EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1230

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1230 tat-12 ta' Settembru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ST/11294/2018/INIT

ĠU L 231, 14.9.2018, p. 1–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1230/oj

14.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1230

tat-12 ta' Settembru 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fuq il-bażi ta' rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li tiġi emendata l-informazzjoni dwar ċerti persuni u entitajiet fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif jidhru fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Persuni:

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“4.

Denis Valentinovich BEREZOVSKIY

(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСКИЙ)

Denys Valentynovych BEREZOVSKYY

(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСЬКИЙ)

Data tat-twelid: 15.7.1974

Post tat-twelid: Kharkiv, SSR tal-Ukrajna

Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali tal-Ukrajna fl-1 ta' Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, biex b'hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna.

Kien Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa sa Ottubru 2015.

Mill-2015, jistudja fl-akkademja militari tal-Persunal Ġenerali tal-forzi armati Russi.

17.3.2014

11.

Andrei Aleksandrovich KLISHAS

(Андрей Александрович Клишас)

Data tat-twelid: 9.11.1972

Post tat-twelid: Sverdlovsk

President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali u l-Bini tal-Istat tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. F'dikjarazzjonijiet pubbliċi Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukrajna billi ddikjara li “l-President tal-Ukrajna jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta' assistenza komprensiva għad-difiża taċ-ċittadini tal-Krimea”.

17.3.2014

14.

Aleksandr Borisovich TOTOONOV

(Александр Борисович Тотоонов)

Data tat-twelid: 3.4.1957

Post tat-twelid: Ordzhonikidze, Ossezja tat-Tramuntana

Eks Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Ir-responsabbiltajiet tiegħu bħala Membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni Russa ntemmu f'Settembru 2017.

Minn Settembru 2017 huwa l-Ewwel Viċi President tal-Parlament ta' Ossezja tat-Tramuntana.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Totoonov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

17.

Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK

(Сергей Владимирович ЖЕЛЕЗНЯК)

Data tat-twelid: 30.7.1970

Post tat-twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad)

Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b'appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna.

Eks Viċi President u attwalment membru tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

17.3.2014

22.

Dmitry Olegovich ROGOZIN

(Дмитрий Олегович Рогозин)

Data tat-twelid: 21.12.1963

Post tat-twelid: Moska

Eks Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

21.3.2014

28.

Valery Vladimirovich KULIKOV

(Валерий Владимирович Куликов)

Data tat-twelid: 1.9.1956

Post tat-twelid: Zaporozhye, (SSR tal-Ukrajna)

Eks Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

Fis-26 ta' Settembru 2017, permezz ta' Digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa, huwa tneħħa minn din il-kariga u mis-servizz militari.

Minn Settembru 2017, huwa membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa, fejn jirrappreżenta l-Belt annessa ta' Sevastopol.

21.3.2014

30.

Mikhail Grigorievich MALYSHEV

(Михаил Григорьевич МАЛЫШЕВ)

Mykhaylo Hryhorovych MALYSHEV

(Михайло Григорович МАЛИШЕВ)

Data tat-twelid: 10.10.1955

Post tat-twelid: Simferopol, il-Krimea

President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-‘referendum’ tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum.

Fil-kapaċità ta' President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea, huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li kienu ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġa b'mod attiv u implimenta politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

21.3.2014

32.

Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK

(Игорь Николаевич Турченюк)

Data tat-twelid: 5.12.1959

Post tat-twelid: Osh, SSR tal-Kirgiżistan

Eks Kmandant de facto tat-truppi Russi skjerati fuq il-post fil-Krimea, li kienet ġiet annessa illegalment (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”). Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Attwalment huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Amministrazzjoni Pubblika u s-Sigurtà Nazzjonali fl-Akkademja Militari tal-Persunal Ġenerali Russu.

21.3.2014

47.

