This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0687
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/687 of 17 December 2019 supplementing Regulation (EU) 2016/429 of the European Parliament and the Council, as regards rules for the prevention and control of certain listed diseases (Text with EEA relevance) (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64–139
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 03/05/2023
3.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/64 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/687
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 53(2), l-Artikolu 54(3), l-Artikolu 55(2), l-Artikolu 58(2), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 63, l-Artikolu 64(4), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 67, l-Artikolu 68(3), l-Artikolu 70(3), l-Artikolu 72(2), l-Artikolu 73(3), l-Artikolu 74(4), l-Artikolu 76(5), l-Artikolu 77(2) u l-Artikolu 272(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li huma trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inklużi regoli dwar il-kuxjenza, it-tħejjija u l-kontroll tal-mard. B’mod partikolari, ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-mard għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard imsemmi fl-Artikolu 5 tiegħu. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistipula wkoll li dawk ir-regoli speċifiċi għall-mard japplikaw għal speċijiet u gruppi ta’ speċijiet tal-annimali li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ mard speċifiku u li huma elenkati bħala tali fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (2). |
(2) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jissupplimentaw ir-regoli dwar il-miżuri għall-kontroll tal-mard stabbiliti fit-Titolu II tal-Parti III tar-Regolament (UE) 2016/429 għal ċertu mard elenkat. Dawk ir-regoli li jissupplimentaw u r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429 huma marbuta mill-qrib u jenħtieġ li jiġu applikati flimkien. Fl-interess tas-sempliċità, tat-trasparenza u tal-faċilità tal-applikazzjoni, ir-regoli supplimentari jenħtieġ li jiġu stipulati f’att wieħed minflok f’għadd ta’ atti separati b’ħafna kontroreferenzi u riskji ta’ duplikazzjoni. |
(3) |
L-Artikolu 53, l-Artikolu 54(3), l-Artikolu 55(2), l-Artikolu 58(2) u l-Artikoli 63, 64, 67, 68 u 70 fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II tar-Regolament (UE) 2016/429 huma relatati ma’ diversi aspetti tekniċi tal-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ikun hemm suspett u konferma tal-mard imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a) ta’ dak ir-Regolament. Bl-istess mod, l-Artikolu 72(2), l-Artikolu 73(3), l-Artikolu 74(4), l-Artikolu 76(5), u l-Artikolu 77 fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tar-Regolament (UE) 2016/429 huma relatati ma’ aspetti tekniċi tal-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ikun hemm suspett u konferma tal-mard imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) u(c) ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Ir-regoli li għandhom jiġu stipulati skont l-Artikoli fit-Titolu II huma relatati bejniethom minħabba li japplikaw għal miżuri għall-kontroll tal-mard għal kategoriji differenti ta’ mard elenkat fir-Regolament (UE) 2016/429. Għalhekk, għall-applikazzjoni effettiva ta’ dawk ir-regoli u fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’att delegat wieħed li jipprovdi sett komprensiv ta’ miżuri tekniċi għall-kontroll tal-mard elenkat u li jikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni ġenerali tal-qafas legali dwar il-kontroll tal-mard tal-annimali. |
(5) |
Id-dispożizzjonijiet preċedenti għall-kontroll tal-mard ġew stipulati f’għadd ta’ direttivi, li kull waħda minnhom kien fiha regoli għal marda waħda jew ftit mard tal-annimali. Uħud minn dawk ir-regoli ġew sostitwiti bir-Regolament (UE) 2016/429, filwaqt li oħrajn jeħtieġ li jiġu sostitwiti b’dan ir-Regolament Delegat sabiex jiġu ssimplifikati u jitneħħew l-inkonsistenzi possibbli. Dan ser jipprovdi regoli ċari, armonizzati u dettaljati għall-kontroll tal-mard tal-annimali madwar l-Unjoni. Dan se jippermetti wkoll l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi, u se jżid it-trasparenza tar-regoli u, għalhekk, se jiżgura rispons aħjar għar-riskji tal-mard tal-annimali. |
(6) |
Biex tiġi eradikata tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A kemm jista’ jkun malajr u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-annimali u tal-benessri tal-annimali, jeħtieġ li jiġu previsti miżuri għall-kontroll tal-mard fil-livell tal-Unjoni. |
(7) |
Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludi miżuri għall-kontroll tal-mard għal mard tal-kategorija A fl-annimali terrestri u akkwatiċi, kif ukoll ċerti miżuri għall-kontroll tal-mard għal mard tal-kategoriji B u C. Fil-każ ta’ mard tal-kategoriji B u C, dawk il-miżuri għall-kontroll tal-mard jenħtieġ li jiġu applikati flimkien mar-regoli dwar is-sorveljanza u l-eradikazzjoni stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (3). |
(8) |
Il-miżuri għall-kontroll tal-mard stabbiliti f’dan ir-Regolament Delegat jenħtieġ li japplikaw għall-annimali u għall-prodotti miksuba mill-annimali, inklużi l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji mill-annimali u l-prodotti derivati. Dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali huma soġġetti għar-regoli dwar is-saħħa pubblika u tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Ir-regoli għall-ġbir, ir-rimi u l-ipproċessar bla periklu ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u tal-prodotti derivati stipulati f’dak ir-Regolament japplikaw fil-każ tal-bidu ta’ marda tal-kategorija A. Madankollu, dak ir-Regolament ma jinkludix miżuri għall-kontroll tal-mard u restrizzjonijiet maħsuba sabiex japplikaw f’każijiet bħal dawn. Għalhekk, jenħtieġ li dawk ir-regoli jiġu previsti f’dan ir-Regolament Delegat. |
(9) |
Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tistabbilixxi regoli għat-trasport bla periklu ta’ oġġetti perikolużi. Meta jittrasportaw prodotti sekondarji mill-annimali infettati jew materjal infettat ieħor li jistgħu jitqiesu bħala oġġetti perikolużi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-regoli stipulati f’dik id-Direttiva. |
(10) |
Huwa xieraq li jiġi segwit approċċ uniku għall-miżuri li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ marda tal-kategorija A. Madankollu, jenħtieġ li titqies l-epidemjoloġija tal-mard sabiex jiġi stabbilit il-mument xieraq meta l-awtorità kompetenti tapplika l-miżuri ta’ kontroll u biex jitwettqu investigazzjonijiet jekk ikun hemm suspett jew konferma ta’ dak il-mard. Għalhekk jenħtieġ li jiġu pprovduti “perjodi ta’ monitoraġġ”, bħala perjodi ta’ referenza għal kull marda tal-kategorija A li taffettwa l-annimali terrestri bbażati fuq il-perjodi tal-inkubazzjoni u elementi rilevanti oħra li jistgħu jaffettwaw it-tixrid tal-marda. |
(11) |
L-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-awtorità kompetenti twettaq investigazzjonijiet dwar l-okkorrenza ta’ marda tal-kategorija A fi stadji differenti: (i) meta jkun hemm suspett tal-marda, (ii) meta l-marda tkun ikkonfermata, u (iii) meta jkun meħtieġ li jiġi eskluż it-tixrid tagħha lejn stabbilimenti u postijiet epidemjoloġikament marbuta, kif ukoll stabbilimenti u żoni fil-viċinat. Dawk l-investigazzjonijiet jinkludu eżami kliniku u teħid ta’ kampjuni għall-ittestjar fil-laboratorju. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli ġenerali dwar it-teħid tal-kampjuni sabiex tiġi żgurata l-validità tal-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni, tal-metodi dijanjostiċi u tal-miżuri ta’ bijosigurtà. |
(12) |
L-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-awtorità kompetenti tfassal u taġġorna l-pjanijiet ta’ kontinġenza u, fejn meħtieġ, tipprovdi manwali bi struzzjonijiet dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ marda tal-kategorija A kif previst fil-Parti III ta’ dak ir-Regolament. Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament Delegat jissupplimentaw dawk stipulati fil-Parti III tar-Regolament (UE) 2016/429 u, għalhekk, huwa meħtieġ li dawn jiġu implimentati f’konformità mal-pjanijiet ta’ kontinġenza previsti fir-Regolament (UE) 2016/429. |
(13) |
L-Artikoli 53 u 55 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxu obbligi fuq l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A. L-għan huwa li jiġi evitat it-tixrid tal-marda minn annimali u stabbilimenti affettwati taħt ir-responsabbiltà tagħhom għal annimali mhux affettwati jew għall-bnedmin, anki qabel ma tkun ġiet ikkonfermata l-marda. Il-miżuri għall-kontroll tal-mard u ta’ bijosigurtà previsti fir-Regolament (UE) 2016/429 jenħtieġ li jiġu applikati f’dan l-istadju bikri fl-istabbiliment affettwat fir-rigward tal-movimenti ta’ annimali u prodotti minn u lejn dak l-istabbiliment u l-inħawi tiegħu. Huwa neċessarju wkoll li dawk il-miżuri jiġu spjegati fid-dettall sabiex jiġu żgurati l-effettività u l-proporzjonalità tagħhom. |
(14) |
L-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-awtorità kompetenti twettaq investigazzjoni uffiċjali jekk ikun hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A, sabiex tikkonferma jew teskludi l-preżenza tal-marda. Sabiex tiġi stabbilita proċedura operattiva standard għal investigazzjonijiet uffiċjali bħal dawn fl-Istati Membri kollha, huwa meħtieġ li jiġu spjegati fid-dettall iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw it-twettiq ta’ investigazzjoni, il-kompiti minimi ta’ investigazzjoni li għandhom jitwettqu mill-veterinarji uffiċjali u l-mod kif jenħtieġ li jitwettqu dawk il-kompiti. |
(15) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li, jekk ikun hemm suspett jew konferma ta’ marda tal-kategorija A, il-miżuri għall-kontroll tal-mard għandhom jiġu applikati mhux biss fl-istabbilimenti li jżommu l-annimali, iżda wkoll fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew f’postijiet oħrajn li jistgħu jippreżentaw riskju ta’ tixrid tal-mard. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat liema miżuri ta’ kontroll japplikaw f’dawk il-każijiet, b’mod partikolari fil-każ tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u tal-mezzi tat-trasport. |
(16) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-konferma ta’ marda tal-kategorija A tkun il-punt tat-tluq għall-awtorità kompetenti sabiex timplimenta miżuri għall-kontroll tal-mard aktar stretti minn dawk applikati fil-fażi ta’ suspett u sabiex twettaq aktar investigazzjonijiet. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat meta marda tal-kategorija A jenħtieġ li titqies bħala kkonfermata. Din il-konferma jenħtieġ li ssir f’konformità mal-atti tal-Unjoni adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/429 dwar is-sorveljanza tal-mard, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istatus mingħajr mard. |
(17) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli bażiċi dwar il-miżuri għall-kontroll tal-mard li għandhom japplikaw fl-istabbilimenti affettwati fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A. Fl-istess ħin, jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b’ċerta flessibbiltà dwar meta jiġu biex jiddeċiedu liema minn dawk il-miżuri jenħtieġ li japplikaw. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu l-aktar miżuri ta’ kontroll proporzjonati u effiċjenti u tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji dettaljati għat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażati fuq iċ-ċirkostanzi epidemjoloġiċi, it-tip u l-post tal-istabbilimenti, l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali u l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali taż-żona affettwata mill-marda. |
(18) |
L-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tagħti, f’każijiet iġġustifikati, u taħt garanziji supplimentari jekk ikunu meħtieġa, derogi minn ċerti miżuri għall-kontroll tal-mard, b’mod partikolari mir-rekwiżit li jinqatlu l-annimali fl-istabbiliment affettwat, filwaqt li tqis il-fatturi epidemjoloġiċi u wara li twettaq valutazzjoni tar-riskji preċiża. Tali derogi jistgħu jingħataw għal stabbilimenti kkonfinati, għal annimali miżmuma għal skopijiet xjentifiċi jew għal skopijiet relatati mal-konservazzjoni ta’ speċijiet protetti jew fil-periklu u għal razez rari rreġistrati uffiċjalment jew għal annimali b’valur ġenetiku, kulturali jew edukattiv għoli ġġustifikat. F’każijiet bħal dawn, l-applikazzjoni ta’ miżuri ġenerali jista’ jkollha konsegwenzi mhux mixtieqa u sproporzjonati. |
(19) |
Sabiex tadatta l-miżuri għall-kontroll tal-mard għal kull sitwazzjoni speċifika, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tapplika miżuri għall-kontroll tal-mard li mhumiex speċifikament previsti fir-Regolament (UE) 2016/429 jew f’dan ir-Regolament Delegat, filwaqt li tqis il-fatturi epidemjoloġiċi u wara t-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskji. |
(20) |
It-tindif u d-diżinfezzjoni fl-istabbiliment affettwat huma waħda mill-miżuri bażiċi għall-kontroll tal-mard previsti fir-Regolament (UE) 2016/429 sabiex jitnaqqas ir-riskju li tinxtered marda tal-kategorija A kkonfermata. It-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari huma l-aktar miżuri effettivi sabiex titnaqqas it-tagħbija ta’ aġent ta’ marda fl-istabbiliment affettwat ladarba l-annimali affettwati jkunu tneħħew. Għalhekk, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-obbligu li tivverifika l-prestazzjoni tat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari immedjati u, fejn meħtieġ, il-kontroll tal-insetti u tar-rodituri. Huwa xieraq li tiġi spjegata fid-dettall il-proċedura ta’ tindif u diżinfezzjoni, billi jiġi speċifikat meta trid tinbeda u l-kriterji għall-għażla tal-prodotti bijoċidali li għandhom jintużaw. |
(21) |
L-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-awtorità kompetenti testendi l-miżuri għall-kontroll tal-mard applikati fl-istabbilimenti affettwati għal stabbilimenti oħrajn, l-unitajiet epidemjoloġiċi fihom, in-negozji tal-ikel u tal-għalf, jew stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi l-mezzi tat-trasport, fejn l-evidenza epidemjoloġika tagħti raġuni sabiex ikun suspettat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A lejhom, minnhom jew minn ġo fihom. Huwa neċessarju li tiġi speċifikata l-investigazzjoni tat-traċċabbiltà li trid twettaq l-awtorità kompetenti, skont l-inkjesta epidemjoloġika prevista fir-Regolament (UE) 2016/429, sabiex tidentifika sewwa dawk ir-rabtiet epidemjoloġiċi. |
(22) |
Huwa xieraq ukoll li jiġu spjegati fid-dettall il-miżuri ta’ kontroll li għandhom japplikaw fi stabbilimenti u postijiet relatati identifikati. Sabiex ikunu effettivi, dawk il-miżuri jenħtieġ li jkunu flessibbli u proporzjonati, mingħajr ma jimponu piżijiet bla bżonn fuq l-operaturi jew l-awtoritajiet kompetenti. Konsegwentement, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jitħallew jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ġenerali f’ċirkostanzi eċċezzjonali, wara li jwettqu valutazzjoni tar-riskji. |
(23) |
L-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu żona ristretta madwar l-istabbiliment affettwat meta tkun ikkonfermata tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, sabiex jevitaw kwalunkwe tixrid ulterjuri tal-marda. Iż-żona ristretta tista’ tinkludi żona ta’ protezzjoni u żona ta’ sorveljanza. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli supplimentari dwar kif għandha tiġi stabbilita u mmodifikata, jekk ikun hemm bżonn, iż-żona ristretta, inklużi dettalji dwar iż-żona ta’ protezzjoni, dwar iż-żona ta’ sorveljanza u dwar il-possibbiltà li jiġu stabbiliti iktar żoni ristretti skont l-epidemjoloġija tal-marda. Huwa xieraq ukoll li jiġu previsti derogi speċifiċi għal dawk il-każijiet fejn l-istabbiliment ta’ żoni ristretti ma jikkontribwixxix għall-kontroll tat-tixrid tal-marda jew jimponi piż mhux ġustifikat fuq l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti. |
(24) |
L-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/429 jelenka l-miżuri li tista’ tieħu l-awtorità kompetenti fiż-żona ristretta sabiex tevita t-tixrid tal-marda. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu l-aktar miżuri ta’ kontroll proporzjonati u effiċjenti u jiżguraw implimentazzjoni armonizzata tal-miżuri fl-Istati Membri kollha, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji dettaljati għat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażati fuq iċ-ċirkostanzi epidemjoloġiċi, it-tip u l-post tal-istabbilimenti tal-produzzjoni, l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali u l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali taż-żona affettwata mill-marda. |
(25) |
Huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-projbizzjonijiet tal-movimenti ta’ annimali u prodotti fi ħdan, minn jew minn ġoż-żona ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u l-projbizzjonijiet ta’ attivitajiet oħrajn li jistgħu jippreżentaw riskju tat-tixrid ta’ marda tal-kategorija A. Dawk il-projbizzjonijiet jenħtieġ li jkunu proporzjonali mar-riskju tat-tixrid tal-marda marbut ma’ kull attività u komodità. Konsegwentement, għandhom jiġu stabbiliti wara li jitqies il-profil tal-marda epidemjoloġika. Dan huwa partikolarment importanti fir-rigward ta’ projbizzjonijiet li jikkonċernaw il-prodotti, minħabba li hemm ċerti prodotti li jenħtieġ li jiġu eżentati, b’mod partikolari dawk meqjusa bħala komoditajiet sikuri fir-rigward tar-riskju tat-tixrid ta’ ċertu mard. |
(26) |
Il-projbizzjonijiet tal-attivitajiet fiż-żona ristretta jenħtieġ li jkunu limitati kemm jista’ jkun. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li l-awtorità kompetenti tagħti derogi mill-projbizzjonijiet meta jittieħdu ċerti miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju u meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet proċedurali. Dawn id-derogi jistgħu jingħataw, partikolarment, meta l-awtorità kompetenti tista’ tivverifika r-rinfurzar tal-miżuri ta’ bijosigurtà u meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi relatati mal-annimali rilevanti, mal-prodotti miksuba minn dawk l-annimali jew ma’ sustanzi u materjali oħrajn li jistgħu jiġu kkontaminati. |
(27) |
Il-movimenti tal-ungulati jenħtieġ li jkunu limitati għat-trasport lejn biċċerija. Il-movimenti tat-tjur jenħtieġ li jkunu limitati għat-trasport lejn il-biċċeriji u għal annimali iżgħar bħall-flieles ta’ ġurnata u t-tjur lesti biex ibidu. Il-movimenti ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali jenħtieġ li jkunu permessi jekk il-prodotti jkunu ġew prodotti qabel il-perjodu ta’ riskju għoli ddeterminat għall-marda. Il-movimenti ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti sekondarji mill-annimali prodotti fi ħdan jew wara l-perjodu ta’ riskju għoli jenħtieġ li jkunu permessi jekk il-prodotti jkunu ġew soġġetti għal trattamenti speċifiċi li jinattivaw l-aġent tal-marda. Dawk it-trattamenti jenħtieġ li jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti, mal-istandards internazzjonali u mal-evidenza xjentifika l-ġdida. |
(28) |
L-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista’ żżur l-istabbilimenti u teżamina l-annimali. Sabiex jiġi evitat it-tixrid ulterjuri tal-marda, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti, li jridu jiġu ssodisfati qabel ma jkunu jistgħu jitneħħew il-miżuri li japplikaw għaż-żona ta’ protezzjoni. Ladarba dawk il-miżuri jitneħħew, il-miżuri li japplikaw għaż-żona ta’ sorveljanza jenħtieġ li jiġu implimentati, għal perjodu addizzjonali, fiż-żona preċedentement koperta miż-żona ta’ protezzjoni, sabiex jiġi żgurat li l-marda tkun ikkontrollata. |
(29) |
Id-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri ta’ kontroll applikabbli fiż-żona ta’ sorveljanza jenħtieġ li jinkludu regoli ġenerali u speċifiċi għall-annimali, għall-prodotti miksuba minn dawk l-annimali, jew għal sustanzi u materjali oħra li jistgħu jkunu kkontaminati. Huma jenħtieġ li jinkludu wkoll derogi li jippermettu applikazzjoni proporzjonali tal-miżuri ta’ kontroll. L-intensità tal-miżuri ta’ kontroll u d-derogi għall-applikazzjoni proporzjonali tagħhom jenħtieġ li jirriflettu r-riskju aktar baxx li tippreżenta ż-żona ta’ sorveljanza għat-tixrid tal-marda iżda jenħtieġ li jiżguraw li l-miżuri ta’ kontroll ikunu biżżejjed biex jiġi evitat ir-riskju tat-tixrid ulterjuri tal-marda. |
(30) |
Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti: (i) tawtorizza r-ripopolazzjoni tal-istabbilimenti affettwati bl-annimali, (ii) tiżgura li jsiru t-tindif u d-diżinfezzjoni finali tal-istabbiliment u, jekk rilevanti, (iii) twettaq kontroll għall-vetturi biex tiżgura li l-mard ma jerġax jitfaċċa. L-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-flessibbiltà meħtieġa biex tiddeċiedi dwar l-aktar miżuri xierqa ta’ ripopolazzjoni filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi epidemjoloġiċi u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-mitigazzjoni tar-riskju. |
(31) |
L-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati jistgħu jiġu affettwati wkoll minn mard tal-kategorija A. Il-miżuri ta’ kontroll għal dawk l-annimali selvaġġi huma essenzjali biex jiġi evitat it-tixrid tal-mard u biex tiġi żgurata l-eradikazzjoni tiegħu. Fir-rigward tal-mard li jseħħ fl-annimali miżmuma, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tikkunsidra miżuri ta’ kontroll għall-mard fl-annimali selvaġġi bħala parti mill-pjanijiet ta’ kontinġenza previsti fir-Regolament (UE) 2016/429. Il-miżuri ta’ kontroll jenħtieġ li japplikaw għal każijiet suspettati u kkonfermati ta’ marda li taffettwa lill-annimali selvaġġi f’żona infettata. Miżuri li jirrestrinġu l-moviment tal-annimali miżmuma li huma speċijiet elenkati miż-żona infettata jenħtieġ li jiġu applikati b’konsiderazzjoni tal-flessibbiltà, abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dan sabiex jiġu żgurati miżuri ta’ kontroll robusti, filwaqt li jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti. |
(32) |
Il-ġbir u r-rimi mingħajr periklu ta’ iġsma mejtin ta’ annimali selvaġġi jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tat-tixrid ta’ mard tal-kategorija A. Huwa xieraq li r-Regolament (UE) 2016/429 jiġi ssupplimentat b’regoli li jiżguraw il-ġbir u r-rimi mingħajr periklu ta’ prodotti sekondarji mill-annimali minn annimali terrestri u akkwatiċi selvaġġi affettwati minn mard tal-kategorija A jew soġġetti għal miżuri ta’ restrizzjoni imposti b’rispons għal dak il-mard f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. |
(33) |
L-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi grupp ta’ esperti operazzjonali bħala parti mill-pjanijiet ta’ kontinġenza. Dawn il-pjanijiet huma maħsuba sabiex jiżguraw livell għoli ta’ għarfien dwar il-mard u tħejjija u sabiex jipprovdu rispons rapidu f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A. Il-kompitu ewlieni tal-grupp ta’ esperti operazzjonali fil-każ ta’ tifqigħa ta’ mard fl-annimali terrestri huwa li jappoġġja lill-awtorità kompetenti fil-valutazzjoni tal-miżuri rilevanti għall-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-marda. Il-grupp ta’ esperti operazzjonali għall-mard fl-annimali terrestri selvaġġi jenħtieġ li jkun multidixxiplinarju u jkollu rappreżentanti tad-dipartimenti tal-gvern rilevanti, bħall-awtoritajiet ambjentali u tal-foresti, kif ukoll tal-partijiet ikkonċernati, tal-awtoritajiet lokali, tal-pulizija jew ta’ organizzazzjonijiet oħrajn li jistgħu jagħtu pariri lill-awtorità kompetenti dwar l-azzjonijiet possibbli u l-implimentazzjoni tagħhom għall-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-marda tal-kategorija A. |
(34) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (6) tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi. Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament Delegat jenħtieġ li jkunu bbażati fuq id-dispożizzjonijiet mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni preċedenti li ħadmu sewwa u li ġew riveduti u allinjati, kemm jista’ jkun, mal-għarfien u l-esperjenza miksuba fil-passat, u aġġornati f’konformità mal-evidenza ġdida u mal-istandards internazzjonali. |
(35) |
L-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi l-applikazzjoni ta’ miżuri għall-kontroll tal-mard fi stabbilimenti u postijiet oħrajn wara konferma tal-mard tal-kategorija A. Waħda minn dawk il-miżuri hija l-qtil ta’ annimali li jistgħu jkunu kkontaminati jew li jistgħu jikkontribwixxu għat-tixrid tal-marda. Il-possibbiltà li jiġi applikat dan il-qtil preventiv jenħtieġ li tiġi spjegata fid-dettall f’dan ir-Regolament Delegat bħala miżura għall-kontroll tal-mard li għandha l-għan li tnaqqas il-pressjoni infettiva ta’ marda tal-kategorija A u li tiffaċilita l-kontroll tagħha. |
(36) |
L-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2016/429 jinkludi kriterji għall-estensjoni tal-miżuri għall-kontroll tal-mard applikati fi stabbiliment affettwat għal stabbilimenti u postijiet marbuta epidemjoloġikament. L-analiżi tal-kundizzjonijiet idrodinamiċi u topografiċi, inkluża data mill-baċiri tal-ilma, l-ostakoli fil-kanali tal-ilma jew il-kundizzjonijiet tal-fluss tal-ilma, tippermetti li ssir previżjoni tat-tixrid passiv possibbli ta’ marda tal-kategorija A għal stabbilimenti jew postijiet oħrajn u din il-previżjoni tista’ tikkontribwixxi sabiex timminimizza l-impatt ta’ marda tal-kategorija A. Ir-riżultat ta’ tali analiżi jippermetti l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-kontroll tal-mard aktar infurmati li jenħtieġ li jevitaw jew jimminimizzaw it-tixrid ta’ marda tal-kategorija A minn żona ta’ riskju għoli għal żona ħielsa mill-mard. |
(37) |
L-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista’ tidderoga mir-restrizzjonijiet applikabbli wara l-konferma ta’ marda tal-kategorija A sabiex tippermetti l-użu ta’ annimali tal-akkwakultura għall-konsum mill-bniedem, dment li ma jurux sinjali kliniċi tal-marda u jiġu pproċessati b’mod li jnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-marda minn materjal infettiv. Id-deroga jenħtieġ li tkun immirata biex tnaqqas it-telf ekonomiku, filwaqt li timminimizza r-riskju tat-tixrid tal-marda. |
(38) |
L-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi r-rikonoxximent ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti għall-mard elenkat. Il-kompartimenti jinkludu stabbilimenti differenti b’sistemi ta’ bijosigurtà komuni u effiċjenti li jippermettu lil dawk l-istabbilimenti jkollhom status ta’ saħħa tal-annimali distint. Għalhekk, jekk tkun suspettata jew ikkonfermata marda tal-kategorija A fi stabbiliment tal-akkwakultura fi ħdan kompartiment, il-miżuri għall-kontroll tal-mard jenħtieġ li jiġu estiżi għal stabbilimenti oħrajn f’dak il-kompartiment li jirriżultaw f’kontroll aktar effiċjenti tal-marda. |
(39) |
Il-mistrieħ sanitarju għall-annimali akkwatiċi huwa miżura ta’ kontroll tal-mard diġà inkluża fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni preċedenti dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard fl-annimali tal-akkwakultura u li jenħtieġ li tkompli tiġi applikata. L-għan ewlieni tal-mistrieħ sanitarju huwa li jipprevjeni jew jimminimizza r-riskju ta’ infezzjoni mill-ġdid ta’ stabbilimenti bil-marda tal-kategorija A, wara li jitlestew it-tindif u d-diżinfezzjoni, u qabel ma tiġi introdotta popolazzjoni ġdida ta’ annimali akkwatiċi. Il-mistrieħ sanitarju sinkroniku f’żoni b’aktar minn stabbiliment infettat wieħed isaħħaħ il-miżuri għall-kontroll tal-mard u jikkontribwixxi għal rata ta’ suċċess ogħla. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti perjodi ta’ mistrieħ sanitarju differenti għal mard differenti tal-kategorija A sabiex il-ħin tal-mistrieħ sanitarju jitnaqqas għal minimu, filwaqt li tiġi żgurata l-effettività ta’ din il-miżura għall-kontroll tal-mard. |
(40) |
Meta stabbiliment tal-akkwakultura jkun ġie affettwat minn marda tal-kategorija A li ma tkunx ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem, it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti minn dak l-istabbiliment jenħtieġ li jkun permess wara li jkunu ttieħdu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju. Għall-ħut, dawk il-miżuri jenħtieġ li jinkludu l-iskarnar u l-evixxerazzjoni. Il-krustaċji jenħtieġ li jiġu pproċessati fi prodotti mhux vijabbli qabel id-dispaċċ. Il-prodotti jenħtieġ li jintużaw għall-konsum dirett mill-bniedem jew jgħaddu minn ipproċessar ulterjuri fi stabbiliment approvat skont l-Artikolu 179 tar-Regolament (UE) 2016/429. Dawk il-miżuri huma effettivi sabiex jikkontrollaw u jevitaw it-tixrid ulterjuri tal-marda, filwaqt li jippermettu li dawk il-prodotti jintużaw għall-konsum mill-bniedem minflok jinħlew bla bżonn. |
(41) |
L-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi li, meta tfaqqa’ marda tal-kategorija A fl-annimali akkwatiċi, iż-żoni ristretti għandhom jiġu stabbiliti bħala miżura effettiva għall-kontroll tal-marda. Iż-żoni ristretti jistgħu jinkludu żona ta’ protezzjoni madwar l-istabbilimenti li għandhom riskju akbar li jiġu affettwati minn marda tal-kategorija A. Sabiex jiġi żgurat kontroll effettiv tal-mard u jiġi evitat it-tixrid ulterjuri tal-marda, l-introduzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura għat-trobbija fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni jenħtieġ li tkun ipprojbita. Sabiex tiġi evitata l-infezzjoni mill-ġdid, iż-żona ta’ protezzjoni jenħtieġ li tinżamm sakemm l-istabbilimenti tal-akkwakultura infettati jitbattlu mill-annimali, jitnaddfu u jiġu diżinfettati u sakemm jiġi kkompletat il-perjodu ta’ mistrieħ sanitarju. |
(42) |
Il-miżuri ta’ kontroll applikati f’żona ta’ protezzjoni stabbilita għall-mard fl-annimali akkwatiċi jenħtieġ li jitneħħew biss jekk tiġi ssodisfata serje ta’ kundizzjonijiet. Dawk il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jinkludu d-depopolazzjoni, it-tindif, id-diżinfezzjoni u l-mistrieħ sanitarju tal-istabbilimenti affettwati. Barra minn hekk, ir-riżultati taż-żjarat regolari mwettqa fl-istabbilimenti kollha li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni jridu jkunu sodisfaċenti. Meta jiġu ssodisfati dawk il-kundizzjonijiet kollha, iż-żona ta’ protezzjoni jenħtieġ li ssir żona ta’ sorveljanza. Dik iż-żona ta’ sorveljanza jenħtieġ li tinżamm sakemm jgħaddi l-perjodu ta’ sorveljanza għall-marda tal-kategorija A rilevanti u ma jkunx hemm elementi sabiex tiġi ssuspettata l-preżenza tal-marda. |
(43) |
L-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429 jesiġi li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi grupp ta’ esperti operazzjonali bħala parti mill-pjanijiet ta’ kontinġenza mfassla biex jiżguraw livell għoli ta’ għarfien dwar il-mard u tħejjija u jipprovdu rispons rapidu f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A. Il-kompitu ewlieni tal-grupp ta’ esperti operazzjonali fil-każ ta’ tifqigħa ta’ mard fl-annimali akkwatiċi huwa li jappoġġja lill-awtorità kompetenti fil-valutazzjoni tal-miżuri rilevanti għall-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-marda. Il-grupp ta’ esperti operazzjonali għall-mard fl-annimali akkwatiċi selvaġġi jenħtieġ li jkun multidixxiplinarju u jinkludi rappreżentanti tad-dipartimenti tal-gvern, bħall-awtoritajiet ambjentali u tas-sajd, kif ukoll il-partijiet ikkonċernati, l-awtoritajiet lokali, il-pulizija jew organizzazzjonijiet oħrajn li jistgħu jipprovdu pariri lill-awtorità kompetenti dwar azzjonijiet possibbli għall-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-marda tal-kategorija A. |
(44) |
L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jipprevedi l-implimentazzjoni ta’ restrizzjonijiet tas-saħħa ġenerali fil-każ ta’ marda trażmissibbli serja. Meta marda tal-kategorija A tkun preżenti fl-annimali tal-akkwakultura, l-awtorità kompetenti tista’ timponi regoli aktar stretti għall-prodotti sekondarji mill-annimali li joriġinaw minn ċerti stabbilimenti. Dawk ir-regoli huma maħsuba sabiex jittrattaw is-sitwazzjonijiet fejn ir-restrizzjonijiet tas-saħħa pubblika ma jkunux jistgħu jindirizzaw ir-riskju għas-saħħa tal-annimali. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li l-prodotti sekondarji mill-annimali minn tali stabbilimenti jridu jiġu pproċessati jew mormija bħala materjal tal-kategorija 2 f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. |
(45) |
L-Artikolu 270 tar-Regolament (UE) 2016/429 ħassar id-Direttivi tal-Kunsill 92/66/KEE (7), 2001/89/KE (8), 2002/60/KE (9), 2003/85/KE (10) u 2005/94, (11) li kien fihom regoli għall-kontroll tal-mard tal-annimali. L-Artikolu 272 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li d-Direttivi mħassrin jibqgħu japplikaw għal tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament jew data aktar kmieni li għandha tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni f’att delegat. Sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat u ssimplifikat fost l-ispeċijiet u l-mard, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 u d-Direttivi mħassrin jenħtieġ li jieqfu japplikaw mill-istess data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
PARTI I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jissupplimenta r-regoli dwar l-għarfien, it-tħejjija u l-kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/429.
