Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0319

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/319 tas-6 ta' Frar 2019 li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness XV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 rigward iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa fuq l-importazzjoni lejn l-Unjoni li tikkonċerna l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2019/595

    ĠU L 61, 28.2.2019, p. 1–131 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/319/oj

    28.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 61/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/319

    tas-6 ta' Frar 2019

    li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness XV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 rigward iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa fuq l-importazzjoni lejn l-Unjoni li tikkonċerna l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 tiegħu u l-frażi introduttorja u l-punt (m) tal-Artikolu 23a tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ir-Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (2), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punt (d) u l-paragrafu finali tal-Artikolu 42(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (“TSEs”) fl-annimali bovini, ovini u kaprini. Dan japplika għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-annimali ħajjin u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali u, f'ċerti każijiet speċifiċi, għall-esportazzjonijiet tagħhom. Dak ir-Regolament jipprovdi wkoll bażi ġuridika għall-klassifikazzjoni, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (3), tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi jew ta' reġjuni tagħhom skont l-istatus tal-mard tagħhom għall-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) f'dawk b'riskju negliġibbli tal-BSE, riskju kkontrollat tal-BSE u riskju indeterminat tal-BSE.

    (2)

    L-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' annimali ħajjin, embrijuni, ova u prodotti li joriġinaw mill-annimali. B'mod iktar speċifiku, il-Kapitolu B ta' dak l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-importazzjonijiet tal-annimali bovini, li jqisu l-istatus tal-BSE tal-pajjiżi jew tar-reġjuni terzi. Barra minn hekk, il-Kapitolu D ta' dak l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-forniment ta' attestazzjoni dwar ir-riskju marbut mat-TSE f'ċertifikat tas-saħħa meħtieġ għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati, inkluż, fost l-oħrajn, il-proteina pproċessata tal-annimali.

    (3)

    Il-Kapitolu B tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1396 (4), jirrikjedi li l-annimali bovini ħajjin importati fl-Unjoni ma setgħux kienu esposti għall-każijiet tal-BSE jew għall-koorti tagħhom. Jekk jitqies il-fatt li r-rotta ewlenija ta' trażmissjoni tal-BSE hija mill-għalf ikkontaminat bil-prijon tal-BSE, dak ir-rekwiżit jentieġ jiġi emendat biex jipprevedi li l-annimali bovini ħajjin importati fl-Unjoni ma jistgħux ikunu każijiet tal-BSE jew fil-koorti tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kapitolu B tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistabbilixxi regoli dwar is-saħħa pubblika u tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minnhom, sabiex jiġu evitati u minimizzati r-riskji għas-saħħa pubblika u tal-animali li ġejjin minn dawn il-prodotti. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (5) jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għar-regoli tas-saħħa pubblika u tal-annimali dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali u dwar il-prodotti derivati stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inkluż ċerti rekwiżiti għall-importazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali u tal-prodotti derivati mill-pajjiżi terzi.

    (5)

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jelenka ċerti definizzjonijiet li għandhom jintużaw għall-finijiet ta' dak ir-Regolament. L-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprevedi li l-konsenji tal-prodotti sekondarji tal-annimali u tal-prodotti derivati għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha jridu jkollhom magħhom iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet tas-saħħa, skont il-mudelli stabbiliti fl-Anness XV tiegħu.

    (6)

    Il-Punt 1 tal-Artikolu 11.4.13 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (“il-Kodiċi tal-OIE”) (6) jirrakkomanda li l-frakass tal-laħam u tal-għadam u l-qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tal-OIE, u l-komoditajiet li jkun fihom dawn il-prodotti, li joriġinaw minn pajjiżi jew żoni bi status ta' riskju tal-BSE negliġibbli u li fihom kien hemm każ indiġentu ta' BSE, jistgħu jidħlu fil-kummerċ internazzjonali biss jekk il-prodotti kienu derivati minn bovini li twieldu wara d-data tal-implimentazzjoni effettiva, f'dak il-pajjiż, tal-projbizzjoni fuq l-alimentazzjoni tar-ruminanti bil-frakass tal-laħam u tal-għadam u l-qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tal-OIE. Il-Punt 2 ta' dak l-Artikolu jirrakkomanda li l-frakass tal-laħam u tal-għadam u l-qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tal-OIE, u l-komoditajiet li jkun fihom dawn il-prodotti, jenħtieġ li ma jidħlux fil-kummerċ internazzjonali jekk dawn ikunu joriġinaw minn pajjiżi jew żoni b'riskju ta' BSE kkontrollat jew indeterminat.

