Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0655

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ewropew tal-Investiment tas-16 ta' April 2019 dwar is-sostituzzjoni tal-kapital tar-Renju Unit fil-Bank Ewropew tal-Investiment b'kapital sottoskritt mill-kumplament tal-Istati Membri [2019/655]

    ĠU L 110, 25.4.2019, p. 39–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/655/oj

    25.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 110/39


    DEĊIŻJONI TAL-BORD TAL-GVERNATURI TAL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT

    tas-16 ta' April 2019

    dwar is-sostituzzjoni tal-kapital tar-Renju Unit fil-Bank Ewropew tal-Investiment b'kapital sottoskritt mill-kumplament tal-Istati Membri [2019/655]

    IL-BORD TAL-GVERNATURI TAL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT

    WARA LI JIKKUNSIDRA l-Artikoli 4(3) u 5(2) tal-Istatut,

    BILLI r-Renju Unit huwa mistenni li joħroġ mill-Unjoni Ewropea mit-30 ta' Marzu 2019 skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    BILLI skont l-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-membri tal-Bank Ewropew tal-Investiment huma l-Istati Membri,

    BILLI l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ser iġib fit-tmiem is-sħubija tar-Renju Unit fil-Bank Ewropew tal-Investiment u l-kapital sottoskritt tiegħu fil-Bank.

    Billi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea m'għandux jaffettwa l-attività ta' finanzjament u l-mudell ta' negozju tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

    BILLI ż-żamma tal-kapital tal-Bank teħtieġ żieda fil-kapital sottoskritt mill-kumplament tal-Istati Membri,

    BILLI l-porzjon imħallas ta' din iż-żieda fil-kapital sottoskritt mill-kumplament tal-Istati Membri għandu jammonta għal EUR 3 495 903 950, li għandu jiġi ffinanzjat għal kollox mir-Riżervi Addizzjonali tal-Bank, sabiex jiġi ppreżervat il-porzjon imħallas tal-kapital totali sottoskritt fil-livell attwali tiegħu,

    BILLI ż-żamma tal-kapital tal-Bank għandha timxi b'mod parallel ma' tisħiħ ulterjuri tal-governanza tal-Bank,

    BILLI l-funzjoni tal-Bord tad-Diretturi għandha tissaħħaħ, biex tippermetti l-ħatra ta' supplenti addizzjonali, u għandu jsir użu aħjar minn membri supplenti tal-Bord u esperti li ma jivvotawx sabiex jittejjeb l-appoġġ tagħhom lejn il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi, b'mod partikolari fir-rigward tal-analiżi ta' proposti ta' finanzjament,

    BILLI l-użu ta' votazzjoni b'maġġoranza kkwalifikata fil-Bord tad-Diretturi u l-Bord tal-Gvernaturi għandu jiġi estiż għal oqsma kruċjali, jiġifieri d-deċiżjoni dwar il-Pjan Operazzjonali tal-Bank, il-ħatra tal-membri tal-Kumitat ta' Tmexxija u l-approvazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura.

    BILLI l-Bank għandu jieħu inizjattivi ulterjuri biex jirrifletti, skont l-aħjar prattika bankarja, il-prinċipji ta' “tliet linji ta' difiża”, f'kull livell rilevanti tal-istituzzjoni, inkluż fil-Kumitat tat-Tmexxija,

    BILLI skont l-aspettattivi tal-Istati Membri, il-volumi ta' tislif għandhom jinżammu sostenibbli u għandu jiġi żviluppat aktar qafas għad-determinazzjoni ta' livelli ta' tislif sostenibbli,

    BILLI l-funzjoni tal-Kumitat tal-Verifika għandha tissaħħaħ billi jiġi żgurat li l-Kumitat għandu fost il-membri tiegħu għarfien dwar kwistjonijiet superviżorji, il-proċess tal-għażla għall-membri tal-Kumitat tal-Verifika għandu jiġi esplorat ukoll sabiex jiġi żgurat, inter alia, li l-Kumitat tal-Verifika dejjem ikun jinkludi membri li jiġu minn awtorità superviżorja bankarja kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra ż-żona tal-euro,

    BILLI l-Kunsill huwa mitlub jadotta, b'mod parallel, l-emendi meħtieġa għall-Istatut tal-Bank skont l-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    BILLI ċerti Stati Membri espremew interess biex jissottoskrivu għal kapital addizzjonali fil-Bank, u l-Bord tal-Gvernaturi jsejjaħ lill-Bord tad-Diretturi biex iressaq proposta dwar dan is-suġġett sa mhux aktar tard għal-Laqgħa Annwali fl-2019,

    IL-BORD TAL-GVERNATURI TAL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT GĦALDAQSTANT IDDEĊIEDA B'MOD ANONIMU SKONT KIF ĠEJ:

    1.