Dawk ir-regoli jkopru dan li ġej:
(a) |
Il-Parti II tkopri l-annimali terrestri miżmuma u selvaġġi, u b’mod partikolari:
|
(b) |
Il-Parti III tkopri l-annimali akkwatiċi miżmuma u selvaġġi, u b’mod partikolari:
|
(c) |
Il-Parti IV tkopri d-dispożizzjonijiet finali. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1882 u fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) minbarra fejn dawk id-definizzjonijiet ikopru t-termini li huma definiti fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“mezz tat-trasport” tfisser vettura tat-triq jew ferrovjarja, bastimenti u inġenji tal-ajru; |
(2) |
“flieles ta’ ġurnata” tfisser it-tjur li għandu inqas minn 72 siegħa; |
(3) |
“semen” tfisser l-eġakulat ta’ annimal jew annimali, fl-istat mhux mibdul jew ippreparat jew dilwit; |
(4) |
“ooċiti” tfisser l-istadji aplojde tal-ootidoġenesi, inklużi ooċiti sekondarji u ova; |
(5) |
“embrijun” tfisser l-istadju inizjali tal-iżvilupp ta’ annimal waqt li jkun jista’ jiġi ttrasferit lejn omm riċevitur; |
(6) |
“laħam frisk” tfisser laħam, laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam, inkluż dak ippakkjat bil-vakwu jew ippakkjat f’atmosfera kkontrollata, li ma jkun għadda minn ebda proċess minbarra t-tkessiħ, l-iffriżar jew l-iffriżar soptu; |
(7) |
“karkassa ta’ ungulat” tfisser il-ġisem sħiħ ta’ ungulat skarnat jew maqtul wara:
|
(8) |
“ġewwieni” tfisser laħam frisk minbarra dak tal-karkassa kif definit f’(7), anki jekk jibqa’ konness mal-karkassa b’mod naturali; |
(9) |
“prodotti tal-laħam” tfisser prodotti pproċessati, inklużi l-istonkijiet, il-boroż tal-awrina u l-intestini ttrattati, xaħam imdewweb, estratti tal-laħam u prodotti tad-demm, li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-laħam jew mill-ipproċessar ulterjuri ta’ tali prodotti pproċessati, sabiex il-wiċċ maqtugħ juri li l-prodott ma għadx għandu l-karatteristiċi ta’ laħam frisk; |
(10) |
“budellat” tfisser il-bżieżaq tal-awrina u l-intestini li wara t-tindif ikunu ġew ipproċessati bi scraping tat-tessuti, tneħħija tax-xaħam u ħasil u jkunu tnixxfu wara li tmellħu; |
(11) |
“kolostru” tfisser il-fluwidu li joħroġ mill-glandoli mammarji tal-annimali miżmuma sa ħamest ijiem wara l-ħlas, li jkollu ammont kbir ta’ antikorpi u minerali u li jiġi qabel il-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat. |
(12) |
“prodotti bbażati fuq il-kolostru” tfisser il-prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-kolostru jew mill-ipproċessar ulterjuri ta’ tali prodotti pproċessati; |
(13) |
“komodità sikura” tfisser komodità li tista’ tiġi mċaqilqa mingħajr il-ħtieġa ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji mmirati speċifikament kontra marda elenkata partikolari, irrispettivament mill-istatus tal-Istat Membru jew taż-żona ta’ oriġini għal dik il-marda; |
(14) |
“katina tal-provvista” tfisser katina ta’ produzzjoni integrata bi stat tas-saħħa komuni fir-rigward tal-mard elenkat u li tikkonsisti minn netwerk kollaborattiv ta’ stabbilimenti speċjalizzati approvati mill-awtorità kompetenti għall-iskop tal-Artikolu 45 u li jibagħtu l-annimali minn wieħed għall-ieħor biex jitlesta ċ-ċiklu tal-produzzjoni; |
(15) |
“żona infettata” tfisser żona li fiha jistgħu jiġu applikati r-restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-annimali miżmuma jew selvaġġi jew il-prodotti tagħhom, kif ukoll miżuri oħrajn ta’ kontroll tal-mard u ta’ bijosigurtà bl-għan li jiġi evitat it-tixrid ta’ marda tal-kategorija A fil-każ ta’ konferma uffiċjali tal-marda fl-annimali selvaġġi. |
Artikolu 3
Eżamijiet kliniċi, proċeduri tat-teħid tal-kampjuni u metodi dijanjostiċi
1. Meta jkunu meħtieġa eżamijiet kliniċi tal-annimali skont dan ir-Regolament sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza ta’ marda tal-kategorija A, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:
(a) |
it-teħid tal-kampjuni tal-annimali għal eżami kliniku jitwettaq f’konformità ma’:
|
(b) |
l-eżami kliniku jinkludi:
|
2. Meta jkunu meħtieġa eżamijiet fil-laboratorju skont dan ir-Regolament sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza ta’ marda tal-kategorija A, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:
(a) |
it-teħid tal-kampjuni tal-annimali għal eżami fil-laboratorju jitwettaq f’konformità ma’:
|
(b) |
il-metodi dijanjostiċi għall-eżamijiet fil-laboratorju jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti:
|
(c) |
il-kampjuni jintbagħtu:
|
(d) |
fil-każ tal-annimali miżmuma:
|
Artikolu 4
Pjanijiet ta’ kontinġenza
L-awtorità kompetenti għandha timplimenta l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament f’konformità mal-pjan ta’ kontinġenza msemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429.
PARTI II
ANNIMALI TERRESTRI
KAPITOLU I
Miżuri għall-kontroll tal-mard għal mard tal-kategorija A fl-annimali terrestri miżmuma
Artikolu 5
Obbligi fuq l-operaturi fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma fi stabbiliment
Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma, l-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri għall-kontroll tal-mard li ġejjin sabiex jevitaw it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali u mill-istabbilimenti affettwati taħt ir-responsabbiltà tagħhom għal annimali mhux affettwati oħrajn jew għall-bnedmin sakemm l-awtorità kompetenti teskludi l-preżenza tal-marda tal-kategorija A:
(a) |
jiżolaw l-annimali kollha suspettati li jkunu infettati bil-marda tal-kategorija A; |
(b) |
iżommu d-demel, inkluż l-imfierex u l-imraqad użati, u kwalunkwe prodott, materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati bil-mard tal-kategorija A jew li jistgħu jittrażamettuh, iżolati u protetti mill-insetti u mir-rodituri, mill-annimali miżmuma ta’ speċijiet mhux elenkati u mill-annimali selvaġġi sal-punt li jkun teknikament u prattikament fattibbli; |
(c) |
jimplimentaw il-miżuri ta’ bijosigurtà addizzjonali xierqa sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tixrid tal-marda tal-kategorija A; |
(d) |
iwaqqfu l-movimenti kollha ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn jew lejn l-istabbiliment; |
(e) |
jipprevjenu l-movimenti mhux essenzjali ta’ annimali ta’ speċijiet mhux elenkati, prodotti, materjali, sustanzi, persuni u mezzi ta’ trasport minn jew lejn l-istabbiliment; |
(f) |
jiżguraw li r-rekords tal-produzzjoni, tas-saħħa u tat-traċċabbiltà tal-istabbiliment ikunu aġġornati; |
(g) |
jipprovdu lill-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, kwalunkwe informazzjoni rilevanti rigward il-marda tal-kategorija A; u |
(h) |
isegwu kwalunkwe struzzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti rigward il-kontroll tal-marda tal-kategorija A, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 6
Investigazzjoni mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma fi stabbiliment
1. F’każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma fi stabbiliment, skont l-Artikolu 9(1), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, l-awtorità kompetenti għandha minnufih twettaq investigazzjoni biex tikkonferma jew telimina l-preżenza tal-marda elenkata suspettata.
2. Matul l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-veterinarji uffiċjali jwettqu mill-inqas:
(a) |
eżamijiet kliniċi tal-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati fl-istabbiliment; u |
(b) |
il-ġbir ta’ kampjuni għal eżamijiet fil-laboratorju. |
Artikolu 7
Miżuri preliminari ta’ restrizzjoni u bijosigurtà fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma fi stabbiliment
1. Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed l-istabbiliment taħt sorveljanza uffiċjali u timponi minnufih il-miżuri preliminari ta’ restrizzjoni u bijosigurtà li ġejjin, sabiex tevita t-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali affettwati u mill-istabbiliment affettwat għal annimali mhux affettwati oħrajn jew għall-bnedmin:
(a) |
il-projbizzjoni tal-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati lejn u mill-istabbiliment; |
(b) |
il-projbizzjoni tal-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet mhux elenkati lejn u mill-istabbiliment; |
(c) |
il-projbizzjoni tal-movimenti ta’ kwalunkwe prodott, materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati bil-mard tal-kategorija A jew li x’aktarx jittrażmettu tali mard mill-istabbiliment; |
(d) |
l-iżolament tal-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati u l-protezzjoni minn annimali selvaġġi, annimali ta’ speċijiet mhux elenkati u, meta jkun meħtieġ, minn insetti u rodituri; |
(e) |
il-projbizzjoni tal-qtil ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati, sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti; u |
(f) |
il-projbizzjoni ta’ movimenti mhux essenzjali ta’ prodotti, materjali, sustanzi, persuni u mezzi ta’ trasport lejn l-istabbilimenti. |
2. B’deroga mill-punt 1(a), (b) u (c), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti tal-annimali u tal-prodotti mill-istabbiliment fejn hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A, wara li titwettaq valutazzjoni tar-riskji u dment li:
(a) |
il-movimenti tal-annimali u tal-prodotti jkunu konformi mal-kundizzjonijiet u l-miżuri ta’ bijosigurtà kollha meħtieġa sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda; |
(b) |
fl-istabbiliment tad-destinazzjoni ma jkunx hemm annimali miżmuma oħrajn tal-ispeċijiet elenkati; u |
(c) |
l-istabbiliment tad-destinazzjoni ma jkunx biċċerija. |
3. Meta jingħataw id-derogi previsti fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista’ timponi l-miżuri għall-kontroll tal-mard previsti fil-paragrafu 1 fl-istabbiliment tad-destinazzjoni.
4. L-awtorità kompetenti tista’ tordna l-qtil preventiv, f’konformità mal-Artikolu 12(1) u (2), ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati fl-istabbiliment fejn ikun hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A, meta s-sitwazzjoni epidemjoloġika tirrikjedi dan.
5. Il-prodotti sekondarji mill-annimali kollha minn annimali mejta, li mietu jew li nqatlu fl-istabbiliment fejn hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A għandhom jiġu pproċessati jew mormija f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 sabiex jiġi żgurat li l-aġent tal-marda ssuspettat ikun inattivat u sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda għal annimali mhux affettwati jew għall-bnedmin.
Artikolu 8
Inventarju u analiżi tar-rekords fil-każ tas-suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma fi stabbiliment
1. Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A, l-awtorità kompetenti għandha tordna u tivverifika li, mingħajr dewmien, l-operaturi tal-istabbilimenti fejn ikun hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A jikkompilaw u jżommu inventarju aġġornat ta’ dawn li ġejjin:
(a) |
l-ispeċijiet, il-kategoriji u n-numru ta’ annimali miżmuma fl-istabbiliment; għall-pollam, jista’ jiġi stmat in-numru ta’ annimali; |
(b) |
in-numru ta’ identifikazzjoni individwali tal-annimali kollha tal-ispeċijiet li l-identifikazzjoni individwali tagħhom hija obbligatorja skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 (14) |
(c) |
l-ispeċijiet, il-kategoriji u n-numru ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li twieldu, mietu, urew sinjali kliniċi jew li x’aktarx ikunu infettati jew ikkontaminati bil-marda tal-kategorija A fl-istabbiliment; |
(d) |
kwalunkwe prodott, materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati bil-marda tal-kategorija A rilevanti jew li x’aktarx jittrażmettu tali marda fl-istabbiliment; u |
(e) |
fejn ikun rilevanti, il-postijiet kollha li x’aktarx jippermettu s-sopravivenza tal-vetturi tal-marda rilevanti tal-kategorija A fl-istabbiliment; |
2. Fejn l-istabbiliment ikun jikkonsisti minn diversi unitajiet epidemjoloġiċi, l-informazzjoni fil-paragrafu 1 għandha tiġi speċifikata għal kull unità epidemjoloġika.
3. Fil-qafas tal-inkjesta epidemjoloġika, kif imsemmi fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429, l-awtorità kompetenti għandha tanalizza mill-inqas ir-rekords li ġejjin tal-istabbiliment fejn hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A:
(a) |
l-inventarju msemmi fil-paragrafu 1; |
(b) |
ir-rekords li jikkonċernaw l-oriġini u d-data tal-wasla u tat-tluq fl-istabbiliment jew minnu tal-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati; |
(c) |
ir-rekords li jikkonċernaw l-oriġini u d-data tal-wasla u tat-tluq fl-istabbiliment jew minnu ta’ movimenti tat-trasport rilevanti oħrajn; |
(d) |
rekords ta’ produzzjoni; u |
(e) |
ir-rekords li jikkonċernaw iż-żjarat fl-istabbiliment, jekk ikunu disponibbli. |
4. L-analiżi tar-rekords imsemmija fil-paragrafu 3 għandha tkopri, mill-inqas, il-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, ikkalkolat b’lura mid-data li fiha jkun ġie nnotifikat is-suspett.
Artikolu 9
Żoni ristretti temporanji fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali terrestri miżmuma fi stabbiliment
1. Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma fi stabbiliment, l-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi żona ristretta temporanja billi tqis iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) |
il-post tal-istabbiliment f’żona b’densità għolja ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li għalihom hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A; |
(b) |
il-moviment tal-annimali jew tal-persuni f’kuntatt ma’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li għalihom hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A; |
(c) |
id-dewmien fil-konferma tal-marda tal-kategorija A skont l-Artikolu 11; |
(d) |
l-informazzjoni insuffiċjenti dwar l-oriġini u r-rotot tal-introduzzjoni possibbli tal-marda tal-kategorija A suspettata; u |
(e) |
il-profil tal-marda, b’mod partikolari r-rotot u l-veloċità tat-trażmissjoni tal-marda u l-persistenza tal-marda fil-popolazzjoni tal-annimali. |
2. Fl-istabbilimenti fi ħdan iż-żona ristretta temporanja, l-awtorità kompetenti għandha tapplika mill-inqas il-miżuri previsti fl-Artikolu 7.
3. L-awtorità kompetenti tista’ żżomm iż-żona ristretta temporanja sal-mument li tkun ġiet eskluża l-preżenza tal-marda tal-kategorija A fl-istabbiliment fejn kien hemm suspett tagħha jew sal-mument li tkun ġiet ikkonfermata l-preżenza ta’ dik il-marda u tiġi stabbilita żona ristretta skont l-Artikolu 21.
4. L-awtorità kompetenti tista’ tordna l-qtil preventiv, f’konformità mal-Artikolu 12(1) u (2), jew l-iskarnar ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati, fiż-żoni ristretti temporanji meta s-sitwazzjoni epidemjoloġika tirrikjedi dan.
Artikolu 10
Miżuri li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport
1. Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A skont l-Artikolu 9(1), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 f’negozji tal-ikel u tal-għalf, f’postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti tal-prodotti sekondarji mill-annimali jew f’kull post ieħor ta’ rilevanza, inklużi l-mezzi tat-trasport, l-awtorità kompetenti għandha tapplika:
(a) |
id-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Artikoli 5 sa 9; u |
(b) |
jekk ikunu meħtieġa, miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A għal annimali mhux affettwati jew għall-bnedmin. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tapplika wkoll id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5 sa 9 fl-istabbilimenti ta’ oriġini tal-annimali jew tal-prodotti preżenti fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li huma suspettati li huma infettati.
Artikolu 11
Konferma uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali terrestri miżmuma
L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma uffiċjalment tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali terrestri miżmuma meta każ jiġi kkonfermat skont l-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.
Artikolu 12
Miżuri għall-kontroll tal-mard fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali miżmuma fi stabbiliment
1. Wara l-konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment f’konformità mal-Artikolu 11, l-awtorità kompetenti għandha tordna li, minbarra l-miżuri previsti fl-Artikolu 7, il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ġejjin jiġu applikati minnufih taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali:
(a) |
l-annimali kollha tal-ispeċijiet elenkati miżmuma fl-istabbiliment affettwat għandhom jinqatlu kemm jista’ jkun malajr fuq il-post, fl-istabbiliment, b’tali mod li jiġi evitat kull riskju ta’ tixrid tal-aġent tal-marda tal-kategorija A rilevanti matul u wara l-qtil; |
(b) |
għandhom jittieħdu l-miżuri ta’ bijosigurtà xierqa u neċessarji kollha sabiex jiġi evitat kwalunkwe tixrid possibbli tal-marda tal-kategorija A għal annimali miżmuma jew selvaġġi mhux affettwati jew għall-bnedmin; |
(c) |
iġsma jew partijiet ta’ annimali miżmuma ta’ speċijiet elenkati li mietu jew li nqatlu skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandhom jintremew skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009; |
(d) |
il-prodotti, il-materjali jew is-sustanzi kollha potenzjalment ikkontaminati preżenti fl-istabbiliment għandhom jiġu iżolati sakemm:
|
2. L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li:
(a) |
it-trasport mill-istabbiliment affettwat tal-prodotti sekondarji mill-annimali msemmija fil-paragrafi 1(c) u 1(d)(i) ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; |
(b) |
it-trasport mill-istabbiliment affettwat tal-materjali jew is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1(d)(iii) ikun f’konformità mal-istruzzjonijiet tagħha rigward il-kundizzjonijiet tal-bijosigurtà u tal-bijosikurezza sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-aġent tal-marda tal-kategorija A. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tiġbor kampjuni għal eżami fil-laboratorju minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati, qabel jew meta jinqatlu jew jinstabu mejta, għall-iskopijiet tal-inkjesta epidemjoloġika msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429.