    (7)

    Il-Kodiċi tal-OIE jiddefinixxi l-frakass tal-laħam u tal-għadam bħala l-proteina solida miksuba meta t-tessuti tal-annimali jiġu mdewba, inkluż kwalunkwe prodott intermedjarju tal-proteini minbarra l-peptidi li jkollhom piż molekulari ta' anqas minn 10 000 daltons u l-amminoaċidi. Għalhekk, il-frakass tal-laħam u tal-għadam kif definit fil-Kodiċi tal-OIE ikopri kemm id-definizzjoni tal-frakass tal-laħam u tal-għadam stabbilita fil-punt 27 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 kif ukoll id-definizzjoni ta' proteina pproċessata tal-annimali stabbilita fil-punt 5 ta' dak l-Anness.

    (8)

    Skont l-Artikolu 41(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-importazzjoni fl-Unjoni tal-frakass tal-laħam u tal-għadam, kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, tista' sseħħ biss jekk ikunu ġew adotatti regoli għall-implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għal din l-importazzjoni. Billi ma ġew adottati ebda regoli ta' implimentazzjoni f'dan is-sens, l-importazzjoni fl-Unjoni tal-frakass tal-laħam u tal-għadam, derivat minn materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2, attwalment mhix permessa. Madankollu, l-importazzjoni fl-Unjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali, kif definita fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, tista' sseħħ, soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet tal-importazzjoni relatati mat-TSE stabbiliti fit-Taqsima B tal-Kapitolu D tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif ukoll mal-kundizzjonijiet dwar l-importazzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    (9)

    Sabiex il-kundizzjonijiet marbuta mat-TSE għall-importazzjoni fl-Unjoni, stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jiġu allinjati mar-rakkomandazzjonijiet inklużi fil-Kapitolu dwar il-BSE tal-Kodiċi tal-OIE, jixraq li t-Taqsima B tal-Kapitolu D tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tiġi emendata b'tali mod li r-rekwiżit stabbilit f'dik it-Taqsima jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Artikolu 11.4.13 tal-Kodiċi tal-OIE. Madankollu, billi l-użu tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mir-ruminanti fil-manifattura tal-ikel għall-annimali domestiċi huwa awtorizzat fl-Unjoni, sabiex ma jkunx hemm trattament diskriminatorju fil-konfront tal-importazzjonijiet meta mqabbel mal-produzzjoni tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li r-rakkomandazzjonijiet tal-Artikolu 11.4.13 tal-Kodiċi tal-OIE ma jiġux segwiti għall-importazzjoni tal-ikel għall-annimali domestiċi li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mir-ruminant, dejjem jekk dan l-ikel għall-annimali domestiċi jkun ipproċessat u ttikkettat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    (10)

    Għalhekk, jentħieġ li t-Taqsima B tal-Kapitolu D tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tiġi emendata skont dan.

