This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0478
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/478 of 1 April 2020 correcting Implementing Regulation (EU) 2017/2470 establishing the Union list of novel foods (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/478 tal-1 ta’ April 2020 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/478 tal-1 ta’ April 2020 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/1905
ĠU L 102, 2.4.2020, pp. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
2.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/478
tal-1 ta’ April 2020
li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, sal-1 ta' Jannar 2018 il-Kummissjoni kellha tistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat jew notifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(2) |
Il-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat jew notifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 ġiet stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (3). |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1023 (4) ikkoreġa r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 u ssostitwixxa l-Anness tiegħu sabiex jinkludi għadd ta' ikel ġdid awtorizzat jew notifikat mhux inkluż fil-lista tal-Unjoni inizjali. |
|
(4) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1023, l-operaturi tan-negozju tal-ikel identifikaw żball addizzjonali fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 u nnotifikaw lill-Kummissjoni dwaru. |
|
(5) |
Il-korrezzjoni hija meħtieġa biex tiġi pprovduta ċarezza u ċertezza tad-dritt għall-operaturi tan-negozju tal-ikel u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u b’hekk ikun hemm lok għall-implimentazzjoni u għall-użu kif suppost tal-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid. |
|
(6) |
Iż-żejt tas-Schizochytrium sp. (T18) ġie awtorizzat bħala ikel ġdid permezz tal-proċedura ta’ notifika skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97. Fl-ispeċifikazzjonijiet taż-żejt tas-Schizochytrium sp. (T18), il-valur tal-aċidu indikat huwa b’mod żbaljat ≤ 0,5 mg KOH/g minflok il-valur korrett ta’ ≤ 0,8 mg KOH/g. Il-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 indikat l-istess valur żbaljat. |
|
(7) |
Għaldaqstant, l-ispeċifikazzjonijiet taż-żejt tas-Schizochytrium sp. (T18) relatati mal-valur tal-aċidu fit-Tabella 2 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jenħtieġ li jiġu kkoreġuti kif xieraq. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1023 tat-23 ta’ Lulju 2018 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid (ĠU L 187, 24.7.2018, p. 1).
ANNESS
Fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, l-entrata għaż-żejt tas-Schizochytrium sp. (T18) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
Ikel ġdid awtorizzat |
Speċifikazzjoni |
|
“Żejt tas-Schizochytrium sp. (T18) |
Valur tal-aċidu: ≤ 0,8 mg KOH/g Valur tal-perossidu (PV): ≤ 5,0 meq/kg żejt Ndewwa u volatili: ≤ 0,05 % Materjal insaponifikabbli: ≤ 3,5 % Aċidi xaħmin trans: ≤ 2,0 % Aċidi xaħmin liberi: ≤ 0,4 % Kontenut ta’ DHA: ≥ 35 %” |