4. B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’, wara li twettaq valutazzjoni tar-riskju u wara li tqis il-possibbiltà li tapplika miżuri oħrajn għall-mitigazzjoni tar-riskju, tiddeċiedi:
(a) |
li tordna l-qtil ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati fl-eqreb post adegwat b’tali mod li jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tixrid tal-marda tal-kategorija A matul il-qtil jew it-trasport; jew |
(b) |
li tipposponi l-qtil ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati, dment li dawk l-annimali jkunu soġġetti għal tilqim ta’ emerġenza kif previst fl-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2016/429. |
Artikolu 13
Derogi speċifiċi mill-Artikolu 12(1)(a)
1. Fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbilimenti li jżommu annimali ta’ speċijiet elenkati f’żewġ unitajiet epidemjoloġiċi jew aktar, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti deroga mill-Artikolu 12(1)(a) lill-unitajiet epidemjoloġiċi li fihom il-marda ma tkunx ġiet ikkonfermata, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju, u, fejn meħtieġ, wara l-kisba ta’ riżultati favorevoli fl-eżamijiet tal-laboratorju, u dment li:
(a) |
l-inkjesta epidemjoloġika msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429 ma tkun żvelat l-ebda rabta epidemjoloġika bejn l-unitajiet epidemjoloġiċi li fihom tkun ġiet ikkonfermata l-marda tal-kategorija A u dawk li fihom ma tkunx ġiet ikkonfermata l-marda, sabiex ikun hemm suspett tat-tixrid tal-marda tal-kategorija A bejniethom; u |
(b) |
l-awtorità kompetenti tkun ikkonfermat li, mill-inqas matul il-perjodu ta’ monitoraġġ, stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, qabel il-konferma tal-marda tal-kategorija A, l-unitajiet epidemjoloġiċi li fihom ma tkunx ġiet ikkonfermata l-marda jkunu nżammu kompletament separati u mmaniġġjati minn membri tal-persunal differenti. |
2. L-awtorità kompetenti tista’ tagħti deroga mill-Artikolu 12(1)(a) għall-kategoriji ta’ annimali li ġejjin, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3:
(a) |
l-annimali jkunu miżmuma fi stabbiliment konfinat; |
(b) |
l-annimali jkunu miżmuma għal skopijiet xjentifiċi jew skopijiet relatati mal-konservazzjoni ta’ speċijiet protetti jew fil-periklu; |
(c) |
l-annimali jkunu ġew uffiċjalment irreġistrati minn qabel bħala razez rari; u |
(d) |
l-annimali jkollhom valur ġenetiku, kulturali jew edukattiv għoli debitament ġustifikat. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin meta tingħata d-deroga prevista fil-paragrafu 2:
(a) |
l-awtorità kompetenti tkun wettqet valutazzjoni tal-effetti tal-għoti ta’ deroga bħal din u, b’mod partikolari, tal-effetti fuq l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-Istat Membru kkonċernat u tal-pajjiżi li jmissu miegħu u l-eżitu ta’ din il-valutazzjoni jkun indika li l-istat tas-saħħa tal-annimali mhuwiex fil-periklu; |
(b) |
jiġu applikati miżuri ta’ bijosigurtà xierqa sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-marda tal-kategorija A lil annimali miżmuma mhux affettwati jew lil annimali selvaġġi jew lill-bnedmin, filwaqt li jitqiesu:
|
(c) |
l-annimali jkunu soġġetti għal iżolament xieraq u sorveljanza klinika, inklużi eżamijiet fil-laboratorju, sakemm l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiżgura li l-annimali ma jippreżentaw l-ebda riskju ta’ trażmissjoni tal-marda tal-kategorija A. |
4. L-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi speċifiċi mill-Artikolu 12(1)(a) lill-annimali ekwini miżmuma fi stabbilimenti fejn tifqigħa tal-kategorija A tal-mard imsemmi fl-Anness III tkun ġiet ikkonfermata fil-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 14
Miżuri addizzjonali għall-kontroll tal-mard fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali terrestri miżmuma fi stabbiliment
1. Minbarra l-miżuri previsti fl-Artikolu 12, l-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi proċeduri tat-teħid tal-kampjuni għal annimali miżmuma tal-ispeċijiet mhux elenkati u annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati, abbażi tal-informazzjoni miksuba mill-inkjesta epidemjoloġika msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429.
2. L-awtorità kompetenti, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju tat-tixrid ulterjuri tal-marda rilevanti tal-kategorija A u b’kunsiderazzjoni tal-possibbiltà li jiġu applikati miżuri oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskji, tista” tordna l-qtil tal-annimali miżmuma ta’ speċijiet mhux elenkati u tal-annimali selvaġġi b’tali mod li jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tixrid tal-marda tal-Kategorija A matul il-qtil, it-trasport u sar-rimi tal-iġsma kollha jew tal-partijiet tal-annimali mejta.
Artikolu 15
Tindif u diżinfezzjoni preliminari u kontroll tal-insetti u tar-rodituri fl-istabbiliment affettwat
1. Minnufih wara l-ikkompletar tal-miżuri previsti fl-Artikolu 12 u, meta jkun rilevanti, fl-Artikolu 14, l-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja tindif u diżinfezzjoni preliminari u, meta jkun rilevanti, kontroll tal-insetti u tar-rodituri, fl-istabbiliment affettwat sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A.
2. It-tindif, id-diżinfezzjoni u l-kontroll preliminari msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:
(a) |
mwettqa skont il-proċeduri stabbiliti fil-punti A u B tal-Anness IV bl-użu tal-prodotti bijoċidali xierqa sabiex tiġi żgurata l-qerda tal-aġent tal-marda tal-Kategorija A rilevanti; u |
(b) |
ddokumentati b’mod adegwat. |
3. Meta l-awtorità kompetenti tagħti waħda mid-derogi previsti fl-Artikolu 13(2) u (4), din għandha tordna t-tindif, id-diżinfezzjoni u l-kontroll preliminari msemmija fil-paragrafu 1 billi tadatta l-proċeduri msemmija fil-punt 2 (a) għas-sitwazzjoni speċifika mingħajr ħsara għall-kontroll tat-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali affettwati u mill-istabbilimenti u mill-postijiet affettwati lil annimali oħra li ma jkunux affettwati jew lill-bnedmin.
4. Minbarra l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li l-mezzi tat-trasport użati għat-trasport tal-annimali lejn u mill-istabbiliment affettwat ikunu mnaddfa u diżinfettati kif xieraq u, fejn rilevanti, soġġetti għal miżuri li jiżguraw il-kontroll ta’ insetti u rodituri.
Artikolu 16
Derogi u regoli speċjali għat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari u l-kontroll ta’ vetturi
L-awtorità kompetenti tista’ tagħti deroga għar-rekwiżit rigward it-tindif u d-diżinfezzjoni u l-kontroll tal-insetti u tar-rodituri stabbiliti fl-Artikolu 15 fil-każ ta’:
(a) |
mergħat epidemjoloġikament marbuta mal-istabbiliment affettwat, skont proċeduri speċifiċi sabiex tiġi żgurata l-inattivazzjoni effettiva tal-aġent tal-marda tal-kategorija A rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-profil tal-marda, it-tip ta’ stabbiliment u l-kundizzjonijiet klimatiċi; u |
(b) |
demel, inklużi mfierex u mraqad użati, mill-istabbiliment affettwat, skont proċeduri speċifiċi sabiex tiġi żgurata l-inattivazzjoni effettiva tal-aġent tal-marda tal-kategorija A rilevanti f’konformità mal-evidenza xjentifika. |
Artikolu 17
L-identifikazzjoni ta’ stabbilimenti epidemjoloġikament marbuta u postijiet oħrajn ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport
1. Fil-qafas tal-inkjesta epidemjoloġika, kif imsemmi fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429, u sabiex jiġu identifikati l-istabbilimenti kollha konnessi epidemjoloġikament u postijiet oħra ta’ rilevanza, inklużi l-mezzi tat-trasport, l-awtorità kompetenti għandha tirrintraċċa l-annimali miżmuma kollha preżenti fl-istabbiliment fejn tkun ġiet ikkonfermata tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A u kwalunkwe prodott, materjal, sustanza, mezz tat-trasport jew persuna li x’aktarx ixerrdu l-marda rilevanti tal-kategorija A inklużi:
(a) |
dawk li jintbagħtu lejn u mill-istabbiliment; u |
(b) |
dawk li daħlu f’kuntatt mal-istabbiliment. |
2. Ir-rintraċċar imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri mill-inqas il-perjodu ta’ monitoraġġ, stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, ikkalkolat b’lura mid-data li fiha jkun ġie nnotifikat is-suspett.
3. Wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-awtorità kompetenti tista’ teskludi mir-rintraċċar imsemmi fil-paragrafu 1 dawk il-prodotti kkunsidrati bħala komoditajiet sikuri, kif previst fl-Anness VII.
Artikolu 18
Miżuri li għandhom jiġu applikati fl-istabbilimenti epidemjoloġikament marbuta u f’postijiet oħrajn ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport
1. Meta r-rintraċċar previst fl-Artikolu 17(1) juri li l-annimali tal-ispeċijiet elenkati ntbagħtu minn jew lejn l-istabbiliment affettwat matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
twettaq investigazzjonijiet u timponi miżuri ta’ restrizzjoni u bijosigurtà f’konformità mal-Artikolu 6, mal-Artikolu 7 u mal-Artikolu 8 fl-istabbilimenti tad-destinazzjoni jew tal-oriġini tal-moviment; jew |
(b) |
testendi immedjatament il-miżuri fl-Artikolu 12 għall-istabbiliment ta’ oriġini jew l-istabbiliment tad-destinazzjoni tal-moviment fil-każ li jkun hemm evidenza epidemjoloġika tat-tixrid tal-marda lejn, minn jew permezz ta’ dak l-istabbiliment. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 fi stabbilimenti u postijiet oħra ta’ rilevanza, inkluż il-mezzi tat-trasport, li x’aktarx ikunu kkontaminati b’riżultat ta’ kuntatt ma’ annimali, prodotti, materjali, sustanzi, persuni jew mezzi tat-trasport mill-istabbiliment affettwat identifikat fil-qafas tar-rintraċċar imsemmi fl-Artikolu 17 jew abbażi ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra mill-inkjesta epidemjoloġika, kif imsemmi fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429.
Artikolu 19
Miżuri li għandhom jiġu applikati għall-prodotti identifikati mir-rintraċċar
1. L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni identifikati bħala kontaminati mir-rintraċċar imsemmi fl-Artikolu 17 jintremew skont ir-Regolament (UE) Nru 1069/2009.
2. L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja t-trattament, l-ipproċessar jew ir-rimi tal-prodotti identifikati mir-rintraċċar imsemmi fl-Artikolu 17, mill-inqas sa:
(a) |
l-ewwel stabbiliment tal-ipproċessar tal-ikel fil-każ ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali; |
(b) |
il-mafqas jew l-istabbiliment fejn jintbagħat il-bajd għat-tifqis, fil-każ ta’ bajd għat-tifqis li għadu ma faqqasx; u |
(c) |
l-ewwel stabbiliment tal-ipproċessar fil-każ ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, minbarra d-demel; jew |
(d) |
il-post fejn jinħażen, fil-każ tad-demel, inklużi mfierex u mraqad użat. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sorveljanza uffiċjali fuq il-pollam imfaqqas matul il-perjodu ta’ rintraċċar imsemmi fl-Artikolu 17(2) minn bajd għat-tifqis li joriġina mill-istabbiliment affettwat; din is-sorveljanza għandha tkun stabbilita fl-istabbilimenti kollha tad-destinazzjoni tal-bajd għat-tifqis u għandha tinżamm għal perjodu ta’ żmien ta’ 21 jum wara t-tifqis.
4. L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li t-trasport mill-istabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
5. L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li l-materjali jew is-sustanzi li x’aktarx ikunu kkontaminati jew li x’aktarx jittrażmettu l-marda tal-kategorija A rilevanti jkunu konformi mal-istruzzjonijiet tagħha rigward il-kundizzjonijiet tal-bijosigurtà u tal-bijosikurezza sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-aġent tal-marda tal-kategorija A.
Artikolu 20
Miżuri li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport
1. Fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa f’konformità mal-Artikolu 11 fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport, l-awtorità kompetenti għandha tapplika:
(a) |
id-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Artikoli 12 sa 19; u |
(b) |
jekk ikunu meħtieġa, miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali affettwati u mill-istabbilimenti u l-postijiet affettwati għal annimali mhux affettwati oħrajn jew għall-bnedmin. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tapplika d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 12 sa 19 ukoll fl-istabbilimenti ta’ oriġini tal-annimali affettwati jew tal-prodotti preżenti fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
KAPITOLU II
Miżuri għall-kontroll tal-mard għal mard tal-kategorija A ta’ annimali terrestri miżmuma fiż-żoni ristretti
Artikolu 21
L-istabbiliment ta’ żona ristretta
1. Fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment, negozju tal-ikel u tal-għalf, stabbiliment ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew postijiet oħrajn, inklużi mezzi tat-trasport, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi minnufih żona ristretta madwar l-istabbiliment jew il-post affettwat, li tinkludi:
(a) |
żona ta’ protezzjoni bbażata fuq ir-raġġ minimu mit-tifqigħa stabbilit għall-marda tal-kategorija A rilevanti fl-Anness V; |
(b) |
żona ta’ sorveljanza bbażata fuq ir-raġġ minimu mit-tifqigħa stabbilit għall-marda tal-kategorija A rilevanti fl-Anness V; u |
(c) |
jekk ikun meħtieġ, abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2016/429, żoni ristretti oħra madwar jew li jmissu maż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, fejn l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-istess miżuri bħal dawk previsti fit-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu għaż-żona ta’ sorveljanza. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tadatta l-konfini taż-żona ristretta inizjali, inklużi l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri, fil-każ tas-sovrapożizzjoni ta’ żewġ żoni ristretti jew aktar minħabba tifqigħat ulterjuri tal-marda tal-kategorija A.
3. B’deroga mill-paragrafu 1 u, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji li tqis il-profil tal-marda, l-awtorità kompetenti ma tistax tistabbilixxi żona ristretta meta sseħħ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fil-postijiet li ġejjin:
(a) |
stabbilimenti li jżommu l-annimali msemmija fl-Artikolu 13(2); |
(b) |
imfaqas; |
(c) |
negozji tal-ikel u tal-għalf, postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali; |
(d) |
mezzi tat-trasport; |
(e) |
postijiet fejn iseħħu operazzjonijiet ta’ assemblaġġ jew eżibizzjoni temporanja jew assistenza veterinarja tal-annimali; u |
(f) |
kwalunkwe post ieħor li mhuwiex stabbiliment. |
Artikolu 22
Miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żona ristretta
1. L-awtorità kompetenti għandha mingħajr dewmien tikkompila u żżomm aġġornat inventarju tal-istabbilimenti kollha li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati li jinsabu fiż-żona ristretta, inklużi l-ispeċijiet, il-kategoriji u n-numru ta’ annimali f’kull stabbiliment; għall-pollam, jista’ jiġi stmat in-numru ta’ annimali.
2. L-awtorità kompetenti tista’, sabiex tevita t-tixrid tal-marda u abbażi ta’ informazzjoni epidemjoloġika jew evidenza oħra, timplimenta l-qtil preventiv, f’konformità mal-Artikolu 12(1) u (2), jew l-iskarnar ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati fl-istabbilimenti li jinsabu fiż-żona ristretta.
3. L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li l-movimenti kollha ta’ iġsma sħaħ jew ta’ partijiet minn annimali selvaġġi u miżmuma mejtin tal-ispeċijiet elenkati miż-żona ristretta jkunu destinati għall-ipproċessar jew ir-rimi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 f’impjant approvat għal dawk l-għanijiet:
(a) |
fit-territorju tal-Istat Membru; jew |
(b) |
fi Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 48(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, fejn ma jkunx possibbli li jiġu pproċessati jew mormija l-iġsma sħaħ jew partijiet minn annimali mejtin f’impjant approvat fit-territorju tal-Istat Membru fejn seħħet it-tifqigħa. |
4. L-awtorità kompetenti għandha timponi kundizzjonijiet speċifiċi għat-trasport ta’ annimali u prodotti miż-żona ristretta sabiex tiżgura li dan isir:
(a) |
mingħajr waqfien jew ħatt fiż-żona ristretta; |
(b) |
billi tingħata prijorità lill-awtostradi maġġuri jew lil-linji ferrovjarji ewlenin; u |
(c) |
billi t-trasport ma jgħaddix fil-viċinat tal-istabbilimenti li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati. |
5. Prodotti sekondarji mill-annimali li joriġinaw minn u li jiġu mċaqilqa barra miż-żona ristretta għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ minn veterinarju uffiċjali li jiddikjara li huma jitħallew jiġu mċaqilqa miż-żona ristretta fil-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti f’konformità ma’ dan il-Kapitolu.
6. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 5 ma għandux jinħareġ għall-movimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali fl-Istat Membru kkonċernat meta dik l-awtorità tqis li hemm sistema alternattiva fis-seħħ li tiżgura li l-konsenji ta’ tali prodotti huma traċċabbli u li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal tali movimenti.
7. Kwalunkwe ġbir ta’ kampjuni fl-istabbilimenti fiż-żona ristretta li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati, għal skopijiet oħrajn minbarra sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza tal-mard tal-kategorija A rilevanti, irid ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 23
Derogi mill-miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żona ristretta
L-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi mid-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu dwar il-miżuri li għandhom jiġu applikati f’żoni ristretti, safejn meħtieġ u wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji:
(a) |
fiż-żoni ristretti ulterjuri msemmija fl-Artikolu 21(1)(c); |
(b) |
f’każ li l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tistabbilixxi żona ristretta meta sseħħ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fl-Artikolu 21(3); |
(c) |
f’każ li t-tifqigħa sseħħ fi stabbiliment li jżomm sa 50 għasfur maqbudin; jew |
(d) |
fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fl-Artikolu 21(3) li jinsabu f’żona ristretta. |
Artikolu 24
Rekwiżiti għall-mezzi tat-trasport ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati u prodotti tagħhom
1. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-mezzi tat-trasport użati għall-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati u l-prodotti tagħhom fi, minn, lejn u fi tranżitu minn ġoż-żona ristretta jkunu ġew:
(a) |
mibnija u miżmuma b’tali mod li tiġi evitata kwalunkwe tnixxija jew ħarba ta’ annimali, prodotti jew kwalunkwe oġġett li jirrappreżenta riskju għas-saħħa tal-annimali; |
(b) |
imnaddfin u ddiżinfettati minnufih wara kull trasport ta’ annimali, prodotti jew kwalunkwe oġġett ieħor li jirrappreżenta riskju għas-saħħa tal-annimali u, jekk ikun meħtieġ, sussegwentement iddiżinfettati mill-ġdid u, fi kwalunkwe każ, imnixxfin jew jitħallew jinxfu, qabel kwalunkwe tagħbija ġdida ta’ annimali jew prodotti; u |
(c) |
fejn rilevanti, soġġetti għal miżuri għall-kontroll tal-insetti u tar-rodituri qabel it-trasport. |
2. It-tindif u d-diżinfezzjoni tal-mezzi tat-trasport imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu:
(a) |
f’konformità mal-istruzzjonijiet jew il-proċeduri previsti mill-awtorità kompetenti bl-użu tal-prodotti bijoċidali xierqa sabiex tiġi żgurata l-qerda tal-aġent tal-marda tal-kategorija A rilevanti; u |
(b) |
jiġu ddokumentati b’mod adegwat. |
Artikolu 25
Miżuri li għandhom jiġu applikati fi stabbilimenti li jżommu annimali elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha tordna mingħajr dewmien l-applikazzjoni tal-miżuri li ġejjin fi stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati, minbarra l-istabbiliment li fih tkun ġiet ikkonfermata l-marda tal-kategorija A:
(a) |
li l-annimali ta’ speċijiet elenkati jinżammu separati minn annimali selvaġġi u minn annimali ta’ speċijiet mhux elenkati; |
(b) |
li tiġi implimentata sorveljanza addizzjonali sabiex tidentifika kwalunkwe tixrid ulterjuri tal-marda tal-Kategorija A lejn l-istabbilimenti, inkluż kwalunkwe żieda fil-morbożità jew fil-mortalità jew tnaqqis sinifikanti fid-data tal-produzzjoni; kwalunkwe żieda jew tnaqqis bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-awtorità kompetenti; |
(c) |
meta jkun xieraq, jiġu implimentati mezzi adegwati għall-kontroll tal-insetti u tar-rodituri u ta’ vetturi tal-mard oħrajn fl-istabbiliment u madwaru; |
(d) |
l-użu ta’ mezzi xierqa ta’ diżinfezzjoni fid-dħul u fil-ħruġ tal-istabbiliment; |
(e) |
li jiġu applikati miżuri ta’ bijosigurtà xierqa għall-persuni kollha f’kuntatt ma’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati jew li jkunu deħlin jew ħerġin mill-istabbiliment kif ukoll għall-mezzi tat-trasport sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tixrid tal-marda tal-kategorija A rilevanti; |
(f) |
li jinżammu rekords tal-persuni kollha li jżuru l-istabbiliment, u jinżammu aġġornati sabiex jiffaċilitaw is-sorveljanza u l-kontroll tal-mard u jqegħduhom għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti fuq talba; |
(g) |
jarmu l-iġsma sħaħ jew il-partijiet ta’ annimali mejta jew maqtula tal-ispeċijiet elenkati skont l-Artikolu 22(3). |
2. B’deroga mill-punt (f) tal-paragrafu 1, ir-rekords dwar il-viżitaturi mhumiex meħtieġa fi stabbilimenti fejn jinżammu l-annimali msemmija fl-Artikolu 13(2), jekk il-viżitaturi ma jkollhomx aċċess għaż-żoni fejn jinżammu l-annimali.
Artikolu 26
Żjarat minn veterinarji uffiċjali fi stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-veterinarji uffiċjali jwettqu mill-inqas żjara waħda fl-istabbilimenti kollha msemmija fl-Artikolu 25, mill-aktar fis possibbli u mingħajr dewmien mhux ġustifikat, wara l-konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A.
2. Meta jwettqu ż-żjarat imsemmija fil-paragrafu 1, il-veterinarji uffiċjali għandhom jagħmlu mill-inqas l-attivitajiet li ġejjin:
(a) |
kontrolli dokumentarji, inkluża analiżi tar-rekords tal-produzzjoni, tas-saħħa u tat-traċċabbiltà; |
(b) |
verifika tal-implimentazzjoni tal-miżuri applikati sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni jew it-tixrid tal-marda tal-kategorija A rilevanti f’konformità mal-Artikolu 25; |
(c) |
eżami kliniku ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati; u |
(d) |
jekk ikun meħtieġ, il-ġbir ta’ kampjuni ta’ annimali għal eżami fil-laboratorju sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza tal-marda tal-kategorija A rilevanti. |
3. L-awtorità kompetenti tista’ titlob li jsiru aktar żjarat veterinarji fl-istabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni sabiex issegwi s-sitwazzjoni.
4. L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekord tal-attivitajiet u ż-żjarat imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 u s-sejbiet tagħhom.
5. B’deroga mill-paragrafu 1, meta r-raġġ taż-żona ta’ protezzjoni stabbilita fl-Anness V ikun akbar minn 3 km, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tirrikjedix iż-żjara fl-istabbilimenti kollha msemmija fl-Artikolu 25, iżda ż-żjara ta’ numru rappreżentattiv ta’ dawk l-istabbilimenti skont il-punt A.3 tal-Anness I.
Artikolu 27
Projbizzjonijiet fir-rigward tal-attivitajiet, inklużi l-movimenti, li jikkonċernaw annimali, prodotti u materjal ieħor ġewwa, minn jew lejn iż-żona ta’ protezzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi l-attivitajiet, inklużi l-movimenti, li jikkonċernaw l-annimali tal-ispeċijiet elenkati u l-prodotti tagħhom u materjali oħra ġewwa, minn u lejn iż-żona ta’ protezzjoni skont it-tabella fl-Anness VI.
2. L-awtorità kompetenti tista’ testendi l-projbizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 għal:
(a) |
annimali ta’ speċijiet mhux elenkati u prodotti minn tali annimali; u |
(b) |
attivitajiet, inklużi movimenti, minbarra dawk stipulati fl-Anness VI. |
3. Il-prodotti li ġejjin huma eżentati mill-projbizzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2:
(a) |
prodotti li joriġinaw mill-annimali meqjusa bħala komoditajiet sikuri, skont l-Anness VII, fir-rigward tal-marda rilevanti; |
(b) |
prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkun sarilhom it-trattament rilevanti skont l-Anness VII; |
(c) |
prodotti jew materjali oħrajn li x’aktarx ixerrdu l-marda miksuba jew prodotti qabel il-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, ikkalkolat b’lura mid-data li fiha jkun ġie nnotifikat is-suspett; |
(d) |
prodotti li jkunu ġew prodotti fiż-żona ta’ protezzjoni u li jkunu nkisbu minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati:
|
(e) |
prodotti derivati. |
4. Il-projbizzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 3 jekk:
(a) |
il-prodotti ma kinux separati b’mod ċar, matul il-proċess tal-produzzjoni, il-ħżin u t-trasport, minn prodotti mhux eliġibbli għad-dispaċċ barra ż-żona ristretta skont dan ir-Regolament; jew |
(b) |
l-awtorità kompetenti jkollha evidenza epidemjoloġika tat-tixrid tal-marda għal, minn jew permezz ta’ dawk il-prodotti. |
Artikolu 28
Kundizzjonijiet ġenerali għall-għoti ta’ derogi mill-projbizzjonijiet fiż-żona ta’ protezzjoni
1. B’deroga mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 27, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali u prodotti fil-każijiet koperti mill-Artikoli 29 sa 38 u fil-kundizzjonijiet speċifiċi previsti f’dawk l-Artikoli u l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu.
Qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta r-riskji li joħorġu minn dik l-awtorizzazzjoni u l-valutazzjoni trid tindika li r-riskju li tinfirex il-marda tal-kategorija A huwa negliġibbli.
2. Il-movimenti kollha awtorizzati jridu jsiru:
(a) |
esklussivament minn rotot magħżula, |
(b) |
billi tingħata prijorità lill-awtostradi maġġuri jew lil-linji ferrovjarji ewlenin, |
(c) |
billi tiġi evitata l-viċinanza tal-istabbilimenti li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati, u |
(d) |
mingħajr ħatt jew waqfien, sakemm isir il-ħatt fl-istabbiliment tad-destinazzjoni. |
3. L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini għandha tinnomina l-istabbiliment tad-destinazzjoni għall-movimenti minn jew lejn iż-żona ta’ protezzjoni. Jekk l-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini tkun differenti mill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-destinazzjoni dwar din id-deżinjazzjoni.
4. L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini għandha tivverifika li l-istabbiliment tad-destinazzjoni jaqbel li jiġi ddeżinjat u li jirċievi kull kunsinna ta’ annimali jew prodotti.