    (11)

    Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jew deċiżjoni tal-operatur responsabbli, jistgħu jirrikjedu li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali jiġu ddikjarati bħala prodotti sekondarji tal-annimali. Meta operatur jiddeċiedi li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jiġu ddikjarati bħala prodotti sekondarji tal-annimali, dik id-deċiżjoni tkun irriversibbli. Dawn il-prodotti sekondarji tal-annimali jkunu esklużi mill-użu għall-konsum mill-bniedem. Ċerti prodotti sekondarji tal-annimali għandhom l-istess kodiċijiet doganali tan-Nomenklatura Magħquda (NM) bħal prodotti tal-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem li huma mniżżlin fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (7). Għall-klassifikazzjoni bil-kodiċijiet doganali tan-NM, l-awtoritajiet tad-dwana fl-Istati Membri jridu jkunu jistgħu jagħmlu differenza bejn prodotti tajbin għall-konsum mill-bniedem u dawk li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem. Sabiex ma jkunx hemm konfużjoni għall-finijiet ta' din il-klassifikazzjoni, il-garanziji tas-saħħa msemmija fiċ-ċertifikati tal-importazzjoni ta' prodotti sekondarji tal-annimali mhux ipproċessati għandhom jiċċaraw li, għalkemm il-prodotti sekondarji tal-annimali joriġinaw minn prodotti tal-annimali li kienu tajbin għall-konsum mill-bniedem fi stadju preċedenti, issa huma kklassifikati u ttrattati bħala prodotti sekondarji tal-annimali li huma permanentement esklużi mill-katina alimentari. Għalhekk, jenħtieġ li l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stabbiliti fil-Kapitoli 3(D), 3(F) u 8 tal-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 142/2011 jiġu emendati skont dan.

    (12)

    Barra minn hekk, jenħtieġ li l-attestazzjoni tat-TSE fil-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' ċerti prodotti sekondarji tal-annimali stabbiliti fil-Kapitoli 1, 1a, 2(A), 2(B), 3(A), 3(B), 3(C), 3(D), 3(E), 3(F), 4(B), 4(C), 4(D), 6(B), 8, 10(A), 10(B), 11, 12 u 18 tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 tiġi emendata biex tqis ir-rekwiżiti tal-Kapitolu D tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2013 (8), bir-Regolament (UE) 2016/1396 u b'dan ir-Regolament.

    (13)

    Il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni għall-proteina pproċessata tal-annimali msemmija fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Kapitolu 1 tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jirrikjedu li ma jkunx hemm demm tar-ruminanti fil-proteina pproċessata tal-annimali impurtata minn pajjiżi terzi. Madankollu, l-attestazzjoni l-ġdida għat-TSE stabbilita fil-punt II.7. ta' dak il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa, kif emendat b'dan ir-Regolament, tipprevedi garanziji adegwati biex jittaffa r-riskju tat-TSE fi prodotti bħal dawn. Għaldaqstant, il-frażi “minbarra r-ruminanti” għandha titħassar mill-mudelli kollha taċ-ċertifikati tas-saħħa stabbiliti fl-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 li għandhom jiġu emendati b'dan ir-Regolament.

    (14)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Kapitoli 1, 1a, 2(A), 2(B), 3(A), 3(B), 3(C), 3(D), 3(E), 3(F), 4(B), 4(C), 4(D), 6(B), 8, 10(A), 10(B), 11, 12 u 18 tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jiġu emendati skont dan.

    (15)

    Barra minn hekk, il-konsenji tal-prodotti intermedji maħsuba għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi u kożmetiċi jridu jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni mimlija skont il-mudell stabbilit fil-Kapitolu 20 tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 meta jiġu ppreżentati f'post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-fini tal-kontrolli veterinarji. Il-prodotti intermedji jistgħu jkunu prodotti sekondarji tal-annimali jew ikun fihom prodotti sekondarji tal-annimali. Il-mudell eżistenti tad-dikjarazzjoni jindika biss għadd limitat ta' kodiċijiet tas-SA li għandhom l-operatur irid juża biex jinnotifika prodott li l-awtoritajiet tad-dwana fl-Istati Membri. Mhuwiex possibbli li tiġi stabbilita lista eżawrjenti tal-kodiċijiet tas-SA minn qabel fil-mudell tad-dikjarazzjoni li tkun tkopri l-kombinazzjonijiet kollha ta' prodotti sekondarji tal-annimali fil-prodotti intermedji. Għaldaqstant, jixraq li l-kodiċijiet eżistenti tas-SA jiġu sostitwiti sabiex il-persuna responsabbli mill-konsenja tkun tista' tiddikjara l-prodotti intermedji lill-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera b'kodiċi xieraq tas-SA skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (9). Jenħtieġ li l-Kapitolu 20 tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jiġi emendat skont dan.

