Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0519

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/519 tat-3 ta’ April 2020 dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-immaniġġjar tal-iskart skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 115, 14.4.2020, p. 1–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/519/oj

    14.4.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 115/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/519

    tat-3 ta’ April 2020

    dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-immaniġġjar tal-iskart skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jobbliga lill-Kummissjoni tfassal dokumenti ta’ referenza settorjali għal setturi ekonomiċi speċifiċi. Id-dokumenti jridu jinkludu l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u, meta jkun xieraq, il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza kif ukoll is-sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali. L-organizzazzjonijiet irreġistrati jew li qegħdin iħejju biex isiru rreġistrati skont l-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 huma meħtieġa li jqisu dawk id-dokumenti meta jkunu qegħdin jiżviluppaw is-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom u meta jkunu qegħdin jivvalutaw il-prestazzjoni ambjentali tagħhom fid-dikjarazzjoni ambjentali jew fid-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata tagħhom, imħejjija skont l-Anness IV ta’ dak ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 kien jesiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi pjan ta’ ħidma li jistipula lista indikattiva tas-setturi li jridu jitqiesu bħala setturi prijoritarji għall-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali u transsettorjali. Is-settur tal-immaniġġjar tal-karozzi ġie identifikat bħala settur prijoritarju fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – It-twaqqif ta’ pjan ta’ ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta’ setturi għall-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (2).

    (3)

    Id-dokument ta’ referenza settorjali għas-settur tal-immaniġġjar tal-iskart jenħtieġ jiffoka fuq l-aħjar prattiki, l-indikaturi u l-punti ta’ riferiment għall-immaniġġjar tal-iskart, billi jindirizza lill-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart kemm pubbliċi kif ukoll privati, inklużi kumpaniji li jimplimentaw l-iskemi ta’ responsabbiltà tal-produtturi, u l-amministrazzjonijiet pubbliċi inkarigati mill-immaniġġjar tal-iskart fil-livell lokali. Jenħtieġ li dan iqis u jagħmel referenza għall-gwida eżistenti għall-aspetti koperti minn strumenti oħra tal-politika tal-Unjoni, bħalma hi d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u leġiżlazzjoni speċifika oħra dwar l-iskart u d-dokumenti ta’ referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) żviluppati skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

    (4)

    Filwaqt li jqis l-aqwa prattiki ta’ mmaniġġjar tal-iskart (5), id-dokument ta’ referenza settorjali għas-settur tal-immaniġġjar tal-iskart jenħtieġ li jidentifika indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni ambjentali, il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza u l-azzjonijiet biex l-awtoritajiet tal-iskart u kumpaniji privati jew pubbliċi oħrajn li jimmaniġġjaw l-iskart itejbu l-prestazzjoni tagħhom tal-immaniġġjar tal-iskart, fosthom billi jippromwovu l-prevenzjoni tal-iskart u billi jilqħu livelli ogħla ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ. Dawn l-elementi jgħinu lill-organizzazzjonijiet jidentifikaw l-aktar oqsma rilevanti fejn jistgħu jieħdu azzjoni biex jindirizzaw l-aspetti ambjentali l-aktar sinifikanti kif ukoll jipprovdu qafas biex jintraċċaw it-titjib f’dik li hi sostenibbiltà.

    (5)

    Sabiex l-organizzazzjonijiet, il-verifikaturi ambjentali u oħrajn, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, l-entitajiet u l-awdituri ta’ akkreditazzjoni u ta’ liċenzjar involuti fl-awditjar intern ikollhom biżżejjed żmien biex iħejju għall-introduzzjoni tad-dokument ta’ referenza settorjali għas-settur tal-immaniġġjar tal-iskart, jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tiġi differita b’perjodu ta’ 120 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (6)

    Fit-tfassil tad-dokument ta’ referenza settorjali anness ma’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri u lil partijiet ikkonċernati oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali settorjali, u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-immaniġġjar tal-iskart, huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandha tapplika mit-12 ta’ Awwissu 2020.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — It-twaqqif ta’ pjan ta’ ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta’ setturi għall-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU C 358, 8.12.2011, p. 2).

    (3)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

    (4)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2000, p. 17).

    (5)  Dri M., Canfora P., Antonopoulos I. S., Gaudillat P., Best Environmental Management Practice for the Waste Management Sector, JRC Science for Policy Report, EUR 29136 EN, Publications Office of the European Union, Lussemburgu, 2018, ISBN 978-92-79-80361-1, doi:10.2760/50247, JRC111059. http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/WasteManagementBEMP.pdf


    ANNESS

    1.   INTRODUZZJONI

    Dan id-dokument ta’ referenza settorjali (SRD) huwa bbażat fuq rapport xjentifiku u ta’ politika ddettaljat (1) (“Rapport dwar l-Aħjar Prattika”) żviluppat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea.

    Sfond ġuridiku rilevanti

    L-Iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) ġiet introdotta fl-1993, biex l-organizzazzjonijiet jipparteċipaw fiha b’mod volontarju, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 (2). Sussegwentement, l-EMAS għaddiet minn żewġ reviżjonijiet kbar:

    Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

    Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

    Element importanti ġdid tal-aktar reviżjoni reċenti, li daħlet fis-seħħ fil-11 ta’ Jannar 2010, huwa l-Artikolu 46 dwar l-iżvilupp tal-SRDs. L-SRDs iridu jinkludu l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni ambjentali (BEMPs), l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi u, fejn xieraq, il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza u s-sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli ta’ prestazzjoni.

    Kif tifhem u tuża dan id-dokument

    L-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) hija skema ta’ parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet impenjati lejn titjib ambjentali kontinwu. F’dan il-qafas, dan l-SRD jipprovdi gwida speċifika għas-settur tal-immaniġġjar tal-iskart u jindika għadd ta’ alternattivi għal titjib kif ukoll l-aħjar prattiki. Dan l-SRD huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ġuridiċi fil-qasam rilevanti.

    Id-dokument inkiteb mill-Kummissjoni Ewropea bl-użu ta’ kontribut mill-partijiet ikkonċernati. Grupp ta’ Ħidma Tekniku, li jinkludi esperti u partijiet ikkonċernati tas-settur, immexxi mill-JRC, iddiskuta u fl-aħħar nett qabel dwar l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza deskritti f’dan id-dokument; b’mod partikolari dawn il-parametri referenzjarji kienu meqjusa bħala rappreżentattivi tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali li jinkisbu mill-organizzazzjonijiet bl-aħjar prestazzjoni fis-settur.

    L-SRD għandu l-għan li jgħin u jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha li beħsiebhom itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom billi jipprovdi ideat u ispirazzjoni kif ukoll gwida prattika u teknika.

    L-SRD huwa primarjament indirizzat lill-organizzazzjonijiet li diġà huma rreġistrati mal-EMAS; it-tieni lill-organizzazzjonijiet li qed jikkunsidraw li fil-futur jirreġistraw mal-EMAS; u t-tielet lill-organizzazzjonijiet kollha li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni ambjentali sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Konsegwentement, l-għan ta’ dan id-dokument huwa li jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart sabiex jiffokaw fuq aspetti ambjentali rilevanti, kemm diretti kif ukoll indiretti, u biex isibu informazzjoni dwar l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, kif ukoll indikaturi adatti ta’ prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur biex ikejlu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza.

    Il-mod kif l-SRDs għandhom jitqiesu mill-organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS

    Skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, l-organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS għandhom iqisu l-SRDs f’żewġ livelli differenti:

    Meta jkunu qed jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom fid-dawl tar-rieżamijiet ambjentali(l-Artikolu 4(1)(b));

    L-organizzazzjonijiet għandhom jużaw elementi rilevanti tal-SRD meta jiddefinixxu u jirrevedu l-miri u l-objettivi ambjentali tagħhom skont l-aspetti ambjentali rilevanti identifikati fir-rieżami u fil-politika ambjentali, kif ukoll meta jkunu qed jiddeċiedu dwar liema azzjonijiet għandhom jimplimentaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

    Meta jkunu qed iħejju d-dikjarazzjoni ambjentali (l-Artikolu 4(1)(d) u l-Artikolu 4(4)).

    Meta jkunu qed jagħżlu l-indikaturi (4) li ser jużaw għar-rappurtar tagħhom tal-prestazzjoni ambjentali, l-organizzazzjonijiet għandhom iqisu l-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur fl-SRD.

    Meta jkunu qed jagħżlu s-sett ta’ indikaturi għar-rappurtar, għandhom iqisu l-indikaturi proposti fl-SRD korrispondenti u r-rilevanza tagħhom fir-rigward tal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-rieżami ambjentali tagħha. L-indikaturi għandhom jitqiesu biss meta jkunu rilevanti għal dawk l-aspetti ambjentali li huma meqjusa bħala l-aktar sinifikanti fir-reviżjoni ambjentali.

    Meta jkunu qed jirrappurtaw dwar il-prestazzjoni ambjentali u dwar il-fatturi l-oħra relatati mal-prestazzjoni ambjentali, fid-dikjarazzjoni ambjentali l-organizzazzjonijiet għandhom isemmu kif ikunu qiesu l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni ambjentali rilevanti u, jekk disponibbli, il-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza.

    Huma għandhom jiddeskrivu kif intużaw l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni ambjentali rilevanti u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza (li jagħtu indikazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni ambjentali miksub minn dawk bl-aħjar prestazzjoni) sabiex jidentifikaw il-miżuri u l-azzjonijiet, u forsi sabiex jistabbilixxu l-prijoritajiet, bil-għan li (jkomplu) jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki ta’ ġestjoni ambjentali jew l-issodisfar tal-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza identifikati mhumiex obbligatorji, minħabba li l-karattru volontarju tal-EMAS iħalli l-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-parametri referenzjarji u l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki, f’termini ta’ kostijiet u benefiċċji, f’idejn l-organizzazzjonijiet infushom.

    Bl-istess mod bħall-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali, l-organizzazzjonijiet għandhom jivvalutaw ir-rilevanza u l-applikabbiltà tal-aħjar prattiki ta’ ġestjoni ambjentali u tal-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza skont l-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-rieżami ambjentali tagħha, kif ukoll skont aspetti tekniċi u finanzjarji.

    L-elementi tal-SRDs (indikaturi, BEMPs jew parametri referenzjarji ta’ eċċellenza) li ma jitqisux rilevanti b’rabta mal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-rieżami ambjentali tagħha ma għandhomx jiġu rrapportati jew deskritti fid-dikjarazzjoni ambjentali.

    Il-parteċipazzjoni fl-EMAS hija proċess kontinwu. Kull darba li organizzazzjoni tippjana li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha (u tirrevedi l-prestazzjoni ambjentali tagħha) għandha tikkonsulta l-SRD dwar temi speċifiċi biex issib ispirazzjoni dwar liema kwistjonijiet imisshom jiġu indirizzati f’approċċ li jqis sew kull pass.

    Il-verifikaturi ambjentali tal-EMAS għandhom jivverifikaw jekk u kif l-organizzazzjoni tkun qieset l-SRD waqt it-tħejjija tad-dikjarazzjoni ambjentali tagħha (Artikolu 18(5)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009).

    Meta jkunu qed iwettqu awditu, il-verifikaturi ambjentali akkreditati ser ikollhom bżonn evidenza mill-organizzazzjoni dwar kif ikunu ntgħażlu u tqiesu l-elementi rilevanti tal-SRD fid-dawl tar-rieżami ambjentali. Ma għandhomx jikkontrollaw il-konformità mal-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza deskritti, iżda għandhom jivverifikaw l-evidenza dwar kif l-SRD intuża bħala gwida biex jiġu identifikati l-indikaturi u l-miżuri volontarji xierqa li l-organizzazzjoni tista’ timplimenta biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha.

    Minħabba n-natura volontarja tal-EMAS u tal-SRD, l-organizzazzjonijiet ma għandhomx jitgħabbew b’piżijiet sproporzjonati sabiex jipprovdu din l-evidenza. B’mod partikolari, il-verifikaturi ma għandhomx jeħtieġu ġustifikazzjoni individwali għal kull waħda mill-aħjar prattiki, l-indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza msemmija fl-SRD u li l-organizzazzjoni ma tqisx li huma rilevanti fid-dawl tar-rieżami ambjentali tagħha. Madankollu, jistgħu jissuġġerixxu elementi addizzjonali rilevanti li l-organizzazzjoni tista’ tqis fil-futur bħala evidenza ulterjuri tal-impenn tagħha lejn titjib kontinwu tal-prestazzjoni tagħha.

    L-istruttura tad-dokument

    Dan id-dokument jikkonsisti f’erba’ taqsimiet. It-Taqsima 1 tintroduċi l-isfond ġuridiku tal-EMAS u tiddeskrivi kif għandu jintuża dan id-dokument, filwaqt li t-Taqsima 2 tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan id-dokument ta’ referenza. It-Taqsima 3 tiddeskrivi fil-qosor l-Aħjar Prattiki ta’ Ġestjoni Ambjentali (BEMPs) differenti (5), flimkien ma’ informazzjoni dwar l-applikabbiltà tagħhom. Qed jingħataw ukoll indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza speċifiċi meta dawn ikunu jistgħu jiġu fformulati għal BEMP partikolari. Fil-każ li l-indikaturi u l-parametri referenzjarji jkunu rilevanti għal aktar minn BEMP waħda, dawn jiġu ripetuti meta jkun xieraq. Minbarra l-indikaturi stabbiliti fil-BEMPs individwali, it-Taqsima 3 tiddefinixxi wkoll għadd ta’ indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali li jistgħu jintużaw biex jivvalutaw il-prestazzjoni ġenerali tas-sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart solidu muniċipali. Id-definizzjoni ta’ parametri referenzjarji ta’ eċċellenza ma kinitx possibbli għall-BEMPs u l-indikaturi kollha jew minħabba d-disponibbiltà limitata tad-data jew minħabba li l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kull awtorità tal-iskart jew kumpanija tal-immaniġġjar tal-iskart (pereżempju territorju rurali jew urban, tip ta’ sistema tal-ġbir separat u tal-immaniġġjar tal-iskart adottata, mudelli ta’ konsum lokali) ivarjaw sal-punt li parametru referenzjarju ta’ eċċellenza ma jkunx sinifikanti. Anke meta jingħataw parametri referenzjarji ta’ eċċellenza, dawn mhumiex maħsuba bħala miri li għandhom jintlaħqu mill-awtoritajiet tal-iskart jew mill-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart kollha jew bħala metrika biex titqabbel il-prestazzjoni ambjentali fis-settur, iżda pjuttost bħala miżura ta’ dak li huwa possibbli sabiex l-organizzazzjonijiet individwali jiġu megħjuna jivvalutaw il-progress li jkunu għamlu u jiġu mmotivati biex ikomplu jitjiebu.

    Fl-aħħar nett, it-Taqsima 4 tippreżenta tabella komprensiva b’għażla tal-aktar indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali rilevanti, spjegazzjonijiet assoċjati u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza relatati.

    2.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

    Dan id-Dokument ta’ Referenza Settorjali jindirizza żewġ tipi ta’ organizzazzjonijiet tas-settur tal-immaniġġjar tal-iskart: kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart (pubbliċi u privati), inklużi kumpaniji li jimplimentaw skemi ta’ responsabbiltà tal-produttur, u awtoritajiet tal-iskart (amministrazzjonijiet pubbliċi inkarigati mill-immaniġġjar tal-iskart, prinċipalment fil-livell lokali). Tali organizzazzjonijiet huma inklużi fil-kodiċi NACE li ġejjin (skont il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6):

    38.1

    ġbir tal-iskart;

    38.2

    trattament u rimi tal-iskart;

    38.3

    irkupru ta’ materjali;

    39.0

    attivitajiet ta’ rimedju u servizzi oħra ta’ mmaniġġjar tal-iskart;

    84.1

    amministrazzjoni tal-Istat u l-politika ekonomika u soċjali tal-komunità.

    Dan id-Dokument ta’ Referenza Settorjali ma jkoprix l-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet li jiġġeneraw l-iskart u li ma jappartjenux għas-settur tal-immaniġġjar tal-iskart (jiġifieri ħafna mill-organizzazzjonijiet).

    Dan id-Dokument ta’ Referenza Settorjali jiddeskrivi l-aħjar prattiki għall-fażijiet u l-attivitajiet tal-immaniġġjar tal-iskart li ġejjin:

    l-istabbiliment ta’ strateġija għall-immaniġġjar tal-iskart;

    it-trawwim tal-prevenzjoni tal-iskart;

    il-promozzjoni tal-użu mill-ġdid ta’ prodotti u t-tħejjija tal-iskart għall-użu mill-ġdid;

    it-titjib tal-ġbir tal-iskart;

    it-trattament tal-iskart, limitat għal operazzjonijiet li jippermettu r-riċiklaġġ ta’ materjal.

    Fil-qasam tat-trattament tal-iskart, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan id-Dokument ta’ Referenza Settorjali huwa limitat għal faċilitajiet li jwettqu trattamenti barra l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Emissjonijiet Industrijali (7) (pereżempju faċilitajiet tas-separazzjoni bil-għan li jiġi rriċiklat il-plastik).

    Dan id-Dokument ta’ Referenza Settorjali jittratta tliet flussi tal-iskart:

    l-iskart solidu muniċipali (MSW): l-iskart domestiku u l-iskart minn sorsi oħra, bħal servizzi tal-bejgħ bl-imnut, ta’ amministrazzjoni, tal-edukazzjoni, tas-saħħa, akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel, u servizzi u attivitajiet oħra, li fin-natura u fil-kompożizzjoni tiegħu huwa simili għall-iskart mid-djar;

    l-iskart mill-kostruzzjoni u mit-twaqqigħ tal-bini (CDW);

    l-iskart marbut mal-kura tas-saħħa (HCW).

    L-iskart industrijali u l-iskart kummerċjali li ma jagħmilx parti mill-MSW mhumiex koperti f’dan id-dokument.

    Dan id-dokument ta’ referenza huwa diviż f’ħames taqsimiet ewlenin (Tabella 2-1) li, mill-perspettiva tal-organizzazzjonijiet fil-mira, ikopru l-aspetti ambjentali ewlenin relatati mal-immaniġġjar tal-iskart.

    Tabella 2-1

    L-Istruttura tal-SRD għas-settur tal-immaniġġjar tal-iskart u l-aspetti ambjentali ewlenin indirizzati.

    Taqsima

    Deskrizzjoni

    Aspetti ambjentali ewlenin indirizzati

    3.1.

    BEMPs trażversali

    Din it-taqsima tittratta l-aħjar prattiki trażversali li japplikaw għall-flussi tal-iskart kollha koperti f’dan id-dokument, mill-istabbiliment ta’ strateġija tal-iskart, għall-użu ta’ strumenti ekonomiċi u għas-sejba tal-aħjar prattiki addizzjonali f’dokumenti ta’ referenza oħra tal-UE.

    Miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart

    Ġbir tal-iskart

    Separazzjoni, tħejjija għall-użu mill-ġdid u trattament tal-iskart

    Operazzjonijiet tat-trasport

    Irkupru tal-enerġija mill-iskart

    Rimi tal-iskart

    3.2.

    BEMPs għall-MSW

    Din it-taqsima tippreżenta kif l-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart jistgħu jimmaniġġjaw l-MSW bl-aħjar mod, inkluż it-tfassil tal-istrateġija, il-prevenzjoni tal-iskart, l-użu mill-ġdid tal-prodott u t-tħejjija tal-iskart għall-użu mill-ġdid, il-ġbir tal-iskart u l-operazzjonijiet tat-trattament tal-iskart. It-taqsima tinkludi wkoll BEMP li tindirizza l-Organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-Responsabbiltà tal-Produtturi.

    Miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart

    Ġbir tal-iskart

    Separazzjoni, tħejjija għall-użu mill-ġdid u trattament tal-iskart

    Operazzjonijiet tat-trasport

    Irkupru tal-enerġija mill-iskart

    Rimi tal-iskart

    3.3.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali komuni għall-MSW

    Din it-taqsima tippreżenta indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali komuni li jistgħu jintużaw biex jivvalutaw il-prestazzjoni ġenerali tas-sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart solidu muniċipali

    Miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart

    Ġbir tal-iskart

    Separazzjoni, tħejjija għall-użu mill-ġdid u trattament tal-iskart

    Operazzjonijiet tat-trasport

    Irkupru tal-enerġija mill-iskart

    Rimi tal-iskart

    3.4.

    BEMPs għas-CDW

    Din it-taqsima tiffoka fuq l-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-iskart u tal-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart direttament jew indirettament responsabbli għall-immaniġġjar tas-CDW. L-oqsma ewlenin indirizzati huma l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tas-CDW, l-evitar tal-kontaminazzjoni tal-PCB tas-CDW, l-immaniġġjar tal-iskart tal-asbestos imneħħi u l-ipproċessar tal-iskart tal-plasterboard u s-CDW għar-riċiklaġġ.

    Miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart

    Ġbir tal-iskart

    Separazzjoni u trattament tal-iskart

    Operazzjonijiet tat-trasport

    Rimi tal-iskart

    3.5.

    BEMPs għall-HCW

    Din it-taqsima tippreżenta kif l-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart jistgħu jittrattaw l-immaniġġjar tal-HCW bl-aħjar mod. L-oqsma ewlenin koperti huma l-ottimizzazzjoni tas-segregazzjoni tal-HCW u l-adozzjoni ta’ trattamenti alternattivi għall-HCW.

    Ġbir tal-iskart

    Trattament tal-iskart

    Rimi tal-iskart

    Għal kull wieħed mill-aspetti ambjentali ewlenin identifikati fit-Tabella 2-1, it-Tabella 2-2 tippreżenta l-impatti ambjentali ewlenin relatati indirizzati f’dan id-dokument. L-aspetti ambjentali ppreżentati fit-Tabella 2-1 u t-Tabella 2-2 intgħażlu bħala l-aktar komunement rilevanti fis-settur. Madankollu, l-aspetti ambjentali li għandhom jiġu mmaniġġjati minn kumpaniji speċifiċi jeħtieġ li jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ.

    Tabella 2-2

    L-aspetti ambjentali l-aktar rilevanti u l-impatti ambjentali ewlenin relatati indirizzati f’dan id-dokument

    Aspetti ambjentali ewlenin

    Impatti ambjentali ewlenin

    Ġbir tal-iskart

    Tibdil fil-klima (emissjonijiet GHG)

    Emissjonijiet fl-arja

    Tnaqqis tar-riżorsi naturali

    Miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart

    Tibdil fil-klima (emissjonijiet GHG)

    Emissjonijiet fl-arja

    Tnaqqis tar-riżorsi naturali

    Separazzjoni, tħejjija għall-użu mill-ġdid u trattament tal-iskart

    Tibdil fil-klima (emissjonijiet GHG)

    Emissjonijiet fl-arja/l-ilma/l-art

    Tnaqqis tar-riżorsi naturali

    Użu tal-art

    Operazzjonijiet tat-trasport

    Tibdil fil-klima (emissjonijiet GHG)

    Emissjonijiet fl-arja

    Tnaqqis tar-riżorsi naturali

    Irkupru tal-enerġija mill-iskart

    Tibdil fil-klima (emissjonijiet GHG)

    Emissjonijiet fl-arja/l-ilma/l-art

    Tnaqqis tar-riżorsi naturali

    Użu tal-art

    Rimi tal-iskart

    Tibdil fil-klima (emissjonijiet GHG)

    Emissjonijiet fl-arja/l-ilma/l-art

    Tnaqqis tar-riżorsi naturali

    Użu tal-art

    3.   L-AĦJAR PRATTIKI TA’ ĠESTJONI AMBJENTALI, L-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SETTORJALI U L-PARAMETRI REFERENZJARJI TA’ EĊĊELLENZA GĦAS-SETTUR TAL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART

    3.1.   BEMPs trażversali

    Il-BEMPs ippreżentati f’din it-taqsima jittrattaw kwistjonijiet trażversali tal-immaniġġjar tal-iskart li huma rilevanti għall-flussi tal-iskart kollha meqjusa (jiġifieri l-iskart solidu muniċipali, l-iskart mill-kostruzzjoni u mit-twaqqigħ tal-bini u l-iskart marbut mal-kura tas-saħħa).

    3.1.1.   Strateġiji integrati għall-immaniġġjar tal-iskart

    Għandha tkun BEMP li tiżviluppa u timplimenta strateġija integrata għall-immaniġġjar tal-iskart li tqis:

    ix-xejriet attwali u futuri mistennija tal-flussi tal-iskart;

    il-ġerarkija tal-iskart (8), il-prijoritizzazzjoni ta’ miżuri skont il-ġerarkija (l-ewwel il-prevenzjoni tal-iskart, it-tieni t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, eċċ.);

    id-disponibbiltà u l-kapaċità tal-faċilitajiet ta’ separazzjoni/trattament tal-iskart fil-qrib;

    l-attitudnijiet u l-perċezzjonijiet ambjentali attwali tar-residenti;

    kwalunkwe kundizzjoni speċifika oħra li taffettwa l-immaniġġjar tal-iskart (pereżempju l-preżenza sinifikanti ta’ turisti/vjaġġaturi, attivitajiet ekonomiċi speċifiċi, klima).

    L-iżvilupp ta’ strateġija għall-immaniġġjar tal-iskart jirrikjedi għarfien tal-kwantità u tal-kwalità ta’ kull fluss tal-iskart prinċipali permezz ta’ approċċ ta’ monitoraġġ tad-data xieraq u evalwazzjoni soda tal-għażliet tal-immaniġġjar tal-iskart. F’xi każijiet, dan jista’ jirrikjedi l-użu ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) li tidentifika l-għażliet assoċjati mal-aħjar prestazzjoni ambjentali (ara BEMP 3.1.2), li xi drabi jaf tiddevja mill-ġerarkija tal-iskart.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija primarjament immirata għall-awtoritajiet tal-iskart li jikkontrollaw l-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart fil-livell lokali jew reġjonali, jew li tal-inqas għandhom influwenza sinifikanti fuqha – primarjament l-awtoritajiet lokali. L-awtorità tal-iskart jista’ jkollha testernalizza l-aspetti ta’ ppjanar strateġiku fejn ikunu meħtieġa kompetenzi speċjalizzati partikolari, bħal ħiliet tad-data analitiċi u għarfien tal-ipproċessar tat-trattament tal-iskart.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i1)

    Miri ġenerali għat-titjib tas-sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart (pereżempju abbażi tal-indikaturi ddefiniti f’dan id-dokument) huma fis-seħħ (Iva/le).

    (i2)

    Miri speċifiċi għall-prevenzjoni tal-iskart u l-użu mill-ġdid huma fis-seħħ (Iva/le).

    (b1)

    Strateġija integrata għall-immaniġġjar tal-iskart li tinkludi miri ġenerali fit-tul (jiġifieri 10–20 sena) u għal żmien qasir (jiġifieri 1–5 snin) għat-titjib tal-prestazzjoni tas-sistema tal-immaniġġjar tal-iskart hija fis-seħħ u tiġi rieżaminata regolarment (mill-inqas kull 3 snin).

    3.1.2.   Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-għażliet tal-immaniġġjar tal-iskart

    Għandha tkun BEMP li tintegra l-mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja u l-valutazzjoni fl-istrateġija u l-operazzjonijiet għall-immaniġġjar tal-iskart, bil-passi 1 u 2 (ta’ hawn taħt) ikunu essenzjali u bil-passi 3 sa 8 ikunu jeħtieġu t-twettiq ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja ad hoc (LCA) u ma jkunux dejjem meħtieġa:

    1.

    Applikazzjoni sistematika tal-mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart (biex tikkomplementa l-ġerarkija tal-immaniġġjar tal-iskart).

    2.

    Rieżami tal-letteratura LCA rilevanti li tikklassifika l-prestazzjoni ambjentali ta’ għażliet alternattivi tal-immaniġġjar tal-iskart, fejn sistemi studjati jiġu direttament komparabbli mal-għażliet disponibbli.

    3.

    Applikazzjoni ta’ LCA għal għażliet tal-immaniġġjar u tat-teknoloġija speċifiċi li għalihom ma tista’ tinstab l-ebda letteratura ppubblikata affidabbli; dan jirrikjedi l-akkwist ta’ servizzi LCA, jew l-użu in-house ta’ softwer LCA rilevanti.

    4.

    Il-kunsiderazzjoni bir-reqqa tal-konfini tas-sistema, li tiżgura li jkun hemm paragun preċiż bejn l-għażliet tal-immaniġġjar tal-iskart, tinkludi espansjoni tas-sistema u/jew LCA għal proċessi evitati (pereżempju ġenerazzjoni tal-elettriku tal-grilja).

    5.

    Kumpilazzjoni u dokumentazzjoni tal-inventarji taċ-ċiklu tal-ħajja b’rabta ma’ flussi ta’ referenza, jekk possibbli bl-użu tad-data primarja rrekordjata tul il-katina tal-valur, li jinnotaw il-kwalità tad-data u l-meded ta’ inċertezza.

    6.

    Għażla ta’ kategoriji ta’ impatt pertinenti li jinkludu l-piżijiet ambjentali prinċipali.

    7.

    Preżentazzjoni ta’ riżultati normalizzati għall-kategoriji ta’ impatt rilevanti li jevalwaw komplementarjetajiet jew kompromessi, b’indikazzjoni ċara ta’ żbalji ta’ inċertezza u analiżijiet ta’ sensittività.

    8.

    Validazzjoni tal-istudju LCA minn parti terza indipendenti (rekwiżit essenzjali skont l-ISO 14044 (9) għad-disseminazzjoni esterna tar-riżultati, iżda prattika tajba anke meta tintuża internament biss).

    Applikabbiltà

    Valutazzjoni sħiħa taċ-ċiklu tal-ħajja mhijiex dejjem meħtieġa. Prijoritizzazzjoni bażika tal-għażliet tal-immaniġġjar tal-iskart indikati fil-ġerarkija tal-immaniġġjar tal-iskart tista’ tkun biżżejjed biex tinforma l-aħjar prattika f’xi każijiet. Madankollu, paragun iddettaljat ta’ għażliet ikklassifikati b’mod simili fil-ġerarkija tal-iskart u tal-għażliet tal-immaniġġjar li jaffettwaw il-prestazzjoni ġenerali tal-katina tal-iskart spiss huma meħtieġa.

    L-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart ta’ kwalunkwe daqs jistgħu japplikaw mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja u jirrevedu l-istudji LCA. Ix-xiri ta’ servizzi LCA personalizzati u/jew il-ħlas għat-taħriġ tal-persunal jista’ jkun ekonomikament vijabbli biss għal organizzazzjonijiet akbar.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i3)

    Applikazzjoni sistematika ta’ mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja, u, fejn meħtieġ, it-twettiq ta’ valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart (Iva/le).

    (b2)

    L-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart hija mfassla u implimentata fuq il-bażi tal-applikazzjoni sistematika tal-mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja u, fejn meħtieġ, studji ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja ad hoc.

    3.1.3.   Strumenti ekonomiċi

    Għandha tkun BEMP li tuża strumenti ekonomiċi, biex tmexxi l-imġiba taċ-ċittadini u tal-organizzazzjonijiet li jiġġeneraw l-iskart lejn riżultati aktar ekoloġiċi. L-istrumenti ekonomiċi jistgħu jappoġġjaw:

    it-tnaqqis tal-ammont tal-iskart iġġenerat jew it-tnaqqis tal-proporzjon tal-iskart perikoluż;

    l-inkoraġġiment tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart; it-tnaqqis fl-inċinerazzjoni u r-rimi f’landfill;

    it-titjib fid-disinn tal-prodott (pereżempju l-inkoraġġiment tal-użu ta’ materjali riċiklabbli fil-prodotti).

    L-istrumenti ekonomiċi relatati mal-immaniġġjar tal-iskart ikopru kemm inċentivi (sinjali ekonomiċi pożittivi, pereżempju skontijiet, vawċers ta’ premji) kif ukoll diżinċentivi (sinjali ekonomiċi negattivi, pereżempju taxxi, tariffi, penali) u jistgħu jieħdu l-forma ta’:

    taxxi u modulazzjoni tat-taxxa, pereżempju taxxa fuq ir-rimi tal-iskart, taxxa fuq il-landfill, taxxa fuq l-inċinerazzjoni;

    imposti fuq il-prodotti (pereżempju fuq il-basktijiet tal-plastik jew l-aggregati tal-bini);

    l-ipprezzar tal-iskart, bħall-iskemi ta’ pprezzar ibbażat fuq l-unità u ta’ ħallas meta tarmi (PAYT);

    skemi ta’ rifużjonijiet tad-depożitu;

    skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur;

    oħrajn, pereżempju permessi negozjabbli, sussidji tar-riċiklaġġ, eżenzjonijiet mill-VAT.

    Applikabbiltà

    Il-qafas regolatorju u l-infurzar tiegħu huma l-ostakoli ewlenin għall-applikazzjoni ta’ strumenti ekonomiċi fil-livell lokali.

    Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ sensibilizzazzjoni ambjentali, ħiliet tajbin fil-ġestjoni u mġiba xprunata mill-innovazzjoni fil-livell tal-gvern lokali, b’xi prattiki ta’ kontabbiltà tajbin, huma prerekwiżiti għall-implimentazzjoni ta’ strumenti ekonomiċi lokali, li huma kumplessi biex jiġu ġestiti mill-perspettivi tekniċi, maniġerjali u soċjali.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i4)

    Użu ta’ strumenti ekonomiċi fil-livell lokali biex jistimolaw imġiba tajba (Iva/le).

    (i5)

    Proporzjon ta’ residenti/negozji li jużaw strument ekonomiku volontarju (%).

    (b3)

    Strumenti ekonomiċi stabbiliti fil-livell lokali fil-forma ta’ taxxi u modulazzjoni tat-taxxa, imposti fuq il-prodotti, ipprezzar tal-iskart, skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur u skemi ta’ rifużjonijiet tad-depożitu huma implimentati sistematikament bħala mezz biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart lokali.

    (b4)

    Għall-awtoritajiet lokali, skema ta’ rifużjoni tad-depożitu għat-tazez, kikkri, platti u pożati hija fis-seħħ għall-festivals u l-avvenimenti pubbliċi kbar kollha organizzati fit-territorju tal-awtorità lokali.

    3.1.4.   Rabta ma’ dokumenti ta’ referenza rilevanti oħra għall-aħjar prattiki

    Għandha tkun BEMP li timplimenta tekniki mill-aktar avvanzati li jimmassimizzaw l-effiċjenza tar-riżorsi u jimminimizzaw l-impatt ambjentali fl-oqsma ta’ trattament tal-iskart (inkluż ir-riċiklaġġ ta’ materjal, l-irkupru tal-enerġija u r-rimi tal-iskart). Dokumenti ta’ referenza utli (lista mhux eżawrjenti) dwar tekniki mill-aktar avvanzati rilevanti li l-organizzazzjonijiet jistgħu jirreferu għalihom huma:

    Dokument ta’ Referenza dwar l-Aħjar Tekniki Disponibbli għat-Trattament tal-Iskart (10);

    Kriterji dwar it-tmiem tal-iskart (11);

    Dokument ta’ Referenza dwar l-Aħjar Tekniki Disponibbli għall-Inċinerazzjoni tal-Iskart;

    Id-Direttiva tal-UE dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE) (12).

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija mmirata għall-awtoritajiet tal-iskart lokali u għall-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart li qed jippjanaw u jwettqu operazzjonijiet fl-oqsma tat-trattament tal-iskart, ir-riċiklaġġ ta’ materjal, l-irkupru tal-enerġija u r-rimi tal-iskart.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i6)

    Tekniki mill-aktar avvanzati rilevanti deskritti fid-dokumenti ta’ referenza elenkati f’din il-BEMP huma implimentati (Iva/le).

    3.2.   BEMPs għall-iskart solidu muniċipali

    Il-BEMPs ippreżentati f’din it-taqsima jittrattaw l-immaniġġjar tal-iskart solidu muniċipali (MSW).

    Strateġija tal-BEMPs

    3.2.1.   Parametraġġ referenzjarju tal-kostijiet

    L-għażliet relatati mal-immaniġġjar tal-iskart huma affettwati ħafna minn fatturi ekonomiċi; it-twettiq ta’ parametraġġ referenzjarju tal-kostijiet billi jsir paragun tal-istruttura tal-kostijiet ta’ muniċipalità mad-data ta’ muniċipalitajiet oħra huwa BEMP peress li jippermetti l-identifikazzjoni tal-għażliet ta’ ottimizzazzjoni li jistgħu jagħtu lok għal prattiki aktar ekoloġiċi. Il-parametraġġ referenzjarju tal-kostijiet jista’ jitwettaq internament, minn parti terza indipendenti jew f’kooperazzjoni ma’ muniċipalitajiet oħra. Iċ-ċifri tal-kostijiet analizzati tipikament jinkludu kostijiet għas-servizzi ta’ mmaniġġjar tal-iskart u għar-rimi ta’ ċerti frazzjonijiet tal-iskart kif ukoll dħul miksub mill-bejgħ tal-iskart li jintbagħat għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ u prodotti sekondarji oħra.

    Il-frazzjonijiet tal-iskart rilevanti kollha ġġenerati fit-territorju meqjus u li jappartjenu għall-MSW jeħtieġ li jitqiesu fil-parametraġġ referenzjarju tal-kostijiet. Analiżijiet komprensivi jinkludu kostijiet għall-ġbir tal-iskart, it-trattament tal-iskart (separazzjoni, ikrupru, rimi, eċċ.) inkluż l-immaniġġjar ta’ landfills magħluqin, kostijiet tal-persunal u l-kostijiet l-oħra kollha relatati mal-immaniġġjar tal-iskart.

    Applikabbiltà

    Il-parametraġġ referenzjarju tal-kostijiet jista’ jiġi applikat f’qasam (fil-livell lokali jew nazzjonali) fejn il-kundizzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart huma komparabbli u fejn hemm qafas ġuridiku uniformi. Madankollu, f’xi każijiet, iseħħu devjazzjonijiet qawwija minħabba kundizzjonijiet speċifiċi. Il-parametraġġ referenzjarju tal-kostijiet huwa partikolarment rilevanti għal oqsma b’sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart bi prestazzjoni fqira, sabiex tiġi appoġġjata l-bidla għal għażliet tal-immaniġġjar tal-iskart bi prestazzjoni aħjar.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i7)

    Parteċipazzjoni regolari fi studju ta’ parametraġġ referenzjarju tal-kostijiet iddettaljat (Iva/le).

    (i8)

    Kost totali tal-immaniġġjar tal-MSW għal kull resident fis-sena (EUR/kapita/sena).

    3.2.2.   Monitoraġġ tal-iskart avvanzat

    L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġija għall-immaniġġjar tal-iskart effiċjenti u effettiva hija bbażata fuq għarfien iddettaljat ta’ data statistika għall-flussi tal-iskart miġbura u mmaniġġjati fil-livell lokali.

    Għalhekk, għandha tkun BEMP li:

    tiġbor u tipproċessa regolarment id-data disponibbli f’livell wieħed tal-fluss tal-iskart, u għall-passi differenti tal-proċessi ta’ ġbir, użu mill-ġdid/tħejjija għall-użu mill-ġdid, separazzjoni, riċiklaġġ, irkupru u rimi;

    twettaq regolarment analiżi ta’ kompożizzjoni tal-iskart imħallat;

    meta operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart jingħataw b’kuntratt, tinkludi klawsoli ta’ kuntratt għall-komunikazzjoni sistematika ta’ data komprensiva.

    Id-data ta’ monitoraġġ tal-iskart hija utli kemm għall-analiżi interna (bħall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni potenzjali ta’ miżura ġdida) kif ukoll għall-kondiviżjoni mal-amministrazzjoni pubblika rilevanti u maċ-ċittadini biex jiġu xprunati t-titjib u s-sensibilizzazzjoni.

    Applikabbiltà

    Il-monitoraġġ tal-iskart iddettaljat huwa applikabbli għall-awtoritajiet lokali u għall-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart kollha li jimmaniġġjaw l-iskart solidu muniċipali. Għall-organizzazzjonijiet li jibdew il-proċess, il-monitoraġġ tal-iskart jistal-ewwel jiffoka fuq il-frazzjonijiet tal-iskart l-aktar rilevanti u eventwalment jiġi estiż għall-frazzjonijiet kollha pass pass.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i9)

    Użu ta’ għodod ibbażati fuq il-web għall-intraċċar u r-rapportar tad-data dwar l-iskart (Iva/le).

    (i10)

    Frekwenza tal-analiżi ta’ kompożizzjoni ta’ skart imħallat (analiżi ta’ kompożizzjoni waħda kull # xhur jew snin).

    (b5)

    Analiżi ta’ kompożizzjoni ta’ skart imħallat titwettaq mill-inqas erba’ darbiet fis-sena (waqt staġuni differenti) kull tliet snin jew wara kwalunkwe bidla sostanzjali fis-sistema tal-immaniġġjar tal-iskart.

    3.2.3.   Pay-as-you-throw (Ħallas skont kemm tarmi)

    L-għan tal-iskema ħallas skont kemm tarmi (PAYT) huwa li jippromulga l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas b’mod ġust billi l-utenti tas-sistema tal-immaniġġjar tal-iskart jintalbu jħallsu skont l-ammont tal-iskart li jiġġeneraw.