5. Meta tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miż-żona ta’ protezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn il-movimenti ma jippreżentaw l-ebda riskju ta’ tixrid tal-marda tal-kategorija A abbażi ta’:
(a) |
eżami kliniku, b’riżultati favorevoli, tal-annimali miżmuma fl-istabbiliment, inklużi dawk l-annimali li għandhom jiġu mċaqilqa; |
(b) |
jekk meħtieġ, eżami fil-laboratorju, b’riżultati favorevoli, tal-annimali miżmuma fl-istabbiliment, inklużi dawk l-annimali li għandhom jiġu mċaqilqa; u |
(c) |
l-eżitu taż-żjarat imsemmija fl-Artikolu 26. |
6. Meta tawtorizza t-trasport ta’ prodotti miż-żona ta’ protezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li:
(a) |
matul il-proċess kollu tal-produzzjoni u l-ħżin tagħhom, il-prodotti ġew isseparati b’mod ċar mill-prodotti mhux eliġibbli sabiex jintbagħtu barra miż-żona ristretta f’konformità ma’ dan ir-Regolament; u |
(b) |
il-prodotti ma jiġux ittrasportati ma’ prodotti mhux eliġibbli sabiex jintbagħtu barra miż-żona ristretta skont dan ir-Regolament. |
7. Meta tagħti awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-miżuri supplimentari ta’ bijosigurtà jiġu applikati mill-mument tat-tagħbija, matul l-operazzjonijiet kollha tat-trasport u sal-ħatt fl-istabbiliment iddeżinjat tad-destinazzjoni f’konformità mal-istruzzjonijiet tagħha.
Artikolu 29
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ movimenti għall-iskarnar ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni
1. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati mill-istabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni lejn biċċerija li tkun tinsab:
(a) |
kemm jista’ jkun qrib l-istabbiliment tal-oriġini, fiż-żona ta’ protezzjoni; |
(b) |
fiż-żona ta’ sorveljanza, meta ma jkunx possibbli li l-annimali jiġu skarnati fiż-żona ta’ protezzjoni; jew |
(c) |
kemm jista’ jkun qrib iż-żona ta’ sorveljanza, meta ma jkunx possibbli li l-annimali jiġu skarnati fiż-żona ristretta. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tagħti biss l-awtorizzazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-mezzi tat-trasport iridu jiġu ssiġillati fil-mument tat-tagħbija mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew taħt is-superviżjoni tagħha; |
(b) |
l-awtorità kompetenti tal-biċċerija għandha:
|
3. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati mill-istabbilimenti li jinsabu barra miż-żona ta’ protezzjoni lejn biċċerija li tinsab fiż-żona ta’ protezzjoni jekk:
(a) |
l-annimali jinżammu separati minn annimali oħra li joriġinaw miż-żona ta’ protezzjoni u jiġu skarnati separatament minn dawk l-annimali jew f’ħin differenti; |
(b) |
il-laħam frisk miksub jinqata’, jiġi ttrasportat u jinħażen separatament minn laħam frisk minn annimali li joriġinaw miż-żona ta’ protezzjoni; u |
(c) |
it-tindif u d-diżinfezzjoni tal-mezzi tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 24 iseħħu taħt is-superviżjoni uffiċjali wara l-ħatt tal-annimali. |
4. B’deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-ipproċessar u l-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, miksuba minn annimali skarnati skont il-paragrafi 1, 2 u 3 bħala materjal tal-kategorija 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 f’impjant approvat għall-ipproċessar jew ir-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, li jkun jinsab fit-territorju tagħha, jew fi Stat Membru ieħor, meta ma jkunx fattibbli li jiġu pproċessati jew li jintremew f’impjant approvat fit-territorju tal-Istat Membru fejn seħħet it-tifqigħa.
F’każ li l-prodotti sekondarji mill-annimali msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu mċaqilqa lejn impjant li jinsab fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru tad-destinazzjoni u l-Istati Membri tal-passaġġ għandhom jawtorizzaw tali dispaċċ u l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tawtorizza l-ipproċessar u l-użu ta’ dawk il-prodotti sekondarji mill-annimali bħala materjal tal-kategorija 3 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
Artikolu 30
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ ċerti movimenti tal-pollam minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni
1. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ flieles ta’ ġurnata minn stabbiliment li jinsab fiż-żona ta’ protezzjoni lejn stabbiliment li jinsab fl-istess Stat Membru iżda, jekk possibbli, barra miż-żona ristretta, dment li:
(a) |
fil-każ ta’ flieles ta’ ġurnata li jfaqqsu minn bajd li joriġina miż-żona ristretta:
|
(b) |
fil-każ ta’ flieles ta’ ġurnata li kienu faqqsu minn bajd li oriġina minn barra miż-żona ristretta, il-mafqas tad-dispaċċ jista’ jiżgura li ma seħħ l-ebda kuntatt bejn dak il-bajd u kwalunkwe bajd ieħor għat-tifqis jew flieles ta’ ġurnata li joriġinaw miż-żona ristretta. |
2. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ pollam lesti sabiex ibidu minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni lejn stabbilimenti li jinsabu fl-istess Stat Membru u, jekk possibbli, ġewwa ż-żona ristretta, dment li:
(a) |
fl-istabbiliment tad-destinazzjoni ma jkun hemm l-ebda annimal miżmum ieħor tal-ispeċijiet elenkati; |
(b) |
il-mezz tat-trasport jiġi ssiġillat fil-mument tat-tagħbija mill-awtorità kompetenti jew taħt is-superviżjoni tagħha; |
(c) |
l-istabbiliment tad-destinazzjoni jitqiegħed taħt sorveljanza uffiċjali mill-veterinarji uffiċjali wara l-wasla tal-annimali; u |
(d) |
jekk jiġu mċaqilqa barra miż-żona ristretta, l-annimali jibqgħu fl-istabbiliment tad-destinazzjoni mill-inqas għal perjodu ta’ 21 jum. |
Artikolu 31
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ ċerti movimenti ta’ bajd għat-tifqis fiż-żona ta’ protezzjoni
1. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti tal-bajd għat-tifqis:
(a) |
minn stabbiliment li jinsab fiż-żona ta’ protezzjoni lejn mafqas li jinsab fl-istess Stat Membru; jew |
(b) |
minn stabbiliment li jinsab fl-istess Stat Membru lejn mafqas li jinsab fiż-żona ta’ protezzjoni. |
2. L-awtorizzazzjoni prevista fil-paragrafu 1(a) għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-qatgħat ġenituri li minnhom ikun derivat il-bajd għat-tifqis ikunu għaddew minn eżami kliniku u jkunu ttieħdu kampjuni tagħhom għall-iskop ta’ eżami fil-laboratorju b’riżultati favorevoli; |
(b) |
il-bajd għat-tifqis u l-imballaġġ tiegħu jiġu ddiżinfettati qabel id-dispaċċ u jkun jista’ jiġi żgurat ir-rintraċċar lura tal-bajd għat-tifqis; u |
(c) |
il-bajd tat-tifqis għandu jiġi ttrasportat f’mezzi tat-trasport issiġillati mill-awtorità kompetenti. |
3. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti tal-bajd għat-tifqis minn stabbiliment li jinsab fiż-żona ta’ protezzjoni lejn stabbiliment għat-tifqis intern li jinsab fl-istess Stat Membru, jekk:
(a) |
il-qatgħat ġenituri li minnhom ikun derivat il-bajd għat-tifqis ikunu għaddew minn eżami kliniku u jkunu ttieħdu kampjuni tagħhom għall-iskop ta’ eżami fil-laboratorju b’riżultati favorevoli; |
(b) |
l-istabbiliment tad-destinazzjoni jitqiegħed taħt superviżjoni uffiċjali sa 21 jum wara t-tifqis tal-bajd; |
(c) |
il-pollam għandhom jibqgħu fl-istabbiliment tad-destinazzjoni matul il-perjodu msemmi f’(b); u |
(d) |
ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2(b) u (c) jiġu osservati. |
Artikolu 32
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ semen minn stabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni
L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza movimenti ta’ semen miġbur minn annimali ta’ speċijiet elenkati miżmuma fi stabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati, esklużi l-imfaqas, li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni wara d-data stmata tal-aktar infezzjoni bikrija tal-istabbiliment affettwat soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-miżuri kollha għall-kontroll tal-mard relatati mal-mard tal-kategorija A jkunu tneħħew fiż-żona ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 39; |
(b) |
l-annimali miżmuma kollha tal-ispeċijiet elenkati fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikunu għaddew minn eżami kliniku u ttieħdu kampjuni tagħhom għall-eżami tal-laboratorju sabiex tiġi eskluża l-preżenza tal-marda tal-kategorija A fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen; u |
(c) |
l-annimal donatur kien soġġett b’riżultat favorevoli għal eżami tal-laboratorju fuq kampjun meħud mhux aktar kmieni minn sebat ijiem wara l-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, kif ikkalkolat ’il quddiem mid-data li fiha nġabar is-semen. |
Artikolu 33
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ laħam frisk u ħalib mhux ipproċessat miksuba minn annimali miżmuma ta’ speċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni
1. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ laħam frisk u ħalib mhux ipproċessat miksuba minn annimali ta’ speċijiet elenkati miżmuma fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni jekk:
(a) |
jiġu mċaqilqa lejn stabbiliment tal-ipproċessar biex jgħaddu minn wieħed mit-trattamenti rilevanti ta’ mitigazzjoni tar-riskju stipulati fl-Anness VII; jew |
(b) |
fil-każ ta’ laħam frisk tal-pollam:
|
2. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-movimenti lejn stabbiliment tal-ipproċessar msemmija fil-paragrafu 1(a) jkunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-laħam frisk għandu jkun immarkat skont il-punt 2 tal-Anness IX fil-biċċerija wara l-ispezzjoni post-mortem u għandu jkollu din il-marka sakemm jiġi ttrattat; |
(b) |
il-moviment ta’ laħam frisk u ħalib mhux ipproċessat mill-istabbiliment tal-oriġini lejn l-istabbiliment tal-ipproċessar irid jitwettaq f’kontenituri ssiġillati; u |
(c) |
l-istabbiliment tal-ipproċessar irid ikun jinsab fl-istess żona ristretta jew kemm jista’ jkun qrib iż-żona ristretta u jrid jopera taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali. |
Artikolu 34
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ bajd għall-konsum mill-bniedem minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni
L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment ta’ bajd għall-konsum mill-bniedem minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin fl-istess Stat Membru:
(a) |
lejn ċentru tal-ippakkjar, dment li jkunu ppakkjati:
|
(b) |
lejn stabbiliment għall-manifattura ta’ prodotti tal-bajd kif stabbilit fil-Kapitolu II tat-Taqsima X tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, sabiex jiġi mmaniġġjat u ttrattat f’konformità mal-Kapitolu XI tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). |
Artikolu 35
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ demel, inklużi mfierex u mraqad użati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni lejn landfill
L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ demel, inkluż imfierex u mraqad użati, minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni għall-fini tar-rimi tagħhom f’landfill magħżula li tkun tinsab fl-istess Stat Membru biss wara l-ipproċessar f’konformità mal-Artikolu 13(c) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
Artikolu 36
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-moviment ta’ materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti u ta’ tiben miż-żona ta’ protezzjoni
L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti u ta’ tiben prodotti fiż-żona ta’ protezzjoni, dment li:
(a) |
kienu prodotti f’postijiet li ma jżommux annimali tal-ispeċijiet elenkati; |
(b) |
kienu prodotti fi stabbilimenti tal-ipproċessar tal-għalf li ma jżommux annimali tal-ispeċijiet elenkati u l-materja prima tal-pjanti toriġina:
|
(c) |
huma intiżi sabiex jintużaw fiż-żona ta’ protezzjoni; jew |
(d) |
ikunu għaddew mill-inqas minn wieħed mit-trattamenti ta’ mitigazzjoni tar-riskju skont l-Anness VIII. |
Artikolu 37
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati u ta’ prodotti lejn impjant approvat tal-prodotti sekondarji mill-annimali
1. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni lejn impjant approvat għall-ipproċessar jew għar-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li fihom:
(a) |
l-annimali miżmuma jinqatlu minnufih; u |
(b) |
il-prodotti sekondarji mill-annimali li jirriżultaw jintremew f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. |
2. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ prodotti minn stabbilimenti u postijiet fiż-żona ta’ protezzjoni lejn impjant approvat għall-ipproċessar jew għar-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, fejn il-prodotti jintremew jew jiġu pproċessati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
Artikolu 38
Miżuri li għandhom jiġu applikati fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fl-istabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ protezzjoni, inklużi mezzi tat-trasport
1. L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri rilevanti msemmija fl-Artikolu 25, u l-Artikoli 27 sa 38 fin-negozji u tal-ikel u tal-għalf, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fl-istabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ protezzjoni, inklużi mezzi tat-trasport.
2. Fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tapplika miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex tevita t-tixrid tal-marda tal-kategorija A ġewwa u miż-żona ta’ protezzjoni.
Artikolu 39
Id-durata tal-miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ protezzjoni
1. L-awtorità kompetenti tista’ tneħħi l-miżuri previsti fit-Taqsima 1 u 2 ta’ dan il-Kapitolu biss jekk il-perjodu minimu stabbilit fl-Anness X ikun għadda u l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a) |
it-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari u, fejn rilevanti, il-kontroll tal-insetti u r-rodituri, ikunu saru f’konformità mal-Artikolu 15 fl-istabbiliment affettwat; u |
(b) |
fl-istabbilimenti kollha li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni, l-annimali tal-ispeċijiet elenkati jkunu għaddew, b’riżultati favorevoli, minn eżamijiet kliniċi u, meta jkunu meħtieġa, minn eżamijiet fil-laboratorju f’konformità mal-Artikolu 26. |
2. Meta l-marda rilevanti tal-kategorija A tiġi trażmessa minn vettur elenkat, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2018/1882, l-awtorità kompetenti tista’:
(a) |
tistabbilixxi d-durata tal-miżuri fiż-żona ta’ protezzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li tqis kwalunkwe fattur li jinfluwenza r-riskju tat-tixrid tal-marda; u |
(b) |
tipprevedi l-introduzzjoni ta’ annimali sentinella. |
3. Wara li jitneħħew il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, il-miżuri previsti fit-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw fiż-żona ta’ protezzjoni għal mill-inqas il-perjodu addizzjonali stabbilit fl-Anness X.
Artikolu 40
Miżuri li għandhom jiġu applikati fi stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza
L-awtorità kompetenti għandha tordna l-applikazzjoni, mingħajr dewmien, tal-miżuri previsti fl-Artikolu 25 fl-istabbilimenti kollha fiż-żona ta’ sorveljanza li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati.
Artikolu 41
Żjarat mill-veterinarji uffiċjali fi stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-veterinarji uffiċjali jwettqu żjarat lil kampjun ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali tal-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ sorveljanza skont l-Artikolu 26 l-punt A.3 tal-Anness I.
Artikolu 42
Projbizzjonijiet fir-rigward tal-attivitajiet, inklużi l-movimenti, li jikkonċernaw annimali, prodotti u materjal ieħor ġewwa, minn jew lejn iż-żona ta’ sorveljanza
L-awtorità kompetenti għandha tapplika projbizzjonijiet, eżenzjonijiet u derogi għall-attivitajiet, inkluż movimenti li jikkonċernaw annimali ta’ speċijiet elenkati, il-prodotti tagħhom u materjali oħra, minn u lejn iż-żona ta’ sorveljanza skont l-Artikolu 27.
Artikolu 43
Kundizzjonijiet ġenerali għall-għoti ta’ derogi mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 42
1. B’deroga mill-Artikolu 42, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali u prodotti biss fil-każijiet koperti mill-Artikoli 44 sa 52, fil-kundizzjonijiet speċifiċi previsti f’dawk l-Artikoli u l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu.
Qabel tagħti l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta r-riskji li jirriżultaw mit-tali awtorizzazzjoni. Il-valutazzjoni trid tindika li r-riskju tat-tixrid tal-marda tal-kategorija A huwa negliġibbli.
2. Il-movimenti kollha awtorizzati għandhom isiru:
(a) |
billi tingħata prijorità lill-awtostradi maġġuri jew lil-linji ferrovjarji ewlenin; |
(b) |
billi tiġi evitata l-viċinanza tal-istabbilimenti li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati, u |
(c) |
mingħajr ħatt jew waqfien, sakemm isir il-ħatt fl-istabbiliment tad-destinazzjoni. |
3. L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini għandha tinnomina l-istabbiliment tad-destinazzjoni għall-movimenti minn jew lejn iż-żona ta’ sorveljanza. Jekk l-awtorità kompetenti ma tkunx l-istess bħal fl-istabbiliment tad-destinazzjoni, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tad-destinazzjoni dwar din id-deżinjazzjoni.
4. L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment tal-oriġini għandha tivverifika li l-istabbiliment tad-destinazzjoni jaqbel li jiġi ddeżinjat u li jirċievi kull kunsinna ta’ annimali jew prodotti.
5. Meta tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miż-żona ta’ sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn il-movimenti ma jippreżentaw l-ebda riskju ta’ tixrid tal-marda tal-kategorija A abbażi ta’:
(a) |
eżami kliniku b’riżultati favorevoli tal-annimali miżmuma fl-istabbiliment, inklużi dawk l-annimali li għandhom jiġu mċaqilqa; |
(b) |
jekk meħtieġ, eżami fil-laboratorju b’riżultati favorevoli tal-annimali miżmuma fl-istabbiliment, inklużi dawk l-annimali li għandhom jiġu mċaqilqa; u |
(c) |
l-eżitu taż-żjarat imsemmija fl-Artikolu 41, jekk disponibbli. |
6. Meta tawtorizza t-trasport ta’ prodotti miż-żona ta’ sorveljanza, l-awtorità kompetenti trid tiżgura li:
(a) |
matul il-proċess kollu tal-produzzjoni u l-ħżin, il-prodotti ġew isseparati b’mod ċar mill-prodotti mhux eliġibbli sabiex jintbagħtu barra miż-żona ristretta skont dan ir-Regolament; |
(b) |
il-prodotti ma jiġux ittrasportati ma’ prodotti mhux eliġibbli sabiex jintbagħtu barra miż-żona ristretta skont dan ir-Regolament. |
7. Meta tagħti d-derogi previsti fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-miżuri supplimentari ta’ bijosigurtà jiġu applikati mill-mument tat-tagħbija, matul l-operazzjonijiet kollha tat-trasport u sal-ħatt fl-istabbiliment iddeżinjat tad-destinazzjoni f’konformità mal-istruzzjonijiet tagħha.
Artikolu 44
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ movimenti għall-iskarnar ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati ġewwa, minn u lejn iż-żona ta’ sorveljanza
1. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li joriġinaw fiż-żona ta’ sorveljanza lejn biċċerija li tkun tinsab:
(a) |
kemm jista’ jkun qrib l-istabbiliment tal-oriġini, fiż-żona ristretta; jew |
(b) |
barra ż-żona ristretta, kemm jista’ jkun qrib iż-żona ta’ sorveljanza, meta ma jkunx possibbli li l-annimali jiġu skarnati fiż-żona ristretta, u wara t-twettiq ta; valutazzjoni tar-riskji. |
2. Il-laħam miksub mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-miżuri previsti fl-Artikolu 49.
3. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li joriġinaw minn barra ż-żona ta’ sorveljanza lejn biċċerija li tkun tinsab fiż-żona ta’ sorveljanza.
4. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-ipproċessar u l-użu ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, miksuba minn annimali skarnati skont il-paragrafi 1, 2 u 3 bħala materjal tal-kategorija 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 f’impjant approvat għall-ipproċessar jew ir-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, li jinsab fit-territorju tagħha, jew fi Stat Membru ieħor, meta ma jkunx fattibbli li jiġu pproċessati jew li jintremew f’impjant approvat fit-territorju tal-Istat Membru fejn seħħet it-tifqigħa.
F’każ li l-prodotti sekondarji mill-annimali msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu mċaqilqa lejn impjant li jinsab fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru tad-destinazzjoni u l-Istati Membri tal-passaġġ għandhom jawtorizzaw tali dispaċċ u l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tawtorizza l-ipproċessar u l-użu ta’ dawk il-prodotti sekondarji mill-annimali bħala materjal tal-kategorija 3 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
Artikolu 45
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ ċerti movimenti ta’ ungulati miżmuma ta’ speċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza
1. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment ta’ ungulati miżmuma ta’ speċi elenkati lejn mergħat li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza, dment li:
(a) |
jkun għadda perjodu ta’ 15-il jum wara li jkunu tlestew u ġew approvati t-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari msemmija fl-Artikolu 15; u |
(b) |
l-annimali ma jiġux f’kuntatt ma’ annimali tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti oħrajn. |
2. L-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, tawtorizza l-moviment ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati ta’ ungulati lejn stabbiliment li jappartjeni għall-istess katina tal-provvista, li jinsab fiż-żona ta’ sorveljanza jew barra minnha, sabiex tikkompleta ċ-ċiklu tal-produzzjoni qabel l-iskarnar. Jekk l-istabbiliment tad-destinazzjoni jkun jinsab barra miż-żona ta’ sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha tapplika f’dak l-istabbiliment il-miżuri previsti fl-Artikolu 40, fl-Artikolu 41 u fl-Artikolu 42, dment li l-miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ sorveljanza tal-oriġini jinżammu kif previst fl-Artikolu 55.
Artikolu 46
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ ċerti movimenti tal-pollam minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza
1. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ flieles ta’ ġurnata li joriġinaw miż-żona ta’ sorveljanza:
(a) |
lejn stabbilimenti fl-istess Stat Membru fejn kienu faqqsu minn bajd li joriġina minn stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza, jekk:
|
(b) |
lejn stabbilimenti fl-istess Stat Membru fejn kienu faqqsu minn bajd li oriġina minn barra ż-żona ristretta, jekk il-mafqas tad-dispaċċ jista’ jiżgura li ma seħħ l-ebda kuntatt bejn dak il-bajd u kwalunkwe bajd ieħor għat-tifqis jew flieles ta’ ġurnata miksuba minn annimali miżmuma fiż-żona ristretta. |
2. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ pollam lesti sabiex ibidu minn stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza lejn stabbilimenti fl-istess Stat Membru, jekk:
(a) |
fl-istabbiliment tad-destinazzjoni ma jkun hemm l-ebda annimal miżmum ieħor tal-ispeċijiet elenkati; |
(b) |
l-istabbiliment tad-destinazzjoni jitqiegħed taħt sorveljanza uffiċjali wara l-wasla tal-pollam li huma lesti sabiex ibidu; u |
(c) |
il-pollam jibqgħu fl-istabbiliment tad-destinazzjoni għal mill-inqas 21 jum. |
Artikolu 47
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ ċerti movimenti tal-bajd għat-tifqis lejn u minn stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza
1. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ bajd għat-tifqis minn stabbiliment li jinsab fl-istess Stat Membru lejn:
(a) |
mafqas li jinsab fiż-żona ta’ sorveljanza; jew |
(b) |
stabbiliment għal tifqis intern li jinsab fiż-żona ta’ sorveljanza. |
2. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti tal-bajd għat-tifqis minn stabbiliment li jinsab fiż-żona ta’ sorveljanza lejn mafqas fl-istess Stat Membru jew lejn stabbiliment għat-tifqis intern li jinsab fl-istess Stat Membru, biss jekk il-bajd għat-tifqis u l-imballaġġ tiegħu jiġu diżinfettati qabel id-dispaċċ u jkun jista’ jiġi żgurat ir-rintraċċar lura ta’ dan il-bajd.
Artikolu 48
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ semen minn stabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza
L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ semen miġbur minn annimali ta’ speċijiet elenkati miżmuma fi stabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati, esklużi l-imfaqas, li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza wara d-data stmata tal-aktar infezzjoni bikrija tal-istabbiliment affettwat dment li:
(a) |
il-miżuri kollha għall-kontroll tal-mard relatati mal-mard rilevanti tal-kategorija A tneħħew fiż-żona ta’ sorveljanza f’konformità mal-Artikolu 55; |
(b) |
l-annimali miżmuma kollha tal-ispeċijiet elenkati fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikunu għaddew minn eżami kliniku u ttieħdu kampjuni tagħhom għall-eżamijiet fil-laboratorji sabiex tiġi eskluża l-preżenza tal-marda tal-kategorija A fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen; |
(c) |
l-annimal donatur kien soġġett b’riżultat favorevoli għal eżami fil-laboratorju fuq kampjun meħud mhux aktar kmieni minn sebat ijiem wara l-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, kif ikkalkolat ’il quddiem mid-data li fiha nġabar is-semen. |
Artikolu 49
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ laħam frisk u ħalib mhux ipproċessat miksuba minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza
1. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ laħam frisk u ħalib mhux ipproċessat miksuba minn annimali ta’ speċijiet elenkati miżmuma fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza jekk, jew:
(a) |
il-laħam frisk jew il-ħalib mhux ipproċessat jiġi mċaqlaq lejn stabbiliment tal-ipproċessar biex jgħaddi minn wieħed mit-trattamenti tal-mitigazzjoni tar-riskju stipulati fl-Anness VII; jew |
(b) |
il-laħam frisk jinkiseb minn pollam. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-laħam frisk u l-ħalib mhux ipproċessat imċaqilqa skont il-paragrafu 1(a) ikunu konformi ma’ dawn li ġejjin:
(a) |
il-laħam frisk ikun immarkat skont l-Anness IX meta jinkiseb fil-biċċerija u jżomm din il-marka sakemm jiġi ttrattat; u |
(b) |
it-trattament jiġi applikat fi stabbiliment li jinsab fl-istess żona ristretta jew kemm jista’ jkun qrib iż-żona ristretta, li jopera taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali. |
Artikolu 50
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ bajd għall-konsum mill-bniedem minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza
1. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti tal-bajd għall-konsum mill-bniedem minn stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza lejn ċentru tal-ippakkjar li jinsab fl-istess Stat Membru, dment li jiġi ppakkjat:
(a) |
f’imballaġġ li jintrema; jew |
(b) |
f’imballaġġ li jista’ jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat b’tali mod li jinqered l-aġent tal-mard tal-kategorija A rilevanti. |
2. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti tal-bajd għall-konsum mill-bnidem minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza lejn stabbiliment għall-manifattura tal-prodotti tal-bajd li jinsab fl-istess Stat Membru, jekk:
(a) |
l-istabbiliment għall-manifattura tal-prodotti tal-bajd jikkonforma mal-Kapitolu II tat-Taqsima X tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; u |
(b) |
il-bajd jiġi mċaqlaq lejn l-istabbiliment għall-manifattura tal-prodotti tal-bajd sabiex jiġi mmaniġġjat u ttrattat skont il-Kapitolu XI tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. |
Artikolu 51
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ demel, inklużi mfierex u mraqad użati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza
L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ demel, inklużi mfierex u mraqad użati, minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza:
(a) |
mingħajr ipproċessar, lejn landfill, li kienet preċedentement awtorizzata għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti, li tinsab fl-istess żona ta’ sorveljanza; jew |
(b) |
wara l-ipproċessar, lejn landfill, li kienet preċedentement awtorizzata għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti, li tinsab fit-territorju tal-Istat Membru. |
Artikolu 52
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-moviment ta’ materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti u ta’ tiben miż-żona ta’ sorveljanza
L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti jew tiben prodotti fiż-żona ta’ sorveljanza, dment li l-materjali tal-għalf jew it-tiben:
(a) |
kienu prodotti f’postijiet li ma jżommux annimali tal-ispeċijiet elenkati, minbarra stabbilimenti għall-ipproċessar tal-għalf; |
(b) |
kienu prodotti fi stabbilimenti għall-ipproċessar tal-għalf li ma jżommux annimali tal-ispeċijiet elenkati u l-materja prima tal-pjanti toriġina:
|
(c) |
huma intiżi sabiex jintużaw fiż-żona ta’ sorveljanza; |
(d) |
ikun sarilhom mill-inqas wieħed mit-trattamenti ta’ mitigazzjoni tar-riskju stipulati fl-Anness VIII. |
Artikolu 53
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati u ta’ prodotti lejn impjant approvat
1. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ sorveljanza lejn impjant approvat għall-ipproċessar jew għar-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li fihom:
(a) |
l-annimali miżmuma jinqatlu minnufih; u |
(b) |
il-prodotti sekondarji mill-annimali li jirriżultaw jintremew f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. |
2. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ prodotti minn stabbilimenti u postijiet oħrajn fiż-żona ta’ sorveljanza lejn impjant approvat għall-ipproċessar jew għar-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali fejn jintremew jew jiġu pproċessati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
Artikolu 54
Miżuri li għandhom jiġu applikati fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fl-istabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ sorveljanza, inklużi mezzi tat-trasport
1. L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri rilevanti msemmija fl-Artikolu 40, u l-Artikoli 42 sa 53 fin-negozji u tal-ikel u tal-għalf, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fl-istabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ sorveljanza, inklużi mezzi tat-trasport.
2. Fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tapplika miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex tevita t-tixrid tal-marda tal-kategorija A ġewwa u miż-żona ta’ sorveljanza.
Artikolu 55
Id-durata tal-miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ sorveljanza
1. L-awtorità kompetenti tista’ tneħħi l-miżuri għall-kontroll tal-mard applikati fiż-żona ta’ sorveljanza skont it-Taqsimiet 1 u 3 ta’ dan il-Kapitolu biss jekk il-perjodu stipulat fl-Anness XI ikun għadda u l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a) |
ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 39 ġew issodisfati fiż-żona ta’ protezzjoni; u |
(b) |
numru rappreżentattiv ta’ stabbilimenti li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati jkunu għaddew, b’riżultati favorevoli, minn żjarat imwettqa minn veterinarji uffiċjali, f’konformità mal-Artikolu 41. |
2. Meta l-marda rilevanti tal-kategorija A tiġi trażmessa minn vettur elenkat, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1882, l-awtorità kompetenti tista’:
(a) |
tistabbilixxi d-durata tal-miżuri fiż-żona ta’ sorveljanza fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li tqis il-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskju tat-tixrid tal-marda; u |
(b) |
tipprevedi l-introduzzjoni ta’ annimali sentinella. |
Artikolu 56
Derogi minn projbizzjonijiet tal-movimenti ta’ annimali fiż-żoni ristretti meta jinżammu l-miżuri ta’ restrizzjoni
1. Fejn il-projbizzjonijiet tal-moviment ta’ annimali previsti fl-Artikoli 27 u l-Artikolu 42 jinżammu lil hinn mill-perjodu stabbilit fl-Anness XI minħabba l-konferma uffiċjali ta’ aktar tifqigħat tal-marda tal-kategorija A, l-awtorità kompetenti tista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, tawtorizza l-moviment ta’ annimali miżmuma ta’ speċijiet elenkati minn stabbiliment fiż-żona ristretta f’każijiet mhux koperti mid-derogi previsti fl-Artikoli 27 u l-Artikolu 42, jekk:
(a) |
l-operatur ikun issottometta applikazzjoni motivata għal dik l-awtorizzazzjoni; |
(b) |
ir-riskji derivati mill-awtorizzazzjoni ta’ tali movimenti ġew ivvalutati qabel l-awtorizzazzjoni u l-valutazzjoni tindika li r-riskju ta’ tixrid tal-marda tal-kategorija A huwa negliġibbli; |
(c) |
il-veterinarji uffiċjali jkunu wettqu eżamijiet kliniċi u jkunu ġabru kampjuni għal eżamijiet fil-laboratorju minn annimali tal-ispeċijiet elenkati, inklużi dawk li jridu jiġu mċaqilqa, li jkunu taw riżultati favorevoli. |
2. Meta l-movimenti tal-annimali jkunu ġew awtorizzati skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li t-trasport ikun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 24.
KAPITOLU III
Ripopolament b’annimali terrestri ta’ stabbilimenti f’żoni ristretti
Artikolu 57
Il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tar-ripopolament tal-istabbiliment affettwat
1. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss ir-ripopolament tal-istabbiliment affettwat jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
tindif u diżinfezzjoni finali u, meta rilevanti, kontroll tal-insetti u tar-rodituri jkunu:
|
(b) |
ikun għadda l-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, ikkalkolat ’il quddiem mid-data li fiha jkunu twettqu t-tindif u d-diżinfezzjoni finali previsti fil-punt (a). |
2. L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja li t-tindif u d-diżinfezzjoni finali u, meta rilevanti, il-kontroll tal-insetti u tar-rodituri, fl-istabbiliment affettwat jitwettqu f’konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafu 1(a).
3. L-awtorità kompetenti ma għandhiex tippermetti l-aċċess għal mergħa ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati matul il-perjodu ta’ żmien li matulu titqies bħala kkontaminata; dan il-perjodu ta’ żmien għandu jiġi stabbilit wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju.
4. Fejn, għal raġunijiet debitament ġustifikati, it-tindif u d-diżinfezzjoni finali u, meta jkun rilevanti, il-kontroll tal-insetti u tar-rodituri msemmija fil-paragrafu 1, ma jkunux twettqu kompletament fl-istabbiliment affettwat, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza r-ripopolament b’deroga mill-paragrafu 1, dment li:
(a) |
ikun għadda perjodu ta’ mill-inqas 3 xhur mit-twettiq tat-tindif u tad-diżinfezzjoni preliminari, kif imsemmi fl-Artikolu 15; u |
(b) |
qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat ir-riskji li jirriżultaw minn dik l-awtorizzazzjoni u l-valutazzjoni tindika li r-riskju tat-tixrid tal-marda tal-kategorija A huwa negliġibbli. |
Artikolu 58
Deroga mir-rekwiżit previst fl-Artikolu 55(1)(b)
Fil-każ tal-konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fiċ-ċentri tal-assemblaġġ, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fl-istabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati għall-iskarnar, l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ, l-ispezzjoni jew it-trasport, 24 siegħa wara t-tlestija ta’:
(a) |
il-miżuri msemmija fl-Artikolu 12, fl-Artikolu 14, fl-Artikolu 15, fl-Artikolu 17, fl-Artikolu 18 u fl-Artikolu 57(1)(a); u |
(b) |
kwalunkwe miżura addizzjonali applikata mill-awtorità kompetenti adattata għas-sitwazzjoni speċifika. |
Artikolu 59
Ir-rekwiżiti għar-ripopolament tal-istabbiliment affettwat b’annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati
1. L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja r-ripopolament b’annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati tal-istabbiliment affettwat f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
2. L-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati intiżi għar-ripopolament għandhom:
(a) |
ma joriġinawx minn stabbiliment soġġett għar-restrizzjonijiet previsti fil-Kapitolu III; u |
(b) |
ikunu soġġetti għal teħid ta’ kampjuni għal eżami fil-laboratorju sabiex tiġi eskluża l-preżenza tal-marda b’riżultati favorevoli qabel l-introduzzjoni tagħhom fl-istabbiliment. |
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2(b), il-kampjuni għandhom jinġabru minn:
(a) |
numru rappreżentattiv tal-annimali kollha li se jiġu introdotti fl-istabbiliment, jekk jiġu introdotti kollha fl-istess ħin u mill-istess stabbiliment ta’ oriġini; jew |
(b) |
numru rappreżentattiv ta’ annimali ta’ kull konsenja, jekk l-annimali kollha se jiġu introdotti fi żminijiet differenti jew minn stabbilimenti ta’ oriġini differenti. Fil-każ ta’ flieles ta’ ġurnata, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma twettaqx it-teħid tal-kampjuni għall-eżami fil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 2(b). |
4. L-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati intiżi għar-ripopolament għandhom jiġu introdotti fl-istabbilimenti kif ġej:
(a) |
fl-unitajiet epidemjoloġiċi u l-binjiet kollha tal-istabbiliment affettwat; |
(b) |
preferibbilment fl-istess żmien jew fil-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, ikkalkolat ’il quddiem mid-data li fiha kien introdott l-ewwel annimal; jew |
(c) |
fil-każ ta’ stabbilimenti tal-biedja fil-beraħ jew meta r-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) ma jkunx prattiku, billi jintużaw annimali sentinella li jkunu ttieħdu kampjuni tagħhom għal eżamijiet fil-laboratorju b’riżultati favorevoli għall-marda tal-kategorija A rilevanti qabel ma jiġu introdotti fl-istabbiliment. |
5. Il-veterinarji uffiċjali għandhom iwettqu mill-inqas żjara fl-istabbiliment affettwat fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Anness II għall-marda rilevanti, ikkalkolat ’il quddiem mid-data li fiha l-annimali jkunu tqiegħdu fl-istabbiliment u, fi kwalunkwe każ, qabel ma jkunu għaddew 30 jum minn dakinhar, fejn jagħmlu mill-inqas:
(a) |
kontrolli dokumentarji, inkluża analiżi tar-rekords tal-produzzjoni, tas-saħħa u tat-traċċabbiltà; |
(b) |
eżami kliniku ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati; u |
(c) |
il-ġbir ta’ kampjuni ta’ annimali għal eżami fil-laboratorju sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza tal-marda tal-kategorija A rilevanti. |
6. Kwalunkwe persuna li tidħol fl-istabbiliment jew li titlaq minnu għandha tikkonforma mal-miżuri ta’ bijosigurtà xierqa li għandhom l-għan li jevitaw it-tixrid tal-marda tal-kategorija A rilevanti.
7. L-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati għandhom jitilqu mill-istabbiliment biss bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti u biss wara li jinkisbu riżultati favorevoli mill-eżami fil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 5(c).
8. Mid-data li fiha l-annimali jkunu tqiegħdu fl-istabbiliment sat-tmiem tar-ripopolament, f’konformità mal-Artikolu 61, l-operatur għandu:
(a) |
iżomm aġġornati r-rekords tas-saħħa u d-data tal-produzzjoni għal annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati; u |
(b) |
jinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla sinifikanti fid-data tal-produzzjoni u kwalunkwe anormalità oħra. |
9. Jekk mortalitajiet jew sinjali kliniċi mhux tas-soltu tal-marda rilevanti tal-kategorija A jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 8, il-veterinarji uffiċjali għandhom mingħajr dewmien jiġbru kampjuni għall-eżami fil-laboratorju biex jeskludu l-preżenza tal-marda rilevanti tal-kategorija A.
10. L-awtorità kompetenti tista’ teżenta lil stabbilimenti konfinati minn waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 sa 9 wara li tkun ivvalutat ir-riskji li joħorġu minn dik l-eżenzjoni u l-valutazzjoni tindika li r-riskju li tinxtered il-marda tal-kategorija A huwa negliġibbli.
Artikolu 60
Rekwiżiti addizzjonali għar-ripopolament tal-istabbiliment affettwat
1. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza r-ripopolament tal-istabbiliment affettwat b’annimali oħrajn minbarra annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati billi tqis ir-riskju li tinxtered il-marda tal-kategorija A rilevanti u r-riskju ta’ persistenza tal-vetturi.
2. L-awtorità kompetenti tista’ testendi wħud mid-dispożizzjonijiet jew id-dispożizzjonijiet kollha previsti fl-Artikoli 57 u 59 jekk jiġi applikat il-qtil preventiv kif previst fil-paragrafu 4 tal-Artikoli 7 u 9.
Artikolu 61
It-tmiem tar-ripopolament tal-istabbiliment affettwat u t-tneħħija tal-miżuri għall-kontroll tal-mard fl-istabbiliment affettwat
1. Ir-ripopolament tal-istabbiliment affettwat għandu jitqies bħala ffinalizzat meta jkunu ġew ikkompletati b’suċċess il-miżuri previsti fl-Artikoli 57 u 59 u, meta rilevanti, fl-Artikolu 60.
2. L-awtorità kompetenti għandha tneħħi l-miżuri kollha għall-kontroll tal-mard applikati fl-istabbiliment affettwat f’konformità ma’ dan ir-Regolament meta r-ripopolament jitqies bħala ffinalizzat kif previst fil-paragrafu 1.
KAPITOLU IV
Miżuri għall-kontroll tal-mard f’annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati
Artikolu 62
Miżuri fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati
1. Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati skont l-Artikolu 9(1), (3), u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, l-awtorità kompetenti għandha minnufih twettaq investigazzjoni biex tikkonferma jew telimina l-preżenza tal-marda elenkata suspettata.
2. Matul l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha mill-inqas torganizza awtopsji u l-ġbir ta’ kampjuni għall-eżami fil-laboratorju ta’ annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati maqtula b’tir jew misjuba mejta sabiex tikkonferma jew teskludi l-preżenza tal-marda tal-kategorija A.
3. Fir-rigward tal-iġsma ta’ annimali selvaġġi mejtin li fihom hija ssuspettata l-marda tal-kategorija A rilevanti, irrispettivament minn jekk l-annimali selvaġġi jkunux inqatlu jew instabu mejta, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:
(a) |
l-iġsma sħaħ tal-annimali selvaġġi mejtin jew il-partijiet minnhom jintremew jew jiġu pproċessati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; u |
(b) |
fejn ikun fattibbli, kwalunkwe materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati minn kuntatt mal-iġsma ta’ annimali selvaġġi mejtin jew prodotti sekondarji mill-annimali miksuba minnhom, jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati jew inkella jintremew skont l-istruzzjonijiet u taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali. |
Artikolu 63
Miżuri fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati
1. F’każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati skont l-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, l-awtorità kompetenti tista’ tiddetermina żona infettata sabiex tipprevjeni t-tixrid ulterjuri tal-marda abbażi ta’:
(a) |
il-profil tal-marda; |
(b) |
il-popolazzjoni stmata tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati; |
(c) |
il-fatturi ta’ riskju li jikkontribwixxu għat-tixrid tal-marda tal-kategorija A rilevanti, b’mod partikolari r-riskju tal-introduzzjoni ta’ marda tal-kategorija A fi stabbilimenti li jżommu annimali tal-ispeċijiet elenkati; |
(d) |
ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni; u |
(e) |
fatturi rilevanti oħrajn. |
2. Fir-rigward tal-iġsma ta’ annimali selvaġġi li fihom tkun ġiet ikkonfermata l-marda tal-kategorija A rilevanti, irrispettivament minn jekk l-annimali selvaġġi jkunux inqatlu jew instabu mejta, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:
(a) |
l-iġsma sħaħ tal-annimali selvaġġi mejtin jew il-partijiet minnhom jintremew jew jiġu pproċessati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; u |
(b) |
fejn ikun fattibbli, kwalunkwe materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati minn kuntatt mal-iġsma ta’ annimali selvaġġi mejtin jew prodotti sekondarji mill-annimali miksuba minnhom, jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati jew inkella jintremew skont l-istruzzjonijiet u taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali. |
3. L-awtorità kompetenti tista’ tadatta l-konfini taż-żona infettata inizjali:
(a) |
sabiex tikkontrolla t-tixrid ulterjuri tal-marda tal-kategorija A rilevanti; u |
(b) |
fil-każ ta’ konferma ta’ aktar tifqigħat tal-marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi. |
4. L-awtorità kompetenti għandha tinforma minnufih lill-operaturi, lill-veterinarji kliniċi, lill-kaċċaturi, lil awtoritajiet kompetenti rilevanti oħrajn u lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra kkonċernata bit-tifqigħa tal-marda u bil-miżuri ta’ kontroll adottati.
Artikolu 64
Miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żona infettata
1. Fiż-żona infettata stabbilita skont l-Artikolu 63, l-awtorità kompetenti għandha torganizza awtopsji tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati li nqatlu b’tir jew li nstabu mejta, inkluż, meta jkun meħtieġ, it-teħid tal-kampjuni għall-eżami fil-laboratorju.
2. Fiż-żona infettata l-awtorità kompetenti għandha minn tal-inqas:
(a) |
timplimenta miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju u ta’ bijosigurtà rinforzati sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali affettwati u miż-żona infettata għall-annimali mhux affettwati jew għall-bnedmin; |
(b) |
tipprojbixxi l-movimenti ta’ annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati u tal-prodotti li joriġinaw minn dawn l-annimali kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/688 (16); u |
(c) |
tiżgura li l-iġsma kollha ta’ annimali selvaġġi mejtin tal-ispeċijiet elenkati, irrispettivament minn jekk l-annimali jkunux inqatlu jew instabu mejta, jew il-partijiet minnhom, jintremew jew jiġu pproċessati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. |
Artikolu 65
Miżuri addizzjonali li għandhom jiġu applikati fiż-żona infettata
Sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A, fiż-żona infettata l-awtorità kompetenti tista’:
(a) |
tirregola l-movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati; |
(b) |
tirregola l-attivitajiet tal-kaċċa u attivitajiet oħrajn li jsiru fuq barra; |
(c) |
tirrestrinġi l-alimentazzjoni tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati; u |
(d) |
tiżviluppa u timplimenta pjan ta’ eradikazzjoni għall-marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati jekk is-sitwazzjoni epidemjoloġika tkun tirrikjedi dan. |
Artikolu 66
Grupp ta’ esperti operazzjonali
F’każ ta’ tifqigħa kkonfermata b’mod uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati u f’każ li l-awtorità kompetenti tiddetermina żona infettata skont l-Artikolu 63, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi grupp ta’ esperti operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429 biex jassisti lill-awtorità kompetenti:
(a) |
fil-valutazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-evoluzzjoni tagħha; |
(b) |
fid-definizzjoni taż-żona infettata; |
(c) |
fl-istabbiliment tal-miżuri xierqa li għandhom jiġu applikati fiż-żona infettata skont dan il-Kapitolu u d-durata tagħhom; u |
(d) |
fl-iżvilupp ta’ pjan ta’ eradikazzjoni, meta jkun rilevanti. |
Artikolu 67
Id-durata tal-miżuri fiż-żona infettata
L-awtorità kompetenti għandha żżomm il-miżuri applikati fiż-żona infettata skont dan il-Kapitolu sakemm l-informazzjoni epidemjoloġika tkun tindika li l-popolazzjoni selvaġġa rilevanti ma tkunx għadha tippreżenta riskju ta’ introduzzjoni tal-marda tal-Kategorija A fi stabbilimenti li jżommu l-annimali tal-ispeċijiet elenkati u l-grupp operazzjonali jirrakkomanda li l-miżuri jitneħħew.
KAPITOLU V
Miżuri għall-kontroll tal-mard għall-mard tal-kategoriji B u C tal-annimali terrestri
Artikolu 68
Miżuri preliminari għall-kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati meta tiġi ssuspettata marda tal-kategorija B jew C mill-awtorità kompetenti fl-Istati Membri jew fiż-żoni li ngħataw stat ta’ ħelsien minn mard
Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija B jew C skont l-Artikolu 9(1), (3) jew (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, fi Stati Membri jew f’żoni li ngħataw stat ta’ ħelsien mill-mard skont l-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) 2016/429 jew l-Artikolu 84(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri stabbiliti fi:
(a) |
l-Artikoli 21, 22, 23 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis, B. suis, infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis, il-lewkożi bovina enżootika, ir-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva, l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky u d-dijarea virali bovina; |
(b) |
l-Artikolu 35 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal infezzjoni bil-virus tar-rabja; u |
(c) |
l-Artikolu 41 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotip 1-24). |
Artikolu 69
Miżuri għall-kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati meta tiġi kkonfermata marda tal-kategorija B jew C
Fil-każ ta’ konferma ta’ marda tal-kategorija B jew C skont il-punt (2) tal-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fi Stati Membri jew f’żoni li ngħataw l-istat ta’ ħelsien mill-mard skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/429 jew il-paragrafu 1 tal-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri stabbiliti fi:
(a) |
l-Artikoli 24 sa 31 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis, B. suis, infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis, il-lewkożi bovina enżootika, ir-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva, l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky u d-dijarea virali bovina; |
(b) |
l-Artikolu 36 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal infezzjoni bil-virus tar-rabja; u |
(c) |
l-Artikolu 42 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotip 1-24). |
PARTI III
ANNIMALI AKKWATIĊI
KAPITOLU I
Miżuri għall-kontroll tal-mard għal mard tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura
Artikolu 70
Obbligi fuq l-operaturi fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura fi stabbilimenti
Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati, l-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri għall-kontroll tal-mard li ġejjin sabiex jevitaw it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali u l-istabbilimenti tal-akkwakultura affettwati taħt ir-responsabbiltà tagħhom għal annimali akkwatiċi mhux affettwati oħrajn sakemm l-awtorità kompetenti teskludi l-preżenza tal-marda tal-kategorija A:
(a) |
jiżolaw, fejn ikun teknikament possibbli, l-annimali tal-akkwakultura kollha fl-istabbiliment suspettat li jkun infettat bil-marda tal-kategorija A; |
(b) |
jipprevjenu l-movimenti ta’ annimali tal-akkwakultura lejn u mill-istabbiliment; |
(c) |
iżommu rekords taż-żjarat u TAl-movimenti kollha minn u lejn l-istabbiliment; |
(d) |
iżommu kwalunkwe prodott, biċċa tagħmir, materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati bil-mard tal-kategorija A jew li jittrażmettuh, iżolati u, sa fejn ikun prattikabbli, protetti minn vetturi u minn annimali akkwatiċi oħrajn; |
(e) |
jimplimentaw il-miżuri ta’ bijosigurtà xierqa sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A; |
(f) |
jipprovdu lill-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, kwalunkwe informazzjoni rilevanti rigward il-marda tal-kategorija A; u |
(g) |
isegwu kwalunkwe struzzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti rigward il-kontroll tal-marda tal-kategorija A, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 u ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 71
Investigazzjoni mill-awtorità kompetenti tas-suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura fi stabbiliment
1. Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura fi stabbiliment skont l-Artikolu 9(1), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, l-awtorità kompetenti għandha minnufih twettaq investigazzjoni biex tikkonferma jew telimina l-preżenza tal-marda elenkata suspettata.
2. Matul l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-veterinarji uffiċjali jwettqu mill-inqas:
(a) |
eżamijiet kliniċi tal-annimali tal-akkwakultura; u |
(b) |
il-ġbir ta’ kampjuni għal eżami fil-laboratorju. |
Artikolu 72
Miżuri preliminari ta’ restrizzjoni u bijosigurtà li għandhom jiġu applikati fil-każ tas-suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura
1. Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed l-istabbiliment taħt sorveljanza uffiċjali u timponi minnufih il-miżuri preliminari ta’ restrizzjoni u bijosigurtà li ġejjin, sabiex tevita t-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali tal-akkwakultura affettwati u mill-istabbiliment affettwat għal annimali akkwatiċi mhux affettwati:
(a) |
il-projbizzjoni tal-movimenti ta’ annimali tal-akkwakultura lejn u mill-istabbiliment; |
(b) |
il-projbizzjoni tal-movimenti mhux essenzjali mill-istabbiliment ta’ mezzi tat-trasport u tagħmir; |
(c) |
il-projbizzjoni tal-iskarnar ta’ annimali tal-akkwakultura għall-konsum mill-bniedem; |
(d) |
fejn ikun teknikament fattibbli u meqjus bħala neċessarju, jiġi ordnat l-iżolament tal-annimali tal-akkwakultura kollha; u |
(e) |
meta jkun prattiku, jiġu implimentati mezzi u miżuri adegwati għall-kontroll tal-għasafar u ta’ predaturi oħrajn. |
2. L-awtorità kompetenti tista’ tordna l-qtil preventiv ta’ speċijiet elenkati fl-istabbiliment affettwat fejn tkun issuspettata marda tal-kategorija A dment li jiġu applikati l-miżuri kollha meħtieġa ta’ bijosigurtà u ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-istabbiliment.
3. B’deroga mill-Artikolu 10(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-awtorità kompetenti għandha tawtorizza l-movimenti ta’ annimali tal-akkwakultura għall-iskop uniku ta’ qtil immedjat fi stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku jew f’impjant approvat għall-ipproċessar jew għar-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 2 skont dak ir-Regolament. L-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss meta jiġu applikati l-miżuri ta’ bijosigurtà meħtieġa u miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju oħrajn biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A.
4. Il-prodotti sekondarji mill-annimali kollha minn annimali tal-akkwakultura mejta li mietu jew li nqatlu f’konformità ma’ dan l-Artikolu, inkluż qxur tal-molluski bil-laħam, b’deroga mill-Artikolu 10(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, għandhom jiġu pproċessati jew mormija bħala materjal tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 2 f’konformità ma’ dak ir-Regolament sabiex jiġi żgurat li l-aġent tal-marda rilevanti jkun inattivat u sabiex tiġi evitata t-trażmissjoni tal-marda għal annimali akkwatiċi oħrajn.
