This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0119
Council Implementing Regulation (EU) 2020/119 of 28 January 2020 implementing Regulation (EU) No 269/2014 concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/119 tat-28 ta’ Jannar 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/119 tat-28 ta’ Jannar 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/15150/2019/INIT
ĠU L 22I, 28.1.2020, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
28.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 22/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/119
tat-28 ta’ Jannar 2020
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(2) |
Wara li ġew organizzati, mill-Federazzjoni Russa, l-hekk imsejħa "elezzjonijiet lokali" fit-8 ta’ Settembru 2019 fir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-Belt ta’ Sevastopol fl-Ukrajna, li ġew annessi illegalment, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu seba’ persuni mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“184. |
Sergei Andreevich DANILENKO (Сергей Андреевич ДАНИЛЕНКО) |
Sess: raġel Data tat-twelid: 14.3.1960 Post tat-twelid: Krasnodar (eks USSR) |
Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, huwa pparteċipa fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020 |
185. |
Lidia Aleksandrovna BASOVA (Лидия Александровна БАСОВА) / Lidiya Oleksandrivna BASOVA (Лiдiя Олександрiвна БАСОВА) |
Sess: mara Data tat-twelid: 1972 Post tat-twelid:Mhux magħruf |
Viċi Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, hija pparteċipat fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020 |
186. |
Ekaterina Eduardovna PYRKOVA (Екатерина Эдуардовна ПЫРКОВА)/ Kateryna Eduardivna PYRKOVA (Катерина Едуардiвна ПИРКОВА) |
Sess: mara Data tat-twelid: 22.8.1967 Post tat-twelid: Sevastopol (eks USSR)Mhux magħruf |
Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, hija pparteċipat fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020 |
187. |
Ekaterina Borisovna ALTABAEVA (Екатерина Борисовна АЛТАБАЕВА) / Kateryna Borysivna ALTABAEVA (Катерина Борисiвна АЛТАБАЄВА) |
Sess: mara Data tat-twelid: 27.5.1956 Post tat-twelid: Uglich (eks USSR) |
Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment. Billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, ħadmet għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020 |
188. |
Yuriy Mikhailovich GOTSANYUK / Yuriy Mikhailovich GOTSANIUK (Юрий Михайлович ГОЦАНЮК) / Iurii Mykhailovych HOTSANIUK (Юрiй Михайлович ГОЦАНЮК) |
Sess: raġel Data tat-twelid: 18.7.1966 Post tat-twelid:Novaya Derevnya / Nove Selo (eks USSR) |
Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Krimea u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020 |
189. |
Vladimir Vladimirovich NEMTSEV (Владимир Владимирович НЕМЦЕВ)/ Volodymyr Volodymyrovych NEMTSEV (Володимир Володимирович НЄМЦЕВ) |
Sess: raġel Data tat-twelid:15.11.1971 Post tat-twelid: Sevastopol (eks USSR) |
President tal-hekk imsejħa “Assemblea Leġislattiva” tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri fil-Federazzjoni Russa tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020 |
190. |
Mikhail Vladimirovich RAZVOZHAEV (Михаил Владимирович РАЗВОЖАЕВ) / Mykhailo Volodymyrovich RAZVOZHAEV (Михайло Володимирович РАЗВОЖАЄВ) |
Sess: raġel Data tat-twelid: 30.12.1980 Post tat-twelid: Krasnoyarsk (eks USSR) |
L-hekk imsejjaħ "aġent Gvernatur" tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020”. |