    (16)

    Sabiex jiġi evitat kull tfixkil tal-kummerċ, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi għal perjodu tranżizzjonali li matulu l-prodotti bażiċi kkonċernati mill-emendi li saru lir-Regolament (UE) Nru 142/2011 jenħtieġ ikomplu jiġu aċċettati għall-importazzjoni lejn l-Unjoni u għat-tranżitu minnha, dejjem jekk dawk il-prodotti jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 142/2011 qabel ma dawn ġew emendati b'dan ir-Regolament.

    (17)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Anness XV tar-Regolament (UE) 142/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Għal perjodu tranżizzjonali sat-30 ta' Settembru 2019, il-konsenji tal-prodotti sekondarji tal-annimali u tal-prodotti derivati akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa debitament mimli u ffirmat skont il-mudell rilevanti taċ-ċertifikati tas-saħħa stabbiliti fil-Kapitoli 1, 1a, 2(A), 2(B), 3(A), 3(B), 3(C), 3(D), 3(E), 3(F), 4(B), 4(C), 4(D), 6(B), 8, 10(A), 10(B), 11, 12 u 18 tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 fil-verżjoni tiegħu applikabbli qabel l-emendi previsti fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, u, skont il-każ, b'dikjarazzjoni, li tkun ġiet debitament mimlija u ffirmata skont il-mudell tad-dikjarazzjoni stabbilit fil-Kapitolu 20 ta' dak l-Anness fil-verżjoni tiegħu applikabbli qabel l-emendi previsti mill -Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu jiġu aċċettati għall-importazzjoni fl-Unjoni u għat-tranżitu minnha, dejjem jekk dawn iċ-ċertifikati jew dawn id-dikjarazzjonijiet tas-saħħa jkunu ġew debitament mimlija u ffirmati qabel il-31 ta' Lulju 2019.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

    (2)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172 30.6.2007, p. 84).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1396 tat-18 ta' Awwissu 2016 li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 225, 19.8.2016, p. 76).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

    (6)  http://www.oie.int/international-standard-setting/terrestrial-code/access-online/

    (7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

    (8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 li jemenda l-Annessi għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 li jistabblixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 60).

    (9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tal-17 ta' April 2007 dwar il-listi ta' annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9).


    ANNESS I

    L-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fil-Kapitolu B:

    (i)

    fit-Taqsima A, il-frażi introduttorja tal-punt (b) tinbidel b'dan li ġej:

    “(b)

    l-annimali jiġu identifikati permezz ta' sistema tal-identifikazzjoni permanenti li tgħin l-intraċċar tagħhom lura lejn l-omm u l-merħla tal-oriġini, u mhumiex l-annimali bovini li ġejjin:”

    (ii)

    fit-Taqsima B, il-frażi introduttorja tal-punt (b) tinbidel b'dan li ġej:

    “(b)

    l-annimali jiġu identifikati permezz ta' sistema tal-identifikazzjoni permanenti li tgħin l-intraċċar tagħhom lura lejn l-omm u l-merħla tal-oriġini, u mhumiex l-annimali bovini li ġejjin:”

    (iii)

    fit-Taqsima C, il-frażi introduttorja tal-punt (c) tinbidel b'dan li ġej:

    “(c)

    l-annimali jiġu identifikati permezz ta' sistema tal-identifikazzjoni permanenti li tgħin l-intraċċar tagħhom lura lejn l-omm u l-merħla tal-oriġini, u mhumiex l-annimali bovini li ġejjin:”

    (2)

    Fil-Kapitolu D, it-Taqsima B tinbidel b'dan li ġej:

    “TAQSIMA B

    Rekwiżiti taċ-ċertifikat tas-saħħa

    1.