Artikolu 73
Inventarju u analiżi tar-rekords fil-każ tas-suspett ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura
1. Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A, l-awtorità kompetenti għandha tordna u tivverifika li, mingħajr dewmien, l-operaturi tal-istabbilimenti fejn ikun hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A jikkompilaw u jżommu inventarju aġġornat ta’ dawn li ġejjin:
(a) |
l-ispeċijiet, il-kategoriji u l-kwantitajiet (numru, volum jew piż) tal-annimali tal-akkwakultura miżmuma fl-istabbiliment; |
(b) |
kwalunkwe prodott, materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati jew li x’aktarx jittrażmettu l-marda tal-kategorija A; u |
(c) |
il-mortalità f’kull unità epidemjoloġika fl-istabbiliment, irreġistrata kuljum. |
2. Fil-qafas tal-inkjesta epidemjoloġika, imsemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429 u mwettqa fi stabbilimenti fejn ikun hemm suspett tal-marda, il-veterinarji uffiċjali għandhom janalizzaw mill-inqas ir-rekords elenkati fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 186 tar-Regolament (UE) 2016/429.
Artikolu 74
Estensjoni tal-miżuri għall-kontroll tal-mard fil-każ tas-suspett ta’ marda tal-kategorija A għal stabbilimenti oħrajn
Sabiex tevita t-tixrid ta’ marda tal-kategorija A, l-awtorità kompetenti għandha twettaq investigazzjoni prevista fl-Artikolu 71 u, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, testendi l-miżuri rilevanti previsti fl-Artikoli 72 u 73 għal:
(a) |
stabbilimenti li jinsabu fl-istess kompartiment bħall-istabbiliment fejn ikun hemm suspett tal-marda, jew li, minħabba d-distanza, il-kundizzjonijiet idrodinamiċi jew il-kundizzjonijiet topografiċi, għandhom riskju akbar li jikkuntrattaw l-aġent tal-marda rilevanti mill-istabbiliment fejn hemm suspett tal-marda; |
(b) |
kwalunkwe stabbiliment għajr dawk imsemmija fil-punt (a) li għandu rabta epidemjoloġika diretta mal-istabbiliment fejn hemm suspett tal-marda. |
Artikolu 75
Żoni ristretti temporanji madwar l-istabbiliment
L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi żona ristretta temporanja madwar l-istabbiliment fejn hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A u fejn jiġu applikati miżuri preliminari għall-kontroll tal-mard kif imsemmi fl-Artikolu 72 u fl-Artikolu 73, billi tqis iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) |
il-post tal-istabbiliment f’żona bi stabbilimenti oħrajn li jżommu annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati li għalihom hemm suspett ta’ marda tal-kategorija A; |
(b) |
il-moviment ta’ annimali fil-viċinanza tal-istabbiliment suspettat; |
(c) |
id-dewmien fil-konferma tal-marda tal-kategorija A skont l-Artikolu 77; |
(d) |
l-informazzjoni insuffiċjenti dwar l-oriġini possibbli u r-rotot tal-introduzzjoni tal-marda tal-kategorija A suspettata; u |
(e) |
il-profil tal-marda, b’mod partikolari r-rotot u l-veloċità tat-trażmissjoni tal-marda u l-persistenza tal-marda fil-popolazzjoni rilevanti ta’ annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati. |
Artikolu 76
Miżuri li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, f’ċentri ta’ purifikazzjoni, f’ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport
1. Fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A skont l-Artikolu 9(1), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, f’ċentri ta’ purifikazzjoni, f’ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport, l-awtorità kompetenti għandha tapplika:
(a) |
il-miżuri previsti fl-Artikoli 71 sa 75; u |
(b) |
jekk ikunu meħtieġa, miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali u mill-istabbilimenti jew mill-postijiet taħt suspett għal annimali mhux affettwati. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tapplika d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 71 sa 75 ukoll fl-istabbilimenti ta’ oriġini tal-annimali jew tal-prodotti preżenti fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 77
Konferma uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura
L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma uffiċjalment tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’annimali tal-akkwakultura meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.
Artikolu 78
Miżuri għall-kontroll tal-mard fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment
1. Wara l-konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A f’konformità mal-Artikolu 77, l-awtorità kompetenti għandha, minbarra l-miżuri previsti fl-Artikolu 72 u fl-Artikolu 73, tordna li jiġu applikati minnufih il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ġejjin taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali, fl-istabbiliment fejn seħħet il-konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A:
(a) |
il-ħut u l-krustaċji tal-ispeċijiet elenkati għandhom jinqatlu malajr kemm jista’ jkun u l-molluski tal-ispeċijiet elenkati għandhom jitneħħew mill-ilma malajr kemm jista’ jkun; |
(b) |
l-annimali msemmija f’(a) għandhom, b’deroga mill-Artikolu 10(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jintremew bħala materjal tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 2 f’konformità ma’ dak ir-Regolament; |
(c) |
il-miżuri previsti fil-punti (a) u (b) għandhom jitwettqu:
|
(d) |
l-annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet mhux elenkati għandhom, malajr kemm jista’ jkun, jinqatlu jew jiġu skarnati għall-konsum mill-bniedem jew, fil-każ tal-molluski, jitneħħew mill-ilma f’konformità mal-paragrafu 1(b); |
(e) |
għandhom jiġu applikati miżuri xierqa sabiex jillimitaw kwalunkwe tixrid possibbli tal-marda tal-kategorija A għal u minn kwalunkwe annimal akkwatiku selvaġġ li jistgħu jkunu f’kuntatt epidemjoloġiku mal-istabbiliment; |
(f) |
il-prodotti, il-materjali jew is-sustanzi kollha potenzjalment ikkontaminati għandhom jiġu iżolati sakemm:
|
2. L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja:
(a) |
li t-trasport mill-istabbiliment affettwat tal-prodotti sekondarji mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1(f)(i) u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1(f)(ii) ikun f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; u |
(b) |
li t-trasport mill-istabbiliment affettwat tal-materjali jew is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1(f)(iv) ikun f’konformità mal-istruzzjonijiet tagħha rigward il-kundizzjonijiet tal-bijosigurtà u tal-bijosikurezza sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-aġent tal-marda tal-kategorija A. |
3. B’deroga mill-paragrafu 1 (a), l-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju, tippermetti l-iskarnar tal-ħut jew tal-krustaċji jew, fil-każ tal-molluski, it-tneħħija mill-ilma, għall-konsum mill-bniedem, fl-istabbiliment jew fi stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku, dment li jittieħdu miżuri ta’ bijosigurtà xierqa u miżuri oħra ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-Kategorija A. Il-prodotti sekondarji mill-annimali kollha li jirriżultaw minn dik id-deroga għandhom, b’deroga mill-Artikolu 10(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jiġu pproċessati jew mormija bħala materjal tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 2 f’konformità ma’ dak ir-Regolament.
4. B’deroga mill-paragrafu 1 (d), l-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju, tiddeċiedi li ma toqtolx, tiskarnax jew tneħħi mill-ilma l-annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet mhux elenkati dment li jiġu applikati miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskju biex jiġi evitat kull riskju ta’ tixrid tal-marda rilevanti tal-kategorija A mill-istabbiliment.
5. B’deroga mill-paragrafu 1(f)(ii), l-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, tippermetti t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali f’konformità mal-Artikolu 83.
Artikolu 79
Derogi speċifiċi minn miżuri ta’ kontroll fi stabbilimenti fejn l-ispeċijiet elenkati jinżammu għal skopijiet xjentifiċi jew għal skopijiet relatati mal-konservazzjoni ta’ speċijiet fil-periklu
1. L-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi mill-miżuri previsti fl-Artikolu 78(1)(a) u (c) fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A fi stabbilimenti fejn l-ispeċijiet elenkati jinżammu għal skopijiet xjentifiċi jew għal skopijiet relatati mal-konservazzjoni ta’ speċijiet fil-periklu, dment li:
(a) |
l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-Istat Membru kkonċernat, jew ta’ Stati Membri oħra, ma jiġix ipperikolat; u |
(b) |
jittieħdu l-miżuri ta’ bijosigurtà kollha xierqa kif elenkati fl-Artikolu 78 sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tixrid tal-aġent tal-marda tal-kategorija A. |
2. Meta tingħata deroga skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati koperti mid-deroga jkunu:
(a) |
miżmuma f’bini fejn jiġu implimentati miżuri ta’ bijosigurtà xierqa sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A rilevanti; u |
(b) |
soġġetti għal sorveljanza ulterjuri u eżami fil-laboratorju u ma jiġux imċaqilqa mill-istabbiliment sakemm it-testijiet fil-laboratorji jindikaw li huma ma jippreżentaw l-ebda riskju ta’ tixrid ulterjuri tal-marda tal-kategorija A rilevanti. |
Artikolu 80
Tindif u diżinfezzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha tordna lill-operaturi jwettqu, minnufih wara l-ikkompletar tal-miżuri għall-kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 78, it-tindif u d-diżinfezzjoni ta’:
(a) |
l-istabbiliment, safejn l-awtorità kompetenti tqis li huwa teknikament possibbli; |
(b) |
kwalunkwe tagħmir relatat mat-trobbija, inkluż iżda mhux limitat għat-tmigħ, il-gradazzjoni, it-trattament, it-tilqim u d-dgħajjes tax-xogħol; |
(c) |
kwalunkwe tagħmir relatat mal-produzzjoni, inkluż iżda mhux limitat għal gaġeġ, xbieki, kavalletti, boroż u konzijiet; |
(d) |
kwalunkwe lbies protettiv jew tagħmir ta’ sikurezza użat minn operaturi u viżitaturi; u |
(e) |
il-mezzi tat-trasport kollha, inklużi tankijiet u tagħmir ieħor li jintuża sabiex jiġu mċaqilqa annimali infettati jew membri tal-persunal li kienu f’kuntatt ma’ annimali infettati. |
2. It-tindif u d-diżinfezzjoni previsti fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu:
(a) |
f’konformità ma’ protokoll preċedentement miftiehem bejn l-awtorità kompetenti u l-operatur; u |
(b) |
taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali. |
Artikolu 81
Mistrieħ sanitarju tal-istabbiliment affettwat
Wara t-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni previsti fl-Artikolu 80, l-awtorità kompetenti għandha tordna lill-operaturi jwettqu l-mistrieħ sanitarju tal-istabbiliment affettwat għall-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Anness XIII.
Artikolu 82
Estensjoni tal-miżuri għall-kontroll tal-mard fil-każ ta’ konferma ta’ marda tal-kategorija A
Sabiex tevita t-tixrid ta’ marda tal-kategorija A, l-awtorità kompetenti għandha twettaq investigazzjoni prevista fl-Artikolu 71 u, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, testendi wħud mill-miżuri jew il-miżuri kollha previsti fl-Artikoli 78, 80 u 81 għal:
(a) |
stabbilimenti tal-istess kompartiment, jew li, minħabba d-distanza, il-kundizzjonijiet idrodinamiċi jew il-kundizzjonijiet topografiċi, għandhom riskju akbar li jikkuntrattaw l-aġent tal-marda rilevanti mill-istabbiliment suspettat fejn hemm konferma tal-marda; |
(b) |
kwalunkwe stabbiliment li, b’riżultat tal-inkjesta prevista fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2016/429, wera rabta epidemjoloġika diretta mal-istabbiliment fejn hija kkonfermata l-marda. |
Artikolu 83
It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati prodotti fi stabbilimenti infettati
1. Meta tagħti deroga skont l-Artikolu 78(5), l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-ħut irid jiġi skarnat u jiġi evixxerat qabel id-dispaċċ; |
(b) |
il-molluski u l-krustaċji jridu jkunu traċċabbli kompletament u pproċessati fi prodotti mhux vijabbli li ma jkunux jistgħu jibqgħu ħajjin jekk jitpoġġew lura fl-ilma, qabel id-dispaċċ. |
Meta tkun meħtieġa l-purifikazzjoni qabel l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq, għandha titwettaq fi stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku jew f’ċentru ta’ purifikazzjoni bijosigur.
2. Il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu intiżi:
(a) |
għall-konsumatur finali direttament; jew |
(b) |
għall-ipproċessar ulterjuri fi stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku. |
Artikolu 84
Miżuri li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ konferma ta’ marda tal-kategorija A fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fiċ-ċentri ta’ purifikazzjoni, fiċ-ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport
1. F’każ ta’ konferma ta’ marda tal-kategorija A fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fiċ-ċentri ta’ purifikazzjoni, fiċ-ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inkluż mezzi tat-trasport, skont l-Artikolu 77, l-awtorità kompetenti għandha tapplika:
(a) |
il-miżuri previsti fl-Artikolu 78, fl-Artikolu 80 u fl-Artikolu 81; u |
(b) |
jekk ikunu meħtieġa, miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali u l-istabbilimenti jew il-postijiet affettwati għal annimali mhux affettwati. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tapplika d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 78, fl-Artikolu 80 u fl-Artikolu 81 ukoll fl-istabbilimenti ta’ oriġini tal-annimali jew tal-prodotti preżenti fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
KAPITOLU II
Miżuri għall-kontroll tal-mard għal mard tal-kategorija A ta’ annimali tal-akkwakultura fiż-żona ristretta
Artikolu 85
L-istabbiliment ta’ żona ristretta
1. Fil-każ tal-konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment, negozju tal-għalf u tal-ikel, stabbiliment ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inklużi mezzi tat-trasport, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi minnufih żona ristretta madwar l-istabbiliment jew il-post affettwat, li tinkludi:
(a) |
żona ta’ protezzjoni madwar l-istabbiliment jew il-post fejn hija kkonfermata l-marda tal-kategorija A; |
(b) |
żona ta’ sorveljanza madwar iż-żona ta’ protezzjoni; u |
(c) |
jekk ikunu meħtieġa, abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, aktar żoni ristretti madwar jew maġenb iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza. |
2. Il-kobor taż-żoni għandu jiġi stabbiliti każ b’każ, filwaqt li jitqiesu l-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskju tat-tixrid tal-marda. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tqis id-data u l-kriterji li ġejjin:
(a) |
data mill-inkjesta epidemjoloġika f’konformità mal-Artikolu 57 fir-Regolament (UE) 2016/429; |
(b) |
data idrodinamika rilevanti; |
(c) |
il-kriterji elenkati fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429; u |
(d) |
il-kriterji previsti fl-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tadatta l-konfini taż-żona ristretta inizjali, inklużi l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri, fil-każ tas-sovrapożizzjoni ta’ żewġ żoni ristretti jew aktar minħabba tifqigħat ulterjuri tal-marda tal-kategorija A.
4. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’, minħabba ċirkostanzi ġeografiċi, idrodinamiċi u epidemjoloġiċi speċifiċi, u wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji li tqis il-profil tal-marda:
(a) |
ma tistabbilixxix iż-żona ristretta kif previst fil-paragrafu 1 madwar l-istabbiliment jew il-post infettat; |
(b) |
tistabbilixxi żona ristretta li tikkonsisti f’żona ta’ protezzjoni mingħajr żona ta’ sorveljanza li tmiss magħha; u |
(c) |
ma tistabbilixxix żona ristretta meta tiġi kkonfermata marda tal-kategorija A fin-negozji tal-għalf u tal-ikel, fiċ-ċentri ta’ purifikazzjoni, fiċ-ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza, inkluż il-mezzi tat-trasport. |
5. L-awtorità kompetenti tista’ tidderoga, sal-punt meħtieġ u wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji li tqis iċ-ċirkostanzi ġeografiċi, idrodinamiċi u epidemjoloġiċi u l-profil tal-marda, mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu:
(a) |
fiż-żoni ristretti ulterjuri; u |
(b) |
f’każ li l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tistabbilixxi ż-żona ristretta meta sseħħ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-istabbilimenti jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza msemmija fil-paragrafu 4(c). |
Artikolu 86
Miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żona ristretta
1. L-awtorità kompetenti għandha mingħajr dewmien tikkompila u żżomm aġġornat inventarju tal-istabbilimenti kollha li jżommu annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati li jinsabu fiż-żona ristretta, inklużi l-ispeċijiet, il-kategoriji u n-numru stmat ta’ annimali f’kull stabbiliment.
2. Fl-istabbilimenti li jinsabu fiż-żona ristretta, l-awtorità kompetenti tista’, abbażi ta’ informazzjoni epidemjoloġika jew evidenza rilevanti oħra u wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, timplimenta qtil preventiv jew, skarnar għall-konsum mill-bniedem jew, fil-każ tal-molluski, tneħħija mill-ilma, ta’ annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati skont l-Artikolu 78(1)(a) u (2).
3. Kwalunkwe ġbir ta’ kampjuni fl-istabbilimenti fiż-żona ristretta li jżommu annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati, għal skopijiet oħrajn minbarra sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza tal-marda tal-kategorija A rilevanti, irid ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 87
Miżuri li għandhom jiġu applikati fi stabbilimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura fiż-żona ta’ protezzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha tordna lill-operaturi ta’ stabbilimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura ta’ kwalunkwe speċi fiż-żona ta’ protezzjoni, minbarra l-istabbiliment li fih tkun ġiet ikkonfermata l-marda tal-kategorija A, sabiex iwettqu mill-inqas il-miżuri li ġejjin sabiex jipprevjenu u jikkontrollaw it-tixrid tal-marda:
(a) |
jaġġornaw mingħajr dewmien ir-rekords tal-inventarju previsti fl-Artikolu 73(1); |
(b) |
fejn ikun prattikabbli, jimplimentaw miżuri xierqa sabiex jillimitaw kwalunkwe tixrid possibbli tal-marda tal-kategorija A għal u minn kwalunkwe annimal akkwatiku selvaġġ li jistgħu jkunu f’kuntatt epidemjoloġiku mal-istabbiliment; |
(c) |
jipprevjenu li l-annimali tal-akkwakultura jitneħħew mill-istabbiliment fejn ikunu miżmuma, sakemm ma jkunux awtorizzati mill-awtorità kompetenti; |
(d) |
jimplimentaw miżuri ta’ bijosigurtà xierqa għal kwalunkwe prodott, biċċa tagħmir, materjal jew sustanza li x’aktarx ixerrdu l-marda tal-kategorija A rilevanti; |
(e) |
inaqqsu n-numru ta’ viżitaturi għal dawk li huma strettament meħtieġa sabiex l-istabbiliment jopera kif suppost; u |
(f) |
fejn ikun prattikabbli, jimplimentaw mezzi xierqa ta’ tindif u diżinfezzjoni fid-dħul u fil-ħruġ tal-istabbiliment. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tordna u tissorvelja li l-operatur ikun ipproċessa jew rema, bħala l-materjal tal-kategorija rilevanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, il-prodotti sekondarji mill-annimali minn annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet elenkati li mietu jew inqatlu, inkluż qxur tal-molluski bil-laħam, fi stabbilimenti li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni.
3. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, li l-Artikoli 87 u 88 japplikaw biss għall-annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati.
Artikolu 88
Żjarat minn veterinarji uffiċjali fi stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-veterinarji uffiċjali jwettqu mill-inqas żjara waħda fl-istabbilimenti kollha msemmija fl-Artikolu 87, mill-aktar fis possibbli u mingħajr dewmien wara l-konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, u għandha tingħata prijorità lil stabbilimenti li l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat li għandhom riskju għoli fir-rigward tas-suxxettibbiltà għall-marda jew it-tixrid tagħha.
2. Meta jwettqu ż-żjarat imsemmija fil-paragrafu 1, il-veterinarji uffiċjali għandhom jagħmlu mill-inqas l-attivitajiet li ġejjin:
(a) |
kontrolli dokumentarji u analiżi tar-rekords; |
(b) |
verifika tal-implimentazzjoni tal-miżuri maħsuba sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni jew it-tixrid tal-marda tal-kategorija A rilevanti f’konformità mal-Artikolu 87; |
(c) |
eżami kliniku ta’ annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati; u |
(d) |
jekk ikun meħtieġ, il-ġbir ta’ kampjuni għal eżami fil-laboratorju sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza tal-marda tal-kategorija A rilevanti. |
3. L-awtorità kompetenti tista’ titlob li jsiru aktar żjarat veterinarji fl-istabbilimenti bħala segwitu tas-sitwazzjoni.
4. L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekord tal-attivitajiet u taż-żjarat imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 u s-sejbiet tagħhom.
Artikolu 89
Projbizzjonijiet fir-rigward tal-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura, tal-prodotti minn annimali tal-akkwakultura, ta’ sustanzi u materjali oħrajn fi, minn jew lejn iż-żona ta’ protezzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi l-movimenti li ġejjin fiż-żona ta’ protezzjoni:
(a) |
il-moviment ta’ annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati bejn l-istabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni; |
(b) |
il-moviment ta’ annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati minn jew lejn iż-żona ta’ protezzjoni; |
(c) |
kwalunkwe movimenti mill-istabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni ta’ mezzi tat-trasport u kwalunkwe tagħmir, prodott, materjal jew sustanza li x’aktarx jittrażmettu l-marda tal-kategorija A rilevanti; |
(d) |
it-trasport ta’ annimali tal-akkwakultura b’dgħajsa barrada miż-żona ta’ protezzjoni; u |
(e) |
id-dispaċċ ta’ prodotti sekondarji mill-annimali mhux ipproċessati minn annimali tal-akkwakultura ta’ kwalunkwe speċi minn stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni. |
2. L-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, testendi l-projbizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(a) sa 1(d) għall-annimali tal-ispeċijiet mhux elenkati u għall-prodotti tagħhom.
Artikolu 90
Kundizzjonijiet ġenerali għall-għoti ta’ derogi minn projbizzjonijiet tal-moviment u tat-trasport li jikkonċernaw l-annimali akkwatiċi u l-prodotti fiż-żona ta’ protezzjoni
1. B’deroga mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 89(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment u t-trasport ta’ annimali akkwatiċi u prodotti fil-każijiet koperti mill-Artikoli 91 sa 94 fil-kundizzjonijiet speċifiċi previsti f’dawk l-Artikoli u l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Meta tagħti l-awtorizzazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-movimenti kollha jridu jitwettqu esklussivament minn rotot magħżula, miftiehma mal-awtorità kompetenti, mingħajr ħatt jew waqfien; |
(b) |
kwalunkwe skambju ta’ ilma u tnixxijiet ta’ ilma matul it-trasportazzjoni jridu jitwettqu f’żoni, stabbilimenti jew punti għall-iskambju tal-ilma approvati mill-awtorità kompetenti; |
(c) |
il-mezzi tat-trasport iridu jinbnew u jinżammu b’tali mod li jkunu jistgħu jsirulhom tindif u diżinfezzjoni kif suppost; |
(d) |
il-mezzi tat-trasport jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati:
|
(e) |
trid tittieħed kwalunkwe miżura ta’ bijosigurtà supplimentari oħra meqjusa bħala meħtieġa mill-awtorità kompetenti fir-rigward tal-operazzjonijiet tat-trasport. |
Artikolu 91
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-iskarnar, u l-movimenti għall-iskarnar jew l-ipproċessar ta’ annimali tal-akkwakultura mill-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni
1. L-annimali tal-akkwakultura minn stabbilimenti li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni jistgħu:
(a) |
jiġu skarnati fl-istabbiliment f’konformità mal-miżuri ta’ bijosigurtà previsti mill-awtorità kompetenti; jew |
(b) |
jiġu mċaqilqa għal skarnar immedjat għall-konsum mill-bniedem fi stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku; jew |
(c) |
fil-każ tal-molluski, jitneħħew mill-ilma u jittieħdu fi stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku għall-purifikazzjoni jekk ikun meħtieġ u għal aktar ipproċessar. |
2. L-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq data epidemjoloġika rilevanti, tillimita l-applikazzjoni tal-miżuri previsti fil-paragrafu 1 għal stabbilimenti li jżommu biss annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati fit-tielet kolonna tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882.
3. Meta tawtorizza l-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura msemmija fil-paragrafu 1(b), l-awtorità kompetenti responsabbli għall-istabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku għandha:
(a) |
tkun infurmata bl-intenzjoni li jintbagħtu annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet elenkati lill-istabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku; |
(b) |
taqbel li tirċievi l-annimali tal-akkwakultura inkwistjoni; |
(c) |
tissorvelja u tikkonferma l-iskarnar tal-annimali lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ; |
(d) |
tiżgura li l-annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati li joriġinaw miż-żona ta’ protezzjoni jinżammu separatament mill-annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati li joriġinaw minn barra ż-żona ta’ protezzjoni, u jiġu skarnati jew jiġu pproċessati separatament minn dawk l-annimali; |
(e) |
timmonitorja l-iskarnar jew l-ipproċessar; |
(f) |
tiżgura li t-tindif u d-diżinfezzjoni tal-post tlestew qabel ma jiġu skarnati jew ipproċessati l-annimali tal-akkwakultura minn stabbilimenti barra ż-żona ta’ protezzjoni; |
(g) |
tiżgura li l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali miksuba mill-annimali tal-akkwakultura jkunu konformi mal-kundizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq previsti fl-Artikolu 92; u |
(h) |
tiżgura li l-prodotti sekondarji mill-annimali mill-iskarnar jew minn proċessi oħrajn imsemmija fil-paragrafu 1, jiġu pproċessati jew mormija f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. |
Artikolu 92
Kundizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati prodotti fi stabbilimenti mhux affettwati fiż-żona ta’ protezzjoni
1. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali miksuba minn annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati fi stabbilimenti mhux affettwati fiż-żona ta’ protezzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-ħut irid jiġi skarnat u jiġi evixxerat qabel id-dispaċċ; u |
(b) |
il-molluski u l-krustaċji jridu jkunu traċċabbli kompletament u pproċessati fi prodotti mhux vijabbli li ma jkunux jistgħu jibqgħu ħajjin jekk jitpoġġew lura fl-ilma, qabel id-dispaċċ. |
2. Il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu intiżi:
(a) |
għall-forniment dirett lill-konsumatur finali; jew |
(b) |
għall-ipproċessar ulterjuri fi stabbiliment għall-kontroll tal-mard tal-ikel akkwatiku. |
Artikolu 93
Kundizzjonijiet speċjali għall-awtorizzazzjoni tat-trasport ta’ prodotti sekondarji mill-annimali mhux ipproċessati minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni
L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-trasport ta’ prodotti sekondarji mill-annimali mhux ipproċessati ta’ annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni lejn impjant għall-ipproċessar ulterjuri f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
Artikolu 94
Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju li jikkonċernaw ċerti attivitajiet relatati mal-annimali akkwatiċi fiż-żona ta’ protezzjoni
1. L-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju, timplimenta miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward ta’:
(a) |
attivitajiet tas-sajd kummerċjali u rikreattivi fiż-żona ta’ protezzjoni; |
(b) |
attivitajiet oħrajn li huma relatati ma’ annimali akkwatiċi fiż-żona ta’ protezzjoni u li jistgħu jippreżentaw riskju ta’ tixrid tal-marda; u |
(c) |
it-trasport ta’ dgħajjes tas-servizz użati għal attivitajiet ta’ manutenzjoni u għat-trattament ta’ annimali akkwatiċi fiż-żona ta’ protezzjoni. |
2. Fil-qafas tal-miżuri previsti fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’, skont kif rilevanti, tordna t-tindif u d-diżinfezzjoni tat-tagħmir, li ntuża fl-ilmijiet koperti miż-żona ta’ protezzjoni.