    Għandha tkun BEMP li timponi tariffi tal-iskart fuq l-utenti abbażi ta’ komponent ta’ tariffa fissa u varjabbli, li jirriflettu l-istruttura tal-kostijiet tal-immaniġġjar tal-iskart u jallinjaw l-inċentivi għall-utenti (jiġifieri tariffa aktar baxxa meta jiġi ġġenerat inqas skart) u għall-kolletturi tal-iskart (jiġifieri stabbiltà tad-dħul mill-komponent ta’ tariffa fissa).

    Fil-prattika, is-sistema tista’ tiġi implimentata f’diversi forom, tipikament:

    skemi bbażati fuq il-volum (għażla tad-daqs tal-kontenitur);

    skemi bbażati fuq il-boroż (numru ta’ boroż tal-iskart użati), pereżempju b’boroż speċifiċi mħallsa minn qabel;

    skemi bbażati fuq il-piż (il-piż tal-iskart miġbur f’kontenitur partikolari);

    skemi bbażati fuq il-frekwenza (il-frekwenza li biha kontenitur jitħalla barra għall-ġbir – dan l-approċċ jista’ jiġi kkombinat ma’ skemi bbażati fuq il-volum u fuq il-piż).

    L-iskema tista’ tiġi ffokata fuq il-ħlas ta’ tariffi għall-iskart residwu biss jew anke għal flussi separati, dejjem bil-għan li titrawwem is-separazzjoni mill-bidu u l-prevenzjoni tal-iskart.

    L-erba’ elementi ewlenin li jippermettu l-implimentazzjoni ta’ skema PAYT huma:

    l-identifikazzjoni ta’ utenti individwali (13);

    il-kejl ta’ flussi tal-iskart fil-livell tal-utent individwali (pereżempju mill-ġbir mid-djar, il-kontenituri tat-toroq jew fil-faċilitajiet għall-iskart goff);

    id-definizzjoni ta’ pprezzar unitarju li effettivament jixpruna bidla fl-imġiba;

    l-involviment tar-residenti biex jiġi żgurat fehim korrett tal-karatteristiċi tal-iskema u tax-xiri sfurzat u tal-impenn tagħhom (dan huwa importanti sabiex jiġi evitat ir-rimi jew it-trasferiment illegali tal-iskart f’territorji oħra mhux moqdija minn skema PAYT).

    Applikabbiltà

    Filwaqt li l-approċċ huwa applikabbli b’mod wiesa’, l-infrastruttura eżistenti għandha tiġi adattata (pereżempju l-kollezzjoni). Il-ġbir mid-djar normalment huwa meħtieġ sabiex il-prinċipji PAYT jiġu implimentati bis-sħiħ.

    Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jiġi żgurat l-infurzar (pereżempju l-ebda “tnixxija” fl-MSW ta’ awtoritajiet lokali kontigwi mingħajr PAYT jew fil-laned taż-żibel fit-toroq). Dan huwa aktar fattibbli meta diġà hemm sensibilizzazzjoni eżistenti tal-utenti dwar is-separazzjoni mill-bidu u kwistjonijiet usa’ tal-ambjent u l-iskart.

    Skont l-implimentazzjoni (pereżempju fil-każ ta’ identifikazzjoni tal-utent ta’ laned jew basktijiet individwali) huma meħtieġa miżuri xierqa biex il-privatezza u l-kunfidenzjalità tad-data jiġu ttrattati b’mod korrett (pereżempju l-ħżin sikur tad-data).

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i11)

    Hemm fis-seħħ sistema ta’ ħallas skont kemm tarmi (Iva/le).

    (i12)

    Inklużjoni tal-iskart mgħoddi lill-faċilitajiet għall-iskart goff fis-sistema PAYT (Iva/le).

    (i13)

    Sehem tal-utenti b’ġenerazzjoni tal-iskart żero (%).

    (b6)

    Hemm fis-seħħ sistema ta’ ħallas skont kemm tarmi, li skontha mill-inqas 40 % tal-kostijiet jiġu imposti fuq l-utenti skont il-kwantità (kg jew m3) ta’ skart imħallat miġbur, id-daqs tal-laned għall-ġbir tal-iskart u/jew l-għadd ta’ drabi ta’ ġbir.

    (b7)

    Is-sistema PAYT tinkludi wkoll l-iskart mgħoddi lill-faċilitajiet għall-iskart goff.

    3.2.4.   Ikkuntrattar għall-immaniġġjar tal-iskart ibbażat fuq il-prestazzjoni

    Għandha tkun BEMP għall-awtoritajiet lokali li jesternalizzaw l-għoti ta’ ċerti servizzi ta’ mmaniġġjar tal-MSW lil fornituri privati biex jinkludu klawsoli ta’ kuntratt ibbażat fuq il-prestazzjoni. L-ikkuntrattar ibbażat fuq il-prestazzjoni jista’ jiżgura li kemm l-objettivi ambjentali kif ukoll dawk finanzjarji jintlaħqu.

    Tliet karatteristiċi ewlenin huma inerenti għal kuntratt ibbażat fuq il-prestazzjoni:

    definizzjoni ta’ serje ta’ objettivi u indikaturi biex titkejjel il-prestazzjoni tal-kuntrattur;

    ġbir ta’ data dwar l-indikaturi ta’ prestazzjoni biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tas-servizz;

    prestazzjoni tajba jew ħażina li tħalli impatt fuq il-kuntrattur (dħul jew penali ogħla).

    Huwa importanti li l-awtoritajiet lokali jibbażaw il-klawsoli ta’ prestazzjoni fuq sett sħiħ ta’ indikaturi (pereżempju billi jispiraw ruħhom mill-indikaturi ppreżentati fit-Taqsima 3.3) u monitoraġġ xieraq. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali fid-definizzjoni ta’ linja bażi u għandha titqies ukoll l-influwenza tal-varjazzjoni fil-kundizzjonijiet esterni (ekonomiċi, soċjali, regolamenti, eċċ.) fuq il-mekkaniżmu ta’ parametru referenzjarju.

    Applikabbiltà

    L-eżistenza ta’ sistema ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni fl-immaniġġjar tal-iskart effettiva hija prerekwiżit għal sistema ta’ monitoraġġ tal-iskart ibbażata fuq il-prestazzjoni (filwaqt li tibni fuq prattiki tal-immaniġġjar interni biex tespandi għall-ġestjoni tal-kuntratti).

    Meta wieħed jaqleb għal kuntratt ibbażat fuq il-prestazzjoni għall-ewwel darba, huwa importanti wkoll li jiġi stabbilit djalogu mal-kuntratturi prospettivi u mal-partijiet ikkonċernati kollha involuti, sabiex isir jaf dwar dak li huwa teknikament possibbli u ekonomikament fattibbli.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i14)

    Sehem tal-valur tal-kuntratt skont l-ilħuq tal-objettivi ambjentali jew tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali ddefiniti (%).

    (i15)

    Sodisfazzjon tal-klijent (% tar-residenti sodisfatti bil-ġbir tal-iskart domestiku u speċifikament bil-ġbir ta’ frazzjonijiet miġbura separatament).

    3.2.5.   Sensibilazzazzjoni

    L-aħjar prattika b’rabta mas-sensibilizzazzjoni hija li l-prevenzjoni tal-iskart, l-imġiba ta’ użu mill-ġdid u ta’ riċiklaġġ jiġu mħeġġa b’mod effettiv fiż-żona ta’ ġbir tal-iskart. Fl-aħħar nett, dan għandu jissarraf fi prestazzjoni mtejba fl-indikaturi ewlenin tal-ġenerazzjoni u tas-separazzjoni tal-iskart.

    Il-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-aħjar prattika jeħtieġ li:

    jiżguraw kontinwità, konsistenza, komplementarjetà u ċarezza fil-komunikazzjonijiet kollha b’għanijiet u objettivi ddefiniti sew;

    joħolqu messaġġi ċari intiżi apposta għall-udjenzi li jridu jintlaħqu speċifikament;

    jiżguraw riżultati effiċjenti permezz tal-integrazzjoni tal-attivitajiet u linji ċari ta’ responsabbiltà.

    Eżempji ta’ żewġ ostakoli ewlenin għar-riċiklaġġ li jistgħu jingħelbu mis-sensibilizzazzjoni huma:

    in-nuqqas ta’ għarfien; l-inċertezza dwar f’liema kontenitur għandhom jitpoġġew il-materjali ta’ skart, jew li wieħed ma jifhimx l-iskema ta’ riċiklaġġ lokali (pereżempju l-jiem tal-ġbir, eċċ.).

    l-attitudnijiet u l-perċezzjonijiet: in-nuqqas ta’ aċċettazzjoni tal-fatt li hemm bżonn isir riċiklaġġ, motivazzjoni insuffiċjenti biex l-iskart jiġi evitat u separat.

    Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni għaċ-ċittadini jistgħu jitwasslu direttament mill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart, minn aġenziji professjonali f’isimhom, jew minn organizzazzjonijiet sħab (inklużi partijiet ikkonċernati f’setturi oħra).

    Tista’ tintuża firxa sħiħa ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni, li jistgħu jinkludu reklamar, relazzjonijiet pubbliċi, kummerċjalizzazzjoni diretta, involviment tal-komunità, involviment onlajn, midja soċjali u tikkettar tal-prodotti.

    Applikabbiltà

    Is-sensibilizzazzjoni tista’ tiġi implimentata f’xi livell jew ieħor tista’ tgħid fi kwalunkwe kuntest.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i16)

    Baġit li ntefaq fuq is-sensibilizzazzjoni għal kull resident fis-sena (EUR/kapita/sena).

    (i17)

    Sehem tal-baġit totali tal-immaniġġjar tal-MSW li ntefaq fuq is-sensibilizzazzjoni (%).

    (i18)

    Sehem tal-popolazzjoni fiż-żona ta’ ġbir għall-immaniġġjar tal-iskart li tkun irċeviet messaġġi ta’ sensibilizzazzjoni fuq perjodu ta’ żmien partikolari (pereżempju % tal-popolazzjoni fix-xahar).

    (b8)

    Il-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni huma implimentati sistematikament għal tipi differenti ta’ gruppi fil-mira (pereżempju l-istudenti, il-pubbliku ġenerali, l-utenti lill-faċilitajiet għall-iskart goff) u l-baġit annwali ddedikat għal attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni huwa mill-inqas ta’ EUR 5 għal kull resident.

    3.2.6.   Stabbiliment ta’ netwerk ta’ konsulenti tal-iskart

    Għandha tkun BEMP li tistabbilixxi netwerk ta’ konsulenti tal-iskart (magħrufa wkoll bħala “uffiċjali (għall-prevenzjoni) tal-iskart)”, “uffiċjali tar-riċiklaġġ”, “konsulenti (għall-prevenzjoni) tal-iskart”) fil-livell lokali biex iqajmu sensibilizzazzjoni fost il-pubbliku ġenerali (residenti u negozji żgħar li jittrasportaw l-iskart tagħhom lejn is-sistema lokali tal-immaniġġjar tal-MSW).

    L-użu ta’ konsulenti tal-iskart huwa rilevanti b’mod speċjali biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi billi jkun fil-mira territorju speċifiku jew udjenza speċifika b’rata baxxa ta’ ġbir separat jew b’kontaminazzjoni għolja fi frazzjonijiet miġbura separatament sabiex tingħata tweġiba adattata, peress li l-konsulenti tal-iskart jistgħu jinteraġixxu wiċċ imb wiċċ.

    Il-konsulenti tal-iskart ġeneralment ikollhom kwalifika minn qabel fil-qasam ambjentali kif ukoll għarfien tal-prattiki tal-minimizzazzjoni tal-iskart, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, u jistgħu jkunu voluntiera, persunal part-time jew full-time. Il-konsulenti tal-iskart jistgħu jwettqu firxa ta’ attivitajiet, bħal:

    jagħmlu lir-residenti u lin-negozji żgħar konxji tal-kwistjonijiet ambjentali relatati mal-ġenerazzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart;

    jinformaw lir-residenti u lin-negozji żgħar dwar ir-regoli dwar il-ġbir tal-iskart u kif jiġu ttrattati u rriċiklati l-frazzjonijiet differenti;

    jipprovdu gwida lir-residenti u lin-negozji żgħar biex jidentifikaw il-possibbiltajiet sabiex inaqqsu jew jimmaniġġjaw l-iskart tagħhom (pereżempju separazzjoni mill-bidu aħjar) b’mod aħjar;

    jaħdmu mar-residenti u man-negozji żgħar fuq flussi tal-iskart speċifiċi li jitqiesu bħala aktar problematiċi (skart tal-ikel, tessuti, ħrieqi, eċċ.);

    iwettqu azzjonijiet ta’ involviment immirati lejn udjenzi speċifiċi (pereżempju tfal/adoloxxenti, pensjonanti, negozji, persuni li jitkellmu lingwa barranija);

    jiksbu fehim aħjar ta’ x’inhu jiġri fil-prattika (sewwieqa, raġunijiet, nuqqasijiet).

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP tista’ tiġi implimentata fi kwalunkwe livell. Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-azzjoni tal-konsulenti tal-iskart huwa ffokat aktar fuq il-livell lokali peress li huma jindirizzaw kwistjonijiet operazzjonali (linji gwida dwar il-prevenzjoni tal-iskart u r-riċiklaġġ).

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i19)

    Sehem tal-popolazzjoni fiż-żona ta’ ġbir għall-immaniġġjar tal-iskart avżata mill-konsulenti tal-iskart fuq perjodu ta’ żmien partikolari (pereżempju % tal-popolazzjoni fix-xahar).

    (i20)

    Numru ta’ konsulenti tal-iskart għal kull 100 000 resident.

    (b9)

    Netwerk ta’ konsulenti tal-iskart huwa fis-seħħ b’mill-inqas konsulent tal-iskart wieħed għal kull 20 000 resident.

    .

    3.2.7.   Kompostjar fid-djar u fil-komunità

    Fil-każijiet fejn l-ikkompostjar fid-djar u fil-komunità jkun l-aktar għażla xierqa tal-immaniġġjar tal-iskart għall-bijoskart abbażi tal-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart adottata u/jew ta’ studju LCA dwar l-għażliet tal-immaniġġjar tal-iskart (ara t-taqsimiet 3.1.1 u 3.1.2), għandha tkun BEMP li:

    Tniedi u tippromwovi sistematikament l-ikkompostjar fid-djar u fil-komunità, iżżomm rekord tal-għadd ta’ residenti involuti, tirreġistra fejn jiġi installat u operat it-tagħmir tal-ikkompostjar.

    Torganizza kampanji ta’ sensibilizzazzjoni inizjali permezz ta’ materjal grafiku, laqgħat pubbliċi, konsulenti tal-iskart, eċċ. (ara t-taqsimiet 3.2.5 u 3.2.6) tinforma u tħarreġ lir-residenti dwar l-ikkompostjar fid-djar u fil-komunità, il-benefiċċji tiegħu, l-operazzjoni korretta tiegħu (sabiex jiġu limitati l-emissjonijiet tal-metan u t-tniġġis fil-ħamrija, u jiġi żgurat li l-output huwa kompost ta’ kwalità tajba), liema bijoskart huwa adattat, eċċ.

    Taġġorna u tħarreġ lir-residenti regolarment dwar l-operazzjoni korretta tal-ikkompostjar fid-djar u fil-komunità.

    Timmonitorja regolarment is-siti tal-ikkompostjar fid-djar u fil-komunità. Għadd ta’ siti rappreżentattivi jistgħu jiġu spezzjonati kull sena biex jivverifikaw l-operazzjoni korretta tal-ikkompostjar u jiżguraw il-benefiċċji ambjentali tiegħu.

    Applikabbiltà

    Fil-każijiet fejn l-ikkompostjar fid-djar u fil-komunità jkun l-aktar għażla xierqa tal-immaniġġjar tal-iskart għall-bijoskart, ma hemm l-ebda restrizzjoni kbira fuq l-implimentazzjoni ta’ din il-BEMP. Madankollu, is-suċċess tal-ikkompostjar fid-djar u fil-komunità bħala strateġija ta’ ġestjoni ambjentali jiddependi ħafna fuq il-maniġment tal-proċess tas-separazzjoni tal-iskart u tal-ikkompostjar minn ċittadini li l-ewwel għandhom ikunu involuti sabiex jiġu mmotivati biex jisseparaw l-iskart organiku, u mbagħad jitħarrġu biex jimmaniġġjaw il-proċess tal-ikkompostjar b’mod korrett. Sforz addizzjonali huwa meħtieġ sabiex l-ikkompostjar fid-djar u fil-komunità jiġi organizzat fiż-żoni urbani.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i21)

    Sehem tal-popolazzjoni li tagħmel l-ikkompostjar fid-djar jew li għaliha l-ikkompostjar fil-komunità huwa disponibbli (% tal-popolazzjoni totali fiż-żona ta’ ġbir għall-immaniġġjar tal-iskart).

    (i22)

    Sehem tal-popolazzjoni li timplimenta l-ikkompostjar fid-djar/fil-komunità b’mod korrett, fuq il-bażi ta’ żjara u analiżi annwali tal-kompost prodott (% tal-popolazzjoni li qiegħda tagħmel l-ikkompostjar fid-djar jew li għaliha l-ikkompostjar fil-komunità huwa disponibbli).

    (i23)

    Sistema fis-seħħ għal segwitu regolari b’residenti li jagħmlu l-ikkompostjar fid-djar (Iva/le).

    (i24)

    Sehem tal-persuni li jikkompostjaw fid-djar li ssirilhom żjara fis-sena (% tad-djar li jagħmlu l-ikkompostjar fid-djar).

    (b10)

    Ir-residenti kollha għandhom aċċess għal ġbir separat tal-bijoskart jew ikkompostjar fid-djar u fil-komunità tal-bijoskart.

    BEMPs għall-prevenzjoni tal-iskart

    3.2.8.   Programmi għall-prevenzjoni tal-iskart lokali

    Għandha tkun BEMP li tistabbilixxi miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart li għandhom fil-mira kemm id-djar kif ukoll l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati. Xi eżempji huma l-adozzjoni ta’ tariffi lokali fuq il-basktijiet tal-plastik, appoġġ għat-twaqqif ta’ ħwienet tat-tiswija, introduzzjoni ta’ żoni ta’ skambju ta’ prodott/materjal fit-territorju kif ukoll kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali, NGOs u ristoranti sabiex jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp ta’ ftehimiet għat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel, bis-saħħa ta’ donazzjonijiet. Il-miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart jistgħu jiġu identifikati permezz ta’:

    valutazzjoni tax-xejriet tal-ġenerazzjoni tal-iskart attwali fit-territorju;

    prijoritizzazzjoni tal-aktar flussi tal-iskart rilevanti f’termini ta’ prevenzjoni potenzjali, bħall-iskart tal-ikel u l-bijoskart, karti/kartun, plastik (imballaġġ), ħġieġ u tessuti;

    tfassil ta’ strateġija għall-prevenzjoni tal-iskart lokali li tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti (pereżempju residenti, negozji lokali, organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali, NGOs);

    monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart adottati u, fid-dawl tar-riżultati, reviżjoni tal-istrateġija għall-prevenzjoni tal-iskart.

    Applikabbiltà

    Il-miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart jeħtieġ li jintgħażlu bir-reqqa abbażi taċ-ċirkustanzi lokali u jiġu implimentati sew (pereżempju wħud jaf ikunu jeħtieġu appoġġ minn inċentivi finanzjarji) iżda hemm miżuri xierqa għal kwalunkwe kuntest.

    Għalkemm xi strumenti ewlenin għall-prevenzjoni tal-iskart jistgħu jiġu segwiti biss fil-livell internazzjonali jew nazzjonali (pereżempju politika tal-prodotti, taxxa fuq il-valur miżjud), hemm ukoll kamp ta’ applikazzjoni għal azzjoni fil-livelli reġjonali u lokali.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i25)

    L-istabbiliment ta’ pjan għall-prevenzjoni tal-iskart lokali, inklużi miri fit-tul u għal żmien qasir u dispożizzjonijiet għal monitoraġġ regolari (Iva/le).

    (i26)

    Baġit iddedikat għall-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart għal kull resident fis-sena (EUR/kapita/sena).

    (i27)

    Sehem tal-baġit totali tal-immaniġġjar tal-MSW iddedikat għall-prevenzjoni tal-iskart (%).

    (i28)

    Numru ta’ partijiet ikkonċernati involuti fil-programmi ta’ prevenzjoni.

    (b11)

    Il-prevenzjoni tal-iskart għandha rilevanza strateġika fl-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart, li tinkludi programm għall-prevenzjoni tal-iskart lokali li jsostni miri ta’ prevenzjoni tal-iskart fit-tul (jiġifieri 10–20 sena) u għal żmien qasir (jiġifieri 1–5 snin) u li tinkludi dispożizzjonijiet għal monitoraġġ regolari.