    L-importazzjonijiet tal-prodotti sekondarji tal-annimali u tal-prodotti derivati ta' oriġini bovina, ovina u kaprina li jissemmew fit-Taqsima A għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa li jkun tħejja bl-attestazzjoni li ġejja:

    (a)

    il-prodott sekondarju tal-annimali jew il-prodott derivat:

    (i)

    ma fihx u mhux derivat minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V ta' dan ir-Regolament; u

    (ii)

    ma fihx u mhuwiex idderivat minn laħam separat mekkanikament miskub minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini, ħlief jekk l-animali, li minnhom huma dderivati l-prodotti sekondarji tal-annimali jew il-prodotti derivati, twieldu, dejjem trabbew u tbiċċru f'pajjiż jew f'reġjun ikklassifikat b'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li għandu riskju negliġibbli tal-BSE, li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni tal-BSE; u

    (iii)

    huwa derivat minn annimali li ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta' strument fil-forma ta' virga allongata introdott fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali, ħlief l-annimali li twieldu, dejjem trabbew u tbiċċru f'pajjiż jew f'reġjun ikklassifikat li għandu riskju negliġibbli tal-BSE b'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE;

    jew

    (b)

    il-prodott sekondarju tal-annimali jew il-prodott derivat ma fihx jew mhux derivat minn materjali bovini, ovini u kaprini minbarra dawk derivati minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u tbiċċru f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat li għandu riskju negliġibbli tal-BSE b'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE.

    2.

    Flimkien mar-rekwiżiti tal-punt 1 ta' din it-Taqsima, l-importazzjonijiet tal-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati msemmija fil-punti (d) u (f) tat-Taqsima A għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa li jkun tħejja bl-attestazzjoni li ġejja:

    (a)

    il-prodott sekondarju tal-annimali jew il-prodott derivat joriġina minn pajjiż jew reġjun ikklassifikat li għandu riskju negliġibbli tal-BSE b'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE, u fejn ma kien hemm l-ebda każ indiġenu tal-BSE;

    jew

    (b)

    il-prodott sekondarju tal-annimali jew il-prodott derivat joriġina minn pajjiż jew reġjun ikklassifikat li għandu riskju negliġibbli tal-BSE f'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE, fejn kien hemm każ indiġenu ta' ESB, u l-prodott sekondarju tal-annimali jew il-prodott derivat inkiseb minn annimali li twieldu wara d-data minn meta bdiet tiġi effettivament infurzata l-projbizzjoni fuq it-tmigħ tar-ruminanti bil-frakass tal-laħam u tal-għadam u bi qrieqeċ li ġejjin mir-ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri OIE, f'dak il-pajjiż jew f'dak ir-reġjun.

    B'deroga mill-paragrafu ta' qabel, l-attestazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ma għandhiex tkun meħtieġa għall-importazzjoni tal-ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi, li jkun ippakkjat u ttikkettjat b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    3.

    Minbarra r-rekwiżiti tal-punti (1) u (2) ta' din it-Taqsima, l-importazzjonijiet tal-prodotti sekondarji tal-annimali u tal-prodotti derivati msemmija fit-Taqsima A, li fihom il-ħalib jew il-prodotti tal-ħalib ta' oriġini ovina jew kaprina u li huma maħsuba għall-għalf, għandhom jiġu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa li jkun tħejja bl-attestazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-annimali ovini u kaprini li minnhom ġew derivati dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali jew dawk il-prodotti derivati nżammu dejjem minn twelidhom f'pajjiż fejn huma ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    l-iscrapie klassika hija notifikabbli b'mod obbligatorju;

    (ii)

    hemm fis-seħħ sistema ta' sensibilizzazzjoni, sorveljanza u monitoraġġ;

    (iii)

    fil-każ ta' suspett tat-TSE jew konferma tal-iscrapie klassika japplikaw ir-restrizzjonijiet uffiċjali għall-azjendi agrikoli tal-annimali ovini jew kaprini;

