Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1403

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1403 tat-12 ta' Settembru 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ST/11221/2019/INIT

    ĠU L 236, 13.9.2019, p. 1–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1403/oj

    13.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 236/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1403

    tat-12 ta' Settembru 2019

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1), (3) u (4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    (2)

    Abbażi ta' rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar 21 persuna u 19-il entità fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 tiġi emendata.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    T. TUPPURAINEN


    (1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


    ANNESS

    Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni għall-identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    27.

    Alexander Mihailovich NOSATOV

    (Александр Михайлович НОСАТОВ)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 27.3.1963

    Post tat-Twelid: Sevastopol, (Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Ukrajna)

    Ex Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

    Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

    Attwalment Ammirall, Kmandant tal-flotta Russa tal-Baltiku.

    21.3.2014

    46.

    Denys Volodymyrovych PUSHYLIN (Денис Володимирович Пушилiн)

    Denis Vladimirovich PUSHILIN (Денис Владимирович Пушилин)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 9.5.1981

    Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

    Wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali f'Donetsk fl-2014. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien l-hekk imsejjaħ Viċi President tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Mill-4 ta' Settembru 2015 kien “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. L-hekk imsejjaħ “aġent Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” wara s-7 ta' Settembru 2018. L-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” wara l-hekk imsejħa elezzjonijiet tal-11 ta' Novembru 2018.

    29.4.2014

    47.

    Sergey Gennadevich TSYPLAKOV (Сергей Геннадьевич ЦЫПЛАКОВ)

    Serhiy Hennadiyovych TSYPLAKOV (Сергiй Геннадiйович ЦИПЛАКОВ)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 1.5.1983

    Post tat-Twelid: Khartsyzsk, reġjun ta' Donetsk

    Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-“Milizzja Popolari ta' Donbas”. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-Istat fir-reġjun ta' Donetsk.

    Membru tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u tal-Kumitat tiegħu dwar il-Politika Barranija, ir-Relazzjonijiet Esterni, il-Politika tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni.

    29.4.2014

    57.

    Oleg TSARIOV, Oleh Anatoliyovych TSAROV

    (Олег Анатолiйович ЦАРЬОВ),

    Oleg Anatolevich TSARYOV

    (Олег Анатольевич ЦАPËВ)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 2.6.1970

    Post tat-Twelid: Dnepropetrovsk

    Ex Membru tar-Rada, bħala tali appella pubblikament għall-ħolqien tal-hekk imsejħa “Repubblika Federali tan-Novorossiya”, magħmula mir-reġjuni Ukreni tax-Xlokk. Qabel kien “Speaker” tal-hekk imsejjaħ “Parlament tal-Unjoni tar-Repubbliki tal-Poplu” (“Parlament ta' Novorossiya”).

    Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

    12.5.2014

    61.

    Igor Sergeievich SHEVCHENKO (Игорь Сергеевич ШЕВЧЕНКО)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 9.2.1979

    Post tat-Twelid: Sevastopol, il-Krimea

    Ex Prosekutur ta' Sevastopol u bħala tali implimenta b'mod attiv l-annessjoni ta' Sevastopol mir-Russja.

    Prosekutur tar-Repubblika ta' Adygea.

    12.5.2014

    70.

    Igor PLOTNITSKY

    Igor Venediktovich PLOTNITSKII

    (Игорь Венедиктович ПЛОТНИЦКИЙ)

    Ihor (Igor) Venedyktovych PLOTNYTSKYY

    (Iгор Венедиктович ПЛОТНИЦЬКИЙ)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 24.6.1964 jew 25.6.1964 jew 26.6.1964

    Post tat-Twelid: Luhansk (possibilment f'Kelmentsi, oblast ta' Chernivtsi)

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” u kien ukoll l-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, u bħala tali responsabbli għal attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Ex Mibgħut Speċjali tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” dwar l-implimentazzjoni ta' Minsk.

    12.7.2014

    97.

    Vladimir Petrovich KONONOV (magħruf ukoll bħala “Tsar”)

    (Владимир Петровнч КОНОНОВ)

    Volodymyr Petrovych KONONOV

    (Володимир Петрович КОНОНОВ)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 14.10.1974

    Post tat-Twelid: Gorsky, Oblast ta' Luhansk

    Mill-14 ta' Awwissu 2014, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 2014 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukrajna. Kononov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Imneħħi bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” f'Settembru 2018.

