This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0029
Council Implementing Decision (CFSP) 2019/29 of 9 January 2019 implementing Decision (CFSP) 2017/1775 concerning restrictive measures in view of the situation in Mali
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/29 tad-9 ta' Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/29 tad-9 ta' Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
ST/15863/2018/INIT
ĠU L 8, 10.1.2019, p. 30–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/30 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/29
tad-9 ta' Jannar 2019
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 tat-28 ta' Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-28 ta' Settembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775. |
(2) |
Fl-20 ta' Diċembru 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit permezz tal-paragrafu 9 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti żied tliet persuni mal-lista ta' persuni soġġetti għal projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar stabbilita fil-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017). |
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Jannar 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
ANNESS
A. Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)
1. Ahmoudou AG ASRIW (magħruf ukoll bħala: a) Amadou Ag Isriw; b) Ahmedou; c) Ahmadou; d) Isrew; e) Isereoui; f) Isriou)
Data tat-Twelid: 1 ta' Jannar 1982
Nazzjonalità: Mali
Indirizz: a) Mali; b) Amassine, Mali (post preċedenti)
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Diċembru 2018
Informazzjoni oħra: Sess: raġel. Possibbilment arrestat fin-Niġer f'Ottubru 2016. Paġna web: https://www.youtube.com/channel/UCu2efaIUosqEu1HEBs2zJIw
Informazzjoni oħra
Ahmoudou Ag Asriw ġie elenkat fl-20 ta' Diċembru 2018 skont il-paragrafi 1 u 3 tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għall-involviment f'ostilitajiet bi ksur tal-Ftehim; u talli aġixxa għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', jew inkella appoġġa jew iffinanzja individwi u entitajiet identifikati fis-subparagrafi (a) u (b) tal-paragrafu 8 tar-riżoluzzjoni 2374 (2017), inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluż il-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw jew jgħaddu mill-Mali, it-traffikar ta' bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi kif ukoll it-traffikar ta' proprjetà kulturali.
Ahmoudou Ag Asriw huwa kmandant għoli tal-Groupe autodéfense touareg Imghad et allies (GATIA) u f'din il-kapaċità kien involut fit-tmexxija ta' konvojs tad-droga fit-Tramuntana tal-Mali mill-inqas minn Ottubru 2016, kif ukoll fil-ksur tal-waqfien mill-ġlied f'Kidal f'Lulju 2017 u April 2018.
F'April 2018 Asriw mexxa konvoj, flimkien ma' membru tal-Mouvement arabe de l'Azawad (MAA) Plateforme, u ttraffika erba' tunnellati ta' reżina tal-kannabis minn Tabankort, li għaddew minn Ammasine, reġjun tal-Kidal, lejn in-Niġer. Il-konvoj kien attakkat minn membri tal-Coordination des Mouvements de l'Azawad u aggressuri mhux identifikati min-Niġer. Tliet kumbattenti sfaw maqtula waqt il-ġlied li segwa.
F'dan il-kuntest, motivat minn kompetizzjoni fuq il-konvojs tad-droga, Asriw kien involut f'ostilitajiet bi ksur tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali tal-2015. Min-naħa l-oħra, l-involviment ta' Asriw fit-traffikar tad-droga x'aktarx ħafna li jiffinanzja l-operazzjonijiet militari tiegħu, inkluż il-ksur ta' waqfien mill-ġlied.
2. Mahamadou AG RHISSA (magħruf ukoll bħala: Mohamed Talhandak)
Data tat-Twelid: 1 ta' Jannar 1983
Nazzjonalità: Mali
Indirizz: Kidal, il-Mali
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Diċembru 2018
Informazzjoni oħra: Sess: raġel. Fl-1 ta' Ottubru 2017 il-forzi Franċiżi għamlu raid id-dar tiegħu, fejn arrestaw lil Ag Rhissa u sitt membri tal-familja.
Informazzjoni oħra
Mahamadou Ag Rhissa ġie elenkat fl-20 ta' Diċembru 2018 skont il-paragrafi 1 u 3 tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim; u talli aġixxa għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', jew inkella appoġġa jew iffinanzja individwi u entitajiet identifikati fis-subparagrafi (a) u (b) tal-paragrafu 8 tar-riżoluzzjoni 2374 (2017), inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluż il-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw jew jgħaddu mill-Mali, it-traffikar ta' bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi kif ukoll it-traffikar ta' proprjetà kulturali; u għall-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti fil-Mali li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż dawk immirati kontra persuni ċivili, inkluż nisa u tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, spostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju.
Mahamadou Ag Rhissa, magħruf ukoll bħala Mohamed Talhandak, huwa negozjant influwenti fir-reġjun ta' Kidal u membru tal-Haut conseil pour l'unicité de l'Azawad (HCUA). Fl-2016, huwa rrappreżenta l-Coordination des mouvements de l'Azawad (CMA) matul il-laqgħat f'Bamako dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni tal-2015.