    3.2.9.   Skemi li jrawmu l-użu mill-ġdid ta’ prodotti u t-tħejjija tal-iskart għall-użu mill-ġdid

    Għandha tkun BEMP li tħeġġeġ id-diverżjoni ta’ prodotti li jistgħu jerġgħu jintużaw lil hinn mill-flussi tal-iskart u fi flussi ta’ użu mill-ġdid, permezz tal-istabbiliment attiv jew il-faċilitazzjoni ta’ swieq ta’ skambju ta’ prodotti użati u muniċipali (permezz ta’ ħanut tax-xogħol tat-tiswija fejn meħtieġ) jew ġabriet ta’ karità. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart jistgħu jibagħtu ċerti flussi tal-iskart għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid billi jistabbilixxu jew jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ ċentri ta’ użu mill-ġdid/tiswija.

    Il-BEMP tkopri erba’ miżuri ewlenin:

    tiġbor prodotti adattati għall-użu mill-ġdid qabel ma dawn jitqiesu bħala skart, issewwihom jekk ikun meħtieġ, u tqassamhom jew tbigħhom lir-residenti u lill-organizzazzjonijiet, inklużi l-organiżmi tal-karità;

    tiġbor oġġetti tal-iskart adattati għall-użu mill-ġdid, tippreparahom għall-użu mill-ġdid, u tqassamhom jew tbigħhom lir-residenti u lill-organizzazzjonijiet, inklużi l-organiżmi tal-karità;

    tistabbilixxi skambji ta’ informazzjoni effettivi biex tirreklama t-talba ta’ prodotti użati li jistgħu jerġgħu jintużaw u d-disponibbiltà tagħhom fis-suq;

    timmonitorja l-output (irrispettivament minn jekk l-input tagħhom huwiex ikklassifikat bħala skart jew prodott) taċ-ċentri ta’ tiswija u ta’ użu mill-ġdid li jkunu ġew akkreditati abbażi tal-Anness IV għad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (2008/98/KE).

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP tapplika għall-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart kollha li jittrattaw kwalunkwe tip ta’ oġġett li jista’ jerġa’ jintuża, b’mod partikolari ħwejjeġ, għamara u tagħmir elettriku u elettroniku.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i29)

    Numru ta’ ċentri ta’ użu mill-ġdid/punti ta’ tiswija fil-komunità għal kull 100 000 resident.

    (i30)

    Numru jew kwantità (jiġifieri piż jew volum) tal-prodotti li jkunu waslu fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom li jinġabru għall-użu mill-ġdid u oġġetti tal-iskart li jintbagħtu għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid.

    (i31)

    Numru annwali ta’ klijenti taċ-ċentri ta’ użu mill-ġdid/punti ta’ tiswija fil-komunità.

    (i32)

    Disponibbiltà ta’ żoni ta’ skambju ta’ prodotti/materjali bil-għan li jitrawwem l-użu mill-ġdid lill-faċilitajiet għall-iskart goff (Iva/le).

    (b12)

    Fil-faċilitajiet għall-iskart goff, huma disponibbli żoni ta’ skambju ta’ prodotti/materjali bil-għan li jitrawwem l-użu mill-ġdid.

    BEMPs għall-ġbir tal-iskart

    3.2.10.   Strateġija għall-ġbir tal-iskart

    Għandha tkun BEMP li tfassal u timplimenta strateġija għall-ġbir tal-iskart li tqis:

    il-karatteristiċi ewlenin tal-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart (pereżempju numru ta’ frazzjonijiet tal-iskart miġbura separatament);

    il-miri stabbiliti fl-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart (pereżempju sehem tal-iskart miġbur separatament mit-total ta’ skart miġbur, rati ta’ impurità tal-frazzjonijiet miġbura separatament, dħul mir-riċiklabbli);

    il-karatteristiċi taż-żona ta’ ġbir (pereżempju densità tal-popolazzjoni u tipi ta’ bini prinċipali);

    l-attitudnijiet u l-perċezzjonijiet ambjentali attwali tar-residenti;

    kwalunkwe kundizzjoni speċifika oħra li taffettwa l-ġbir tal-iskart (pereżempju l-preżenza rilevanti ta’ turisti/vjaġġaturi, attivitajiet ekonomiċi speċifiċi, klima).

    L-għan ewlieni ta’ strateġija għall-ġbir tal-iskart huwa li jinġabar kemm jista’ jkun skart separat mill-bidu b’mod korrett, f’waqtu u b’mod ekonomiku, sabiex jiġi ffaċilitat is-separazzjoni/it-trattament tal-iskart sussegwenti bil-għan li jiġi mmassimizzat ir-riċiklaġġ. F’ħafna każijiet, dawn l-objettivi jistgħu jiġu segwiti bl-istabbiliment ta’ dan li ġej:

    ġbir separat frekwenti tal-iskart tal-ikel mid-djar (pereżempju kull ġimgħa jew ta’ spiss skont l-istaġun u l-klima);

    ġbir inqas frekwenti ta’ skart imħallat (pereżempju kull ġimagħtejn);

    ġbir ta’ riċiklabbli mid-djar (pereżempju karti, kartun, bottijiet, plastiks, ħġieġ), separati mill-bidu individwalment fejn tippermetti l-aċċettazzjoni pubblika, altrimenti mħallta u separati f’faċilità tal-irkupru ta’ materjal; il-ħġieġ, segwit mill-karti u mill-kartun, ta’ spiss jinġabar separatament b’mod aktar effettiv;

    netwerk konvenjenti ta’ faċilitajiet għall-iskart goff (ara t-taqsima 3.2.12) li jaċċettaw il-frazzjonijiet kollha tal-iskart li ma jinġabarx mid-djar jew fil-kontenituri tat-toroq mid-djar, inkluż skart u bijoskart perikoluż.

    Applikabbiltà

    L-istatus soċjoekonomiku prevalenti u l-kuxjenza dwar ir-riċiklaġġ fiż-żona li minnha jinġabar l-iskart jeħtieġ li jitqiesu fid-definizzjoni tal-istrateġija għall-ġbir tal-iskart. Strateġiji li jiswew aktar flus, bħall-ġbir mid-djar, jistgħu jkunu aktar kosteffiċjenti ladarba jkunu operattivi għalkollox, iżda jirrikjedu investiment inzijali.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i33)

    Rata ta’ parteċipazzjoni, jiġifieri s-sehem tal-popolazzjoni li tuża s-sistema ta’ ġbir tal-iskart (14) (%).

    (i34)

    Sehem taż-żona lokali koperta b’sistema speċifika ta’ ġbir tal-iskart (%).

    (i15)

    Sodisfazzjon tal-klijent (% tar-residenti sodisfatti bil-ġbir tal-iskart domestiku u speċifikament bil-ġbir ta’ frazzjonijiet miġbura separatament).

    (i35)

    Ġbir ta’ skart goff fuq talba (Iva/le).

    (b13)

    Ġbir tal-iskart mid-djar ta’ mill-inqas erba’ frazzjonijiet ta’ skart (15) huwa implimentat fit-territorju kollu li fih jiġi mmaniġġjat l-MSW.

    3.2.11.   Kooperazzjoni intermuniċipali fost il-muniċipalitajiet iż-żgħar

    Għandha tkun BEMP għall-muniċipalitajiet żgħar u medji biex jadottaw kooperazzjoni intermuniċipali li tippermetti l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jkunu għaljin wisq għalihom biex jimplimentawhom waħedhom u li jistgħu jirriżultaw fil-prestazzjoni ambjentali mtejba tas-sistema tal-immaniġġjar tal-iskart. Il-muniċipalitajiet jistgħu jingħaqdu flimkien biex joperaw jew jesternalizzaw xi servizzi tal-immaniġġjar tal-iskart, bil-għan li jwasslu ekonomiji ta’ skala u jibnu massa kritika.

    Il-kooperazzjoni intermuniċipali tagħmilha possibbli għall-muniċipalitajiet involuti biex:

    jikkondividu l-ispejjeż ġenerali amministrattivi,

    inaqqsu l-kostijiet tal-unità u jtejbu l-kwalità tas-servizz permezz ta’ ekonomiji ta’ skala,

    jattiraw fondi ta’ investiment riżervati għal proġetti ta’ daqs minimu speċifikat (pereżempju fondi strutturali tal-UE u mekkaniżmi oħra ta’ investiment) u

    jsaħħu l-prestazzjoni ekonomika permezz ta’ ppjanar ikkoordinat filwaqt li jippermettu protezzjoni ambjentali aħjar.

    Applikabbiltà

    Fl-immaniġġjar tal-iskart, ma hemm l-ebda ostakolu speċifiku għall-applikazzjoni tal-kooperazzjoni intermuniċipali. Madankollu, benefiċċji mill-ekonomija ta’ skala huma evidenti biss għall-muniċipalitajiet żgħar u medji.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i36)

    Implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni intermuniċipali ma’ muniċipalitajiet oħra (Iva/le).

    3.2.12.   Faċilitajiet għall-iskart goff

    Bħala element komplementari ewlieni għal ġbir (mill-bankini) mid-djar effettiv tal-aktar frazzjonijiet tal-iskart komuni, għandha tkun BEMP li tmexxi l-faċilitajiet għall-iskart goff (magħrufa wkoll bħala parks tal-kontejners, ċentri ta’ ġbir, punti nodfa, ekopunti, siti ta’ rkupru, parks tal-iskart, eċċ.) fejn iċ-ċittadini u n-negozji ż-żgħar jistgħu jħallu kemm jista’ jkun frazzjonijiet tal-iskart għall-ġbir separat.

    Elementi tal-aħjar prattika għall-faċilitajiet għall-iskart goff jinkludu dan li ġej:

    Preżenza ta’ mill-inqas faċilità waħda għall-iskart goff fl-awtorità lokali jew preżenza perjodika regolari ta’ sit mobbli.

    Ġbir separat ta’ kemm jista’ jkun frazzjonijiet u l-possibbiltà li wieħed iħalli kwalunkwe skart domestiku.

    Taħriġ tal-persunal tal-faċilitajiet għall-iskart goff sabiex jiġi mmassimizzat ir-riċiklaġġ, l-irkupru u r-rimi sikur xieraq.

    Żona bil-pavimentar li ma jidħolx ilma minnha u ġbir ta’ ilma li jnixxi għal trattament xieraq.

    Proissimità tas-siti għaċ-ċittadini (pereżempju aċċessibbli mingħajr karozza minn sehem kbir tal-popolazzjoni), anke bis-saħħa ta’ siti ta’ ġbir mobbli/temporanji.

    Sigħat tal-ftuħ twal sabiex dan ikun aktar konvenjenti għaċ-ċittadini. Dawn jistgħu jinbidlu minn staġun għall-ieħor (speċjalment għall-biċċiet tal-pjanti).

    Applikabbiltà

    Il-kunċett ta’ ċentri ta’ ġbir huwa applikabbli b’mod wiesa’. Ir-riċiklabbiltà aħħarija tal-flussi tal-iskart miġbura tiddependi wkoll fuq id-disponibbiltà tas-swieq downstream.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i37)

    Numru ta’ faċilitajiet għall-iskart goff għal kull 100 000 resident.

    (i38)

    Numru ta’ frazzjonijiet differenti miġbura fil-faċilitajiet għall-iskart goff.

    (i32)

    Disponibbiltà ta’ żoni ta’ skambju ta’ prodott/materjal bil-għan li jitrawwem l-użu mill-ġdid fil-faċilitajiet għall-iskart goff (Iva/le).

    (i39)

    Aċċessibbiltà faċli ta’ faċilitajiet għall-iskart goff, pereżempju mingħajr karozza (Iva/le).

    (b14)

    Għall-muniċipalitajiet b’mill-inqas 1 000 resident, hemm mill-inqas faċilità waħda għall-iskart goff fit-territorju tagħhom jew preżenza perjodika regolari ta’ sit mobbli.

    (b15)

    Fil-faċilitajiet għall-iskart goff, jinġabru mill-inqas 20 frazzjoni ta’ skart differenti.

    (b16)

    Fil-faċilitajiet għall-iskart goff, huma disponibbli żoni ta’ skambju ta’ prodott/materjal bil-għan li jitrawwem l-użu mill-ġdid.

    3.2.13.   Ottimizzazzjoni loġistika għall-ġbir tal-iskart

    Għandha tkun BEMP li tottimizza l-loġistika tal-ġbir tal-iskart permezz ta’:

    l-installazzjoni fejn xieraq ta’ sistema ta’ ġbir alternattiva għat-trasport bit-triq, bħal sistema pnewmatika fiż-żoni urbani;

    l-użu tat-teknoloġija “Computerised Vehicle Routing and Scheduling” (L-Għażla tar-Rotot u l-Iskedar għall-Vetturi Kompjuterizzati) (CVRS) biex jiġu ottimizzati l-għadd ta’ drabi ta’ ġbir;

    l-esplorazzjoni ta’ opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart ġirien;

    parametraġġ referenzjarju tal-konsum tal-fjuwil/enerġija u/jew emissjonijiet tas-CO2;

    l-inkorporazzjoni ta’ metrika ambjentali waħda jew aktar, bħal domanda għall-enerġija kumulattiva (CED) u/jew emissjonijiet tas-CO2, fit-tfassil tan-netwerk u l-algoritmi ta’ ottimizzazzjoni tar-rotta;

    l-installazzjoni ta’ tagħmir telematiku fil-vetturi tal-ġbir għall-ottimizzazzjoni tar-rotta f’ħin reali abbażi tal-GPS u t-taħriġ tas-sewwieqa fit-tekniki ta’ sewqan ekoloġiku.

    Applikabbiltà

    L-organizzazzjonijiet kollha involuti fil-ġbir tal-iskart jistgħu jimplimentaw ċertu grad ta’ ottimizzazzjoni loġistika (pereżempju l-ippjanar tal-pożizzjoni tal-laned tal-iskart). Madankollu, f’xi każijiet l-azzjonijiet huma limitati minn strutturi organizzazzjonali eżistenti (pereżempju kuntratti kontinwi għal servizzi ta’ ġbir tal-iskart esternalizzati).

    F’termini tal-ottimizzazzjoni tal-istrateġija għall-ġbir, l-ottimizzazzjoni loġistika hija sekondarja għall-ottimizzazzjoni tar-riċiklaġġ.

    Is-sistemi ta’ ġbir tal-iskart pnewmatiċi huma aktar xierqa għal żoni b’popolazzjoni densa u huma aktar faċli biex jiġu installati fi żviluppi ġodda milli f’żoni urbani eżistenti.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i40)

    Il-konsum tal-fjuwil għal kull tunnellata ta’ skart miġbur (16) (litri/t).

    (i41)

    Emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) għal kull tunnellata ta’ skart u km ivvjaġġat (kg CO2e/tkm).

    3.2.14.   Vetturi b’livell ta’ emissjonijiet baxxi

    Għandha tkun BEMP li ttejjeb il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tal-vetturi għall-ġbir tal-iskart. Għażliet ta’ teknoloġija ta’ prijorità jinkludu:

    waqfien/bidu u idle shut-off;

    tajers b’reżistenza baxxa għat-tidwir;

    vetturi ibridi;

    vetturi li jaħdmu bil-gass naturali/bijometan jew vetturi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil (diżil/gass) iddedikati;

    vetturi li jaħdmu bl-elettriku.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’. Il-preżenza ta’ stazzjonijiet għall-mili jew l-iċċarġjar mhix kwistjoni daqshekk importanti għall-ġbir tal-iskart meta mqabbla ma’ tipi oħra ta’ trasport minħabba li l-vetturi normalment joperaw fuq distanza limitata u l-flotta titmexxa minn sit tal-landfill ċentralizzat fejn ikun jista’ jsir ir-riforniment tal-fjuwil.

    Gass naturali kkompressat (CNG) huwa disponibbli fl-Istati Membri kollha tal-UE. Il-bijometan jista’ ma jkunx disponibbli f’ħafna reġjuni, iżda l-iskart organiku mxarrab (pereżempju l-iskart tal-ikel) jista’ jintuża biex jipproduċi l-bijogass li jista’ jkun imtejjeb għall-bijometan tat-trasport.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i42)

    Konsum tal-fjuwil medju tal-vetturi għall-ġbir tal-iskart (litri/100 km).

    (i43)

    Sehem tal-vetturi li huma Euro 6 fil-flotta totali ta’ vetturi għall-ġbir tal-iskart (%).

    (i44)

    Sehem tal-vetturi għall-ġbir tal-iskart li huma ibridi, elettriċi, li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-bijogass (%).

    (b17)

    Il-vetturi għall-ġbir tal-iskart ġodda kollha mixtrija jew mikrija mill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart huma Euro 6 u jimxu bil-gass naturali kompressat jew bil-bijogass, jew huma ibridi jew elettriċi.

    BEMPs għall-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur

    3.2.15.   L-aħjar użu tal-inċentivi mill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi

    Għandha tkun BEMP għall-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi (PROs) biex isaħħu l-prestazzjoni tal-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur (EPR) tagħhom billi jistabbilixxu inċentivi (li jmorru lil hin mir-rekwiżiti legali) li jixprunaw żieda fir-rati ta’ ġbir separat, użu mill-ġdid u riċiklaġġ għall-iskart miġbur skont l-EPR. Azzjonijiet li l-PROs jistgħu jimplimentaw jinkludu:

    il-motivazzjoni taċ-ċittadini għal aktar skart separat mill-bidu b’mod aħjar permezz ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni innovattivi, bħal kompetizzjonijiet fost it-territorji;

    kooperazzjoni mill-qrib (finanzjarja, teknika u/jew loġistika) mal-awtoritajiet pubbliċi fil-livell reġjonali/lokali;

    kooperazzjoni mal-atturi tal-ekonomija soċjali għall-ġbir u l-użu mill-ġdid tal-prodotti;

    l-għoti ta’ inċentivi lill-produtturi biex ifasslu prodotti aktar sostenibbli (pereżempju permezz ta’ “modulazzjoni tal-miżati”);

    parametraġġ referenzjarju tal-kisbiet ambjentali ta’ żoni differenti koperti mill-iskema EPR, pereżempju fil-livell tat-territorji tal-awtoritaijet pubbliċi fil-livell reġjonali/lokali.

    Applikabbiltà

    L-ingranaġġ attwali li PRO għandha fuq l-EPR jiddependi fuq l-istruttura nazzjonali u l-allokazzjoni ġuridika tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet. Għall-applikazzjoni ta’ xi inċentivi, hija meħtieġa allokazzjoni xierqa tal-finanzi. Għal dan, l-istruttura ta’ governanza tal-PRO jista’ jkollha rwol (fil-pussess ta’ produttur jew le, għal skopijiet ta’ qligħ jew le, eċċ.).

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i45)

    Rata ta’ riċiklaġġ (% tal-iskart li fil-fatt jiġi rriċiklat jew jintbagħat għar-riċiklaġġ mit-total ta’ skart kopert mill-iskema EPR).

    (i46)

    Rata ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid (% tal-iskart li jiġi kkonsenjat bħala input lejn ċentru għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid mit-total ta’ skart kopert mill-iskema EPR).

    (i47)

    (applikabbli fil-livell lokali għal żona lokali speċifika fejn l-iskema EPR hija fis-seħħ) Sehem tal-prodotti koperti mill-EPR li jinsabu fl-iskart residwu abbażi ta’ analiżi ta’ kompożizzjoni (% tal-kwantità totali ta’ skart imħallat).

    (i48)

    (applikabbli għal żona nazzjonali, reġjonali jew lokali speċifika fejn skema EPR għall-iskart mill-imballaġġ hija fis-seħħ) Sehem tal-imballaġġ kopert mill-EPR li huwa mmirat mis-sistema ta’ ġbir separat selettiv (% tal-kwantità totali tal-imballaġġ kopert mill-EPR li jitqiegħed fis-suq).

    BEMPs għat-trattament tal-iskart

    3.2.16.   Separazzjoni ta’ skart mill-imballaġġ ħafif imħallat biex jiġu mmassimizzati r-rendimenti tar-riċiklaġġ għal output ta’ kwalità għolja

    Meta l-iskart mill-imballaġġ ħafif (jiġifieri imballaġġ magħmul minn plastiks, komposti, aluminju u azzar, xi drabi jkunu jinkludu wkoll il-fibri (karti u kartun) jinġabar flimkien (imħallat), għandha tkun BEMP li timplimenta separazzjoni avvanzata tal-iskart mill-imballaġġ imħallat fil-faċilitajiet għall-irkupru ta’ materjali (MRF).

    Impjant tal-ogħla livell tipiku għandu ħames sezzjonijiet tekniċi ewlenin:

    Alimentazzjoni u prekundizzjonar: dan jinkludi l-ftuħ ta’ basktijiet u alimentazzjoni ta’ fluss kostanti ta’ materjal ta’ input.

    Separazzjoni minn qabel: din tinvolvi t-tneħħija ta’ oġġetti mhux adattati.