    Kap tad-Direttorat għall-Għajnuna Soċjali lil Membri tas-Servizz Irtirati, taħt l-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    12.9.2014

    100.

    Andrey Yurevich PINCHUK

    (Андрей Юрьевич ПИНЧУК)

    Andriy Yuriyovych PINCHUK

    (Андрiй Юрiйович ПIНЧУК)

    Sess: raġel;

    Data possibbli tat-twelid: 27.12.1977

    Ex “Ministru għas-sigurtà statali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li kien responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. Kap tal-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”.

    12.9.2014

    101.

    Oleg Vladimirovich BEREZA

    (Олег Владимирович Берëза)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 1.3.1977

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Affarijiet Interni” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li kien responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.9.2014

    126.

    Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV

    Dmitrii Aleksandrovich SEMENOV

    (Дмитрий Александрович СЕМЕНОВ)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 1.6.1977

    Post tat-Twelid: Federazzjoni Russa

    Ex “Viċi Prim Ministru għall-Finanzi” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta' strutturi separatisti tal-LNR.

    29.11.2014

    130.

    Ihor Vladymyrovych KOSTENOK (magħruf ukoll bħala Igor Vladimirovich KOSTENOK)

    (Игорь Владимирович КОСТЕНОК)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 15.3.1961

    Post tat-Twelid: Vodyanske, Dobropillia Rayon, oblast ta' Donetsk

    Водянское, Добропольский район Донецкой области

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Edukazzjoni” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Attwalment jaħdem għall-Akkademja ta' Donetsk ta' Ġestjoni u Servizz Pubbliku taħt l-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    29.11.2014

    132.

    Vladyslav Mykolayovych DEYNEGO magħruf ukoll bħala Vladislav Nikolayevich DEYNEGO

    (Владислав Миколайович ДЕЙНЕГО)

    (Владислав Николаевич ДЕЙНЕГО)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 12.3.1964

    Post tat-Twelid: Romny, oblast ta' Sumy

    Ромны, Сумская область

    Ex “Viċi Kap” tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Bħalissa huwa l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Affarijiet Barranin” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    29.11.2014

    137.

    Eduard Aleksandrovich BASURIN (Эдуард Александрович БАСУРИН)

    Eduard Oleksandrovych BASURIN (Едуард Олександрович БАСУРIН)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 27.6.1966

    Post tat-Twelid: Donetsk

    Kelliem u Viċi Kap tal-“Milizzja tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    138.

    Alexandr Vasilievich SHUBIN

    (Александр Васильевич ШУБИН)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 20.5.1972 jew 30.5.1972

    Post tat-Twelid: Luhansk

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja”, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” illegali. Ex President tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Imneħħi minn President tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” f'Ġunju 2018.

    Għadu jappoġġa u jilleġittimizza l-politiki separatisti.

    16.2.2015

    140.

    Sergey Yurevich IGNATOV (magħruf ukoll bħala KUZOVLEV magħruf ukoll bħala TAMBOV)

    (Сергей Юрьевич ИГНАТОВ magħruf ukoll bħala КУЗОВЛЕВ magħruf ukoll bħala ТAMБOB)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 7.1.1967

    Post tat-Twelid: Michurinsk, oblast ta' Tambov

    Мичуринск, Тамбовская область

    Kien l-hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja Popolari tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Ex Kmandant tat-Tmien Armata tal-Forzi Armati Russi. Kap tal-Persunal u l-Ewwel Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar Russu.

    16.2.2015

    142.

    Aleksandr Yurievich TIMOFEEV

    (Александр Юрьевич ТИМОФЕЕВ)

    Oleksandr Yuriyovych TYMOFEYEV

    (Олександр Юрiйович ТИМОФЕЄВ)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 15.5.1971

    Post tat-Twelid: Nevinnomyssk, Stavropol Krai

    Невинномысск, Ставропольский край

    Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Finanzi u t-Taxxi” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Imneħħi bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Finanzi u t-Taxxi” f'Settembru 2018. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

    16.2.2015

    145.

    Olga Igorevna BESEDINA

    (Ольга Игоревна БЕСЕДИНА)

    Olha Ihorivna BESEDINA

    (Ольга Iгорiвна БЕСЕДIНА)

    Sess: mara;

    Data tat-twelid: 10.12.1976

    Post tat-Twelid: Luhansk

    Kienet l-hekk imsejħa “Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Ex kap tad-dipartiment tal-ekonomija barranija fl-Uffiċċju tal-kap tal-“Amministrazzjoni ta' Luhansk”.

