-Bixin: C25H30O4 |
Piż molekolari |
394,5 |
Test |
Mhux inqas minn 25 % ta’ materjal li jagħti l-kulur (espress bħala bixin) E1 % 1 cm 3090 at ca. 487 nm f’ tetraidrofuran u aċeton |
Deskrizzjoni |
Trab aħmar jagħti fil-kannella sa aħmar jagħti fil-vjola |
Identifikazzjoni |
|
Solubbiltà |
Ma jinħallx fl-ilma, kemmxejn solubbli fl-etanol |
Spettrometrija |
Il-kampjun fl-aċeton juri assorbanza massima f’madwar 425, 457 u 487 nm. |
Purità |
|
Norbixin: |
mhux aktar minn 7 % tat-total tas-sustanzi koloranti. |
Arseniku |
Mhux iktar minn 2 mg/kg |
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
Merkurju |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
Kadmju |
Mhux iktar minn 0,5 mg/kg |
E 160 b (ii) ANNATTO NORBIXIN
(I) |
NORBIXIN ESTRATT B’SOLVENT |
Sinonimi |
Annatto C, Orlean, Terre orellana, L. Orange, CI Natural Orange 4 |
|
Definizzjonijiet |
In-norbixin estratt b’solvent jinkiseb mill-kisja ta’ barra taż-żerriegħa tas-siġra tal-annatto (Bixa orellana L.) bil-ħasil f’wieħed jew aktar mis-solventi tal-ikel li ġejjin: aċeton, metanol, eżan, etanol, alkoħol tal-isopropil, aċetat etiliku, alkoħol alkalin jew diossidu tal-karbonju superkritiku segwit mit-tneħħija tas-solvent, il-kristalizzazzjoni u t-tnixxif. L-alkali tal-ilma jiżdied mat-trab li jifforma, li mbagħad jissaħħan sabiex jidrolizza l-materjal li jagħti l-kulur u jitberred. Is-soluzzjoni milwiema tiġi ffiltrata, u aċidifikata biex tippreċipita n-norbixin. Il-preċipitat jiġi ffiltrat, jinħasel, jitnixxef u jintaħan, biex jifforma trab granulari. Il-bixin estratt b’solvent fih diversi komponenti kkuluriti; il-prinċipju koloranti prinċipali huwa cis-norbixin, prinċipju ta’ kulur minuri huwa trans-norbixin; prodotti ta’ degradazzjoni termali tal-bixin jistgħu wkoll ikunu preżenti bħala riżultat tal-ipproċessar. |
|
Nru tal-Indiċi Kromatiku |
75120 |
|
Einecs (Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti) |
208-810-8 |
|
Isem kimiku |
cis-Norbixin: 6,6’-Diapo-Ψ,Ψ-aċidu karotenedioiku melħ tad-dipotassju cis-Norbixin: Dipotassju 6,6 ’-diapo-Ψ, Ψ-karotedioat melħ disodiku cis-Norbixin: Disodju 6,6 ’-diapo-Ψ, Ψ-karotenedioat |
|
Formola kimika |
cis-Norbixin: C24H28O4 melħ tad-dipotassju cis-Norbixin: C24H26K2O4 melħ disodiku cis-Norbixin: C24H26Na2O4 |
|
Piż molekolari |
380,5 (aċidu), 456,7 (melħ tad-dipotassju), 424,5 (melħ disodiku) |
|
Test |
Mhux inqas minn 85 % ta’ sustanza koloranti (espressa bħala norbixin) E1 % 1 cm 2870 f’madwar 482 nm f’soluzzjoni tal-idrossid tal-potassju 0,5 % |
|
Deskrizzjoni |
Trab aħmar jagħti fil-kannella sa aħmar jagħti fil-vjola |
|
Identifikazzjoni |
|
|
Solubbiltà |
Solubbli fl-ilma alkalin, kemmxejn solubbli fl-etanol |
|
Spettrometrija |
Il-kampjun f’soluzzjoni tal-idrossid tal-potassju 0,5 % turi assorbanza massima f’madwar 453 nm u 482 nm |
|
Purità |
|
|
Solventi Residwi |
Aċeton: Mhux iktar minn 30 mg/kg Metanol: Mhux iktar minn 50 mg/kg Eżan: Mhux iktar minn 25 mg/kg |
|
Etanol: Alkoħol isopropiliku Aċetat tal-etil: |
Mhux aktar minn 50 mg/kg, waħdu jew imħallat |
|
Arseniku |
Mhux iktar minn 2 mg/kg |
|
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
|
Merkurju |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
|
Kadmju |
Mhux iktar minn 0,5 mg/kg |
(II) |
IN-NORBIXIN PROĊESSAT FL-ALKALI, PREĊIPITAT FL-AĊIDU |
Sinonimi |
Annatto F, Orlean, Terre orellana, L. Orange, CI Natural Orange 4 |
Definizzjonijiet |