Artikolu 95
Miżuri li għandhom jiġu applikati fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fiċ-ċentri ta’ purifikazzjoni, fiċ-ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ protezzjoni, inklużi mezzi tat-trasport
1. L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri msemmija fl-Artikolu 87 sa 93 fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fiċ-ċentri ta’ purifikazzjoni, fiċ-ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ protezzjoni, inklużi mezzi tat-trasport.
2. Fl-istabbilimenti u l-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tapplika miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex tevita t-tixrid tal-marda tal-kategorija A ġewwa u miż-żona ta’ protezzjoni.
Artikolu 96
It-tneħħija tal-annimal tal-akkwakultura mill-istabbilimenti affettwati u miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju sussegwenti
1. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina data sa meta għandhom jitneħħew l-annimali tal-akkwakultura fl-istabbilimenti infettati kollha.
2. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, li l-paragrafu 1 japplika wkoll għall-istabbilimenti fiż-żona ta’ protezzjoni li fihom ma tkunx ġiet ikkonfermata l-marda tal-kategorija A sabiex jiġi kkontrollat u evitat it-tixrid possibbli tal-mard.
3. Wara t-tneħħija tal-annimali tal-akkwakultura kif previst fil-paragrafu 1, it-tindif, id-diżinfezzjoni u l-mistrieħ sanitarju għandhom jitwettqu f’konformità mal-Artikoli 80 u 81.
4. L-awtorità kompetenti għandha tordna l-mistrieħ sanitarju sinkroniku tal-istabbilimenti affettwati u tal-istabbilimenti magħżula f’konformità mal-paragrafu 2.
5. Il-mistrieħ sanitarju sinkroniku msemmi fil-paragrafu 4 għandu jdum għall-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Anness XIII.
Artikolu 97
Id-durata tal-miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ protezzjoni, ir-ripopolament tal-istabbilimenti koperti miż-żona ta’ protezzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha żżomm il-miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ protezzjoni kif previst fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu sakemm:
(a) |
jitwettqu u jiġu kkompletati l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 96; u |
(b) |
l-awtorità kompetenti, abbażi tal-eżitu tal-investigazzjonijiet immexxija f’konformità mal-Artikolu 88, tkun eskludiet kwalunkwe okkorrenza tal-marda tal-kategorija A rilevanti fl-istabbilimenti l-oħrajn fiż-żona ta’ protezzjoni. |
2. Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1:
(a) |
l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri previsti fit-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu fiż-żona ta’ protezzjoni għall-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 101; u |
(b) |
l-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 96(1) u (2) u li qabel kienu koperti miż-żona ta’ protezzjoni jistgħu jiġu ripopolati. |
Artikolu 98
Miżuri li għandhom jiġu applikati fi stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza
1. Fiż-żona ta’ sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha tordna li l-miżuri previsti fl-Artikolu 87 jiġu applikati fl-istabbilimenti kollha li jżommu annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati.
2. Il-veterinarji uffiċjali għandhom iżuru l-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1 u jwettqu l-attivitajiet previsti fl-Artikolu 88(2) kif xieraq.
3. L-istabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza għandhom jgħaddu minn sorveljanza li tinkludi żjarat u teħid ta’ kampjuni kif deskritt fil-punt 1 tal-Anness XV.
4. Is-sorveljanza prevista fil-paragrafu 3 għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 99
Miżuri fir-rigward tal-moviment u t-trasport ta’ annimali tal-akkwakultura ġewwa, minn jew lejn iż-żona ta’ sorveljanza
1. L-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi kwalunkwe moviment ta’ annimali tal-akkwakultura minn stabbilimenti fiż-żona ta’ sorveljanza għall-iskarnar, għat-trobbija ulterjuri jew għar-rilaxx fis-selvaġġ barra miż-żona ta’ sorveljanza.
2. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kwalunkwe trasport ta’ annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati ġewwa jew fiż-żona ta’ sorveljanza għandu jitwettaq fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 90(a) sa (e) u fl-Artikolu 91.
3. L-awtorità kompetenti tista’ tordna li jiġu applikati miżuri ta’ bijosigurtà supplimentari xierqa għall-operazzjonijiet tat-trasport, inkluż il-ħatt fl-istabbiliment tad-destinazzjoni magħżul sabiex jiġi kkontrollat u evitat it-tixrid possibbli tal-mard.
4. B’deroga mill-paragrafu 1 u bi ftehim mal-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali tal-akkwakultura dment li jiġu applikati miżuri ta’ bijosigurtà xierqa li jipprevjenu t-tixrid tal-marda tal-kategorija A.
Artikolu 100
Miżuri li għandhom jiġu applikati fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fiċ-ċentri ta’ purifikazzjoni, fiċ-ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ sorveljanza, inklużi mezzi tat-trasport
1. L-awtorità kompetenti għandha tordna mingħajr dewmien li l-miżuri previsti fl-Artikoli 98 u 99 jiġu applikati fin-negozji tal-ikel u tal-għalf, fiċ-ċentri ta’ purifikazzjoni, fiċ-ċentri ta’ spedizzjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, fi stabbilimenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ rilevanza fiż-żona ta’ sorveljanza, inklużi mezzi tat-trasport.
2. Fil-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tapplika miżuri addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika sabiex tevita t-tixrid tal-marda tal-kategorija A ġewwa u miż-żona ta’ sorveljanza.
Artikolu 101
Id-durata tal-miżuri għall-kontroll tal-mard fiż-żona ta’ sorveljanza
L-awtorità kompetenti għandha tneħħi l-miżuri għall-kontroll tal-mard previsti f’din it-Taqsima meta l-perjodu ta’ sorveljanza, stipulat fil-punt 2 tal-Anness XV, għall-marda tal-kategorija A rilevanti jkun għadda b’riżultati favorevoli.
KAPITOLU III
Miżuri għall-kontroll tal-mard f’annimali akkwatiċi selvaġġi
Artikolu 102
Miżuri fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati
F’ każ ta’ suspett ta’ każ ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati skont l-Artikolu 9(1), (3) u (4) fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
twettaq minnufih investigazzjoni tal-annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati mistada, maqbuda, miġbura jew misjuba mejta sabiex tikkonferma jew teskludi l-preżenza tal-marda tal-kategorija A f’konformità mal-Artikolu 71(2); |
(b) |
tiżgura li l-prodotti sekondarji tal-annimali kollha miksuba mill-annimali akkwatiċi selvaġġi ta’ speċijiet elenkati ssuspettati li huma infettati, inklużi qxur tal-molluski bil-laħam, jiġu pproċessati jew mormija bħala materjal tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009; |
(c) |
fejn ikun prattikabbli, tiżgura li kwalunkwe materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati minn annimali suspettati li jkunu affettwati jew mill-prodotti sekondarji mill-annimali miksuba minn dawk l-annimali jitnaddfu u jiġu diżinfettati jew inkella jintremew skont l-istruzzjonijiet u taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali; u |
(d) |
tipprovdi informazzjoni rilevanti lill-operaturi jew l-awtoritajiet responsabbli mill-immaniġġjar tal-popolazzjoni tal-annimali rilevanti. |
Artikolu 103
Miżuri fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati
1. Fil-każ ta’ każ ikkonfermat b’mod uffiċjali ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina żona infettata fuq il-bażi ta’:
(a) |
il-kundizzjonijiet idrodinamiċi, topografiċi u epidemjoloġiċi rilevanti; |
(b) |
il-profil tal-marda u l-popolazzjoni stmata tal-annimali akkwatiċi tal-ispeċijiet elenkati; u |
(c) |
il-fatturi ta’ riskju li jikkontribwixxu għat-tixrid tal-marda tal-kategorija A rilevanti, b’mod partikolari dawk assoċjati mar-riskju tal-introduzzjoni tal-marda fi stabbilimenti li jżommu l-annimali akkwatiċi tal-ispeċijiet elenkati. |
2. L-awtorità kompetenti tista’ tadatta l-konfini taż-żona infettata inizjali:
(a) |
sabiex tikkontrolla t-tixrid ulterjuri tal-marda tal-kategorija A rilevanti; u |
(b) |
fil-każ ta’ konferma ta’ aktar tifqigħat tal-marda tal-kategorija A f’annimali selvaġġi. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tinforma minnufih lill-operaturi, lil awtoritajiet kompetenti rilevanti oħrajn, lill-veterinarji rilevanti u lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra kkonċernata, dwar it-tifqigħa tal-mard u l-miżuri ta’ kontroll adottati.
Artikolu 104
Miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żona infettata
1. Fiż-żona infettata stabbilita skont l-Artikolu 103-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
timplimenta miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u tal-bijosigurtà rinforzata sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A mill-annimali affettwati u miż-żona infettata għal annimali u żoni mhux affettwati; |
(b) |
tipprojbixxi kwalunkwe moviment mill-bnedmin ta’ annimali akkwatiċi selvaġġi ta’ speċijiet elenkati u prodotti li joriġinaw mill-annimali miksuba minn dawk l-annimali miż-żona infettata; |
(c) |
permezz ta’ deroga mill-Artikolu 10(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tiżgura li l-prodotti sekondarji mill-annimali kollha miksuba mill-annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati fiż-żona infettata inkluż il-qxur tal-molluski bil-laħam, jiġu pproċessati jew mormija bħala materjal tal-kategorija 1 jew tal-kategorija 2 skont dak ir-Regolament; |
(d) |
fejn ikun prattikabbli, tiżgura li kwalunkwe materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati minn annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati fiż-żona infettata jew prodotti sekondarji mill-annimali miksuba minn dawk l-annimali, jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati jew inkella jintremew skont l-istruzzjonijiet u taħt is-superviżjoni ta’ veterinarji uffiċjali; u |
(e) |
tipprojbixxi d-dħul fi stabbilimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet elenkati kemm fiż-żona infettata kif ukoll barra minnha jew lejn żoni tal-ġbir tal-ilma jew żoni kostali barra miż-żona infettata kwalunkwe parti minn annimali akkwatiċi tal-ispeċijiet elenkati, kemm jekk mistada, maqbuda, miġbura jew misjuba mejta fiż-żona infettata kif ukoll kull prodott, materjal jew sustanza li x’aktarx ikunu kkontaminati b’marda tal-kategorija A fiż-żona infettata. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1(b) u bl-iskop li jiġi ppreservat materjal ġenetiku ta’ valur, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-movimenti ta’ annimali akkwatiċi selvaġġi ta’ speċijiet elenkati miż-żona infettata lil stabbiliment awtorizzat mill-awtorità kompetenti għal dak l-iskop, dment li jiġu applikati miżuri ta’ bijosigurtà xierqa biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-Kategorija A. L-istabbiliment tad-destinazzjoni għandu jitqies bħala stabbiliment li jinsab fiż-żona infettata għall-iskopijiet tal-Artikolu 108.
Artikolu 105
Miżuri addizzjonali li għandhom jiġu applikati fiż-żona infettata.
1. Wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-miżuri addizzjonali li huma meħtieġa għall-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-marda tal-kategorija A rilevanti.
2. Bħala parti mill-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-marda tal-kategorija A rilevanti, l-awtorità kompetenti tista’:
(a) |
tissospendi l-attivitajiet ta’ ripopolament, sajd, ġbir u qbid; |
(b) |
tordna t-tindif u d-diżinfezzjoni obbligatorji ta’ tagħmir u dgħajjes tas-sajd u tagħmir ieħor li x’aktarx ikunu kkontaminati; u |
(c) |
iżżid l-attivitajiet ta’ sajd, ġbir u qbid jew timplimenta miżuri rilevanti oħrajn sabiex teradika l-marda. |
3. Il-miżuri previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu implimentati wara konsultazzjonijiet u b’kooperazzjoni mal-grupp ta’ esperti operazzjonali msemmi fl-Artikolu 107 u ma’ awtoritajiet u partijiet ikkonċernati oħrajn.
Artikolu 106
Estensjoni tal-miżuri
L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li l-miżuri rilevanti msemmija fl-Artikoli 102 sa 105 japplikaw ukoll għall-annimali akkwatiċi tal-ispeċijiet mhux elenkati.
Artikolu 107
Grupp ta’ esperti operazzjonali
1. F’każ ta’ każ ikkonfermat ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali akkwatiċi selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi grupp ta’ esperti operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 43(2)(d)(iii) tar-Regolament (UE) 2016/429.
2. Il-grupp ta’ esperti operazzjonali għandu jgħin lill-awtorità kompetenti:
(a) |
fil-valutazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-evoluzzjoni tagħha; |
(b) |
tiddetermina ż-żona infettata; u |
(c) |
tistabbilixxi l-miżuri xierqa li għandhom jiġu applikati fiż-żona infettata u d-durata tagħhom. |
Artikolu 108
Miżuri fl-istabbilimenti fiż-żona infettata
1. Fl-istabbilimenti li jżommu l-annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet elenkati fiż-żona infettata, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri previsti fl-Artikolu 87.
2. Minbarra l-miżuri previsti fl-Artikolu 87, l-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi l-moviment ta’ annimali tal-akkwakultura miżmuma fi stabbilimenti fiż-żona infettata:
(a) |
barra miż-żona infettata; jew |
(b) |
lejn stabbilimenti oħra fiż-żona infettata. |
3. L-awtorità kompetenti tista’, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskji, tillimita l-projbizzjoni fil-paragrafu 2 għall-annimali tal-akkwakultura tal-ispeċijiet elenkati.
4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza, wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju u bi qbil mal-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, il-moviment ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati barra miż-żona infettata jew lejn stabbilimenti oħra fiż-żona infettata.
Artikolu 109
Id-durata tal-miżuri fiż-żona infettata
L-awtorità kompetenti għandha żżomm il-miżuri previsti f’dan il-Kapitolu sakemm l-informazzjoni epidemjoloġika tindika li l-popolazzjoni selvaġġa rilevanti ma għadha tippreżenta l-ebda riskju ta’ tixrid tal-marda u l-grupp operazzjonali jirrakkomanda li l-miżuri jitneħħew.
KAPITOLU IV
Miżuri għall-kontroll tal-mard għall-mard tal-kategoriji b u c ta’ annimali akkwatiċi
Artikolu 110
Miżuri preliminari għall-kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati meta tiġi ssuspettata marda tal-kategorija B jew C mill-awtorità kompetenti fl-Istati Membri, fiż-żoni jew fil-kompartimenti li ngħataw stat ta’ ħelsien mill-mard
L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 55, l-Artikolu 56 u l-Artikolu 57 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija B jew C skont l-Artikolu 9(1), (3) jew (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, fi Stati Membri, żoni jew kompartimenti li jkunu ngħataw stat ta’ ħelsien mill-mard kif previst fl-Artikolu 36(4) u l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2016/429, jew l-Artikolu 83, l-Artikolu 84(1)(h) sa (m) jew l-Artikolu 84(2)(b) sa (g) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.
Artikolu 111
Miżuri għall-kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati meta tiġi kkonfermata marda tal-kategorija B jew C
L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 58 sa 65 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-każ ta’ konferma ta’ marda tal-kategorija B jew C skont l-Artikolu 9(2), (3) jew (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fi Stati Membri jew żoni jew kompartimenti li jkunu ngħataw l-istat ta’ ħelsien mill-mard kif previst fl-Artikolu 36(4) u l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2016/429, jew l-Artikolu 83, l-Artikolu 84(1)(h) sa (m) jew l-Artikolu 84(2)(b) sa (g) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689:
PARTI IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 112
Tħassir
Id-Direttiva 92/66/KEE, id-Direttiva 2001/89/KE, id-Direttiva 2003/85/KE u d-Direttiva 2005/94 kif ukoll l-atti adottati fuq il-bażi tagħhom, għandhom jieqfu japplikaw b’effett mill-21 ta’ April 2021.
Artikolu 113
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat. (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli għas-sorveljanza, programmi ta’ qerda, u stat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (Ara paġna 211 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew idderivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda Newcastle (ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1).
(8) Id-Direttiva 2001/89/KE tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
(10) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1).
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(13) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 95, 7.4.2017; p. 1).
(14) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 115).
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(16) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għal movimenti fi ħdan l-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis (Ara paġna 140 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali)
ANNESS I
EŻAMIJIET KLINIĊI, PROĊEDURI TA’ TEĦID TAL-KAMPJUNI, METODI DIJANJOSTIĊI TA’ MARD TAL-KATEGORIJA A U TRASPORT TAL-KAMPJUNI
(kif imsemmi fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament)
A. Proċeduri ta’ teħid tal-kampjuni
A.1 TEĦID TA’ KAMPJUNI TAL-ANNIMALI GĦAL EŻAMIJIET KLINIĊI
1. |
L-eżamijiet kliniċi jridu jinkludu, jekk ikun possibbli:
|
2. |
L-annimali li għandhom jiġu eżaminati jridu jintgħażlu b’mod aleatorju, f’numru kbir biżżejjed li jippermetti l-iskoperta tal-marda, jekk preżenti, fejn ma jkunx hemm sinjali ovvji tal-marda jew leżjonijiet post-mortem li jissuġġerixxu li hemm mard tal-kategorija A. |
3. |
L-annimali li għandhom jiġu eżaminati u l-metodu tat-teħid tal-kampjuni jridu jintgħażlu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti u mal-pjan ta’ kontinġenza rilevanti msemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429. L-annimali li għandhom jiġu eżaminati u l-metodu tat-teħid tal-kampjuni jridu jqisu l-profil tal-marda u:
|
4. |
In-numru minimu ta’ annimali li għandhom jiġu eżaminati jrid ikun f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti u mal-pjan ta’ kontinġenza rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429. In-numru minimu ta’ annimali li għandhom jiġu eżaminati jrid iqis il-profil tal-marda u b’mod partikolari:
|
A.2 TEĦID TA’ KAMPJUNI TAL-ANNIMALI GĦAL EŻAMIJIET FIL-LABORATORJU
1. |
It-teħid tal-kampjuni għal eżamijiet fil-laboratorju għandu jqis l-eżitu tal-eżamijiet kliniċi msemmija fil-punt A.1 u, jekk possibbli, għandu jinkludi l-annimali msemmija fil-paragrafu 1 tal-punt A.1. |
2. |
Jekk ma jkunx hemm sinjali ovvji ta’ mard jew leżjonijiet post-mortem li jissuġġerixxu mard tal-kategorija A, il-kampjuni jridu jinġabru b’mod aleatorju f’kull unità epidemjoloġika tal-istabbiliment u jridu jippermettu l-iskoperta tal-marda, jekk preżenti. |
3. |
L-annimali li għandhom jittieħdu kampjuni tagħhom, in-natura tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u l-metodu tat-teħid tal-kampjuni jridu jkunu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti u mal-pjan ta’ kontinġenza rilevanti msemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429. L-annimali li għandhom jittieħdu kampjuni tagħhom, in-natura tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u l-metodu tat-teħid tal-kampjuni jridu jqisu l-profil tal-marda u l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-punt A.1. |
4. |
In-numru minimu ta’ annimali li għandhom jittieħdu kampjuni tagħhom irid ikun f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti u mal-pjan ta’ kontinġenza rilevanti kif msemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429. In-numru minimu ta’ annimali li għandhom jittieħdu kampjuni tagħhom irid iqis il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 4 tal-punt A.1 u l-prestazzjoni tat-testijiet użati. |
5. |
Fil-każ ta’ annimali selvaġġi, il-kampjuni jridu jinġabru minn annimali maqtula, misjuba mejta jew maqbuda apposta, jew inkella jridu jinkisbu abbażi ta’ metodi mhux invażivi bħalma huma l-ħaġar tal-melħ u l-ħbula biex jomogħduhom jew il-lixki. In-numru minimu u n-natura tal-kampjuni jridu jqisu d-daqs stmat tal-popolazzjoni selvaġġa u l-kriterji rilevanti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 tal-punt A.1. |
A.3 GĦAŻLA TA’ KAMPJUNI TAL-ISTABBILIMENTI GĦAŻ-ŻJARAT
1. |
L-għażla tal-istabbilimenti li għandhom jittieħdu kampjuni minnhom u l-metodu tat-teħid tal-kampjuni jridu jkunu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti u mal-pjan ta’ kontinġenza rilevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429. L-għażla tal-istabbilimenti li għandhom jittieħdu kampjuni minnhom u l-metodu tat-teħid tal-kampjuni jridu jqisu l-profil tal-marda u l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-punt A1. |
2. |
In-numru minimu ta’ stabbilimenti li għandhom isiru żjarat fihom irid ikun f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti u mal-pjan ta’ kontinġenza rilevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/429. |
B. Metodi dijanjostiċi
It-tekniki, il-materjali ta’ referenza, l-istandardizzazzjoni tagħhom u l-interpretazzjoni tar-riżultati tat-testijiet imwettqa bl-użu tal-metodi dijanjostiċi rilevanti għal mard tal-kategorija A jridu jkunu konformi mal-Artikolu 6 u mal-Parti III tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.
Il-metodoloġija dijanjostika magħżula trid timmira li timmassimizza s-sensittività tas-sorveljanza. F’ċerti ċirkostanzi, din is-sorveljanza tista’ tinkludi l-użu ta’ eżamijiet fil-laboratorju sabiex jiġi vvalutat l-esponiment preċedenti għall-marda.