    16.2.2015

    160.

    Sergey Anatolevich TOPOR-GILKA

    (Сергей Анатольевич ТОПОР-ГИЛКА)

    Sess: raġel;

    Direttur Ġenerali ta' OAO “VO TPE” sal-insolvenza tagħha, Direttur Ġenerali ta' OOO “VO TPE”.

    Data tat-twelid: 17.2.1970

    Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur Ġenerali ta' OAO “VO TPE”, huwa mexxa n-negozjati ma' Siemens Gas Turbine Technologies OOO dwar ix-xiri u l-konsenja tat-turbini tal-gass għal impjant tal-elettriku f'Taman, ir-reġjun ta' Krasnodar, Federazzjoni Russa. Aktar tard, bħala Direttur Ġenerali ta' OOO “VO TPE”, kien responsabbli għat-trasferiment tat-turbini tal-gass lejn il-Krimea u għall-implimentazzjoni tal-proġett ta' kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija termali Balaklava u Tavricheskaya, fejn ġew installati t-turbini. Dan jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' provvista tal-enerġija indipendenti għall-Krimea u Sevastopol bħala mezz ta' appoġġ għas-separazzjoni tagħhom mill-Ukrajna, u jdgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

    4.8.2017

    164.

    Aleksandr Yurevich PETUKHOV/

    Aleksandr Yurievich PETUKHOV

    (Александр Юрьевич ПЕТУХОВ)

    Oleksandr Yuriyovych PIETUKHOV

    (Олександр Юрiйович ПЄТУХОВ)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 17.7.1970

    Ex President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. F'din il-kapaċità huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġa b'mod attiv u implimenta politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Kap Spettur Federali tar-reġjun ta' Moska.

    14.5.2018

    167.

    Olga Valerievna POZDNYAKOVA/Olga Valeryevna POZDNYAKOVA

    (Ольга Валерьевна ПОЗДНЯКОВА)

    Olga Valeriyivna POZDNYAKOVA

    (Ольга Валеріївна ПОЗДНЯКОВА)

    Sess: mara;

    Data tat-twelid: 30.3.1982

    Post tat-Twelid: Shakhty, Oblast ta' Rostov, USSR

    Ex “President” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. F'din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u b'hekk appoġġat u implimentat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Kap tad-Direttorat għall-Politika Domestika fi ħdan l-amministrazzjoni tal-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    10.12.2018

    173.

    Vladimir Yurievich VYSOTSKIY

    (Владимир Юрьевич ВЫСОЦКИЙ)

    Volodymyr Yuriyovych VYSOTSKYI

    (Володимир Юрійович ВИСОЦЬКИЙ)

    Sess: raġel;

    Data tat-twelid: 7.4.1985

    Post tat-Twelid: Ir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea

    Ex “Segretarju” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. F'din il-kapaċità, huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin “elezzjonijiet” tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u b'hekk appoġġa u implimenta b'mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Aġent Kap tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    10.12.2018

    Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni għall-identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    6.

    Unjoni Internazzjonali ta' Assoċjazzjonijiet Pubbliċi “Great Don Army”

    Международный Союз Общественных Объединений “Всевеликое Войско Донское”

    Informazzjoni uffiċjali:

    http://xn--80aaaajfjszd7a3b0e.xn--p1ai/

    http://xn----7sbabalgku2ad1b5b2e.xn--p1ai/

    Nru tat-telefon:

    +7-8-908-178-65-57

    Media soċjali: Gwardja Nazzjonali Kosakka http://vk.com/kazak_nac_guard

    Indirizz: 346465 Russia, Rostov Region, October District, St Zaplavskaya, Str Shosseynaya 1

    It-tieni indirizz: Voroshilovskiy Prospekt 12/85-87/13, Rostov-on-Don

    Dereġistrat fl-2017.

    Il-“Great Don Army” stabbilixxiet il-“Gwardja Nazzjonali Kosakka”, responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant iddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna kif ukoll heddet l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

    Assoċjata mas-Sur Nikolay Kozitsyn, li huwa Kmandant tal-forzi Kosakki u responsabbli għat-tmexxija tas-separatisti fl-Ukrajna tal-Lvant li qed jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

    25.7.2014

    9.

    L-hekk imsejħa

    “Armata tax-Xlokk”

    “Армии Юго-Востока”

    Media soċjali:

    https://vk.com/sigma_orel

    Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukrajna tal-Lvant.