    Separazzjoni: din tinkludi diversi passi, pereżempju s-separazzjoni tal-fibra mill-kontenituri; separazzjoni tal-fibra; separazzjoni tal-kontenituri tal-metall billi jintużaw kalamiti, kurrenti ta’ Foucault jew raġġi X; l-ewwel issir separazzjoni tal-kontenituri tal-plastik minn dawk tal-polimeru (pereżempju separazzjoni tal-fliexken PET minn kontenituri oħra tal-plastik).

    Raffinar: dan jikkonsisti minn passi ta’ separazzjoni addizzjonali, bħal separazzjoni ulterjuri ta’ polimeri skont it-tip (pereżempju HDPE, PP) u l-kulur sabiex il-kwalità tal-output tal-materjal tissodisfa r-rekwiżiti tas-suq. Il-kontroll tal-kwalità jitwettaq permezz ta’ separazzjoni awtomatika jew manwali.

    Immaniġġjar tal-prodott: din is-sezzjoni tikkonsisti mill-proċessi ta’ tbattil u mill-ħżin ta’ prodotti f’balal, materjal merħi jew f’kontenituri; l-immaniġġjar tal-prodott jista’ jinkludi wkoll operazzjonijiet ta’ tagħbija għal proċessi downstream ulterjuri.

    Peress li l-MRFs għandhom it-tendenza li jirċievu u jisseparaw materjali minn skemi ta’ ġbir lokali differenti, b’kompożizzjonijiet li jvarjaw, MRF avvanzata għandu jkollha l-flessibbiltà li takkomoda dawn il-varjazzjonijiet b’mod effiċjenti.

    Applikabbiltà

    Fil-prinċipju, ma hemm l-ebda ostakolu għall-bini u t-tħaddim ta’ impjant għas-separazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ. Madankollu, ippjanar bir-reqqa (speċjalment meta jitqiesu l-iskemi ta’ ġbir fis-seħħ, il-kapaċità tal-impjant u d-disponibbiltà tas-swieq għall-materjali separati) huwa meħtieġ bħala parti minn kunċett ta’ mmaniġġjar tal-iskart integrat. Fattur importanti li jeħtieġ li jiġi ddeterminat huwa l-kapaċità ottimali tal-impjant. Fl-aħħar nett, ir-rati ta’ impurità ta’ skart mill-imballaġġ ħafif imħallat ittrasportat lejn l-impjant jaffettwaw l-operazzjonijiet, il-prestazzjoni (pereżempju rata ta’ separazzjoni tal-impjant) u l-ekonomija (pereżempju l-ipproċessar tal-kostijiet, dħul minn frazzjonijiet riċiklabbli) tiegħu.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i49)

    Rata ta’ separazzjoni tal-impjant (piż %), ikkalkulata bħala l-kwantità annwali ta’ materjali li jintbagħtu għar-riċiklaġġ diviża bil-kwantità annwali ta’ skart mill-imballaġġ imħallat ipproċessat (17).

    (i50)

    Effiċjenza enerġetika (kJ/t), ikkalkulata bħala l-konsum tal-enerġija totali annwali tal-impjant diviż bil-kwantità ta’ skart mill-imballaġġ imħallat ipproċessat.

    (i51)

    Emissjonijiet GHG (t CO2e/t), ikkalkulati bħala l-emissjonijiet ekwivalenti tas-CO2 totali annwali tal-impjant (Kamp ta’ applikazzjoni 1 u 2) diviżi bil-kwantità tal-iskart mill-imballaġġ imħallat ipproċessat.

    (b18)

    Il-faċilitajiet ta’ rkupru ta’ materjal li jisseparaw l-iskart mill-imballaġġ ħafif imħallat għandhom rata ta’ separazzjoni tal-impjant ta’ mill-inqas 88 %.

    3.2.17.   L-ipproċessar ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik imħallat biex jiġu mmassimizzati r-rendimenti tar-riċiklaġġ għal output ta’ kwalità għolja

    Għandha tkun BEMP li tipproċessa skart mill-imballaġġ tal-plastik imħallat miġbur separatament fi flussi ta’ materjal individwali li jista’ jinbidel f’materja prima sekondarja ta’ kwalità għolja u prodotti rriċiklati ta’ valur. Il-proċess jinkludi l-passi li ġejjin:

    separazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik flessibbli mill-oġġetti riġidi (separazzjoni ta’ rita) billi jintużaw qabbada tar-rita, air drum jew separaturi ballistiċi segwiti minn pass ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità manwali;

    separazzjoni tal-fliexken tal-plastik u oġġetti riġidi oħra skont il-polimeru u l-kulur b’sistemi ta’ separazzjoni ottiċi;

    tnaqqis tar-rita separata u oġġetti riġidi residwi (bħala flussi separati) f’laqx bl-użu ta’ granulaturi;

    tindif tal-imballaġġ tal-plastik f’laqx bl-użu ta’ tindif permezz ta’ frizzjoni (sistemi ta’ tħin imnixxef jew imxarrab);

    separazzjoni u ħasil tal-imballaġġ tal-plastiks f’laqx skont il-polimeru u l-kulur bl-użu ta’ sistemi ta’ separazzjoni ottiċi jew teknoloġiji ta’ separazzjoni ta’ densità;

    estrużjoni ta’ materjal f’laqx f’pellets.

    Applikabbiltà

    Sistemi ta’ ġbir tal-iskart tajbin u l-kwalità tajba tal-materjali miġbura jeħtieġ li jiġu żgurati sabiex l-output irriċiklat ikun adattat għas-suq. Ix-xejriet tas-suq attwali lejn prodotti tal-plastik b’ħafna saffi u b’ħafna materjali aktar kumplessi jagħmlu wkoll is-separazzjoni u l-ipproċessar mill-ġdid tal-plastiks imħallta ħafna aktar diffiċli. Bħall-BEMP ta’ qabel, ma hemm l-ebda ostakolu ġenerali għall-bini u t-tħaddim ta’ tali impjant. Madankollu, l-ippjanar u d-determinazzjoni bir-reqqa tal-kapaċità ottimali tal-impjant huma importanti.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i52)

    Ir-rata ta’ pproċessar tal-impjant (piż %), ikkalkulata bħala l-kwantità annwali ta’ materjali li jintbagħtu għar-riċiklaġġ diviża bil-kwantità annwali ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik imħallat ipproċessat (18).

    (i50)

    Effiċjenza enerġetika (kJ/t), ikkalkulata bħala l-konsum tal-enerġija totali annwali tal-impjant diviż bil-kwantità ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik imħallat ipproċessat.

    (i51)

    Emissjonijiet GHG (t CO2e/t), ikkalkulati bħala l-emissjonijiet ekwivalenti tas-CO2 totali annwali tal-impjant (kamp ta’ applikazzjoni 1 u 2) diviżi bil-kwantità tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik imħallat ipproċessat.

    (i53)

    L-użu tal-ilma (m3/t), ikkalkulat bħala l-ilma totali annwali użat fis-sit diviż bil-kwantità tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik imħallat ipproċessat.

    (b19)

    Il-faċilitajiet ta’ rkupru tal-plastik li jipproċessaw l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik imħallat għandhom rata ta’ pproċessar tal-impjant ta’ mill-inqas 60 %.

    3.2.18.   Trattament tas-saqqijiet għal riċiklaġġ imtejjeb tal-materjali

    Għandha tkun BEMP li tiddiżinfetta u żżarma s-saqqijiet li jkunu waslu fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, filwaqt li tissepara l-materjali differenti skont it-tip.

    Ħames operazzjonijiet tekniċi ewlenin jistgħu jiġu identifikati f’faċilità ta’ trattament tas-saqqijiet li jkunu waslu fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom bl-aħjar prestazzjoni:

    alimentazzjoni u ħżin: akkoljenza (ħatt) u ħażna xotta biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni, separazzjoni skont it-tip;

    sanifikazzjoni: applikazzjoni ta’ trattamenti kimiċi jew bis-sħana għal sterilizzazzjoni;

    ffilettjar: qtugħ tad-drapp minsuġ ta’ barra tas-saqqu u l-flanġi li jorbtu;

    żarmar u separazzjoni: separazzjoni ta’ materjali differenti skont it-tip;

    materjali ta’ mmaniġġjar; proċessi ta’ tbattil, ħżin ta’ prodotti f’balal, materjal merħi (residwi rranġati) jew f’kontenituri (metalli), qabel jintbagħtu għal proċessi downstream (pereżempju r-riċiklaġġ ta’ metalli).

    L-operazzjonijiet ta’ żarmar u ta’ separazzjoni jistgħu jitwettqu b’mod mekkaniku jew (komunement) b’mod manwali.

    Applikabbiltà

    Ma hemm l-ebda ostakolu tekniku ewlieni għall-applikabbiltà ta’ din il-BEMP. Is-sempliċità tal-proċess ta’ trattament ma tirrikjedix investimenti sinifikanti, anke għall-proċessi l-aktar awtomatizzati.

    L-aktar ostakoli importanti għar-riċiklaġġ tas-saqqijiet huma identifikati kif ġej:

    fatturi ekonomiċi, l-aktar il-kost baxx tar-rimi f’landfill u l-kwalità baxxa tal-materjali li jirriżultaw mis-saqqijiet, marbuta mal-ħtieġa li s-saqqijiet li jkunu waslu fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom jinħażnu f’post nadif u xott u d-disinni attwali tas-saqqijiet li jipprevjenu żarmar faċli;

    il-kapaċità baxxa ta’ trattament tal-faċilitajiet, limitata mill-fluss tas-saqqijiet li jkunu waslu fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom li jinġabru fiż-żona ta’ madwar l-impjant b’kostijiet tat-trasport affordabbli.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i54)

    Rata ta’ separazzjoni tal-impjant (piż %), ikkalkulata bħala l-kwantità annwali ta’ materjali li jintbagħtu għar-riċiklaġġ diviża bil-kwantità annwali ta’ skart mis-saqqijiet ipproċessat.

    (i50)

    Effiċjenza enerġetika (kJ/t), ikkalkulata bħala l-konsum tal-enerġija totali annwali tal-impjant diviż bil-kwantità ta’ skart mis-saqqijiet ipproċessat.

    (i51)

    Emissjonijiet GHG (t CO2e/t), ikkalkulati bħala l-emissjonijiet ekwivalenti tas-CO2 totali annwali tal-impjant (kamp ta’ applikazzjoni 1 u 2) diviżi bil-kwantità tal-iskart mis-saqqijiet ipproċessat.

    (b20)

    Il-faċilitajiet li jittrattaw l-iskart mis-saqqijiet għandhom rata ta’ separazzjoni tal-impjant ta’ mill-inqas 91 %.

    3.2.19.   Trattament ta’ prodotti iġjeniċi li jassorbu għal riċiklaġġ imtejjeb tal-materjali

    Għandha tkun BEMP li tittratta skart minn prodotti iġjeniċi li jassorbu (AHP) miġbura separatament għar-riċiklaġġ.

    Il-proċess ewlieni huwa trattament termali f’awtoklava, reċipjent ċilindriku orizzontali fejn l-iskart tal-AHP jiġi sanitizzat u jinfetaħ. Il-fluss solidu tal-output imbagħad jitqatta’ u jiġi separat permezz ta’ proċess mekkaniku fiż-żewġ komponenti tal-AHP: plastiks tal-polipropilen u tal-polietilen u fibri ċellulożi, li jistgħu jintbagħtu għar-riċiklaġġ.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’ peress li ma jeżisti l-ebda ostakolu ġeografiku jew tekniku partikolari. Madankollu, xi kundizzjonijiet speċifiċi jistgħu jinfluwenzaw il-vijabbiltà teknika u ekonomika ta’ din is-soluzzjoni ta’ trattament:

    implimentazzjoni ta’ skema ta’ ġbir selettiv għall-iskart tal-AHP bħala prerekwiżit;

    kapaċità minima ta’ trattament fl-impjant ta’ 8 000 tunnellata fis-sena;

    distanza tat-trasport minn żoni ta’ ġbir għall-impjant u kostijiet għar-rimi f’landfill u l-inċinerazzjoni;

    densità tal-popolazzjoni fiż-żona ta’ ġbir;

    kriterji u regoli għar-rikonoxximent tat-tmiem tal-iskart u s-suq lokali għal materjali rkuprati (plastik u ċellulożi).

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i55)

    Rata ta’ separazzjoni tal-impjant (piż %), ikkalkulata bħala l-kwantità annwali ta’ materjali li jintbagħtu għar-riċiklaġġ diviża bil-kwantità annwali ta’ skart tal-AHP ipproċessat.

    (i50)

    Effiċjenza enerġetika (kJ/t), ikkalkulata bħala l-konsum tal-enerġija totali annwali tal-impjant diviż bil-kwantità ta’ skart tal-AHP ipproċessat.

    (i51)

    Emissjonijiet GHG (t CO2e/t), ikkalkulati bħala l-emissjonijiet ekwivalenti tas-CO2 totali annwali tal-impjant (kamp ta’ applikazzjoni 1 u 2) diviżi bil-kwantità tal-iskart tal-AHP ipproċessat.

    (i53)

    L-użu tal-ilma (m3/t), ikkalkulat bħala l-ilma totali annwali użat fis-sit diviż bil-kwantità tal-iskart tal-AHP ipproċessat.

    (b21)

    Faċilitajiet li jittrattaw l-iskart minn prodotti iġjeniċi li jassorbu għandhom rata ta’ separazzjoni tal-impjant ta’ mill-inqas 90 %.

    3.3.   Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali komuni għall-iskart solidu muniċipali

    Minbarra l-indikaturi stabbiliti fil-BEMPs individwali dwar l-MSW, din it-taqsima tad-dokument tiddefinixxi indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali li jistgħu jintużaw biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tas-sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart solidu muniċipali.

    Kull indikatur ippreżentat f’din it-taqsima jivvaluta biss ċerti elementi tal-prestazzjoni tas-sistema tal-immaniġġjar tal-MSW. Għal fehim komprensiv, l-indikaturi differenti għandhom jiġu analizzati flimkien.

    Indikaturi għas-sistema tal-immaniġġjar tal-iskart solidu muniċipali ġenerali

    3.3.1.   Ġenerazzjoni tal-MSW

    Dan l-indikatur ikejjel l-ammont annwali ta’ MSW (19) totali ġġenerat għal kull resident (20). Dan l-indikatur huwa utli biex jiġu mmonitorjati x-xejriet tal-ġenerazzjoni tal-iskart ġenerali kif ukoll ir-riżultati ta’ kwalunkwe sforz biex tiġi promossa l-prevenzjoni tal-iskart.

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta’ eċċellenza

    (i56)

    Ġenerazzjoni tal-MSW (kg/kapita/sena).

    (b22)

    Il-ġenerazzjoni annwali tal-MSW fit-territorju amministrat jew immaniġġjat (miġbur mis-sistemi kollha ta’ ġbir tal-iskart differenti disponibbli fiż-żona) hija:

    inqas minn 75 % tal-medja nazzjonali tal-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali (21), bl-użu ta’ definizzjoni nazzjonali ta’ skart muniċipali tal-pajjiż tagħhom stess; jew

    inqas minn 360 kg/kapita, jekk ikkalkulat biss għall-frazzjonijiet tal-iskart li ġejjin (22):

    (i)

    organiku/bijoskart (pereżempju biċċiet tal-pjanti, ikel u skart tal-kċina),

    (ii)

    imballaġġ imħallat,

    (iii)

    karti u kartun,

    (iv)

    ħġieġ,

    (v)

    plastiks,

    (vi)

    metalli,

    (vii)

    skart goff,

    (viii)

    skart minn tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)

    u

    (ix)

    skart imħallat.

    Dan l-indikatur iqis il-flussi tal-MSW differenti kollha miġbura separatament mis-sistemi kollha ta’ ġbir differenti disponibbli fit-territorju meqjus (pereżempju mid-djar, mil-faċilitajiet għall-iskart goff, mill-kontenituri tat-toroq). F’żoni fejn ma hemmx monitoraġġ tal-iskart iddettaljat jew fejn parti tal-iskart iġġenerat ma jinġabarx mis-sistema ta’ ġbir tal-iskart muniċipali formali, ċifri dwar il-ġenerazzjoni tal-MSW jistgħu jissottovalutaw is-sitwazzjoni reali. Barra minn hekk, dan l-indikatur huwa affettwat minn fatturi esterni li mhumiex relatati mal-immaniġġjar tal-iskart fiż-żona lokali rilevanti, bħal post rurali/urban, prodott domestiku gross u mudelli ta’ konsum, temp u preżenza sinifikanti ta’ turisti/vjaġġaturi ta’ kuljum.

    3.3.2.   Ammont tal-MSW imħallat miġbur

    Dan l-indikatur ikejjel l-ammont annwali ta’ MSW imħallat miġbur għal kull resident. Dan l-indikatur huwa utli biex tiġi mmonitorjata s-sistema ta’ ġbir separat tal-MSW u l-kapaċità tagħha li tixpruna l-MSW fil-frazzjonijiet miġbura separatament li jintbagħtu għar-riċiklaġġ. Fil-fatt, l-iskart imħallat, ġeneralment, jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ trattament inqas preferuti, skont il-ġerarkija tal-iskart, meta mqabbel mal-frazzjonijiet miġbura separatament.

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta’ eċċellenza

    (i57)

    Ammont ta’ skart imħallat miġbur (kg/kapita/sena).

    Dan l-indikatur iqis l-iskart miġbur bħala skart imħallat li ma jiġix separat mill-bidu. Dan ma jiġix affettwat biss mill-ammont tal-iskart li minflok ma jkun ġie separat mill-bidu jkun ġie ttrasportat bħala skart imħallat, iżda wkoll minn liema huma l-frazzjonijiet tal-iskart li għalihom ma hemm l-ebda sistema ta’ ġbir separat fis-seħħ. Għalhekk, l-ammont ta’ MSW imħallat ivarja b’mod sinifikanti skont it-tipi ta’ sistemi ta’ ġbir tal-iskart stabbiliti, pereżempju jekk il-bijoskart jinġabar separatament jew le, liema tip ta’ bijoskart jiddaħħal fil-frazzjoni miġbura separatament. Barra minn hekk, dan l-indikatur huwa affettwat minn fatturi esterni li mhumiex relatati mal-immaniġġjar tal-iskart fiż-żona lokali rilevanti, bħal post rurali/urban, prodott domestiku gross u mudelli ta’ konsum, temp u preżenza sinifikanti ta’ turisti/vjaġġaturi ta’ kuljum.

    3.3.3.   L-MSW li jintbagħat għall-irkupru tal-enerġija u/jew għar-rimi

    Dan l-indikatur ikejjel l-ammont annwali tal-MSW għal kull resident li jiġi ttrattat mill-inċinerazzjoni b’operazzjonijiet ta’ rkupru tal-enerġija u/jew ta’ rimi, bħar-rimi f’landfill jew l-inċinerazzjoni mingħajr irkupru tal-enerġija. Dan l-indikatur huwa utli biex jiġi mmonitorjat l-ammont tal-MSW ittrattat b’inqas għażliet favorevoli, meta mqabbel mar-riċiklaġġ, skont il-ġerarkija tal-iskart (jiġifieri l-irkupru tal-enerġija u/jew ir-rimi).

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i58)

    L-iskart li jintbagħat għall-irkupru tal-enerġija u/jew għar-rimi (kg/kapita/sena).

    (b23)

    L-ammont annwali ta’ MSW imħallat miġbur li jintbagħat għall-irkupru tal-enerġija u/jew għar-rimi huwa:

    inqas minn 15 % tal-medja nazzjonali tal-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali (23); jew

    inqas minn 70 kg/kapita.

    Dan l-indikatur iqis il-flussi kollha tal-MSW, li jintbagħtu direttament, bħala skart imħallat, jew wara pretrattament (pereżempju Trattament Mekkaniku Bijoloġiku), għall-irkupru tal-enerġija u/jew għar-rimi. Dan l-indikatur jinkludi wkoll il-fluss ta’ rifjuti mis-separazzjoni/riċiklaġġ tal-frazzjonijiet miġbura separatament li ma jiġux irriċiklati iżda li jintbagħtu għall-irkupru tal-enerġija u/jew għar-rimi. Fil-każ li informazzjoni dwar il-fluss ta’ rifjuti mis-separazzjoni/riċiklaġġ tal-frazzjonijiet miġbura separatament ma tkunx disponibbli, dan l-indikatur jista’ jiġi kkalkulat parzjalment, filwaqt li jiġi rrapportat biss l-ammont tal-iskart imħallat li jintbagħat għall-irkupru tal-enerġija u/jew għar-rimi. F’tali każ, l-awtorità tal-iskart lokali (jew il-kumpanija tal-immaniġġjar tal-iskart) tiddikjara b’mod ċar l-elementi li huma inklużi u dawk li mhumiex inklużi fil-kalkolu (24).

