EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0120

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/120 tat-28 ta’ Jannar 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ST/15148/2019/INIT

ĠU L 22I, 28.1.2020, p. 5–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/120/oj

28.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 22/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/120

tat-28 ta’ Jannar 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

Wara li ġew organizzati, mill-Federazzjoni Russa, l-hekk imsejħa "elezzjonijiet lokali" fit-8 ta’ Settembru 2019 fir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-Belt ta’ Sevastopol fl-Ukrajna, li ġew annessi illegalment, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu seba’ persuni mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbilit fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“184.

Sergei Andreevich DANILENKO (Сергей Андреевич ДАНИЛЕНКО)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 14.3.1960

Post tat-twelid: Krasnodar (eks USSR)

Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, huwa pparteċipa fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

185.

Lidia Aleksandrovna BASOVA (Лидия Александровна БАСОВА) /

Lidiya Oleksandrivna BASOVA (Лiдiя Олександрiвна БАСОВА)

Sess: mara

Data tat-twelid: 1972

Post tat-twelid: Mhux magħruf

Viċi Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, hija pparteċipat fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

186.

Ekaterina Eduardovna PYRKOVA (Екатерина Эдуардовна ПЫРКОВА)/

Kateryna Eduardivna PYRKOVA (Катерина Едуардiвна ПИРКОВА)

Sess: mara

Data tat-twelid: 22.8.1967

Post tat-twelid: Sevastopol (eks USSR) Mhux magħruf

Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, hija pparteċipat fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

187.

Ekaterina Borisovna ALTABAEVA (Екатерина Борисовна АЛТАБАЕВА) /

Kateryna Borysivna ALTABAEVA (Катерина Борисiвна АЛТАБАЄВА)

Sess: mara

Data tat-twelid: 27.5.1956

Post tat-twelid: Uglich (eks USSR)

Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment. Billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, ħadmet għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

188.

Yuriy Mikhailovich GOTSANYUK / Yuriy Mikhailovich GOTSANIUK (Юрий Михайлович ГОЦАНЮК) /

Iurii Mykhailovych HOTSANIUK (Юрiй Михайлович ГОЦАНЮК)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 18.7.1966

Post tat-twelid: Novaya Derevnya / Nove Selo (eks USSR)

Prim Ministru tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Krimea u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

189.

Vladimir Vladimirovich NEMTSEV (Владимир Владимирович НЕМЦЕВ)/

Volodymyr Volodymyrovych NEMTSEV (Володимир Володимирович НЄМЦЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.11.1971

Post tat-twelid: Sevastopol (eks USSR)

President tal-hekk imsejħa “Assemblea Leġislattiva” tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri fil-Federazzjoni Russa tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

190.

Mikhail Vladimirovich RAZVOZHAEV (Михаил Владимирович РАЗВОЖАЕВ) /

Mykhailo Volodymyrovich RAZVOZHAEV (Михайло Володимирович РАЗВОЖАЄВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 30.12.1980

Post tat-twelid: Krasnoyarsk (eks USSR)

L-hekk imsejjaħ "aġent Gvernatur" tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, ħadem għall-integrazzjoni ulterjuri, fil-Federazzjoni Russa, tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk, b’mod attiv, appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020”.


Top