    B'effett mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-kapital sottoskritt mill-kumplament tal-Istati Membri ser jiżdied b'EUR 39 195 022 000, bi proporzjon għas-sehem ta' kull Stat Membri fil-kapital sottoskritt totali ta' EUR 204 089 132 500. Il-kapital tal-Bank għandu jiġi rrestawrat għal EUR 243 284 154 500, sottoskritt mill-Istati Membri skont kif ġej:

    Il-Ġermanja

    46 722 369 149

    Franza

    46 722 369 149

    L-Italja

    46 722 369 149

    Spanja

    28 033 421 847

    Il-Belġju

    12 951 115 777

    In-Netherlands

    12 951 115 777

    L-Iżvezja

    8 591 781 713

    Id-Danimarka

    6 557 521 657

    L-Awstrija

    6 428 994 386

    Il-Polonja

    5 980 679 827

    Il-Finlandja

    3 693 702 498

    Il-Greċja

    3 512 961 713

    Il-Portugall

    2 263 904 037

    Iċ-Ċekja

    2 206 922 328

    L-Ungerija

    2 087 849 195

    L-Irlanda

    1 639 379 073

    Ir-Rumanija

    1 513 926 692

    Il-Kroazja

    1 062 312 542

    Is-Slovakkja

    751 236 149

    Is-Slovenja

    697 455 090

    Il-Bulgarija

    510 041 217

    Il-Litwanja

    437 633 208

    Il-Lussemburgu

    327 878 318

    Ċipru

    321 508 011

    Il-Latvja

    267 076 094

    L-Estonja

    206 248 240

    Malta

    122 381 664

    2.

    B'effett mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, Riżervi Addizzjonali tal-Bank fl-ammont ta' EUR 3 495 903 950 għandhom jinġibdu minn riżervi liberi, u jiġu ttrasformati f'kapital imħallas permezz ta' trasferiment mir-Riżervi Addizzjonali tal-Bank għall-kapital tiegħu. L-ammont għandu jiġi allokat għall-kapital imħallas tal-Istati Membri bi proporzjon għas-sehem ta' kull Stat Membru fl-ammont totali ta' EUR 243 284 154 500.

    3.

    Għaldaqstant, mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Istatut tal-Bank għandu jiġi emendat skont kif ġej:

    “Il-kapital tal-Bank għandu jkun EUR 243 284 154 500, sottoskritt mill-Istati Membri skont kif ġej:

    Il-Ġermanja

    46 722 369 149

    Franza

    46 722 369 149

    L-Italja

    46 722 369 149

    Spanja

    28 033 421 847

    Il-Belġju

    12 951 115 777

    In-Netherlands

    12 951 115 777

    L-Iżvezja

    8 591 781 713

    Id-Danimarka

    6 557 521 657

    L-Awstrija

    6 428 994 386

    Il-Polonja

    5 980 679 827

    Il-Finlandja

    3 693 702 498

    Il-Greċja

    3 512 961 713

    Il-Portugall

    2 263 904 037

    Iċ-Ċekja

    2 206 922 328

    L-Ungerija

    2 087 849 195

    L-Irlanda

    1 639 379 073

    Ir-Rumanija

    1 513 926 692

    Il-Kroazja

    1 062 312 542

    Is-Slovakkja

    751 236 149

    Is-Slovenja

    697 455 090

    Il-Bulgarija

    510 041 217

    Il-Litwanja

    437 633 208

    Il-Lussemburgu

    327 878 318

    Ċipru

    321 508 011

    Il-Latvja

    267 076 094

    L-Estonja

    206 248 240

    Malta

    122 381 664 ”

    4.

    Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għall-Bord tal-Gvernaturi

    Il-President

    E.O. TEODOROVICI

    Is-Segretarja

    M. SANTONI


    Top