    (iv)

    l-annimali ovini u kaprini affettwati mill-iscrapie klassika jinqatlu u l-katavri jinqerdu kompletament;

    (v)

    it-tmigħ tal-annimali ovini u kaprini bil-frakass tal-laħam u tal-għadam u bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri OIE, ġie pprojbit u infurzat effettivament fil-pajjiż kollu għal perjodu ta' mill-inqas is-seba' snin ta' qabel;

    (b)

    il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib tal-annimali ovini jew kaprini joriġinaw minn azjendi agrikoli fejn mhumiex imposti restrizzjonijiet uffiċjali minħabba suspett tat-TSE;

    (c)

    il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib tal-annimali ovini jew kaprini joriġinaw minn azjendi agrikoli fejn ma kienx hemm dijanjożi tal-iscrapie klassika matul perjodu ta' mill-inqas is-seba' snin ta' qabel jew, wara l-konferma ta' każ tal-iscrapie klassika:

    (i)

    l-annimali ovini u kaprini kollha fl-azjenda agrikola nqatlu u nqerdu jew tbiċċru, ħlief l-imtaten tat-tgħammir tal-ġenotip ARR/ARR, in-nagħaġ tat-tgħammir li jkollhom mill-inqas allel ARR wieħed u ebda allel VRQ, u annimali ovini oħrajn li jkollhom mill-inqas allel ARR wieħed;

    jew

    (ii)

    l-annimali kollha li fihom ġiet ikkonfermata l-iscrapie klassika nqatlu u l-katavri tagħhom inqerdu, u l-azjenda agrikola ilha soġġetta għal mill-inqas sentejn mid-data tal-konferma tal-aħħar każ tal-iscrapie klassika, għal monitoraġġ intensifikat għat-TSE, inkluż bl-ittestjar għall-preżenza tat-TSE fl-annimali kollha li ġejjin li għandhom iktar minn 18-il xahar, ħlief l-annimali ovini tal-ġenotip ARR/ARR, skont il-metodi tal-laboratorju stipulati fil-punti 3.2 tal-Kapitolu C tal-Anness X,li ta riżultati negattivi:

    l-annimali li tbiċċru għall-konsum mill-bniedem; u

    l-annimali li mietu jew inqatlu fl-azjenda agrikola iżda li ma nqatlux fil-qafas ta' kampanja ta' eradikazzjoni tal-mard.”


    ANNESS II

    L-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Il-Kapitoli 1 sa 3(F) għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:

    “KAPITOLU 1

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-proteina pproċessata tal-annimali, minbarra dik derivata mill-insetti mrobbija, mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi t-taħlitiet u l-prodotti, minbarra l-ikel għall-annimali domestiċi li jkun fih din il-proteina, biex tintbagħat lejn l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

    Image 1 Test ta 'immaġni Image 2 Test ta 'immaġni Image 3 Test ta 'immaġni Image 4 Test ta 'immaġni Image 5 Test ta 'immaġni Image 6 Test ta 'immaġni Image 7 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU 1 a

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi t-taħlitiet u l-prodotti minbarra l-ikel għall-annimali domestiċi li jkun fih din il-proteina, biex tintbagħat lejn l-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2)

    Image 8 Test ta 'immaġni Image 9 Test ta 'immaġni Image 10 Test ta 'immaġni Image 11 Test ta 'immaġni Image 12 Test ta 'immaġni Image 13 Test ta 'immaġni Image 14 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU 2(A)

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-ħalib, għall-prodotti b'bażi tal-ħalib u għall-prodotti derivati mill-ħalib mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

    Image 15 Test ta 'immaġni Image 16 Test ta 'immaġni Image 17 Test ta 'immaġni Image 18 Test ta 'immaġni Image 19 Test ta 'immaġni Image 20 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU 2(B)

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-kolostru u l-prodotti tal-kolostru minn annimali bovini mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

    Image 21 Test ta 'immaġni Image 22 Test ta 'immaġni Image 23 Test ta 'immaġni Image 24 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU 3(A)