    Fl-aħħar nett, dan l-indikatur huwa affettwat minn fatturi esterni li mhumiex relatati mal-immaniġġjar tal-iskart fiż-żona lokali rilevanti, bħal post rurali/urban, prodott domestiku gross u mudelli ta’ konsum, temp u preżenza sinifikanti ta’ turisti/vjaġġaturi ta’ kuljum.

    3.3.4.   L-MSW li jintbagħat għar-rimi

    Dan l-indikatur ikejjel l-ammont annwali tal-MSW għal kull resident li jintbagħat għar-rimi, bħall-inċinerazzjoni mingħajr irkupru tal-enerġija jew rimi f’landfill. Dan l-indikatur huwa utli biex jiġi mmonitorjat jekk l-immaniġġjar tal-iskart tal-MSW ikunx tela’ ’l fuq fil-ġerarkija tal-iskart: fil-fatt, jekk jonqos l-iskart li jintbagħat għar-rimi, dan ifisser li kien hemm aktar skart li ġie evitat, li ġie ppreparat għall-użu mill-ġdid, li ġie rriċiklat jew li ntbagħat għall-irkupru tal-enerġija.

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta’ eċċellenza

    (i59)

    L-iskart li jintbagħat għar-rimi (kg/kapita/sena).

    (b24)

    L-ammont annwali ta’ MSW li jintbagħat għar-rimi huwa:

    inqas minn 2 % tal-medja nazzjonali tal-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali; jew

    inqas minn 10 kg/kapita.

    Dan l-indikatur iqis il-flussi kollha tal-MSW, li jintbagħtu direttament, bħala skart imħallat, jew wara pretrattament (pereżempju Trattament Mekkaniku Bijoloġiku), għar-rimi. Dan l-indikatur jinkludi wkoll il-fluss ta’ rifjuti mis-separazzjoni/riċiklaġġ tal-frazzjonijiet miġbura separatament li ma jiġux irriċiklati iżda li jintbagħtu għar-rimi. Fil-każ li informazzjoni dwar il-fluss ta’ rifjuti mis-separazzjoni/riċiklaġġ tal-frazzjonijiet miġbura separatament ma tkunx disponibbli, dan l-indikatur jista’ jiġi kkalkulat parzjalment, filwaqt li jiġi rrapportat biss l-ammont tal-iskart imħallat li jintbagħat għar-rimi. F’tali każ, l-awtorità tal-iskart lokali (jew il-kumpanija tal-immaniġġjar tal-iskart) tiddikjara b’mod ċar l-elementi li huma inklużi u dawk li mhumiex inklużi fil-kalkolu.

    Fl-aħħar nett, dan l-indikatur huwa affettwat minn fatturi esterni li mhumiex relatati mal-immaniġġjar tal-iskart fiż-żona lokali rilevanti, bħal post rurali/urban, prodott domestiku gross u mudelli ta’ konsum, temp u preżenza sinifikanti ta’ turisti/vjaġġaturi ta’ kuljum.

    Indikaturi speċifiċi ta’ fluss tal-iskart

    3.3.5.   Rata ta’ qbid ta’ fluss tal-iskart speċifiku

    Dan l-indikatur ikejjel is-sehem tal-ġenerazzjoni stmata ta’ frazzjoni tal-iskart speċifika li tinġabar separatament (pereżempju plastik, metall, karti u kartun, ħġieġ u mballaġġ imħallat). Dan l-indikatur huwa utli biex jiġi mmonitorjat kemm sistema ta’ ġbir tal-iskart separat hija effiċjenti fl-interċezzjoni tal-frazzjonijiet riċiklabbli.

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i60)

    Rata ta’ qbid ta’ fluss tal-iskart speċifiku (%).

    (b25)

    Ir-rata ta’ qbid għal skart tal-ħġieġ miġbur separatament bħala frazzjoni waħda (jiġifieri mhux f’sistema ta’ ġbir imħallat) hija ogħla minn 90 %.

    (b26)

    Ir-rata ta’ qbid għal skart tal-karti u kartun miġbur separatament bħala frazzjoni waħda (jiġifieri mhux f’sistema ta’ ġbir imħallat) hija ogħla minn 85 %.

    (b27)

    Ir-rata ta’ qbid għal skart tal-metalli miġbur separatament bħala frazzjoni waħda (jiġifieri mhux f’sistema ta’ ġbir imħallat) hija ogħla minn 75 %.

    (b28)

    Ir-rata ta’ qbid għal imballaġġ ta’ skart imħallat hija ogħla minn 65 %.

    Dan l-indikatur huwa kkalkulat billi l-ammont totali miġbur ta’ fluss ta’ skart miġbur separatament jiġi diviż bil-ġenerazzjoni totali tal-iskart li kien fil-mira ta’ dak il-ġbir separat, ikkalkulat bis-saħħa ta’ analiżi ta’ kompożizzjoni tal-iskart imħallat (25).

    Dan l-indikatur jista’ jiġi affettwat mill-preżenza ta’ skema ta’ rifużjoni tad-depożitu għal xi tipi ta’ skart (pereżempju fliexken tal-plastik) li għalihom id-data fil-livell lokali ma tistax tiġi diżaggregata. F’dan il-każ, ir-rata ta’ qbid attwali hija ogħla minn dik ikkalkulata, minħabba li l-ammonti tal-iskart miġbur mill-iskema ta’ rifużjoni tad-depożitu ma jidhrux fl-istatistika tal-iskart lokali ta’ frazzjonijiet tal-iskart miġbura separatament.

    3.3.6.   Rata ta’ impurità ta’ fluss tal-iskart speċifiku

    Dan l-indikatur ikejjel l-ammont ta’ materjali mhux fil-mira fi fluss tal-iskart miġbur separatament speċifiku. Dan l-indikatur huwa utli biex jiġi mmonitorjat kemm huwa effettiv il-ġbir ta’ skart separat, billi jiġi vvalutat l-ammont ta’ rimi żbaljat tal-iskart fil-frazzjonijiet riċiklabbli.

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta’ eċċellenza

    (i61)

    Rata ta’ impurità ta’ fluss tal-iskart speċifiku (%).

    Dan l-indikatur iqis l-ammont ta’ rimi żbaljat tal-iskart (li jirriżulta minn separazzjoni mill-bidu ħażina tal-iskart u vvalutat minn analiżi ta’ kompożizzjoni ta’ frazzjonijiet tal-iskart miġbura separatament), li jinsab fir-riċiklabbli miġbura separatament. L-ammont ta’ impuritajiet fi frazzjonijiet riċiklabbli miġbura separatament ivarja wkoll skont it-tip ta’ sistema ta’ ġbir separat fis-seħħ, pereżempju fliexken tal-plastik li jinġabru permezz ta’ skemi ta’ rifużjoni tad-depożitu għandhom it-tendenza li jkollhom impuritajiet baxxi ħafna, filwaqt li dawn huma konsiderevolment ogħla għall-imballaġġ ħafif imħallat.

    3.3.7.   Bijoskart fi skart imħallat

    Dan l-indikatur ikejjel l-ammont annwali ta’ bijoskart inkluż fl-iskart imħallat għal kull resident. Dan l-indikatur huwa utli biex jiġi mmonitorjat l-ammont ta’ bijoskart li ma jiġix separat mill-bidu b’mod korrett u li jinqabad minn sistema ta’ ġbir ta’ bijoskart separat jew li jintuża mir-residenti fl-ikkompostjar fid-djar/fil-komunità.

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta’ eċċellenza

    (i62)

    Bijoskart fi skart imħallat (kg/kapita/sena).

    (b29)

    L-ammont annwali ta’ bijoskart fi skart imħallat huwa inqas minn 10 kg/kapita.

    L-ammont ta’ bijoskart fi skart imħallat huwa kkalkulat mill-analiżi ta’ kompożizzjoni tal-iskart imħallat. L-ammont ta’ bijoskart fi skart imħallat ivarja wkoll skont it-tip ta’ sistema ta’ ġbir separat ta’ bijoskart fis-seħħ, pereżempju liema tip ta’ bijoskart jiddaħħal fil-frazzjoni miġbura separatament, jekk l-ikkompostjar fid-djar/fil-komunità jkunx disponibbli għar-residenti.

    3.4.   BEMPs għall-iskart mill-kostruzzjoni u mit-twaqqigħ tal-bini

    Il-BEMPs ippreżentati f’din it-taqsima jittrattaw l-immaniġġjar tal-iskart mill-kostruzzjoni u mit-twaqqigħ tal-bini (CDW).

    3.4.1.   Pjanijiet integrati għall-iskart mill-kostruzzjoni u mit-twaqqigħ tal-bini

    Għandha tkun BEMP għall-awtoritajiet lokali biex jiżviluppaw u jimplimentaw pjanijiet integrati għas-CDW li:

    Jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati mill-industrija tal-kostruzzjoni lokali, rappreżentanti ta’ residenti, assoċjazzjonijiet ta’ negozji lokali, u atturi pubbliċi rilevanti;

    Jipprijoritizzaw il-prevenzjoni tal-iskart fi proġetti tal-kostruzzjoni permezz ta’ strumenti orjentati lejn l-industrija u l-amministrazzjoni pubblika, bħal kodiċi ta’ prattika ta’ demolizzjoni u promozzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku xierqa;

    Jistabbilixxu rekwiżiti minimi għas-separazzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart fis-siti tal-kostruzzjoni ta’ ċertu daqs, pereżempju rekwiżiti għal pjan ta’ mmaniġġjar tal-iskart għas-sit (SWMP), jew frazzjonijiet meħtieġa li għandhom jiġu separati;

    Jidentifikaw u jikkwantifikaw flussi futuri ta’ skart, jiżguraw li l-pjan ta’ żvilupp urban lokali jalloka biżżejjed żoni għall-ġbir u t-trattament ta’ CDW;

    Jikkalkulaw il-kostijiet totali u l-impatt tal-implimentazzjoni;

    Jistabbilixxu aktar objettivi ambizzjużi mill-miri ta’ riċiklaġġ tas-CDW tal-UE jew nazzjonali kif ukoll mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u nfurzar xierqa;

    Jinkludu miżuri biex jiġi evitat ir-rimi illegali u tingħata gwida ċara (pereżempju għall-SMEs, residenti u produtturi ta’ kwantitajiet żgħar ħafna ta’ CDW) dwar prattiki ta’ mmaniġġjar tas-CDW tajbin.

    Applikabbiltà

    Il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-iskart lokali għas-CDW huwa strument li jintuża komunement mir-reġjuni u mill-muniċipalitajiet il-kbar.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i63)

    Sehem tas-CDW totali miġbur li jiġi segregat u mmaniġġjat b’mod korrett lejn l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew l-irkupru (%).

    (i64)

    Dispożizzjoni għal awditi ta’ qabel it-twaqqigħ immirati lejn l-użu mill-ġdid (Iva/le).

    (b30)

    Pjan ta’ mmaniġġjar integrat tas-CDW huwa implimentat b’rata ta’ riċiklaġġ tas-CDW fil-mira ta’ mill-inqas 80 % fl-2020 u dispożizzjonijiet għal mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u nfurzar.

    3.4.2.   Evitar tal-kontaminazzjoni tal-poliklorobifenil (PCB) tal-iskart mill-kostruzzjoni u mit-twaqqigħ tal-bini

    Fil-każ ta’ twaqqigħ tal-bini jew dekostruzzjoni kif ukoll rikostruzzjoni ta’ binjiet, pontijiet u strutturi mill-ħamsinijiet, mis-sittinijiet u mis-sebgħinijiet, hemm riskju li l-materjali tas-CDW jistgħu jkunu kkontaminati bil-poliklorobifenili (PCBs) li jipprevjenu r-riċiklaġġ tagħhom.

    Għandha tkun BEMP għall-awtoritajiet tal-iskart biex jintroduċu dispożizzjonijiet fil-pjan tas-CDW (ara t-Taqsima 3.4.1) li jinkludu:

    awditjar minn qabel u mmappjar tal-bini, pont jew struttura li għandhom jitwaqqgħu, jitkissru jew jiġu rikostrutti sabiex jiġi identifikat kwalunkwe materjal li jkun fih il-PCB (pereżempju siġillanti);

    tneħħija separata tal-materjali li jkun fihom il-PCB mill-bqija tas-CDW;

    ġbir separat u rimi xieraq tal-materjali li jkun fihom il-PCB li jitneħħew.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli b’mod wiesa’ għall-awtoritajiet tal-iskart responsabbli għas-CDW. Xogħlijiet żgħar, li jipproduċu inqas minn tunnellata waħda ta’ CDW jew li jaffettwaw inqas minn 10 m2 tal-erja tal-wiċċ tal-bini, jistgħu jiġu esklużi mid-dispożizzjonijiet dwar l-identifikazzjoni u s-separazzjoni tal-PCBs fil-pjan tas-CDW.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i65)

    Inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet għall-immappjar u t-tneħħija u l-ġbir separat tal-materjali li jkun fihom il-PCB fil-pjan tas-CDW (Iva/le).

    3.4.3.   Skemi lokali għall-immaniġġjar xieraq ta’ asbestos skart imneħħi mir-residenti

    Għandha tkun BEMP għall-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart biex jiżguraw il-maniġment xieraq tal-kwantitajiet iż-żgħar ta’ skart mill-kostruzzjoni u mit-twaqqigħ tal-bini li jkun fih l-asbestos imneħħi mill-binjiet privati mir-residenti mingħajr l-intervent ta’ kumpanija speċjalizzata. Biex jagħmlu dan, huma jistgħu jipprovdu:

    struzzjonijiet ċari dwar il-kundizzjoni meħtieġa (pereżempju l-ebda riskju ta’ tixrid tat-trab) sabiex il-materjal tal-asbestos ikun jista’ jitneħħa mis-sid privat u dwar kif is-sit tal-kostruzzjoni għandha titħejja għat-tneħħija tal-asbestos;

    gwida dwar ir-regoli li s-sid privat għandu jsegwi sabiex jiżgura s-saħħa u s-sigurtà tar-residenti fil-viċin waqt it-tneħħija;

    lista ta’ kumpaniji ċċertifikati jew informazzjoni dwar il-punti ta’ ġbir għall-iskart li jkun fih l-asbestos;

    basktijiet miksija darbtejn li jistgħu jiġu ssiġillati (għall-ġbir/rimi) disponibbli għar-residenti li jwettqu t-tneħħija;

    jew punti ta’ ġbir xierqa (pereżempju l-faċilitajiet għall-iskart goff) jew servizzi ta’ ġbir mid-djar mingħajr ħlas.

    L-awtoritajiet lokali ewlenin jagħmlu pass ieħor u jistabbilixxu strateġija għall-valutazzjoni tal-preżenza tal-asbestos fit-territorju tagħhom, filwaqt li jgħinu lis-sidien privati jippjanaw azzjoni xierqa u jżommu rekord tal-asbestos kollha fil-binjiet anke qabel jitneħħew.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli biss għal ċertu asbestos imwaħħla bis-siment (bħal kisi tas-soqfa fuq barra u fuq ġewwa u tal-ħitan magħmul bis-siment tal-asbestos; pajpijiet l-isfel u kanali tal-asbestos, eċċ.) f’kundizzjoni tajba (l-ebda riskju ta’ tixrid tat-trab) u f’każ ta’ ammonti żgħar ħafna. Asbestos imwaħħla bis-siment li jinsabu f’riskju ta’ tixrid tat-trab, kif ukoll applikazzjonijiet oħra tal-asbestos, speċjalment dawk li għandhom densità aktar baxxa (jew li jitfarrku/imrammla) bħal bords iżolanti, insulazzjoni tas-sħana, jew asbestos sprejjat, dejjem huma meħtieġa jitneħħew u jintremew minn kuntrattur speċjalist.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i66)

    Numru ta’ punti ta’ ġbir għall-iskart tal-asbestos għal kull 100 000 resident.

    (i67)

    Ammont totali ta’ asbestos miġbur permezz tal-iskema, espress f’piż (tunnellati) jew erja tal-wiċċ (m2).

    (i68)

    Numru ta’ basktijiet li jistgħu jiġu ssiġillati għall-ġbir/ir-rimi tal-asbestos użati mir-residenti.

    (b31)

    Hemm mill-inqas punt ta’ ġbir wieħed għal kull 100 000 resident jew ġbir mid-djar mingħajr ħlas għall-asbestos skart imneħħi mir-residenti.

    3.4.4.   L-ipproċessar tal-iskart tal-plasterboard għat-trawwim tar-riċiklaġġ

    Għandha tkun BEMP għall-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart biex jipproċessaw l-iskart tal-plasterboard biex jirkupraw il-ġipsum. L-ipproċessar tal-iskart tal-plasterboard għall-irkupru ta’ ġipsum normalment jikkonsisti fil-passi li ġejjin (għall-iskart tal-plasterboard segregat tajjeb): akkoljenza, kontroll viżwali u klassifikazzjoni, separazzjoni ta’ materjali mhux xierqa (pereżempju metalli), (jekk ikun meħtieġ) raggruppament tal-panelli skont id-daqs, is-separazzjoni tal-karti u tal-ġipsum (permezz ta’ proċess ta’ tħin u tgħarbil) u t-tgħarbil tal-ġipsum. Il-ġipsum irkuprat imbagħad jista’ jintuża (normalment sa 25 % tal-kontenut totali) għall-produzzjoni ta’ plasterboard ġdid.

    Applikabbiltà

    Ma hemm l-ebda ostakolu tekniku fuq l-applikabbiltà ta’ din il-BEMP. Madankollu, hemm ostakoli ekonomiċi sinifikanti: ir-riċiklabbiltà tal-iskart tal-plasterboard tiddependi fuq il-livell ta’ segregazzjoni fis-sit fejn jiġi ġġenerat (26) u segregazzjoni ħażina twassal għal sitwazzjonijiet li ma jkunux kosteffiċjenti. Barra minn hekk, il-kostijiet tat-trasport tal-iskart tal-plasterboard fuq distanzi twal jistgħu jaffettwaw ukoll il-vijabbiltà ekonomika.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i69)

    Effiċjenza tal-irkupru tal-materjal fl-impjant tal-ipproċessar tal-iskart tal-plasterboard (%).

    3.4.5.   L-ipproċessar tas-CDW għall-produzzjoni ta’ aggregati rriċiklati

    Għandha tkun BEMP għall-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart li jittrattaw is-CDW biex jirkupraw il-konkrit mis-CDW bħala aggregat tal-konkrit irriċiklat (RCA). Dan l-ipproċessar iseħħ fl-impjanti u normalment jikkonsisti fil-passi li ġejjin (għal CDW segregat sew): akkoljenza, karatterizzazzjoni u identifikazzjoni tas-CDW li jasal, preselezzjoni (manwali), skrining ta’ materjali kbar, separazzjoni manjetika, skrining għal materjali fini, tgħaffiġ, skrining u tgħaffiġ sekondarju.

    Ir-riċiklabbiltà tal-elementi inerti tas-CDW tiddependi fuq il-livell ta’ segregazzjoni fis-sit fejn dawn jiġu ġġenerati (27) u segregazzjoni ħażina twassal biex l-ipproċessar ta’ CDW ma jkunux kosteffiċjenti.

    Applikabbiltà

    Ma hemm l-ebda limitazzjoni speċifika għall-applikabbiltà ta’ din il-BEMP dment li s-CDW ikun segregat sew fil-frazzjonijiet differenti fis-siti tal-kostruzzjoni.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i70)

    Effiċjenza tal-irkupru tal-materjal fl-impjant tal-ipproċessar tas-CDW (%).

    (i71)

    Ammont annwali ta’ RCA kkummerċjalizzat (t/sena).

    3.5.   BEMPs għall-iskart marbut mal-kura tas-saħħa

    Il-BEMPs ippreżentati f’din it-taqsima jittrattaw l-immaniġġjar tal-iskart marbut mal-kura tas-saħħa (HCW).

    BEMPs għas-segregazzjoni tal-iskart marbut mal-kura tas-saħħa

    3.5.1.   Inkoraġġiment tas-segregazzjoni tal-iskart marbut mal-kura tas-saħħa fil-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa

    Hemm potenzjal sinifikanti li jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-immaniġġjar tal-iskart marbut mal-kura tas-saħħa (HCW), b’mod partikolari billi jkunu fil-mira prevenzjoni, segregazzjoni u trattament aħjar ta’ skart mhux perikoluż, b’kunsiderazzjoni xierqa tas-sigurtà. Għandha tkun BEMP għall-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-HCW biex:

    Jorganizzaw awditi tal-iskart fil-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa sabiex itejbu l-għarfien tad-diversi frazzjonijiet tal-iskart u l-prattiki ta’ mmaniġġjar tal-iskart attwali.

    Jgħinu lill-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa bid-definizzjoni tas-sistema tal-immaniġġjar tal-iskart tagħhom billi jistabbilixxu linji gwida ċari għall-kategoriji tal-iskart li għandu jiġi separat.