Ag Rhissa evolva ruħu fit-traffikar tal-petrol bejn l-Alġerija u Kidal u wasal biex jikkontrolla l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali li tgħaddi mill-belt żgħira Talhnadak fuq il-fruntiera. Il-migranti xehdu dwar il-prattiki abbużivi ta' Ag Rhissa, inkluż ix-xogħol furzat, il-piena korporali u l-priġunerija. Ag Rhissa organizza u ffaċilita l-isfruttament sesswali ta' mill-inqas żewġ nisa, u ħelishom biss wara pagamenti ta' CFA 150 000–175 000 (USD 300–350).
Fl-1 ta' Ottubru 2017, il-forzi ta' Barkhane għamlu raids fuq żewġt idjar tiegħu fiż-żona ta' Kidal fuq suspett li kellu relazzjonijiet ma' netwerks terroristiċi. Ag Rhissa nżamm arrestat għal ftit żmien. Fl-4 ta' Novembru 2017, allegatament, ipparteċipa f'laqgħa ta' grupp armat terroristiku fiż-żona tal-fruntiera bejn il-Mali u l-Alġerija.
Bħala rappreżentant uffiċjali tas-CMA fil-proċess ta' paċi, l-involviment ta' Ag Rhissa f'terroriżmu, kriminalità organizzata u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim u jagħmel ħsara lill-kredibbiltà tal-HCUA bħala sieħeb fin-negozjati.
3. Mohamed OUSMANE MOHAMEDOUNE (magħruf ukoll bħala: a) Ousmane Mahamadou; b) Mohamed Ousmane)
Titlu: Cheikh
Data tat-Twelid: 16 ta' April 1972
Post tat-Twelid: Mali
Nazzjonalità: Mali
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Diċembru 2018
Informazzjoni oħra: Sess: raġel. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed. Numru tat-telefon: +223 60 36 01 01. Lingwi mitkellma: l-Għarbi u l-Franċiż. Marki distintivi: nuċċali.
Informazzjoni oħra
Mohamed Ousmane Ag Mohamedoune ġie elenkat fl-20 ta' Diċembru 2018 skont il-paragrafi 1 u 3 tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim; u l-involviment tiegħu fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorizzazzjoni, jew it-twettiq ta' attakki kontra: (i) id-diversi entitajiet msemmija fil-Ftehim, inkluż fil-livell lokali, reġjonali u l-istituzzjonijiet tal-istat, pattulji konġunti u l-forzi tad-Difiża u tas-Sigurtà tal-Mali; (ii) il-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MINUSMA u persunal tan-NU u assoċjat ieħor, inkluż membri tal-Grupp ta' esperti; (iii) il-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż l-FC-G5S, il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Forzi Franċiżi.
Mohamed Ousmane Ag Mohamedoune (minn issa 'l quddiem Mohamed Ousmane) huwa s-segretarju ġenerali tal-Coalition pour le Peuple de l'Azawad (CPA), maħluqa fl-2014 bħala grupp żgħir li nfired mill-Mouvement National de Libération de l'Azawad (MNLA). Mohamed Ousmane ħa f'idejh it-tmexxija tas-CPA f'Ġunju 2015 u mill-2016 'l hawn stabbilixxa diversi bażijiet militari u punti ta' kontroll fir-reġjun ta' Timbuktu, b'mod partikolari f'Soumpi u Echel.
Fl-2017 u l-2018, il-kap kmandant militari ta' Mohamed Ousmane, u elementi armati oħra tas-CPA, kienu involuti f'attakki fatali kontra l-forzi tas-sigurtà u l-forzi armati tal-Mali fiż-żona ta' Soumpi. Dawk l-attakki ġew rivendikati mill-Jamaat Nosrat al iżlam wal Muslimin (JNIM), grupp terroristiku immexxi minn Iyad Ag Ghali, elenkat fil-lista tas-sanzjonijiet kontra l-ISIL/Al-Qaida u stabbilita u miżmuma skont ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà 1267/1989/2253.
Fl-2017 Mohamed Ousmane stabbilixxa wkoll u ppresieda alleanza usa' ta' gruppi sekondarji, il-Coalition des Mouvements de l'Entente (CME). Mohamed Ousmane organizza l-ewwel konvenzjoni tas-CME f'Tinaouker (ir-reġjun ta' Gao) fit-30 ta' April 2018, li matulha nħatar bħala kelliem tas-CME. Matul il-konvenzjoni fejn ġiet stabbilita, is-CME heddet bil-miftuħ fi stqarrija uffiċjali l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali.
Is-CME kienet involuta wkoll f'ostakli li dewmu l-implimentazzjoni tal-Ftehim, billi għamlet pressjoni fuq il-gvern tal-Mali u l-komunità internazzjonali bil-għan li timponi s-CME fil-mekkaniżmi differenti stabbiliti mill-Ftehim.
B. Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1