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għal ikel fil-landa għall-annimali domestiċi maħsub biex jintbagħat fl-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

    Image 25 Test ta 'immaġni Image 26 Test ta 'immaġni Image 27 Test ta 'immaġni Image 28 Test ta 'immaġni Image 29 Test ta 'immaġni

    (KAPITOLU 3(B)

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-ikel għall-annimali domestiċi pproċessat minbarra l-ikel fil-laned, maħsub biex jintbagħat fl-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2)

    Image 30 Test ta 'immaġni Image 31 Test ta 'immaġni Image 32 Test ta 'immaġni Image 33 Test ta 'immaġni Image 34 Test ta 'immaġni Image 35 Test ta 'immaġni Image 36 Test ta 'immaġni Image 37 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU 3(C)

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-affarijiet għat-tgerrim mill-klieb maħsubin biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

    Image 38 Test ta 'immaġni Image 39 Test ta 'immaġni Image 40 Test ta 'immaġni Image 41 Test ta 'immaġni Image 42 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU 3(D)

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-ikel nej għall-annimali domestiċi biex jinbiegħ b'mod dirett, jew prodotti sekondarji tal-annimali biex jintemgħu lill-annimali tal-fer, maħsubin biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2)

    Image 43 Test ta 'immaġni Image 44 Test ta 'immaġni Image 45 Test ta 'immaġni Image 46 Test ta 'immaġni Image 47 Test ta 'immaġni Image 48 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU 3(E)

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-interjuri għat-taħwir għall-użu fil-manifattura ta' ikel għall-annimali domestiċi, maħsub biex jintbagħat fl-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2)

    Image 49 Test ta 'immaġni Image 50 Test ta 'immaġni Image 51 Test ta 'immaġni Image 52 Test ta 'immaġni Image 53 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU 3(F)

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-prodotti sekondarji tal-annimali (3) għall-manifattura ta' ikel għall-annimali domestiċi, maħsubin biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2)

    Image 54 Test ta 'immaġni Image 55 Test ta 'immaġni Image 56 Test ta 'immaġni Image 57 Test ta 'immaġni Image 58 Test ta 'immaġni Image 59 Test ta 'immaġni Image 60 Test ta 'immaġni

    (2)

    Il-Kapitoli 4(B) sa 4(D) jinbidlu b'dawn li ġejjin:

    “KAPITOLU 4(B)

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-prodotti tad-demm mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem li jistgħu jintużaw bħala materjal tal-għalf, maħsubin biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2)

    Image 61 Test ta 'immaġni Image 62 Test ta 'immaġni Image 63 Test ta 'immaġni Image 64 Test ta 'immaġni Image 65 Test ta 'immaġni Image 66 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU 4(C)

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-prodotti tad-demm mhux ittrattati, minbarra dawk tal-ekwidi, għall-manifattura ta' prodotti dderivati għal finijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbija, maħsubin biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2)

    Image 67 Test ta 'immaġni Image 68 Test ta 'immaġni Image 69 Test ta 'immaġni Image 70 Test ta 'immaġni Image 71 Test ta 'immaġni Image 72 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU 4(D)

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-prodotti tad-demm ittrattat, esklużi dawk tal-ekwidi, għall-manifattura ta' prodotti dderivati għal finijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbija, maħsubin biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2)

    Image 73 Test ta 'immaġni Image 74 Test ta 'immaġni Image 75 Test ta 'immaġni Image 76 Test ta 'immaġni Image 77 Test ta 'immaġni

    (3)

    Il-Kapitolu 6(B) jinbidel b'dan li ġej:

    “KAPITOLU 6(B)

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għat-trofej tal-kaċċa jew għal preparazzjonijiet oħra ta' għasafar u ungulati li jikkonsistu minn partijiet sħaħ li ma ġewx ittrattati, maħsubin biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2)

    Image 78 Test ta 'immaġni Image 79 Test ta 'immaġni Image 80 Test ta 'immaġni Image 81 Test ta 'immaġni Image 82 Test ta 'immaġni

    (4)

