Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019L1985

    Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1985 tat-28 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u speċijiet ta’ ħxejjex (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 308, 29.11.2019, p. 86–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2019/1985/oj

    29.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 308/86


    DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1985

    tat-28 ta’ Novembru 2019

    li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u speċijiet ta’ ħxejjex

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) ġew adottati biex jiżguraw li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-protokolli stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami tad-diversi speċijiet u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti tali protokolli. Għall-ispeċijiet mhux koperti minn protokolli tas-CPVO, dawk id-Direttivi jistipulaw li għandhom japplikaw il-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV).

    (2)

    Mill-aħħar emenda tad-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE bid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/114 (5), is-CPVO stabbilixxa aktar protokolli u aġġorna dawk eżistenti.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE jiġu emendati skont dan.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti A tal-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    L-Annessi tad-Direttiva 2003/91/KE huma sostitwiti bit-test stipulat fil-parti B tal-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta’ Ġunju 2020, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fil-verżjonijiet li japplikaw qabel l-emenda tagħhom permezz ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta’ Mejju 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

    Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ġunju 2020.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

    (3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7).

    (4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11).

    (5)  Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/114 tal-24 ta’ Jannar 2019 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u speċijiet ta’ ħxejjex (ĠU L 23, 25.1.2019, p. 35).


    ANNEX

    PART A

    “ANNESS I

    Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO (1)

    Isem xjentifiku

    Isem komuni

    Protokoll tas-CPVO

    Festuca arundinacea Schreb.

    Żwien twil

    TP 39/1 tal-1.10.2015

    Festuca filiformis Pourr.

    Żwien in-nagħaġ tal-werqa fina

    TP 67/1 tat-23.6.2011

    Festuca ovina L.

    Żwien in-nagħaġ

    TP 67/1 tat-23.6.2011

    Festuca pratensis Huds.

    Żwien il-bur

    TP 39/1 tal-1.10.2015

    Festuca rubra L.

    Żwien aħmar

    TP 67/1 tat-23.6.2011

    Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina

    Żwien iebes

    TP 67/1 tat-23.6.2011

    Lolium multiflorum Lam.

    Sikrana Taljana

    TP 4/2 tad-19.3.2019

    Lolium perenne L.

    Sikrana perenni

    TP 4/2 tad-19.3.2019

    Lolium x hybridum Hausskn.

    Sikrana ibrida

    TP 4/2 tad-19.3.2019

    Pisum sativum L. (partim)

    Piżelli

    TP 7/2 Rev. 2 tal-15.3.2017

    Poa pratensis L.

    Ħaxix il-bur taz-zokk lixx

    TP 33/1 tal-15.3.2017

    Vicia faba L.

    Favetta

    TP/8/1 tad-19.3.2019

    Vicia sativa L.

    Silla tal-blat

    TP 32/1 tad-19.4.2016

    Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

    Rutabaga

    TP 89/1 tal-11.3.2015

    Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

    Ravanell tal-għalf

    TP 178/1 tal-15.3.2017

    Brassica napus L. (partim)

    Kolza Żvediża

    TP 36/2 tas-16.11.2011

    Cannabis sativa L.

    Qanneb

    TP 276/1 rev. Parzjali tal-21.3.2018

    Glycine max (L.) Merr.

    Żerriegħa tas-sojja

    TP 80/1 tal-15.3.2017

    Gossypium spp.

    Qoton

    TP 88/1 tad-19.4.2016

    Helianthus annuus L.

    Ġirasol

    TP 81/1 tal-31.10.2002

    Linum usitatissimum L.

    Kittien/Żerriegħa tal-kittien

    TP 57/2 tad-19.3.2014

    Sinapis alba L.

    Mustarda bajda

    TP 179/1 tal-15.3.2017

    Avena nuda L.

    Ħafur għeri żgħir, Ħafur bla buq

    TP 20/2 tal-1.10.2015

    Avena sativa L. (tinkludi A. byzantina K. Koch)

    Ħafur u Ħafur aħmar

    TP 20/2 tal-1.10.2015

    Hordeum vulgare L.

    Xgħir

    TP 19/5 tad-19.3.2019

    Oryza sativa L.

    Ross

    TP 16/3 tal-1.10.2015

    Secale cereale L.

    Segala

    TP 58/1 tal-31.10.2002

    Sorghum bicolor (L.) Moench

    Sorgu

    TP 122/1 tad-19.3.2019

    Sorghum sudanense (Piper) Stapf.

    Sorgu tas-Sudan

    TP 122/1 tad-19.3.2019

    Sorghum bicolor (L.) Moench x Sorghum sudanense (Piper) Stapf

    Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ Sorghum bicolor u Sorghum sudanense

    TP 122/1 tad-19.3.2019

    xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

    Ibridi li jirriżultaw mill-ibridizzazzjoni ta’ speċijiet tal-ġeneru Triticum ma’ speċijiet tal-ġeneru Secale

    TP 121/2 rev. 1 tas-16.2.2011

    Triticum aestivum L.