In-norbixin proċessat fl-alkali (preċipitat fl-aċidu) jitħejja bl-estrazzjoni tal-kisja ta’ barra taż-żerriegħa tas-siġra tal-annatto (Bixa orellana L.) b’alkali bl-ilma. Il-bixin huwa idrolizzat f’norbixin f’soluzzjoni alkalina taħraq u huwa aċidifikat biex jippreċipita n-norbixin. Il-preċipitat jiġi ffiltrat, jitnixxef u jintaħan, biex jifforma trab granulari. In-norbixin proċessat bl-alkali fih diversi komponenti kkuluriti; il-prinċipju koloranti prinċipali huwa cis-norbixin, prinċipju ta’ kulur minuri huwa trans-norbixin; prodotti ta’ degradazzjoni termali tal-bixin jistgħu wkoll ikunu preżenti bħala riżultat tal-ipproċessar. |
Nru tal-Indiċi Kromatiku |
75120 |
Einecs (Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti) |
208-810-8 |
Isem kimiku |
cis-Norbixin: 6,6’-Diapo-Ψ,Ψ-aċidu karotenedioiku melħ tad-dipotassju cis-Norbixin: Dipotassju 6,6 ’-diapo-Ψ, Ψ-karotedioat melħ disodiku cis-Norbixin: Disodju 6,6 ’-diapo-Ψ, Ψ-karotenedioat |
Formola kimika |
cis-Norbixin: C24H28O4 melħ tad-dipotassju cis-Norbixin: C24H26K2O4 melħ disodiku cis-Norbixin: C24H26Na2O4 |
Piż molekolari |
380,5 (aċidu), 456,7 (melħ tad-dipotassju), 424,5 (melħ disodiku) |
Test |
Mhux inqas minn 35 % ta’ sustanza koloranti (espressa bħala norbixin) E1 % 1 cm 2870 f’madwar 482 nm f’soluzzjoni tal-idrossid tal-potassju 0,5 % |
Deskrizzjoni |
Trab aħmar jagħti fil-kannella sa aħmar jagħti fil-vjola |
Identifikazzjoni |
|
Solubbiltà |
Solubbli fl-ilma alkalin, kemmxejn solubbli fl-etanol |
Spettrometrija |
Il-kampjun f’soluzzjoni tal-idrossid tal-potassju 0,5 % turi assorbanza massima f’madwar 453 nm u 482 nm |
Purità |
|
Arseniku |
Mhux iktar minn 2 mg/kg |
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
Merkurju |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
Kadmju |
Mhux iktar minn 0,5 mg/kg |
(II) |
IN-NORBIXIN PROĊESSAT FL-ALKALI, PREĊIPITAT FL-AĊIDU |
Sinonimi |
Annatto G, Orlean, Terre orellana, L. Orange, CI Natural Orange 4 |
Definizzjonijiet |
In-norbixin ipproċessat b’alkali (mhux mill-preċipitazzjoni aċidika) tiġi ppreparata bl-estrazzjoni tal-kisja ta’ barra taż-żerriegħa tas-siġra tal-annatto (Bixa orellana L.) b’alkali milwiema. Il-bixin huwa idrolizzat f’norbixin f’taħlita alkalina taħraq. Il-preċipitat jiġi ffiltrat, jitnixxef u jintaħan, biex jifforma trab granulari. L-estratti jkun fihom l-aktar il-melħ tan-norbixin tal-potassju jew tas-sodju bħala s-sustanza koloranti ewlenija. In-norbixin proċessat bl-alkali fih diversi komponenti kkuluriti; il-prinċipju koloranti prinċipali huwa cis-norbixin, prinċipju ta’ kulur minuri huwa trans-norbixin; prodotti ta’ degradazzjoni termali tal-bixin jistgħu wkoll ikunu preżenti bħala riżultat tal-ipproċessar. |
Nru tal-Indiċi Kromatiku |
75120 |
Einecs (Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti) |
208-810-8 |
Isem kimiku |
cis-Norbixin: 6,6’-Diapo-Ψ,Ψ-aċidu karotenedioiku melħ tad-dipotassju cis-Norbixin: Dipotassju 6,6 ’-diapo-Ψ, Ψ-karotedioat melħ disodiku cis-Norbixin: Disodju 6,6 ’-diapo-Ψ, Ψ-karotenedioat |
Formola kimika |
cis-Norbixin: C24H28O4 melħ tad-dipotassju cis-Norbixin: C24H26K2O4 melħ disodiku cis-Norbixin: C24H26Na2O4 |
Piż molekolari |
380,5 (aċidu), 456,7 (melħ tad-dipotassju), 424,5 (melħ disodiku) |
Test |
Mhux inqas minn 15 % ta’ sustanza koloranti (espressa bħala norbixin) E1 % 1 cm 2870 f’madwar 482 nm f’soluzzjoni tal-idrossid tal-potassju 0,5 % |
Deskrizzjoni |
Trab aħmar jagħti fil-kannella sa aħmar jagħti fil-vjola |
Identifikazzjoni |
|
Solubbiltà |
Solubbli fl-ilma alkalin, kemmxejn solubbli fl-etanol |
Spettrometrija |
Il-kampjun f’soluzzjoni tal-idrossid tal-potassju 0,5 % turi assorbanza massima f’madwar 453 nm u 482 nm |
Purità |
|
Arseniku |
Mhux iktar minn 2 mg/kg |
Ċomb |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
Merkurju |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
Kadmju |
Mhux iktar minn 0,5 mg/kg” |