Sergey Gennadevich TSYPLAKOV (Сергей Геннадьевич ЦЫПЛАКОВ)

Serhiy Hennadiyovych TSYPLAKOV (Сергiй Геннадiйович ЦИПЛАКОВ)

Data tat-twelid: 1.5.1983

Post tat-twelid: Khartsyzsk, reġjun ta' Donetsk

Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-“Milizzja Popolari ta' Donbas”. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-Istat fir-reġjun ta' Donetsk.

Membru tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”, eks President u membru attwali tal-“Kumitat tal-Kunsill tal-Poplu għall-Politika dwar l-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni”.

29.4.2014

56.

Igor Evgenevich KAKIDZYANOV

(Игорь Евгеньевич КАКИДЗЯНОВ),

Igor Evegenevich KHAKIMZYANOV

(Игорь Евгеньевич ХАКИМЗЯНОВ)

Ihor Yevhenovych KHAKIMZIANOV (KAKIDZIANOV)

(Iгор Євгенович ХАКIМЗЯНОВ (КАКIДЗЯНОВ))

Data tat-twelid: 25.7.1980

Post tat-twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

Wieħed mill-eks mexxejja tal-forzi armati tal-awtoproklamata “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. L-għan tal-forzi huwa li “jipproteġu l-poplu tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk u l-integrità territorjali tar-repubblika”P skont Pushylin, wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”P.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.5.2014

60.

Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA

(Наталья Владимировна ПОКЛОНСКАЯ)

Data tat-twelid: 18.3.1980

Post tat-twelid: Mikhailovka, reġjun ta' Voroshilovgrad, SSR tal-Ukrajna jew Yevpatoria, SSR tal-Ukrajna

Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li kienet ġiet annessa illegalment.

Eks Prosekutur tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Implimentat b'mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja.

Bħalissa Viċi President tal-Kumitat għas-Sigurtà u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

12.5.2014

71.

Nikolay Ivanovich KOZITSYN

(Николай Иванович Козицын)

Data tat-twelid: 20.6.1956 jew 6.10.1956

Post tat-twelid: Djerzjinsk, reġjun ta' Donetsk

Kmandant tal-forzi Kosakki.

Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.7.2014

78.

Sergei Orestovich BESEDA

(Сергей Орестович Беседа)

Data tat-twelid: 17.5.1954

Kmandant tal-Ħames Servizz tal-FSB, is-Servizz Federali ta' Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

Bħala uffiċjali għoli tal-FSB (Kurunell-Ġenerali), huwa jmexxi servizz responsabbli li jissorvelja l-operazzjonijiet ta' intelligence u l-attività internazzjonali.

25.7.2014

79.

Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV/DEGTYAREV

(Михаил Владимирович ДЕГТЯРËВ)

Data tat-twelid 10.7.1981

Post tat-twelid: Post tat-Twelid: Kuibyshev (Samara)

Membru tad-Duma tal-Istat.

Bħala membru tad-Duma huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-“ambaxxata de facto” tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta “Repubblika Popolari ta' Donetsk” f'Moska, huwa jikkontribwixxi għall-ipperikolar jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Attwalment President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

25.7.2014

81.

Alexander Nikolayevich TKACHYOV (Александр Николаевич Ткачëв)

Data tat-twelid: 23.12.1960

Post tat-twelid: Vyselki, reġjun ta' Krasnodar

Eks Gvernatur tal-Krasnodar Krai.

Ingħata l-medalja “għal-ħelsien tal-Krimea” mill-Aġent kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. F'dik l-okkażjoni, l-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea qal li Tkachyov kien minn tal-ewwel li esprimew l-appoġġ tagħhom għat-“tmexxija” l-ġdida tal-Krimea.

Eks Ministru għall-Agrikoltura tal-Federazzjoni Russa.

25.7.2014

89.

Oksana TCHIGRINA,

Oksana Aleksandrovna CHIGRINA (CHYHRYNA)

(Оксана Александровна ЧИГРИНА)

Data tat-twelid: possibbilment 23.7.1981

Eks kelliema tal-hekk imsejjaħ “gvern” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”P li għamlet dikjarazzjonijiet li jiġġustifikaw fost oħrajn it-twaqqigħ ta' ajruplan militari Ukren, it-teħid ta' ostaġġi, attivitajiet ta' ġlied mill-gruppi armati illegali, li bħala konsegwenza pperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna.