C. Trasport tal-kampjuni
1. |
Il-kampjuni kollha meħuda sabiex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza ta’ marda tal-kategorija A jridu jintbagħtu, b’tikkettar u identifikazzjoni xierqa, lil laboratorju uffiċjali li jkun ġie informat bil-wasla tagħhom. Dawn il-kampjuni jridu jkunu akkumpanjati mill-formoli xierqa, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti mill-awtorità kompetenti u mil-laboratorju li jirċievi l-kampjuni. Dawn il-formoli jridu jinkludu mill-inqas:
|
2. |
Il-kampjuni kollha għandhom:
|
3. |
Il-parti ta’ barra tal-pakkett trid tkun ittikkettjata bl-indirizz tal-laboratorju li jirċievi l-kampjuni u l-messaġġ li ġej irid ikun jidher b’mod prominenti:
“ Materjal patoloġiku tal-annimali; jitħassar malajr; fraġli; tiftaħx barra mil-laboratorju tad-destinazzjoni.” |
4. |
Il-persuna responsabbli fil-laboratorju uffiċjali li tirċievi l-kampjuni trid tiġi infurmata fil-ħin dwar il-wasla tal-kampjuni. |
ANNESS II
PERJODU TA’ MONITORAĠĠ
(kif imsemmi fl-Artikoli 8, 17, 27, 32, 48, 57 u 59 ta’ dan ir-Regolament)
Mard tal-kategorija A |
Perjodu ta’ monitoraġġ |
Marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD) |
21 jum |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina (RP) |
21 jum |
Infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift (RVFV) |
30 jum |
Infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD) |
28 jum |
Infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (Plewropulmonite bovina li tittieħed) (CBPP) |
45 jum |
Ġidri tan-nagħaġ u ġidri tal-mogħoż (SPGP) |
21 jum |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar (PPR) |
21 jum |
Plewropulmonite kaprina li tittieħed (CCPP) |
45 jum |
Marda Afrikana taż-żwiemel (AHS) |
14-il jum |
Infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders) |
6 xhur |
Deni klassiku tal-ħnieżer (CSF) |
15-il jum |
Deni Afrikan tal-ħnieżer (ASF) |
15-il jum |
Influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) |
21 jum |
Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle (NCD) |
21 jum |
ANNESS III
KUNDIZZJONIJIET GĦAL ĊERTI DEROGI MILL-ARTIKOLU 12(1)(a) FL-ANNIMALI EKWINI
(kif imsemmi fl-Artikolu 13(4))
1. |
Fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda Afrikana taż-żwiemel, l-awtorità kompetenti tista’ tidderoga mill-Artikolu 12(1)(a) l-annimali affettwati u mhux affettwati, dment li:
|
2. |
Fil-każ ta’ tifqigħa ta’ infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders), l-awtorità kompetenti tista’ tidderoga mill-Artikolu 12(1)(a) l-annimali mhux affettwati, dment li l-annimali soġġetti għad-deroga jkunu fi kwarantina sakemm:
|
ANNESS IV
PROĊEDURI GĦAT-TINDIF, ID-DIŻINFEZZJONI U, META JKUN MEĦTIEĠ, IL-KONTROLL TAL-INSETTI U TAR-RODITURI
(kif imsemmi fl-Artikoli 12, 15, 16, 39, 45 u 57 ta’ dan ir-Regolament)
A. Rekwiżiti ġenerali
1. |
L-għażla tal-prodotti bijoċidali u l-proċeduri għall-operazzjonijiet ta’ tindif u diżinfezzjoni iridu jqisu:
|
2. |
Il-kundizzjonijiet li fihom jintużaw il-prodotti bijoċidali jridu jiżguraw li l-effikaċja tagħhom ma tkunx indebolita. B’mod partikolari, iridu jiġu osservati l-parametri tekniċi pprovduti mill-manifattur, bħalma huma l-pressjoni, it-temperatura, il-ħin ta’ kuntatt meħtieġ jew il-ħżin. L-attività tad-diżinfettant ma għandhiex tkun kompromessa mill-interazzjoni ma’ sustanzi oħrajn. |
3. |
Il-kontaminazzjoni mill-ġdid tal-partijiet preċedentement imnaddfa trid tiġi evitata, b’mod partikolari meta l-ħasil jitwettaq bil-likwidi applikati taħt pressjoni. |
4. |
L-ilma li jintuża għall-operazzjonijiet tat-tindif irid jinżamm kontenut u jintrema b’mod li jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tixrid tal-aġenti tal-mard tal-kategorija A. |
5. |
Il-prodotti bijoċidali jridu jintużaw b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun kwalunkwe impatt avvers fuq l-ambjent u fuq is-saħħa pubblika li jista’ jirriżulta mill-użu tagħhom. |
B. Tindif u diżinfezzjoni preliminari
Għat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari skont l-Artikolu 15, sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-kategorija A:
(a) |
l-iġsma sħaħ jew il-partijiet ta’ annimali miżmuma mejta tal-ispeċijiet elenkati jridu jiġu sprejjati b’diżinfettant u jitneħħew mill-istabbiliment, f’veikoli jew kontejners magħluqa u li ma jnixxux għall-ipproċessar u r-rimi; |
(b) |
kwalunkwe tessut jew demm li seta’ nxtered waqt il-qtil, l-iskarnar jew l-eżami post-mortem irid jinġabar bir-reqqa u jintrema; |
(c) |
hekk kif l-iġsma sħaħ jew il-partijiet ta’ annimali miżmuma mejta tal-ispeċijiet elenkati jkunu tneħħew għall-ipproċessar jew għar-rimi, il-partijiet tal-istabbiliment li fihom inżammu dawn l-annimali u kwalunkwe partijiet ta’ bini, superfiċji jew tagħmir oħrajn li jkunu ġew ikkontaminati waqt il-qtil jew l-eżami post-mortem iridu jiġu sprejjati b’diżinfettant; |
(d) |
id-demel, inklużi l-imfierex u l-imraqad użati, iridu jixxarrbu sewwa bid-diżinfettant; |
(e) |
id-diżinfettant irid jibqa’ fuq is-superfiċje ttrattat għal mill-inqas 24 siegħa; |
(f) |
it-tagħmir, il-kontenituri, l-utensili għall-konsum, is-superfiċji jew kwalunkwe materjal li x’aktarx ikun ikkontaminat wara l-ħasil u d-diżinfezzjoni iridu jinqerdu. |
C. Tindif u diżinfezzjoni finali:
Għat-tindif u d-diżinfezzjoni finali għall-iskop tal-Artikolu 57:
1. |
Id-demel, inklużi l-imfierex u l-imraqad użati, iridu jitneħħew u jiġu ttrattati kif ġej:
|
2. |
Il-bini, is-superfiċji u t-tagħmir iridu jinħaslu u jitnaddfu sewwa billi jitneħħew il-grass u l-ħmieġ li jifdal u jiġu sprejjati bid-diżinfettanti. |
3. |
Wara sebat ijiem, l-istabbilimenti jridu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati mill-ġdid. |
ANNESS V
RAĠĠ MINIMU TAŻ-ŻONI TA’ PROTEZZJONI U TA’ SORVELJANZA
(kif imsemmi fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament)
Indikat bħala raġġ ta’ ċirku ċċentrat fuq l-istabbiliment
Mard tal-kategorija A |
Żona ta’ Protezzjoni |
Żona ta’ Sorveljanza |
Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer |
3 km |
10 km |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina |
3 km |
10 km |
Infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift |
20 km |
50 km |
Infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda |
20 km |
50 km |
Infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (Plewropulmonite bovina li tittieħed) |
Stabbiliment |
3 km |
Ġidri tan-nagħaġ u ġidri tal-mogħoż |
3 km |
10 km |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti ż-żgħar |
3 km |
10 km |
Plewropulmonite kaprina li tittieħed |
Stabbiliment |
3 km |
Marda Afrikana taż-żwiemel |
100 km |
150 km |
Infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders) |
Stabbiliment |
Stabbiliment |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
3 km |
10 km |
Deni Afrikan tal-ħnieżer |
3 km |
10 km |
Influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja |
3 km |
10 km |
Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle |
3 km |
10 km |
ANNESS VI
PROJBIZZJONIJIET FIŻ-ŻONA RISTRETTA
(kif imsemmi fl-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament)
Tabella: Projbizzjonijiet tal-attivitajiet li jikkonċernaw l-annimali tal-ispeċijiet elenkati u l-prodotti minn dawk l-annimali
PROJBIZZJONIJIET TAL-ATTIVITAJIET LI JIKKONĊERNAW L-ANNIMALI U L-PRODOTTI |
FMD (1) |
RP |
RVFV |
LSD |
CBPP |
SPGP |
PPR |
CCPP |
CSF |
ASF |
AHS |
GLAND |
HPAI |
NCD |
Movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
M/A |
X |
X |
Movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati lejn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
M/A |
X |
X |
Ripopolazzjoni ta’ annimali tal-kaċċa tal-ispeċijiet elenkati |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
M/A |
X |
X |
Fieri, swieq, wirjiet u ġemgħat oħrajn ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati, inklużi l-ġbir u d-dispersjoni ta’ dawk l-ispeċijiet |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
M/A |
X |
X |
Movimenti ta’ semen, ooċiti u embrijuni miksuba minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
X (*2) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
M/A |
M/A |
M/A |
Ġbir ta’ semen, ooċiti u embrijuni minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
MP |
M/A |
M/A |
M/A |
Inseminazzjoni artifiċjali itineranti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
M/A |
M/A |
M/A |
Servizz naturali itineranti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
M/A |
M/A |
M/A |
Movimenti ta’ bajd għat-tifqis minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
X |
X |
Movimenti ta’ laħam frisk, minbarra ġewwieni, minn annimali miżmuma u selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati minn biċċeriji jew stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
MP |
MP |
X |
X |
MP |
X |
X |
MP |
M/A |
X |
X |
Movimenti ta’ ġewwieni minn annimali miżmuma u selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati minn biċċeriji jew stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
MP |
M/A |
X |
X |
Movimenti ta’ prodotti tal-laħam miksuba minn laħam frisk tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
MP |
NP |
NP |
X |
MP |
X |
X |
MP |
M/A |
X |
X |
Moviment ta’ ħalib mhux ipproċessat u kolostru miksuba minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
X |
MP |
X |
X |
MP |
M/A |
M/A |
NP |
M/A |
M/A |
M/A |
Moviment ta’ prodotti tal-ħalib u prodotti bbażati fuq il-kolostru minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
X |
MP |
X |
X |
MP |
M/A |
M/A |
NP |
M/A |
M/A |
M/A |
Moviment ta’ bajd għall-konsum mill-bniedem minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
X |
X |
Moviment ta’ demel, inklużi imfierex u mraqad użati, minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
X |
MP |
X |
X |
MP |
X |
X |
MP |
M/A |
X |
X |
Moviment ta’ ġlud, suf, lanżit u rix minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
X |
MP |
X |
X |
MP |
X |
X |
MP |
M/A |
X |
X |
Moviment ta’ materjal tal-għalf ta’ oriġini mill-pjanti u tiben miksuba fiż-żona ta’ protezzjoni (*1) |
X |
X |
MP |
MP |
MP |
MP |
MP |
MP |
MP |
MP |
MP |
M/A |
MP |
MP |
(*1) ooċiti u embrijuni biss
(*2) ooċiti u embrijuni biss
(1) L-abbrevjazzjonijiet tal-mard f’konformità mal-Anness II.
M/A= Mhux applikabbli
X= projbizzjoni
MP= Mhux projbiti
ANNESS VII
TRATTAMENTI TA’ MITIGAZZJONI TAR-RISKJI GĦAL PRODOTTI TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI MIŻ-ŻONA RISTRETTA
(kif imsemmi fl-Artikoli 27, 33 u 49 ta’ dan ir-Regolament)
Trattament |
FMD (8) |
RP |
RVFV |
LSD |
CBPP |
SPGP |
PPR |
CCPP |
CSF |
ASF |
AHS |
HPAI |
NCD |
||||||||
LAĦAM |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
Trattament bis-sħana f’kontenitur issiġillat b’mod ermetiku, sabiex jinkiseb valur F0 (7) minimu ta’ 3 |
x |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
X |
|
X |
X |
||||||||
Trattament bis-sħana sabiex tinkiseb temperatura fil-qalba ta’ 80 °C |
X |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
X |
|
X |
X |
||||||||
Trattament bis-sħana sabiex tinkiseb temperatura fil-qalba ta’ 70 °C |
X |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
X |
X |
||||||||
Trattament bis-sħana (għal laħam li diġà tneħħilu l-għadam u x-xaħam) sabiex tinkiseb temperatura fil-qalba ta’ 70 °C għal minimu ta’ 30 minuta |
X |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
||||||||
F’kontenitur issiġillat b’mod ermetiku, l-applikazzjoni ta’ temperatura ta’ 60 °C għal minimu ta’ 4 sigħat |
X |
|
|
|
|
|
X |
|
X |
X |
|
|
|
||||||||
Temperatura fil-qalba ta’ 73,9 °C għal minimu ta’ 0,51 sekonda (6) |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
||||||||
Temperatura fil-qalba ta’ 70,0 °C għal minimu ta’ 3,5 sekondi (6) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
||||||||
Temperatura fil-qalba ta’ 65,0 °C għal minimu ta’ 42 sekonda (6) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
||||||||
Temperatura fil-qalba ta’ 60 °C għal minimu ta’ 507 sekondi (6) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
||||||||
Trattament bis-sħana sabiex tinkiseb dessikazzjoni għal valuri massimi ta’ Aw ta’ 0,93 u pH ta’ 6 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
Trattament bis-sħana sabiex tinkiseb temperatura fil-qalba ta’ 65 °C għal perjodu ta’ żmien sabiex jinkiseb valur minimu ta’ pasturizzazzjoni ta’ 40 |
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
||||||||
Fermentazzjoni naturali u maturazzjoni għal-laħam bl-għadam: minimu ta’ 9 xhur, sabiex jinkisbu valuri massimi ta’ Aw ta’ 0,93 u pH ta’ 6 |
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
||||||||
Fermentazzjoni naturali u maturazzjoni għal-laħam mingħajr għadam: minimu ta’ 9 xhur, sabiex jinkisbu valuri massimi ta’ Aw ta’ 0,93 u pH ta’ 6 |
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
||||||||
Fermentazzjoni naturali għal-lojns: minimu ta’ 140 jum, sabiex jinkisbu valuri massimi ta’ Aw ta’ 0,93 u pH ta’ 6 (5) |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
||||||||
Fermentazzjoni naturali għall-prieżet: minimu ta’ 190 jum, sabiex jinkisbu valuri massimi ta’ Aw ta’ 0,93 u pH ta’ 6 (5) |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
||||||||
Tnixxif wara t-tmelliħ tal-prieżet bl-għadma stil Taljan: minimu ta’ 313-il jum (5) |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
||||||||
Tnixxif wara t-tmelliħ tal-prieżet u tal-lojns bl-għadma stil Spanjol (5):
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
||||||||
Maturazzjoni tal-karkassi f’temperatura minima ta’ 2 °C għal minimu ta’ 24 siegħa wara l-iskarnar |
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
Tneħħija tal-ġewwieni |
|
|
|
X |
X |
|
|
X |
|
|
|
|
|
||||||||
BUDELLAT |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
Tmelliħ bil-klorur tas-sodju (NaCl) niexef jew bħala salmura saturata (Aw < 0,80 ), għal perjodu kontinwu ta’ 30 jum jew itwal f’temperatura ambjentali ta’ 20 °C jew aktar |
X |
|
|
SC (4) |
|
|
X |
|
X |
X |
|
|
|
||||||||
Tmelliħ b’melħ issupplimentat bil-fosfat 86,5 % NaCl, 10,7 % Na2HPO4 u 2,8 % Na3PO4 niexef jew bħala salmura saturata (Aw < 0,80 ), għal perjodu kontinwu ta’ 30 jum jew itwal f’temperatura ambjentali ta’ 20 °C jew aktar |
X |
|
|
|
|
X |
|
X |
X |
|
|
|
|||||||||
Tmelliħ bil-klorur tas-sodju (NaCl) għal minimu ta’ 30 jum (3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||
Ibbliċjar (2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
Tnixxif (2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||
ĦALIB |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||
Trattament bis-sħana (proċess ta’ sterilizzazzjoni) sabiex jinkiseb valur F0 minimu ta’ 3 |
X |
|
|
|
SC (1) |
|
|
SC (1) |
|
|
|
|
|
||||||||
Trattament bis-sħana UHT (temperatura ultra għolja): Minimu ta’ 132 °C għal minimu ta’ sekonda |
X |
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
||||||||||
Trattament bis-sħana UHT (temperatura ultra għolja): Minimu ta’ 135 °C għal ħin adattat ta’ ħżin |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||
Trattament bis-sħana HTST (Pasturizzazzjoni f’temperatura għolja u għal ħin qasir) jekk il-pH tal-ħalib ikun aktar baxx minn 7, minimu ta’ 72 °C għal minimu ta’ 15-il sekonda |
X |
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
||||||||||
Trattament bis-sħana HTST (Pasturizzazzjoni f’temperatura għolja u għal ħin qasir) jekk il-pH tal-ħalib ikun 7 jew ogħla, minimu ta’ 72 °C għal minimu ta’ 15-il sekonda, applikat darbtejn |
X |
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
||||||||||
Trattament bis-sħana HTST (Pasturizzazzjoni f’temperatura għolja u għal ħin qasir) flimkien ma’ trattament fiżiku sabiex jinkiseb valur ta’ pH aktar baxx minn 6 għal minimu ta’ siegħa (1h) jew sabiex tinkiseb temperatura minima ta’ 72 °C, flimkien ma’ dessikazzjoni |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||
Pasturizzazzjoni li tikkonsisti fi trattament bis-sħana wieħed b’effett mill-inqas ekwivalenti għal dak miksub bl-applikazzjoni ta’ temperatura ta’ 72 °C għal 15-il sekonda |
X |
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
Trattament |
HPAI |
NCD |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
BAJD |
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Trattament bis-sħana:
|
X |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Trattament bis-sħana:
|
|
X |
(1) Komodità sikura
(2) Mhux għall-budellat tal-annimali bovini, ovini, kaprini u porċini
(3) Mhux għall-budellat tal-annimali bovini, ovini, kaprini u porċini
(4) Komodità sikura
(5) Għall-annimali porċini biss
(6) Għal-laħam tal-pollam biss
(7) F0 huwa l-effett mortali kkalkolat fuq l-ispori batterjoloġiċi. Valur F0 ta’ 3 ifisser li l-aktar punt kiesaħ fil-prodott ġie msaħħan biżżejjed sabiex jilħaq l-istess effett mortali bħal ta’ 121 °C (250 °F) fi tliet minuti b’tisħin u tkessiħ istantanju
(8) L-abbrevjazzjonijiet tal-mard f’konformità mal-Anness II.
ANNESS VIII
TRATTAMENTI TA’ MITIGAZZJONI TAR-RISKJI GĦAL PRODOTTI MHUX TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI MIŻ-ŻONA TA’ PROTEZZJONI
(kif imsemmi fl-Artikoli 36 u 52 ta’ dan ir-Regolament)
Trattament |
FMD (1) |
RP |
Trattament bis-sħana, temperatura minima ta’ 80 °C għal minimu ta’ 10 minuti, fwar f’kompartiment magħluq |
X |
X |
Il-ħżin fil-pakketti jew il-balal taħt kenn f’bini li ma jinsabx eqreb minn 2 km mill-eqreb tifqigħa u dawn ma jiġux rilaxxati mill-bini qabel jgħaddu mill-inqas tliet xhur wara t-tlestija tat-tindif u tad-diżinfezzjoni skont l-Artikolu 15 |
X |
X |
(1) L-abbrevjazzjonijiet tal-mard f’konformità mal-Anness II.
ANNESS IX
IMMARKAR TA’ LAĦAM FRISK MIŻ-ŻONA TA’ PROTEZZJONI
(kif imsemmi fl-Artikoli 33 u 49 ta’ dan ir-Regolament)
1. |
Il-marka li għandha tiġi applikata għal-laħam frisk tal-pollam li joriġina miż-żona ta’ protezzjoni u mhux intiż għal Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 33(1)(b) trid tkun konformi ma’ dawn li ġejjin:
|
2. |
Il-marka li għandha tiġi applikata għal-laħam frisk maħsub għal trattament f’impjant tal-ipproċessar skont l-Artikolu 33(2)(a) għandha tikkonsisti fi:
|
ANNESS X
IT-TUL TA’ ŻMIEN TAL-MIŻURI FIŻ-ŻONA TA’ PROTEZZJONI
(kif imsemmi fl-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament)
Mard tal-kategorija A |
Perjodu minimu tat-tul ta’ żmien tal-miżuri fiż-żona ta’ protezzjoni (l-Artikolu 39(1)) |
Perjodu addizzjonali tat-tul ta’ żmien tal-miżuri ta’ sorveljanza fiż-żona ta’ protezzjoni (l-Artikolu 39(3)) |
Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer |
15-il jum |
15-il jum |
L-infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina |
21 jum |
9 ijiem |
L-infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift |
30 jum |
15-il jum |
L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda |
28 jum |
17-il jum |
Infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (Plewropulmonite bovina li tittieħed) |
45 jum |
Mhux applikabbli |
Ġidri tan-nagħaġ u ġidri tal-mogħoż |
21 jum |
9 ijiem |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti ż-żgħar |
21 jum |
9 ijiem |
Plewropulmonite kaprina li tittieħed |
45 jum |
Mhux applikabbli |
Marda Afrikana taż-żwiemel |
12-il xahar |
Mhux applikabbli |
Infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders) |
6 xhur |
Mhux applikabbli |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
15-il jum |
15-il jum |
Deni Afrikan tal-ħnieżer |
15-il jum |
15-il jum |
Influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja |
21 jum |
9 ijiem |
Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle |
21 jum |
9 ijiem |
ANNESS XI
IT-TUL TA’ ŻMIEN TAL-MIŻURI FIŻ-ŻONA TA’ SORVELJANZA
(kif imsemmi fl-Artikoli 55 u 56 ta’ dan ir-Regolament)
Mard tal-kategorija A |
Perjodu minimu tat-tul ta’ żmien tal-miżuri fiż-żona ta’ sorveljanza |
Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer |
30 jum |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina |
30 jum |
Infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift |
45 jum |
Infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda |
45 jum |
Infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (Plewropulmonite bovina li tittieħed) |
45 jum |
Ġidri tan-nagħaġ u ġidri tal-mogħoż |
30 jum |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti ż-żgħar |
30 jum |
Plewropulmonite kaprina li tittieħed |
45 jum |
Marda Afrikana taż-żwiemel |
12-il xahar |
Infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders) |
Mhux applikabbli |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
30 jum |
Deni Afrikan tal-ħnieżer |
30 jum |
Influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja |
30 jum |
Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle |
30 jum |
ANNESS XII
PROĊEDURI TAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI U METODI DIJANJOSTIĊI GĦAL MARD TAL-KATEGORIJA A FL-ANNIMALI AKKWATIĊI
1. |
Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għall-eżami kliniku u għall-ġbir ta’ kampjuni:
|
2. |
Il-kampjuni jridu jiġu eżaminati fil-laboratorju bl-użu ta’ metodi u proċeduri dijanjostiċi approvati mil-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda rilevanti. |
ANNESS XIII
PERJODI MINIMI TA’ MISTRIEĦ SANITARJU TAL-ISTABBILIMENTI TAL-AKKWAKULTURA AFFETTWATI
Perjodi għall-mistrieħ sanitarju previsti fl-Artikolu 81 u perjodi għall-mistrieħ sanitarju sinkroniku previsti fl-Artikolu 96(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament
Marda tal-kategorija A |
Perjodu minimu ta’ mistrieħ sanitarju tal-istabbiliment affettwat |
Perjodu minimu ta’ mistrieħ sanitarju sinkroniku tal-istabbilimenti affettwati fl-istess żona ta’ protezzjoni |
Rekwiżiti supplimentari |
Infezzjoni bil-Microcytos mackini |
6 xhur |
4 ġimgħat |
Iridu jinkludu l-aktar perjodu kiesaħ tas-sena |
Infezzjoni bil-Perkinsus marinus |
6 xhur |
4 ġimgħat |
Iridu jinkludu l-aktar perjodu sħun tas-sena |
Infezzjoni bil-virus tas-sindrome ta’ Taura |
6 ġimgħat |
4 ġimgħat |
Iridu jinkludu l-aktar perjodu sħun tas-sena |
Infezzjoni bil-virus tas-sindrome tar-ras safra |
6 ġimgħat |
3 ġimgħat |
Iridu jinkludu l-aktar perjodu sħun tas-sena |
In-nekrożi ematopojetika epiżotika |
8 ġimgħat |
4 ġimgħat |
Iridu jinkludu l-aktar perjodu sħun tas-sena |
ANNESS XIV
KRITERJI GĦALL-ISTABBILIMENT TAŻ-ŻONI RISTRETTI FIR-RIGWARD TAL-MARD TAL-KATEGORIJA A F’ANNIMALI AKKWATIĊI
1. |
Iż-żoni ristretti msemmija fl-Artikolu 85 iridu jiġu definiti fuq bażi ta’ każ b’każ, billi jitqiesu mill-inqas il-fatturi li ġejjin:
|
2. |
Għad-demarkazzjoni ġeografika taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għal mard tal-kategorija A li jaffettwa l-molluski u l-krustaċji, japplikaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:
|
3. |
Għad-demarkazzjoni ġeografika taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għal mard tal-kategorija A li jaffettwa l-ħut, japplikaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:
|
ANNESS XV
SKEMA TA’ SORVELJANZA U T-TUL TA’ ŻMIEN TAL-MIŻURI TA’ KONTROLL FIŻ-ŻONA TA’ SORVELJANZA GĦAL MARD TAL-KATEGORIJA A F’ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA
(imsemmija fl-Artikoli 98 u 101 ta’ dan ir-Regolament)
1. Skema ta’ sorveljanza
L-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu l-ispeċijiet elenkati f’żona ta’ sorveljanza jridu jgħaddu minn sorveljanza kif previst fl-Artikolu 98 sabiex jiġu vverifikati għal infezzjoni bil-marda tal-kategorija A rilevanti. Is-sorveljanza trid tinkludi żjarat tas-saħħa, inkluż teħid ta’ kampjuni minn unitajiet tal-produzzjoni. Dawk iż-żjarat iridu jsiru mill-awtorità kompetenti f’konformità mat-Tabelli 1 u 2.
Il-kriterji stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness XII, kif xieraq għall-ispeċijiet, japplikaw għat-teħid tal-kampjuni.
Tabella 1
Skema għas-sorveljanza li tinkludi żjarat tas-saħħa u teħid ta’ kampjuni fi stabbilimenti u gruppi ta’ stabbilimenti għal mard tal-kategorija A f’annimali akkwatiċi, għajr in-nekrożi ematopojetika epiżootika
Marda tal-kategorija A |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa kull sena |
Numru ta’ eżamijiet fil-laboratorji kull sena |
Numru ta’ annimali fil-kampjun |
Perjodu tas-sena għat-teħid tal-kampjuni |
Perjodu ta’ residenza tal-annimali soġġetti għat-teħid ta’ kampjuni fl-istabbiliment |
Infezzjoni bil-Microcytos mackini |
1 |
1 |
150 |
Meta l-prevalenza ta’ infezzjoni hija magħrufa li tkun massima jew inkella f’April-Mejju, wara perjodu ta’ 3-4 xhur meta t-temperaturi tal-ilma baħar ikunu inqas minn 10 °C |
4 xhur |
Infezzjoni bil-Perkinsus marinus |
1 |
1 |
150 |
Meta l-prevalenza ta’ infezzjoni hija magħrufa li tkun massima jew fix-xahar ta’ Settembru, Ottubru jew Novembru |
4 xhur |
Infezzjoni bil-virus tas-sindrome ta’ Taura |
2 |
2 |
150 |
Fil-perjodu tas-sena meta t-temperatura tal-ilma x’aktarx tilħaq l-ogħla livell annwali tagħha |
xahrejn |
Infezzjoni bil-virus tas-sindrome tar-ras safra |
2 |
2 |
150 |
Fil-perjodu tas-sena meta t-temperatura tal-ilma x’aktarx tilħaq l-ogħla livell annwali tagħha |
xahrejn |
Tabella 2
Skema speċifika għas-sorveljanza li tinkludi żjarat tas-saħħa u teħid ta’ kampjuni fi stabbilimenti għan-nekrożi ematopojetika epiżootika (EHN) f’annimali akkwatiċi (1)
Tip ta’ stabbiliment |
In-numru ta’ spezzjonijiet tas-saħħa kull sena (sentejn) |
In-numru ta’ drabi li jittieħdu kampjuni kull sena (sentejn) |
In-numru ta’ ħut fil-kampjun |
|||
In-numru ta’ ħut li qed jikber |
In-numru ta’ ħut riproduttur (2) |
|||||
|
2 |
2 |
150 (l-ewwel u t-tieni spezzjoni) |
150 (l-ewwel jew it-tieni spezzjoni) |
||
|
2 |
1 |
0 |
150 (2) (l-ewwel jew it-tieni spezzjoni) |
||
|
2 |
2 |
150 (l-ewwel u t-tieni spezzjoni) |
0 |
||
In-numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 10 |
2. It-tul ta’ żmien tal-miżuri ta’ kontroll fiż-żona ta’ sorveljanza
Marda tal-kategorija A |
Perjodi minimi ta’ sorveljanza |
Infezzjoni bil-Microcytos mackini |
3 snin |
Infezzjoni bil-Perkinsus marinus |
3 snin |
Infezzjoni bil-virus tas-sindrome ta’ Taura |
sentejn |
Infezzjoni bil-virus tas-sindrome tar-ras safra |
sentejn |
In-nekrożi ematopojetika epiżotika |
sentejn |
Meta l-perjodu ta’ sorveljanza jkun għadda u ma tkun saret l-ebda skoperta ġdida ta’ infezzjoni bil-marda tal-kategorija A rilevanti, il-miżuri fiż-żona ta’ sorveljanza jridu jitneħħew kif previst fl-Artikolu 101 ta’ dan ir-Regolament.
(1) It-teħid ta’ kampjuni tal-ħut għal eżami fil-laboratorju jrid isir kull meta t-temperatura tal-ilma tkun bejn 11-il°C u 20 °C. Ir-rekwiżit tat-temperatura tal-ilma jrid japplika wkoll għall-ispezzjonijiet tas-saħħa. Fi stabbilimenti fejn it-temperatura tal-ilma ma tilħaqx il-11 °C matul is-sena, it-teħid tal-kampjuni u ż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru meta t-temperatura tal-ilma tkun fl-ogħla livell tagħha.
(2) Il-kampjuni mill-ħut riproduttur ma għandhomx jinkludu fluwidi gonadali, sperma tal-ħut jew ova, minħabba li ma teżisti l-ebda evidenza ta’ EHN li tikkawża infezzjoni fl-apparat riproduttiv.