    Responsabbli għall-okkupazzjoni tal-bini tas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk.

    Assoċjat mas-Sur Valeriy BOLOTOV, li kien elenkat bħala wieħed mill-mexxejja tal-grupp.

    Assoċjat mas-Sur Vasyl NIKITIN, responsabbli għall-attivitajiet “governamentali” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

    25.7.2014

    10.

    L-hekk imsejħa

    “Milizzja Popolari ta' Donbass”

    “Нарoдное oпoлчéние Дoнбáсса”

    Media soċjali:

    http://vk.com/polkdonbassa

    + 38-099-445-63-78;

    + 38-063-688-60-01;

    + 38-067-145-14-99;

    + 38-094-912-96-60;

    + 38-062-213-26-60

    Posta elettronika: voenkom.dnr@mail.ru

    vknovoros@yandex.ru

    mobilisation@novorossia.co

    polkdonbassa@mail.ru

    Volontarji fuq it-telefon fir-Russja:

    + 7 499 709-89-06

    jew posta elettronika novoross24@mail.ru

    Indirizz: Donetsk. Prospect Zasyadko.13

    Grupp separatista armat illegali responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u b'hekk ġew mhedda l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna. Fost l-oħrajn, il-grupp militanti ħa l-kontroll ta' diversi binjiet tal-gvern fl-Ukrajna tal-Lvant kmieni f'April 2014, u għaldaqstant idgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa assoċjat mas-Sur Pavel Gubarev, li huwa responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi favur ir-Russi u li pproklama lilu nnifsu l-“gvernatur tal-poplu”.

    25.7.2014

    13.

    Intrapriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol, “Port tal-baħar ta' Sevastopol”

    ГУП ГС “Севастопольский морской порт”

    (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol”

    Государственное предприятие “Севастопольский морской торговьй порт”

    Gosudarstvenoye predpriyatiye Sevastopolski morskoy torgovy port')

    Nakhimov Square 5, 299011 Sevastopol

    (пл. Нахимова, 5, г. Севастополь, 299011)

    Kodiċi: 1149204004707

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukreni għall-infrastruttura jew l-agrikoltura” li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fis-6 ta' Ġunju 2014 bħala l-Impriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol “Port tal-baħar ta' Sevastopol” (Государственное унитарное предприятие города Севастополя “Севастопольский морской порт”). Fundatur: Il-Gvern ta' Sevastopol (Правительство Севастополя).

    25.7.2014

    15.

    Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Universal-Avia”

    Государственное унитарное предприятие Республики Крым “Универсал-Авиа”

    (qabel kienet magħrufa bħala State enterprise Universal -Avia

    Государственное предприятие “Универсал-Авиа”

    Gosudarstvenoye predpriyatiye “Universal-Avia”)

    Aeroflotskaya Street 5, 295021, Simferopol

    ул. Аэрофлотская, дом 5, 295021, г. Симферополь

    Tel. 24-80-89, 8 (978) 719-55-30

    unavia_omts@mail.ru

    Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita bi ksur tal-liġi Ukrena. Fl-24 ta' Marzu 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat ‘Gosudarstvenoye predpriyatiye Universal-Avia’ (‘О Государственном предприятии “Универсал-Авиа”’)” Nru 1794-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Universal-Avia” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Universal-Avia” (Государственное унитарное предприятие Республики Крым “Универсал-Авиа”). Fundatur: Il-Ministeru għat-Trasport tar-Repubblika tal-Krimea (Министерство транспорта Республики Крым).

    25.7.2014

    16.

    Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa

    (qabel magħrufa bħala ċ-Ċentru “Nizhnyaya Oreanda”

    Санаторий “Нижняя Ореанда”)

    Iċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda”, 298658, Yalta, Oreanda

    (298658, г.Ялта, пгт. Ореанда, Санаторий “Нижняя Ореанда”)

    marketing@oreanda-resort.ru

    + 7 (3654) 31-25-48

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fil-21 ta' Marzu 2014 l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar il-kwistjonijiet tal-ħolqien ta' Assoċjazzjoni ta' sanatorji u ċentri” Nru 1767-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu liċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-9 ta' Ottubru 2014 bħala Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (ФЕДЕРАЛЬНОЕ ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ “САНАТОРИЙ ‘НИЖНЯЯ ОРЕАНДА’ УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ”). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ).

    25.7.2014

    18.

    Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni ‘Massandra’”

    Государственное унитарное предприятие Республики Крым Производственно-аграрное объединение “Массандра”

    Gosudarstvennoye unitarnoe predpriyatiye Respubliki Krym Proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye Massandra

    (magħrufa qabel bħala l-Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni ‘Massandra’” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa

    “Производственно-аграрное объединение ‘Массандра’ Управления делами Президента Российской Федерации”

    Entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’”

    Национальное производственно-аграрное объединение “Массандра”

    Nacionalnoye proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye Massandra)

    298650, Crimea, Yalta, Massandra, str. Vinodela Egorova 9.

    298650,Крым, г.Ялта,

    пгт. Массандра,

    ул. Винодела Егорова, д. 9

    Sit elettroniku: http://massandra.su

    Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lill-entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fl-1 ta' Awwissu 2014 bħala l-Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye ‘Massandra’” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (Федеральное государственное унитарное предприятие “Производственно аграрное объединение ‘Массандра’ Управления делами Президента Российской Федерации”).

    Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (Управление делами Президента Российской Федерации).

    Irreġistrata mill-ġdid fl-1.4.2019 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni ‘Massandra’”

    25.7.2014

    24.

    Repubblika ta' Donetsk

    (Organizzazzjoni pubblika)

    Донецкая республика

    Informazzjoni uffiċjali:

    http://oddr.info/

    orgotdel@oddr.info

    Indirizz: Donetsk, Universitetskaya 19

    г. Донецк, ул. Университетская, дом 19

    “Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014 u l-11 ta' Novembru 2018. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

    Bil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijiet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sabiex tkompli tiġi ddestabbilizzata l-Ukrajna. Imwaqqfa minn Andriy PURGIN u kienet immexxija minn Alexander ZAKHARCHENKO. Fl-2018 innominat lil Denis PUSHYLIN biex ikun “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    29.11.2014

    27.

    Unjoni Popolari (Narodny Soyuz)

    Народный союз

    Dereġistrata fl-2018.

    “Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn l-elezzjonijiet huma fi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

    Bil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sabiex tkompli tiġi ddestabbilizzata l-Ukrajna.

    29.11.2014

    29.

    Gwardja Nazzjonali Kosakka

    Казачья Национальная Гвардия

    http://казакнацгвард.рф/

    https://vk.com/kazak_nac_guard

    Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Nikolay KOZITSYN.

    Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    16.2.2015

    30.

    Battaljun Sparta

    Батальон “Спарта”

     

    Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Imsejjaħ ukoll l-unità militari 08806, u l-battaljun “Gvardeysky”. F'Novembru 2017, l-unità ssemmiet għall-kmandant militari separatist assassinat Arsen Pavlov (magħruf ukoll bħala Motorola).

    16.2.2015

    34.

    Battaljun Oplot

    Батальон “Оплот”

    Media soċjali:

    http://vk.com/oplot_info/

    Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Imsejjaħ ukoll il-Ħames Brigata Motorizzata tal-Azzarini Separata, li minn Ottubru 2018 hi msemmija għal Alexander Zakharchenko. Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    16.2.2015

    35.

    Battaljun Kalmius

    Батальон “Кальмиус”

     

    Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Imsejjaħ ukoll bħala l-Brigata tal-Artillerija Separata, parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    16.2.2015

    37.

    Moviment “NOVOROSSIYA” ta' Igor Strelkov

    Движение “Новороссия” Игоря СТРЕЛКОВА

    http://novorossia.pro/

    info@clubnb.ru

    Il-Moviment “Novorossiya”/“Russja Ġdida” ġie stabbilit f'Novembru 2014 fir-Russja u hu mmexxi mill-uffiċjal Russu Igor Strelkov/Girkin (identifikat bħala membru tal-persunal tal-Main Intelligence Directorate tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU)).

    Skont l-objettivi ddikjarati tiegħu, huwa għandu l-għan li jipprovdi assistenza effettiva komprensiva lin-“Novorossiya”, inkluż billi jgħin lill-milizzja li qed tiġġieled fil-Lvant tal-Ukrajna, u b'hekk jappoġġa politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Assoċjat ma' persuna elenkata li dgħajfet l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

    16.2.2015

    38.