    Qamħ

    TP 3/5 tad-19.3.2019

    Triticum durum Desf.

    Qamħ durum

    TP 120/3 tad-19.3.2014

    Zea mays L. (partim)

    Qamħirrum

    TP 2/3 tal-11.3.2010

    Solanum tuberosum L.

    Patata

    TP 23/3 tal-15.3.2017

    ANNESS II

    Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV (1)

    Isem xjentifiku

    Isem komuni

    Linja gwida tal-UPOV

    Beta vulgaris L.

    Pitravi tal-għalf

    TG/150/3 tal-4.11.1994

    Agrostis canina L.

    Ħaxix iebes bellusi

    TG/30/6 tat-12.10.1990

    Agrostis gigantea Roth

    Agrostide bajda

    TG/30/6 tat-12.10.1990

    Agrostis stolonifera L.

    Ħaxix iebes li jixxeblek

    TG/30/6 tat-12.10.1990

    Agrostis capillaris L.

    Brown top

    TG/30/6 tat-12.10.1990

    Bromus catharticus Vahl

    Ħaxix rescue

    TG/180/3 tal-4.4.2001

    Bromus sitchensis Trin.

    Bunixxief tal-Alaska

    TG/180/3 tal-4.4.2001

    Dactylis glomerata L.

    Sieq is-serduq

    TG/31/8 tas-17.4.2002

    xFestulolium Asch. et Graebn.

    Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ speċijiet tal-ġeneru Festuca ma’ speċijiet tal-ġeneru Lolium

    TG/243/1 tad-9.4.2008

    Phleum nodosum L.

    Ħaxix ta’ timothy żgħir

    TG/34/6 tas-7.11.1984

    Phleum pratense L.

    Ħaxix ta’ timothy

    TG/34/6 tas-7.11.1984

    Lotus corniculatus L.

    Qrempuċ tal-mogħoż

    TG 193/1 tad-9.4.2008

    Lupinus albus L.

    Lupina bajda

    TG/66/4 tal-31.3.2004

    Lupinus angustifolius L.

    Lupina b’weraq dojoq

    TG/66/4 tal-31.3.2004

    Lupinus luteus L.

    Lupina safra

    TG/66/4 tal-31.3.2004

    Medicago doliata Carmign.

    Nefel tal-fergħa dritta

    TG 228/1 tal-5.4.2006

    Medicago italica (Mill.) Fiori

    Nefel tal-midalja

    TG 228/1 tal-5.4.2006

    Medicago littoralis Rohde ex Loisel.

    Nefel tax-xtut

    TG 228/1 tal-5.4.2006

    Medicago lupulina L.

    Nefel iswed

    TG 228/1 tal-5.4.2006

    Medicago murex Willd.

    Nefel tal-globu

    TG 228/1 tal-5.4.2006

    Medicago polymorpha L.

    Nefel komuni

    TG 228/1 tal-5.4.2006

    Medicago rugosa Desr.

    Nefel imkemmex

    TG 228/1 tal-5.4.2006

    Medicago sativa L.

    Alfalfa

    TG/6/5 tas-6.4.2005

    Medicago scutellata (L.) Mill.

    Nefel tal-bebbux

    TG 228/1 tal-5.4.2006

    Medicago truncatula Gaertn.

    Nefel tal-fosdqa

    TG 228/1 tal-5.4.2006

    Medicago x varia T. Martyn

    Xnien ir-ramel

    TG/6/5 tas-6.4.2005

    Trifolium pratense L.

    Xnien aħmar

    TG/5/7 tal-4.4.2001

    Trifolium repens L.

    Silla bajda

    TG/38/7 tad-9.4.2003

    Phacelia tanacetifolia Benth.

    Kampanella ta’ Kalifornja

    TG/319/1 tal-5.4.2017

    Arachis hypogaea L.

    Karawett

    TG/93/4 tad-9.4.2014

    Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

    Rapa tan-nevew

    TG/185/3 tas-17.4.2002

    Carthamus tinctorius L.

    Għosfor

    TG/134/3 tat-12.10.1990

    Papaver somniferum L.

    Peprin

    TG/166/4 tad-9.4.2014

    PART B

    “ANNESS I

    Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO (1)

    Isem xjentifiku

    Isem komuni

    Protokoll tas-CPVO

    Allium cepa L. ((Il-grupp ta’ Cepa))

    Basal u Ekaljun

    TP 46/2 tal-1.4.2009

    Allium cepa L. (Il-grupp tal-Aggregatum)

    Shallot

    TP 46/2 tal-1.4.2009

    Allium fistulosum L.

    Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

    TP 161/1 tal-11.3.2010

    Allium porrum L.

    Kurrat

    TP 85/2 tal-1.4.2009

    Allium sativum L.

    Tewm

    TP 162/1 tal-25.3.2004

    Allium schoenoprasum L.

    Kurrat selvaġġ

    TP 198/2 tal-11.3.2015

    Apium graveolens L.

    Karfus

    TP 82/1 tat-13.3.2008

    Apium graveolens L.