    Il-Kapitolu 8 jinbidel b'dan li ġej:

    “KAPITOLU 8

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-prodotti sekondarji tal-annimali biex jintużaw għal finijiet barra mill-katina tal-għalf jew għal kampjuni tal-kummerċ (2), maħsubin biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2)

    Image 83 Test ta 'immaġni Image 84 Test ta 'immaġni Image 85 Test ta 'immaġni Image 86 Test ta 'immaġni Image 87 Test ta 'immaġni Image 88 Test ta 'immaġni Image 89 Test ta 'immaġni Image 90 Test ta 'immaġni

    (5)

    Il-Kapitoli 10(A), 10(B), 11 u 12 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

    “KAPITOLU 10(A)

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għal xaħmijiet imdewba mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem biex jintużaw bħala materjal ta' għalf, maħsubin biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2)

    Image 91 Test ta 'immaġni Image 92 Test ta 'immaġni Image 93 Test ta 'immaġni Image 94 Test ta 'immaġni Image 95 Test ta 'immaġni Image 96 Test ta 'immaġni Image 97 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU 10(B)

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għax-xaħmijiet imdewba mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem biex jintużaw għal ċerti skopijiet barra l-katina tal-għalf, maħsubin biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2)

    Image 98 Test ta 'immaġni Image 99 Test ta 'immaġni Image 100 Test ta 'immaġni Image 101 Test ta 'immaġni Image 102 Test ta 'immaġni Image 103 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU 11

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-ġelatina u l-kollaġini mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem biex jintużaw bħala materjal ta' għalf jew għal finijiet barra mill-katina tal-għalf, maħsubin biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea jew għat- tranżitu minnha (2)

    Image 104 Test ta 'immaġni Image 105 Test ta 'immaġni Image 106 Test ta 'immaġni Image 107 Test ta 'immaġni Image 108 Test ta 'immaġni Image 109 Test ta 'immaġni

    KAPITOLU 12

    Ċertifikat tas-saħħa

    Ġħall-proteina idrolizzata, il-fosfat tad-dikalċju u l-fosfat tat-trikalċju mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem biex jintużaw bħala materjal ta' għalf jew għal użijiet barra mill-katina tal-għalf, maħsubin biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2)

    Image 110 Test ta 'immaġni Image 111 Test ta 'immaġni Image 112 Test ta 'immaġni Image 113 Test ta 'immaġni Image 114 Test ta 'immaġni Image 115 Test ta 'immaġni Image 116 Test ta 'immaġni

    (6)

    Il-Kapitolu 18 jinbidel b'dan li ġej:

    “KAPITOLU 18

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-qrun u l-prodotti tal-qrun, minbarra l-frakass tal-qrun, u l-qwieqeb u l-prodotti tal-qwieqeb, minbarra l-frakass tal-qwieqeb, maħsubin għall-produzzjoni ta' fertilizzanti organiċi jew għal materjali li jtejbu l-ħamrija maħsubin biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2)

    Image 117 Test ta 'immaġni Image 118 Test ta 'immaġni Image 119 Test ta 'immaġni Image 120 Test ta 'immaġni

    (7)

    Il-Kapitolu 20 jinbidel b'dan li ġej:

    “KAPITOLU 20

    Mudell tad-dikjarazzjoni

    Dikjarazzjoni għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi u għat-tranżitu (2) mill-Unjoni Ewropea ta' prodotti intermedji biex jintużaw għall-manifattura ta' prodotti mediċinali, prodotti mediċinali veterinarji, apparati mediċi għal skopijiet mediċi u veterinarji, apparati mediċi attivi impjantabbli, apparati mediċi għad-dijanjożi in vitro għal skopijiet mediċi u veterinarji, reaġenti tal-laboratorju, u prodotti kożmetiċi

    Image 121 Test ta 'immaġni Image 122 Test ta 'immaġni Image 123 Test ta 'immaġni Image 124 Test ta 'immaġni Image 125 Test ta 'immaġni ”.

    Top