    OAO “VO Technopromexport” (OAO “VO TPE”)

    Magħruf ukoll bħala: Open Joint Stock Company “Foreign Economic Association”“Technopromexport”

    Открытое акционерное общество Внешнеэкономическое объединение Технопромэкспорт

    Indirizz: 119019, Moscow, Novyi Arbat str., 15, building 2

    Data tar-reġistrazzjoni: 27.7.1992

    Numru ta' Reġistrazzjoni Statali: 1067746244026

    Numru ta' Reġistrazzjoni tat-Taxxa: 7705713236

    Għaddejjin proċedimenti ta' falliment.

    Parti kontraenti ma' Siemens Gas Turbine Technologies OOO, OAO “VO TPE”, xtrat turbini tal-gass iddikjarati bħala maħsuba għal impjant tal-elettriku f'Taman, reġjun ta' Krasnodar, Federazzjoni Russa, u bħala l-kuntrattur kienet responsabbli għat-trasferiment tat-turbini tal-gass lill-OOO “VO TPE” li min-naħa tagħha ttrasferixxiethom biex jiġu installati fil-Krimea. Dan jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' provvista tal-enerġija indipendenti għall-Krimea u Sevastopol bħala mezz ta' appoġġ għas-separazzjoni tagħhom mill-Ukrajna, u jdgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

    4.8.2017

    39.

    OOO “VO Technopromexport” (OOO “VO TPE”)

    Magħruf ukoll bħala: Limited Liability Company “Foreign Economic Association”“Technopromexport”

    Общество с ограниченной ответственностью “Внешнеэкономическое объединение Технопромэкспорт”

    Indirizz: 119019, Moscow, Novyi Arbat str., 15, building 2

    Data tar-reġistrazzjoni: 8.5.2014

    Numru ta' Reġistrazzjoni Statali: 1147746527279

    Numru ta' Reġistrazzjoni tat-Taxxa: 7704863782e

    Sid tat-turbini tal-gass li oriġinarjament ġew fornuti minn Siemens Gas Turbine Technologies OOO lil OAO “VO TPE”. OOO “VO TPE” ttrasferixxiet it-turbini tal-gass biex jiġu installati fil-Krimea. Dan jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' provvista tal-enerġija indipendenti għall-Krimea u Sevastopol bħala mezz ta' appoġġ għas-separazzjoni tagħhom mill-Ukrajna, u jdgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

    Responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proġett ta' kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija termali Balakava u Tavricheskaya, fejn ġew installati t-turbini.

    4.8.2017

    41.

    “Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea ‘Crimean Sea Ports’”

    (“Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Крымские морские порты’”), inkluż il-fergħat:

    Port Kummerċjali ta' Feodosia,

    Kerch Ferry,

    Port Kummerċjali ta' Kerch.

    28 Kirova Street

    Kerch 298312

    Crimea

    (298312, Крым, гор. Керчь, ул. Кирова, дом 28)

    info@crimeaport.ru

    Il-“Parlament tal-Krimea” adotta r-Riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17 ta' Marzu 2014“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-Ministeri Ukreni għall-Infrastruttura jew l-Agrikoltura” u r-Riżoluzzjoni Nru 1865-6/14 tas-26 ta' Marzu 2014“Dwar l-Intrapriża tal-Istat ‘Crimean Sea Ports’” (“О Государственном предприятии ‘Крымские морские порты’”) li jiddikjaraw l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lil diversi intrapriżi tal-Istat li ġew integrati fl-“Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea ‘Crimean Sea Ports’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. B'hekk dawk l-intrapriżi ġew effettivament konfiskati mill-“awtoritajiet” tal-Krimea u “Crimean Sea Ports” ibbenefikat mit-trasferiment illegali tas-sjieda tagħhom.

    16.9.2017

    43.

    PJSC Mostotrest

    ПАО Мостотрест

    Indirizz:

    6 Barklaya street,

    Bld. 5 Moscow,

    121087 Russia

    mostro@mostro.ru

    PJSC Mostotrest ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch permezz tal-kuntratt statali tagħha għall-manutenzjoni tal-pont, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa. Barra minn hekk hija proprjetà ta' individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f'dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

    31.7.2018

    45.

    Stroygazmontazh Corporation (SGM Group)

    ООО Стройгазмонтаж

    (груп СГМ)

    Indirizz:

    Prospect Vernadskogo 53

    Moscow,

    119415 Russia

    Sit web: www.ooosgm.com

    info@ooosgm.ru

    Stroygazmontazh Corporation (SGM Group) ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch permezz tal-kuntratt statali tagħha għall-kostruzzjoni tal-pont li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa.

    Barra minn hekk hija proprjetà ta' individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f'dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

    31.7.2018


    Top