    Celeriac (Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi)

    TP 74/1 tat-13.3.2008

    Asparagus officinalis L.

    Spraġ

    TP 130/2 tas-16.2.2011

    Beta vulgaris L.

    Pitravi inkluża l-pitrava ta’ Cheltenham

    TP 60/1 tal-1.4.2009

    Beta vulgaris L.

    Pitravi tal-ispinaċi jew Chard

    TP 106/1 tal-11.3.2015

    Brassica oleracea L.

    Kaboċċa mberfla

    TP 90/1 tas-16.2.2011

    Brassica oleracea L.

    Pastard

    TP 45/2 Rev. 2 tal-21.3.2018

    Brassica oleracea L.

    Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż

    TP 151/2 rev. tal-15.3.2017

    Brassica oleracea L.

    Kaboċċi ta’ Brussell/kaboċċi taz-zokk

    TP 54/2 rev. tal-15.3.2017

    Brassica oleracea L.

    Ġidra

    TP 65/1 rev. tal-15.3.2017

    Brassica oleracea L.

    Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

    TP 48/3 rev. tal-15.3.2017

    Brassica rapa L.

    Kaboċċa Ċiniża

    TP 105/1 tat-13.3.2008

    Capsicum annuum L.

    Bżar aħmar jaħraq jew Bżar

    TP 76/2 rev. tal-15.3.2017

    Cichorium endivia L.

    Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi

    TP 118/3 tad-19.3.2014

    Cichorium intybus L.

    Ċikwejra industrijali

    TP 172/2 tal-1.12.2005

    Cichorium intybus L.

    Ċikwejra tal-weraq

    TP 154/1 rev. tad-19.3.2019

    Cichorium intybus L.

    Ċikwejra Witloof

    TP 173/2 tal-21.3.2018

    Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

    Dulliegħ

    TP 142/2 tad-19.3.2014

    Cucumis melo L.

    Bettieħ

    TP 104/2 tal-21.3.2007

    Cucumis sativus L.

    Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinar (Gherkin)

    TP 61/2 Rev. 2 tad-19.3.2019

    Cucurbita maxima Duchesne

    Qargħa tat-tip gourd

    TP 155/1 tal-11.3.2015

    Cucurbita pepo L.

    Qarabagħli jew Zukkini

    TP 119/1rev. tad-19.3.2014

    Cynara cardunculus L.

    Qaqoċċ tond u Kardun

    TP 184/2 tas-27.2.2013

    Daucus carota L.

    Karrotti u Karrotti għall-għalf

    TP 49/3 tat-13.3.2008

    Foeniculum vulgare Mill.

    Bużbież

    TP 183/1 tal-25.3.2004

    Lactuca sativa L.

    Ħass

    TP 13/6 rev. tal-15.2.2019

    Solanum lycopersicum L.

    Tadam

    TP 44/4 Rev. 3 tal-21.3.2018

    Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

    Tursin

    TP 136/1 tal-21.3.2007

    Phaseolus coccineus L.

    Fażola ta’ Spanja

    TP 9/1 tal-21.3.2007

    Phaseolus vulgaris L.

    Fażola żgħira ta’ Franza u Fażola tixxeblek ta’ Franza

    TP 12/4 tas-27.2.2013

    Pisum sativum L. (partim)

    Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea)

    TP 7/2 Rev. 2 tal-15.3.2017

    Raphanus sativus L.

    Ravanell, Ravanell iswed

    TP 64/2 rev. tal-11.3.2015

    Rheum rhabarbarum L

    Rabarbru

    TP 62/1 tad-19.4.2016

    Scorzonera hispanica L.

    Scorzonera jew Salsafja sewda

    TP 116/1 tal-11.3.2015

    Solanum melongena L.

    Brunġiel

    TP 117/1 tat-13.3.2008

    Spinacia oleracea L.

    Spinaċi

    TP 55/5 Rev. 2 tal-15.3.2017

    Valerianella locusta (L.) Laterr.

    Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf

    TP 75/2 tal-21.3.2007

    Vicia faba L. (partim)

    Ful

    TP Ful Kbir/1 tal-25.3.2004

    Zea mays L. (partim)

    Qamħirrum Ħelu u Popkorn

    TP 2/3 tal-11.3.2010

    Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum lycopersicum L. x Solanum cheesmaniae (L. Ridley) Fosberg; Solanum pimpinellifolium L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner

    Selvaġġ tat-tadam

    TP 294/1 Rev. 3 tal-21.3.2018

    Cucurbita maxima Duchesne x Cucurbita moschata Duchesne

    L-ibridi interspeċifiċi tal-Cucurbita maxima Duch. x Cucurbita moschata Duch. għal użu bħala selvaġġ (rootstock)

    TP 311/1 tal-15.3.2017

    ANNESS II

    Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV (1)

    Isem xjentifiku

    Isem komuni

    Linja gwida tal-UPOV

    Brassica rapa L.

    Nevew

    TG/37/10 tal-4.4.2001


    (1)  It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

    (1)  It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int)

    (1)  It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

    (1)  It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).


    Top