    Jorganizzaw sessjonijiet ta’ taħriġ biex iqajmu sensibilizzazzjoni fost il-persunal tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u jispjegaw ir-regoli għas-segregazzjoni tal-iskart (sessjonijiet ta’ taħriġ għandhom jitfasslu skont ir-rwol differenti tal-persunal fi ħdan il-faċilità tal-kura tas-saħħa u jagħtu attenzjoni speċjali lill-indirizzar tan-nuqqasijiet ta’ konformità identifikati waqt l-awditi jew waqt l-immaniġġjar tal-HCW mill-kumpanija tal-immaniġġjar tal-HCW).

    Jipprovdu materjal ta’ informazzjoni (posters, indikazzjonijiet fuq il-kontejners, eċċ.) biex jgħinu lill-persunal tal-faċilità tal-kura tas-saħħa bl-istruzzjonijiet.

    Jimmonitorjaw ir-riżultati u l-impatti tal-azzjoni billi jiddefinixxu sett ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (inkluż il-maniġment tar-riskju u l-iffrankar finanzjarju).

    Jimplimentaw soluzzjonijiet tekniċi innovattivi li jnaqqsu l-impatt ambjentali ġenerali tas-sistema tal-immaniġġjar tal-iskart, pereżempju fuq l-użu mill-ġdid tal-kontenituri għall-ġbir tal-HCW.

    Segregazzjoni aħjar tal-iskart prodott fil-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa tippermetti aktar riċiklaġġ minħabba li tevita li l-iskart perikoluż, inklużi r-riċiklabbli (pereżempju karti pprintjati, fliexken tal-plastik), jitpoġġa flimkien mal-iskart perikoluż b’mod mhux korrett.

    Applikabbiltà

    Ma hemm l-ebda limitazzjoni speċifika għall-applikabbiltà ta’ din il-BEMP mill-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-HCW. Madankollu, l-impenn tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa lejn immaniġġjar tal-HCW imtejjeb għandu rwol ewlieni għat-tip ta’ miżuri u suċċess tal-azzjonijiet implimentati.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i72)

    Sehem tal-membri tal-persunal tal-faċilità tal-kura tas-saħħa tal-klijent li jkun attenda sessjoni ta’ taħriġ dwar l-iskart f’dawn l-aħħar sentejn (%).

    (i73)

    Sehem tat-tweġibiet korretti mogħtija mill-membri tal-persunal tal-faċilità tal-kura tas-saħħa tal-klijent fl-istħarriġiet ta’ evalwazzjoni wara t-taħriġ dwar l-immaniġġjar tal-iskart fil-faċilità tal-kura tas-saħħa (%).

    (i74)

    Rati ta’ ġbir għal kull frazzjoni tal-iskart, għal kull sodda jew għal kull pazjent, skont il-frazzjonijiet speċifiċi miġbura f’kull faċilità tal-kura tas-saħħa (kg/pazjent/jum).

    3.5.2.   Ġbir tal-iskart marbut mal-kura tas-saħħa għad-djar

    Din il-BEMP tiffoka fuq sistemi ta’ ġbir implimentati mill-awtoritajiet lokali u/jew mill-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart biex jiġbru HCW perikoluż iġġenerat mid-djar, speċifikament penetranti u labar iġġenerati minn trattamenti li jsiru fid-djar.

    Għandha tkun BEMP li tadotta skema ta’ ġbir tal-HCW separat għad-djar li tiżgura ġbir u mmaniġġjar tal-HCW sikur u ekoloġiku billi:

    tivvaluta l-kwantitajiet tal-HCW li jirriżulta;

    tipprovdi kaxex adattati għall-ġbir;

    tagħżel metodi ta’ ġbir u frekwenza ta’ ġbir skont il-kundizzjonijiet lokali;

    tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati, tipikament: farmaċiji u atturi tal-kura tas-saħħa oħra (bħal tobba u infermiera mediċi), pazjenti li jwettqu trattament fid-djar u l-industrija medika;

    tistabbilixxi kontrolli u azzjonijiet korrettivi għas-sistema ta’ ġbir tal-HCW.

    Applikabbiltà

    Il-BEMP hija applikabbli għall-awtoritajiet lokali kollha u/jew għall-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i75)

    Numru ta’ punti ta’ ġbir għall-HCW iġġenerat mid-djar għal kull 10 000 resident, skont it-tip (faċilitajiet għall-iskart goff, farmaċiji, kontenituri tat-toroq).

    (i76)

    Numru ta’ kaxex individwali għall-HCW iġġenerat mid-djar li jitqassmu permezz ta’ punti ta’ ġbir jew fuq talba.

    (i77)

    Kwantità ta’ HCW iġġenerat mid-djar li jinġabar (kg/kapita/sena).

    (i78)

    Sehem ta’ HCW (pereżempju penetranti) fl-iskart domestiku mħallat (%).

    BEMPs għat-trattament tal-iskart marbut mal-kura tas-saħħa

    3.5.3.   Trattamenti alternattivi għall-iskart relatat mal-kura tas-saħħa

    Inċinerazzjoni b’temperatura għolja hija l-aktar metodu ta’ trattament komuni għall-iskart marbut mal-kura tas-saħħa (HCW) minħabba tħassib dwar is-sigurtà; madankollu, din għandha impatti ambjentali sinifikanti bħal użu għoli tal-enerġija, tnaqqis tar-riżorsi naturali u emissjonijiet. Hemm trattamenti alternattivi li jistgħu jiggarantixxu wkoll livelli ta’ sigurtà għall-flussi tal-iskart ta’ tħassib (pereżempju skart infettiv, skart anatomiku, penetranti u skart farmaċewtiku) u dawn jistgħu jiksbu prestazzjoni ambjentali aħjar minn inċinerazzjoni b’temperatura għolja, pereżempju bis-saħħa ta’ tnaqqis fl-użu tal-enerġija jew effiċjenza aħjar tar-riżorsi (żieda fir-rata ta’ riċiklaġġ mill-HCW).

    Meta jintużaw trattamenti alternattivi għall-HCW, għandha tkun BEMP li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

    Awtoklava:

    segregazzjoni ottimali fis-sors;

    daqs tal-partiċella omoġenja fil-bokka;

    sterilizzazzjoni bbażata fuq il-fwar flimkien ma’ tqattigħ simultanju/ta’ wara;

    pass ta’ tnixxif wara t-trattament;

    output separat għal kull fluss ta’ materjal meta jkun possibbli u li jintbagħat għar-riċiklaġġ;

    inċinerazzjoni bl-irkupru tal-enerġija tal-outputs mhux riċiklabbli adattati.

    Microwaving:

    segregazzjoni ottimali fis-sors;

    żieda tal-ilma fil-bokka;

    pass ta’ tnixxif wara t-trattament;

    output separat għal kull fluss ta’ materjal meta jkun possibbli u li jintbagħat għar-riċiklaġġ;

    inċinerazzjoni bl-irkupru tal-enerġija tal-outputs mhux riċiklabbli adattati.

    Trattamenti kimiċi:

    segregazzjoni ottimali fis-sors;

    output mhux meqjus bħala skart perikoluż jew ittrattat għal irkupru ottimali;

    aġent ta’ sterilizzazzjoni huwa riċiklabbli fil-proċess;

    output separat għal kull fluss ta’ materjal meta jkun possibbli u li jintbagħat għar-riċiklaġġ;

    inċinerazzjoni bl-irkupru tal-enerġija tal-outputs mhux riċiklabbli adattati.

    Applikabbiltà

    L-inċinerazzjoni b’temperatura għolja għadha l-aktar trattament komuni għall-HCW. Erba’ fatturi ewlenin jaffettwaw l-applikabbiltà ta’ trattamenti alternattivi: segregazzjoni mill-bidu, li tipprova s-sigurtà ta’ trattamenti alternattivi fit-trattament ta’ ċerti frazzjonijiet ta’ skart seggregat, il-kapaċità ta’ operazzjoni ottimali għall-inċinerazzjoni u l-qafas ġuridiku nazzjonali għat-trattament HCW.

    Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta’ eċċellenza

    (i79)

    Sehem tal-HCW immaniġġjat mill-kumpanija tal-immaniġġjar tal-HCW ipproċessat minn trattamenti alternattivi (%).

    (i80)

    Ammont tal-HCW ipproċessat minn trattamenti alternattivi (kg HCW kull siegħa, jum jew ċiklu).

    (i81)

    Konsum tal-ilma għal kull kg ta’ skart ipproċessat minn trattamenti alternattivi (litri/kg).

    4.   INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SPEĊIFIĊI GĦAS-SETTUR IRRAKKOMANDATI

    It-tabella li ġejja telenka selezzjoni ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali għas-settur tal-immaniġġjar tal-iskart, flimkien ma’ parametri referenzjarji relatati u referenza għall-BEMPs rilevanti. Dawn huma subsett tal-indikaturi kollha msemmija fil-Taqsima 3.

    Tabella 4.1

    Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur tal-immaniġġjar tal-iskart

    Indikatur

    Unitajiet komuni

    Grupp prinċipali taħt mira

    Deskrizzjoni qasira

    Livell minimu ta’ monitoraġġ irrakkomandat

    Indikatur ewlieni tal-EMAS relatat (28)

    Parametru referenzjarju ta’ eċċellenza

    BEMP relatata (29)

    BEMPS TRAŻVERSALI

    Il-miri ġenerali għat-titjib tas-sistema tal-immaniġġjar tal-iskart huma fis-seħħ

    Iva/le

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Il-miri ġenerali għat-titjib tas-sistema tal-immaniġġjar tal-iskart huma fis-seħħ (pereżempju abbażi tal-indikaturi ddefiniti f’dan id-dokument).

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Strateġija integrata għall-immaniġġjar tal-iskart li tinkludi miri ġenerali fit-tul (jiġifieri 10–20 sena) u għal żmien qasir (jiġifieri 1–5 snin) għat-titjib tal-prestazzjoni tas-sistema tal-immaniġġjar tal-iskart hija fis-seħħ u tiġi riveduta regolarment (mill-inqas kull 3 snin).

    3.1.1

    Applikazzjoni sistematika ta’ mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja, u, fejn meħtieġ, it-twettiq ta’ valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart

    Iva/le

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Il-mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja tiġi applikata sistematikament, u fejn meħtieġ, issir valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal Emissjonijiet

    L-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart hija mfassla u implimentata fuq il-bażi tal-applikazzjoni sistematika tal-mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja u, fejn meħtieġ, studji ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja ad-hoc.

    3.1.2

    Użu ta’ strumenti ekonomiċi fil-livell lokali biex jistimolaw imġiba tajba

    Iva/le

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Strumenti ekonomiċi (pereżempju taxxi u modulazzjoni tat-taxxa, imposti fuq il-prodotti, ipprezzar tal-iskart, skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur u skemi ta’ rifużjonijiet tad-depożitu) jintużaw fil-livell lokali biex jistimolaw imġiba tajba fil-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal Emissjonijiet

    Strumenti ekonomiċi stabbiliti fil-livell lokali fil-forma ta’ taxxi u modulazzjoni tat-taxxa, imposti fuq il-prodotti, ipprezzar tal-iskart, skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur u skemi ta’ rifużjonijiet tad-depożitu huma implimentati sistematikament bħala mezz biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart lokali

    Għall-awtoritajiet lokali, skema ta’ rifużjoni tad-depożitu għat-tazez, kikkri, platti u pożati tinsab fis-seħħ għall-festivals u l-avvenimenti pubbliċi kbar kollha organizzati fit-territorju tal-awtorità lokali.

    3.1.3

    Tekniki mill-aktar avvanzati rilevanti deskritti fid-dokumenti ta’ referenza elenkati fit-taqsima 3.1.4 huma implimentati

    Iva/le

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Tekniki mill-aktar avvanzati deskritti fid-dokumenti ta’ referenza elenkati fit-taqsima 3.1.4 u meqjusa bħala rilevanti mill-organizzazzjoni huma implimentati.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal Emissjonijiet

    N/A

    3.1.4

    BEMPS GĦALL-ISKART SOLIDU MUNIĊIPALI (MSW)

    Kost totali tal-immaniġġjar tal-MSW għal kull resident fis-sena

    EUR/kapita/sena

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Kost totali annwali tal-immaniġġjar tal-MSW fiż-żona lokali rilevanti, inklużi l-fażijiet kollha tal-immaniġġjar tal-iskart u l-attivitajiet imwettqa, għal kull resident fis-sena.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart

    N/A

    3.2.1

    Frekwenza ta’ analiżi ta’ kompożizzjoni ta’ skart imħallat

    Xhur

    Snin

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Kemm-il darba titwettaq analiżi ta’ kompożizzjoni ta’ skart imħallat (ta’ kampjun rappreżentattiv) (analiżi ta’ kompożizzjoni waħda kull # xhur jew snin).

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Analiżi ta’ kompożizzjoni ta’ skart imħallat titwettaq mill-inqas erba’ darbiet fis-sena (waqt staġuni differenti) kull tliet snin jew wara kwalunkwe bidla sostanzjali fis-sistema tal-immaniġġjar tal-iskart.

    3.2.2

    Hemm fis-seħħ sistema ta’ ħallas skont kemm tarmi (PAYT)

    Iva/le

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Hemm fis-seħħ sistema ta’ ħallas skont kemm tarmi (PAYT) fiż-żona lokali rilevanti.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Hemm fis-seħħ sistema ta’ ħallas skont kemm tarmi, li skontha mill-inqas 40 % tal-kostijiet jiġu imposti fuq l-utenti skont il-kwantità (kg jew m3) ta’ skart imħallat miġbur, id-daqs tal-laned għall-ġbir tal-iskart u/jew l-għadd ta’ drabi ta’ ġbir.

    3.2.3

    Inklużjoni tal-iskart mgħoddi lill-faċilitajiet għall-iskart goff fis-sistema PAYT

    Iva/le

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    L-iskart mgħoddi mill-utenti tas-sistema tal-immaniġġjar tal-iskart lill-faċilitajiet għall-iskart goff huwa inkluż fis-sistema PAYT.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Is-sistema PAYT tinkludi wkoll l-iskart mgħoddi lill-faċilitajiet għall-iskart goff.

    3.2.3

    Baġit li ntefaq fuq is-sensibilizzazzjoni għal kull resident fis-sena

    EUR/kapita/sena

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Infiq annwali għal attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni fiż-żona lokali rilevanti diviż bin-numru ta’ residenti.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Il-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni huma implimentati sistematikament għal tipi differenti ta’ gruppi fil-mira (pereżempju l-istudenti, il-pubbliku ġenerali, l-utenti tal-faċilitajiet għall-iskart goff) u l-baġit annwali ddedikat għal attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni huwa mill-inqas ta’ EUR 5 għal kull resident.

    3.2.5

    Numru ta’ konsulenti tal-iskart għal kull 100 000 resident

    numru/100 000 resident

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Numru ta’ konsulenti tal-iskart għal kull 100 000 resident fiż-żona lokali rilevanti.

    Territorju amministrat jew popolazzjoni servuta

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Netwerk ta’ konsulenti tal-iskart huwa fis-seħħ b’mill-inqas konsulent tal-iskart wieħed għal kull 20 000 resident.

    3.2.6

    Sehem tal-popolazzjoni li qiegħda tagħmel ikkompostjar fid-djar/fil-komunità jew li għaliha l-ikkompostjar fil-komunità huwa disponibbli

    %

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Sehem tal-popolazzjoni li qiegħda tagħmel l-ikkompostjar fid-djar jew li għaliha l-ikkompostjar fil-komunità huwa disponibbli mill-popolazzjoni totali kollha fiż-żona lokali rilevanti.

    Territorju amministrat jew popolazzjoni servuta

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Ir-residenti kollha għandhom aċċess għal ġbir separat tal-bijoskart jew ikkompostjar fid-djar u fil-komunità tal-bijoskart.

    3.2.7

    L-istabbiliment ta’ pjan għall-prevenzjoni tal-iskart lokali, inklużi miri fit-tul u għal żmien qasir u dispożizzjonijiet għal monitoraġġ regolari

    Iva/le

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Pjan għall-prevenzjoni tal-iskart lokali huwa stabbilit, inklużi miri fit-tul u għal żmien qasir u dispożizzjonijiet għal monitoraġġ regolari.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Il-prevenzjoni tal-iskart għandha rilevanza strateġika fl-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart, li tinkludi programm għall-prevenzjoni tal-iskart lokali li jsostni miri ta’ prevenzjoni tal-iskart fit-tul (jiġifieri 10–20 sena) u għal żmien qasir (jiġifieri 1–5 snin) u li tinkludi dispożizzjonijiet għal monitoraġġ regolari.

    3.2.8

    Numru jew kwantità tal-prodotti li jkunu waslu fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom li jinġabru għall-użu mill-ġdid u oġġetti tal-iskart li jintbagħtu għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid

    Kg/sena

    Numru/sena

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Numru jew kwantità annwali (jiġifieri piż jew volum) tal-prodotti li jkunu waslu fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom li jinġabru għall-użu mill-ġdid u oġġetti tal-iskart li jintbagħtu għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    N/A

    3.2.9

    Numru annwali ta’ klijenti taċ-ċentri ta’ użu mill-ġdid/punti ta’ tiswija fil-komunità

    Numru/sena

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Numru annwali ta’ klijenti taċ-ċentri ta’ użu mill-ġdid u punti ta’ tiswija fil-komunità

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    N/A

    3.2.9

    Disponibbiltà ta’ żoni ta’ skambju ta’ prodotti/materjali bil-għan li jitrawwem l-użu mill-ġdid fil-faċilitajiet għall-iskart goff

    Iva/le

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Disponibbiltà ta’ żoni ta’ skambju ta’ prodotti/materjali, bil-għan li jitrawwem l-użu mill-ġdid, fil-faċilitajiet għall-iskart goff.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Fil-faċilitajiet għall-iskart goff hemm disponibbli żoni ta’ skambju ta’ prodotti/materjali bil-għan li jitrawwem l-użu mill-ġdid.

    3.2.9

    3.2.12

    Rata ta’ parteċipazzjoni

    %

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Sehem tal-popolazzjoni li tuża s-sistema ta’ ġbir tal-iskart; id-data normalment tkun disponibbli, abbażi tal-istimi, l-istħarriġiet, kemm-il darba l-landa għar-riċiklabbli titħalla barra għall-ġbir, eċċ.

    Territorju amministrat jew popolazzjoni servuta

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    N/A

    3.2.10

    Sehem taż-żona lokali koperta b’sistema speċifika ta’ ġbir tal-iskart

    %

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Sehem taż-żona lokali koperta b’sistema speċifika ta’ ġbir tal-iskart, pereżempju % ta’ żona urbana koperta mill-ġbir tal-MSW mid-djar.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Ġbir tal-iskart mid-djar ta’ mill-inqas erba’ frazzjonijiet ta’ skart huwa implimentat fit-territorju kollu li fih jiġi mmaniġġjat l-MSW.

    3.2.10

    Numru ta’ faċilitajiet għall-iskart goff għal kull 100 000 resident.

    Numru/100 000 resident

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Numru ta’ faċilitajiet għall-iskart goff fiż-żona lokali rilevanti għal kull 100 000 resident.

    Territorju amministrat jew popolazzjoni servuta

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    N/A

    3.2.12

    Numru ta’ frazzjonijiet ta’ skart differenti miġbura fil-faċilitajiet għall-iskart goff

    Numru

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Numru ta’ frazzjonijiet ta’ skart differenti miġbura fil-faċilitajiet għall-iskart goff.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Fil-faċilitajiet għall-iskart goff, jinġabru mill-inqas 20 frazzjoni ta’ skart differenti.

    3.2.12

    Emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) għal kull tunnellata ta’ skart u km ivvjaġġat

    Kg CO2e/tkm

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Ammont totali ta’ emissjonijiet GHG iġġenerati waqt il-ġbir tal-iskart fuq perjodu ta’ żmien speċifiku, diviż bil-kwantità tal-iskart miġbur u d-distanza koperta mill-vetturi għall-ġbir tal-iskart fuq l-istess perjodu.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Emissjonijiet Effiċjenza enerġetika

    N/A

    3.2.13

    Konsum tal-fjuwil medju tal-vetturi għall-ġbir tal-iskart

    litri/100 km

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Fjuwil totali użat mill-vetturi għall-ġbir tal-iskart diviż bid-distanza totali (f’mijiet ta’ km) koperta fuq perjodu ta’ żmien speċifiku.

    Organizzazzjoni

    L-iskart Emissjonijiet Effiċjenza enerġetika

    N/A

    3.2.14

    Sehem tal-vetturi li huma Euro 6 fil-flotta totali ta’ vetturi għall-ġbir tal-iskart

    %

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Numru ta’ vetturi li huma Euro 6 fil-flotta ta’ vetturi għall-ġbir tal-iskart diviż bin-numru totali tal-vetturi għall-ġbir tal-iskart fil-flotta.

    Organizzazzjoni

    Effiċjenza enerġetika Emissjonijiet

    Il-vetturi għall-ġbir tal-iskart ġodda kollha mixtrija jew mikrija mill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart huma Euro 6 u jimxu bil-gass naturali kompressat jew bil-bijogass, jew huma ibridi jew elettriċi.

    3.2.14

    Sehem tal-prodotti koperti mill-EPR li jinsabu fl-iskart residwu abbażi ta’ analiżi ta’ kompożizzjoni

    %

    L-Organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-Responsabbiltà tal-Produtturi, l-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Sehem tal-prodotti koperti mill-EPR li jinsabu fl-iskart residwu abbażi ta’ analiżi ta’ kompożizzjoni ta’ skart imħallat.

    Territorju amministrat jew żona lokali rilevanti

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    N/A

    3.2.15

    Rata ta’ separazzjoni tal-impjant ta’ skart mill-imballaġġ ħafif imħallat

    %

    Operaturi tal-impjant

    Kwantità annwali ta’ materjali li jintbagħtu għar-riċiklaġġ diviża bil-kwantità annwali ta’ skart mill-imballaġġ imħallat ipproċessat.

    Dan l-indikatur jista’ jiġi kkalkulat għall-iskart mill-imballaġġ imħallat ġenerali kif ukoll permezz tal-fluss tal-output individwali.

    Faċilità ta’ separazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Il-faċilitajiet ta’ rkupru ta’ materjal li jisseparaw l-iskart mill-imballaġġ ħafif imħallat għandhom rata ta’ separazzjoni tal-impjant ta’ mill-inqas 88 %.

    3.2.16

    Ir-rata ta’ pproċessar tal-impjant ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik imħallat

    %

    Operaturi tal-impjant

    Kwantità annwali ta’ materjali li jintbagħtu għar-riċiklaġġ diviża bil-kwantità annwali ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik imħallat ipproċessat.

    Dan l-indikatur jista’ jiġi kkalkulat għall-iskart mill-imballaġġ tal-plastik imħallat ġenerali kif ukoll permezz tal-fluss tal-plastik tal-output individwali (pereżempju PE, HDPE, PP).

    Faċilità tal-ipproċessar

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Il-faċilitajiet ta’ rkupru tal-plastik li jipproċessaw l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik imħallat għandhom rata ta’ pproċessar tal-impjant ta’ mill-inqas 60 %.

    3.2.17

    Rata ta’ separazzjoni tal-impjant tal-iskart mis-saqqijiet

    %

    Operaturi tal-impjant

    Kwantità annwali ta’ materjali li jintbagħtu għar-riċiklaġġ diviża bil-kwantità annwali ta’ skart mis-saqqijiet ipproċessat.

    Faċilità ta’ separazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Faċilitajiet li jittrattaw l-iskart mis-saqqijiet għandhom rata ta’ separazzjoni tal-impjant ta’ mill-inqas 91 %.

    3.2.18

    Rata ta’ separazzjoni tal-impjant għal skart minn prodotti iġjeniċi li jassorbu (AHP)

    %

    Operaturi tal-impjant

    Kwantità annwali ta’ materjali li jintbagħtu għar-riċiklaġġ diviża bil-kwantità annwali ta’ skart minn AHP ipproċessat.

    Faċilità ta’ separazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Faċilitajiet li jittrattaw l-iskart minn prodotti iġjeniċi li jassorbu għandhom rata ta’ separazzjoni tal-impjant ta’ mill-inqas 90 %.

    3.2.19

    INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI KOMUNI GĦALL-ISKART SOLIDU MUNIĊIPALI

    Ġenerazzjoni tal-MSW

    kg/kapita/sena

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Ammont annwali ta’ MSW totali ġġenerat diviż bin-numru ta’ residenti.

    Territorju amministrat jew żona lokali rilevanti

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Il-ġenerazzjoni annwali tal-MSW fit-territorju amministrat jew immaniġġjat (miġbur mis-sistemi kollha ta’ ġbir tal-iskart differenti disponibbli fiż-żona) hija:

    inqas minn 75 % tal-medja nazzjonali tal-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali, bl-użu ta’ definizzjoni nazzjonali ta’ skart muniċipali tal-pajjiż tagħhom stess; jew

    inqas minn 360 kg/kapita, jekk ikkalkulat biss għall-frazzjonijiet tal-iskart li ġejjin:

    (i)

    organiku/bijoskart (pereżempju biċċiet tal-pjanti, ikel u skart tal-kċina),

    (ii)

    imballaġġ imħallat,

    (iii)

    karti u kartun,

    (iv)

    ħġieġ,

    (v)

    plastiks,

    (vi)

    metalli,

    (vii)

    skart goff,

    (viii)

    skart minn tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)

    u

    (ix)

    skart imħallat.

    3.3.1

    Ammont tal-MSW imħallat miġbur

    kg/kapita/sena

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Ammont annwali ta’ MSW imħallat miġbur diviż bin-numru ta’ residenti.

    Territorju amministrat jew żona lokali rilevanti

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    N/A

    3.3.2

    L-MSW li jintbagħat għall-irkupru tal-enerġija u/jew għar-rimi

    kg/kapita/sena

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Ammont annwali ta’ MSW li huwa ttrattat mill-inċinerazzjoni b’operazzjonijiet ta’ rkupru tal-enerġija u/jew ta’ rimi (bħar-rimi f’landfill jew l-inċinerazzjoni mingħajr irkupru tal-enerġija) diviż bin-numru ta’ residenti.

    Territorju amministrat jew żona lokali rilevanti

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    L-ammont annwali ta’ MSW imħallat miġbur li jintbagħat għall-irkupru tal-enerġija u/jew għar-rimi huwa:

    inqas minn 15 % tal-medja nazzjonali tal-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali; jew

    inqas minn 70 kg/kapita.

    3.3.3

    L-MSW li jintbagħat għar-rimi

    kg/kapita/sena

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Ammont annwali ta’ MSW li jintbagħat għar-rimi (bħall-inċinerazzjoni mingħajr irkupru tal-enerġija jew rimi f’landfill) diviż bin-numru ta’ residenti.

    Territorju amministrat jew żona lokali rilevanti

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    L-ammont annwali ta’ MSW li jintbagħat għar-rimi huwa:

    inqas minn 2 % tal-medja nazzjonali tal-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali; jew

    inqas minn 10 kg/kapita.

    3.3.4

    Rata ta’ qbid ta’ fluss tal-iskart speċifiku

    %

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Ammont ta’ fluss ta’ skart miġbur separatament diviż bil-ġenerazzjoni totali tal-iskart li kien fil-mira ta’ dak il-ġbir separat, ikkalkulat bis-saħħa ta’ analiżi ta’ kompożizzjoni tal-iskart imħallat.

    Territorju amministrat jew żona lokali rilevanti

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Ir-rata ta’ qbid għal skart tal-ħġieġ miġbur separatament bħala frazzjoni waħda (jiġifieri mhux f’sistema ta’ ġbir imħallat) hija ogħla minn 90 %.

    Ir-rata ta’ qbid għal skart tal-karti u kartun miġbur separatament bħala frazzjoni waħda (jiġifieri mhux f’sistema ta’ ġbir imħallat) hija ogħla minn 85 %.

    Ir-rata ta’ qbid għal skart tal-metalli miġbur separatament bħala frazzjoni waħda (jiġifieri mhux f’sistema ta’ ġbir imħallat) hija ogħla minn 75 %.

    Ir-rata ta’ qbid għal imballaġġ ta’ skart imħallat hija ogħla minn 65 %.

    3.3.5

    Rata ta’ impurità ta’ fluss tal-iskart speċifiku

    %

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Ammont ta’ materjali mhux fil-mira fi fluss tal-iskart miġbur separatament speċifiku.

    Territorju amministrat jew żona lokali rilevanti

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    N/A

    3.3.6

    Bijoskart fi skart imħallat

    kg/kapita/sena

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Ammont annwali ta’ bijoskart inkluż fl-iskart imħallat (ikkalkulat mill-analiżi ta’ kompożizzjoni ta’ skart imħallat) diviż bin-numru ta’ residenti.

    Territorju amministrat jew żona lokali rilevanti

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    L-ammont annwali ta’ bijoskart fi skart imħallat huwa inqas minn 10 kg/kapita.

    3.3.7

    BEMPS GĦALL-ISKART MILL-KOSTRUZZJONI U MIT-TWAQQIGĦ TAL-BINI (CDW)

    Sehem tas-CDW totali miġbur li jiġi segregat u mmaniġġjat b’mod korrett lejn l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew l-irkupru

    %

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Ammont annwali ta’ CDW li jiġi segregat u mmaniġġjat b’mod korrett lejn l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew l-irkupru diviż bl-ammont totali ta’ CDW.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Pjan ta’ mmaniġġjar integrat tas-CDW huwa implimentat b’rata ta’ riċiklaġġ tas-CDW fil-mira ta’ mill-inqas 80 % fl-2020 u dispożizzjonijiet għal mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u nfurzar.

    3.4.1

    Numru ta’ punti ta’ ġbir għall-iskart tal-asbestos għal kull 100 000 resident

    Numru/100 000 resident

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Numru ta’ punti ta’ ġbir, fiż-żona lokali rilevanti, għall-iskart tal-asbestos għal kull 100 000 resident.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    Hemm mill-inqas punt ta’ ġbir wieħed għal kull 100 000 resident jew ġbir mid-djar mingħajr ħlas għall-asbestos skart imneħħi mir-residenti.

    3.4.3

    Effiċjenza tal-irkupru tal-materjal fl-impjant tal-ipproċessar tal-iskart tal-plasterboard

    %

    Operaturi tal-impjant

    Ammont totali tal-iskart tal-plasterboard ipproċessat fl-impjant tal-iskart tal-plasterboard li minnu jitnaqqas l-ammont ta’ rifjuti ġġenerati, diviż bl-ammont totali ta’ skart tal-plasterboard ipproċessat.

    Faċilità tal-ipproċessar

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    N/A

    3.4.4

    Effiċjenza tal-irkupru tal-materjal fl-impjant tal-ipproċessar tas-CDW

    %

    Operaturi tal-impjant

    Ammont totali ta’ CDW ipproċessat fl-impjant tal-ipproċessar tas-CDW li minnu jitnaqqas l-ammont ta’ rifjuti ġġenerati, diviż bl-ammont totali ta’ CDW ipproċessat.

    Faċilità tal-ipproċessar

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    N/A

    3.4.5

    BEMPS GĦALL-ISKART MARBUT MAL-KURA TAS-SAĦĦA (HCW)

    Rati ta’ ġbir għal kull frazzjoni, għal kull sodda jew għal kull pazjent, skont il-frazzjonijiet speċifiċi miġbura f’kull faċilità tal-kura tas-saħħa

    kg/pazjent/jum

    kg/sodda/jum

    Kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Ammont ta’ frazzjoni tal-iskart speċifika miġbura kuljum diviż bin-numru ta’ pazjenti jew sodod fil-faċilità tal-kura tas-saħħa.

    Faċilità tal-kura tas-saħħa

    L-iskart Effiċjenza fl-użu tal-materjal

    N/A

    3.5.1

    Kwantità ta’ HCW iġġenerat mid-djar li jinġabar

    kg/kapita/sena

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Ammont annwali ta’ HCW iġġenerat mid-djar u li jinġabar minn sistema ta’ ġbir separat tal-HCW għar-residenti diviż bin-numru ta’ residenti.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart

    N/A

    3.5.2

    Sehem ta’ HCW fl-iskart domestiku mħallat

    %

    L-awtoritajiet tal-iskart u l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart

    Sehem tal-iskart HCW fl-iskart domestiku mħallat identifikat mill-analiżi ta’ kompożizzjoni ta’ kampjun rappreżentattiv.

    Territorju amministrat jew organizzazzjoni

    L-iskart

    N/A

    3.5.2


    (1)  Ir-rapport xjentifiku u ta’ politika huwa disponibbli pubblikament fuq is-sit web tal-JRC fl-indirizz li ġej: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/WasteManagementBEMP.pdf. Il-konklużjonijiet dwar l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni ambjentali u l-applikabbiltà tagħhom kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali identifikati u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza li jinsabu f’dan id-Dokument ta’ Referenza Settorjali, huma lkoll ibbażati fuq is-sejbiet iddokumentati fir-rapport xjentifiku u ta’ politika. L-informazzjoni ta’ sfond u d-dettalji tekniċi kollha jinsabu hemmhekk. Ir-referenza sħiħa tar-rapport xjentifiku u ta’ politika hija: Dri M., Canfora P., Antonopoulos I. S., Gaudillat P., Best Environmental Management Practice for the Waste Management Sector, JRC Science for Policy Report, EUR 29136 EN, Publications Office of the European Union, Lussemburgu, 2018, ISBN 978-92-79-80361-1, doi:10.2760/50247, JRC111059.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 tad-29 ta’ Ġunju 1993 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ kumpaniji fis-settur industrijali fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (ĠU L 168, 10.7.1993, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) (ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1).

    (4)  Skont l-Anness IV(B.f.) tar-Regolament EMAS, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha “sommarju tad-data disponibbli dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni fir-rigward tal-aspetti ambjentali sinifikattivi tagħha. Ir-rapputar għandu jkun kemm dwar l-indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali ċentrali u kemm dwar l-indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali speċifiċi kif imniżżlin fit-Taqsima C”. L-Anness IV - it-Taqsima C.3 jgħid li “kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward l-aspetti u l-impatti ambjentali diretti u indiretti sinifikanti li jkunu relatati mal-attivitajiet kummerċjali ewlenin tagħha, li jkunu jistgħu jitkejlu u jiġu vverifikati, u li mhumiex diġà koperti mill-indikaturi ċentrali. Ir-rappurtar dwar dawk l-indikaturi għandu jsir skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-introduzzjoni għal din it-taqsima. Fejn ikunu disponibbli, l-organizzazzjoni għandha tqis id-dokumenti ta’ referenza settorjali kif jissemmew fl-Artikolu 46 sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta’ indikaturi rilevanti speċifiċi għas-settur.

    (5)  Deskrizzjoni ddettaljata ta’ kull waħda mill-aħjar prattiki, bi gwida prattika dwar kif għandhom jiġu implimentati, hija disponibbli fir-rapport xjentifiku u ta’ politika ppubblikat mill-JRC u disponibbli onlajn fuq l-indirizz li ġej: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/WasteManagementBEMP.pdf. Il-qarrej huwa mistieden jikkonsultah jekk ikun interessat li jsir jaf aktar dwar uħud mill-aħjar prattiki deskritti f’dan id-dokument.

    (6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

    (7)  Id-Direttiva 2010/75/UE.

    (8)  Il-ġerarkija tal-iskart tikkonsisti fil-passi li ġejjin: il-prevenzjoni tal-iskart, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ, għall-irkupru u għar-rimi.

    (9)  ISO 14044:2006: Ġestjoni ambjentali - Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja - Rekwiżiti u linji gwida

    (10)  Għal aktar informazzjoni dwar il-kontenut tad-Dokumenti ta’ Referenza dwar l-Aħjar Tekniki Disponibbli u spjegazzjoni sħiħa ta’ termini u akronimi, jekk jogħġbok irreferi għas-sit web tal-Uffiċċju Ewropew tal-Prevenzjoni u tal-Kontroll Integrati tat-Tniġġis: http://eippcb.jrc.ec.europa.eu/

    (11)  Kriterji dwar it-tmiem tal-iskart ġew introdotti mill-Artikolu 6 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart f’Diċembru 2008 (2008/98/KE). Aktar informazzjoni tinsab fuq: http://ec.europa.eu/environment/waste/framework/end_of_waste.htm

    (12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1). Għal aktar informazzjoni dwar il-kontenut dwar id-Direttiva dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma u l-aċċess għat-test sħiħ, jekk jogħġbok irreferi għas-sit web li ġej: http://ec.europa.eu/environment/waste/landfill_index.htm

    (13)  L-ewwel żewġ elementi mhumiex meħtieġa fl-iskema PAYT abbażi ta’ boroż imħallsa minn qabel.

    (14)  Id-data normalment tkun disponibbli, abbażi tal-istimi, l-istħarriġiet, kemm-il darba l-landa għar-riċiklabbli titħalla barra għall-ġbir, eċċ.

    (15)  F’żoni fejn frazzjonijiet ta’ skart differenti jinġabru mħallta (pereżempju mballaġġ tal-iskart tal-metall u tal-plastik) il-frazzjoni mħallta titqies bħala frazzjoni waħda.

    (16)  Skont is-sistema ta’ ġbir tal-iskart fis-seħħ (pereżempju vetturi u/jew ġbir pnewmatiku, tipi ta’ vetturi) u d-data disponibbli, aktar alternattivi utli għal dan l-indikatur jistgħu jkunu: konsum tal-enerġija primarja għal kull tunnellata ta’ skart miġbur, domanda tal-enerġija kumulattiva għal kull tunnellata ta’ skart miġbur, emissjonijiet GHG għal kull tunnellata ta’ skart miġbur.

    (17)  Dan l-indikatur jista’ jiġi kkalkulat għall-iskart mill-imballaġġ imħallat ġenerali kif ukoll permezz tal-fluss tal-output individwali, abbażi ta’ analiżi ta’ kompożizzjoni tal-iskart mill-imballaġġ imħallat ipproċessat.

    (18)  Dan l-indikatur jista’ jiġi kkalkulat għall-iskart mill-imballaġġ imħallat ġenerali kif ukoll permezz tal-fluss tal-output individwali, abbażi ta’ analiżi ta’ kompożizzjoni tal-iskart mill-imballaġġ imħallat ipproċessat.

    (19)  Fil-kalkolu ta’ dan l-indikatur u ta’ dawk fit-taqsima 3.3.2, 3.3.3, 3.3.4 u 3.3.7, l-ammont annwali tal-iskart solidu muniċipali totali ġġenerat jista’ jiġi ssostitwit bl-ammont annwali tal-iskart domestiku totali ġġenerat, jekk tkun magħrufa d-data għall-iskart domestiku biss.

    (20)  Fil-kalkolu ta’ dan l-indikatur u ta’ dawk fit-taqsima 3.3.2, 3.3.3, 3.3.4 u 3.3.7, l-għadd ta’ residenti jista’ jiġi ssostitwit bil-popolazzjoni ekwivalenti fejn il-preżenza tat-turisti hija rilevanti. Il-popolazzjoni ekwivalenti hija kkalkulata abbażi tal-preżenza tat-turisti fuq il-perjodu meqjus għall-kalkolu.

    (21)  Kif irrapportat mill-Awtoritajiet Nazzjonali jew mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat).

    (22)  Il-frazzjonijiet li ġejjin intgħażlu minħabba li huma jiġu mmonitorjati komunement fl-UE mill-awtoritajiet tal-iskart lokali u mill-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart u ġeneralment dawn huma l-aktar frazzjonijiet rilevanti (skont il-piż) fl-MSW.

    (23)  Kif irrapportat mill-Awtoritajiet Nazzjonali jew mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat).

    (24)  Pereżempju, il-parametru referenzjarju b23 jirreferi biss għall-ammont tal-MSW miġbur bħala skart imħallat u li jintbagħat għall-irkupru tal-enerġija u/jew għar-rimi

    (25)  Eżempju illustrattiv, ir-rata ta’ qbid għall-frazzjoni miġbura separatament tal-iskart tal-ħġieġ hija kkalkulata kif ġej:

    Image 1

    Fejn:

    ġenerazzjoni totali tal-iskart tal-ħġieġ = kg ħġieġ miġbur separatament+ kg ta’ ħġieġ fi skart imħallat

    kg ta’ ħġieġ fi skart imħallat = kg ta’ skart imħallat totali*% ta’ ħġieġ fi skart imħallat

    % ta’ ħġieġ fi skart imħallat huwa kkalkulat mill-analiżi ta’ kompożizzjoni tal-iskart imħallat.

    (26)  F’xi każijiet, is-segregazzjoni fis-sit tal-kostruzzjoni tista’ ma tkunx possibbli minħabba restrizzjonijiet fl-ispazju. F’tali sitwazzjonijiet, l-iskart tal-plasterboard jista’ jiġi ttrattat minn qabel u jiġi segregat f’postijiet differenti qabel ma jiġi pproċessat.

    (27)  F’xi każijiet, is-segregazzjoni fis-sit tal-kostruzzjoni tista’ ma tkunx possibbli minħabba restrizzjonijiet fl-ispazju. F’tali sitwazzjonijiet, is-CDW jista’ jiġi ttrattat minn qabel u jiġi segregat f’postijiet differenti qabel ma jiġi pproċessat għall-produzzjoni ta’ aggregati rriċiklati.

    (28)  L-indikaturi ewlenin tal-EMAS huma elenkati fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 (it-Taqsima C.2).

    (29)  In-numri jirreferu għat-taqsimiet f’dan id-dokument fejn il-BEMP relatata rilevanti hija deskritta jew fejn l-indikatur huwa preżenti.


    Top