Eks kelliema tas-Servizz tal-Istampa tal-LNR.

30.7.2014

102.

Andrei Nikolaevich RODKIN (Андрей Николаевич Родкин)

Data tat-twelid: 23.9.1976

Post tat-twelid: Moska

Eks Rappreżentant f'Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru tagħhom ta' sistemi ta' armi mill-forzi armati Ukreni. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Wieħed mill-eks mexxejja tal-“Unjoni ta' Voluntiera ta' Donbas”.

12.9.2014

117.

Aleksey Vasilevich NAUMETS

(Алексей Васильевич Haумец)

Data tat-twelid: 11.2.1968

Maġġur Ġeneral tal-Armata Russa. Eks kmandant tas-76 diviżjoni tal-ajru li kienet involuta fil-preżenza militari Russa fit-territorju tal-Ukrajna, partikolarment waqt l-annessjoni illegali tal-Krimea. Mill-2018 Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi tal-Ajru.

12.9.2014

120.

Sergey Yurievich KOZYAKOV

(Сергей Юрьевич КОЗЬЯКОВ)

Serhiy Yuriyovych KOZYAKOV

(Сергiй Юрiйович КОЗЬЯКОВ)

Data tat-twelid: 29.9.1982 jew 23.9.1982

Fil-kapaċità li kellu qabel bħala l-hekk imsejjaħ “Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ta' Luhansk” kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 fir-“Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Bejn Ottubru 2015 u Diċembru 2017 hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tar-“Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f'dawn il-kapaċitajiet, u billi organizza l-“elezzjonijiet”P illegali, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

138.

Alexandr Vasilievich SHUBIN

(Александр Васильевич ШУБИН)

Data tat-twelid: 20.5.1972 jew 30.5.1972

Post tat-twelid: Luhansk

Hekk imsejjaħ eks “Ministru għall-Ġustizzja”P, tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” illegali. President tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” minn Ottubru 2015 'l hawn.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

141.

Ekaterina Vladimirovna FILIPPOVA (Екатерина Владимировна ФИЛИППОВА)

Kateryna Volodymyrivna FILIPPOVA

(Катерина Володимирiвна ФIЛIППОВА

Data tat-twelid: 20.1.1988

Post tat-twelid: Krasnoarmëisk

L-hekk imsejħa eks “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

146.

Zaur Raufovich ISMAILOV

(Заур Рауфович ИСМАИЛОВ)

Zaur Raufovych ISMAYILOV

(Заур Рауфович IСМАЇЛОВ)

Data tat-twelid: 25.7.1978 (jew 23.3.1975)

Post tat-twelid: Krasny Luch, Voroshilovgrad, reġjun ta' Lugansk

Kien l-hekk imsejjaħ “Prosekutur Ġenerali” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” (sa Ottubru 2017). Bħalissa jaġixxi bħala hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”P.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

164.

Aleksandr YurevichPETUKHOV /

Aleksandr Yurievich PETUKHOV

(Александр Юрьевич ПЕТУХОВ)

Oleksandr Yuriyovych PIETUKHOV

(Олександр Юрійович ПЄТУХОВ)

Data tat-twelid: 17.7.1970

Eks President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. F'din il-kapaċità huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġa b'mod attiv u implimenta politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018”

 

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“3.

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”

“Луганская народная республика”

“Luganskaya narodnaya respublika”

Informazzjoni uffiċjali:

https://glava-lnr.info/

https://sovminlnr.ru/

https://nslnr.su/

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” ġiet stabbilita fis-27 ta' April 2014.

Responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referendum illegali fil-11 ta' Mejju 2014. Dikjarazzjoni tal-indipendenza fit-12 ta' Mejju 2014.

Fit-22 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk ħolqu l-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukrena, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant jipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Hija involuta wkoll fir-reklutaġġ tal-“Armata tax-Xlokk” separatista u gruppi separatisti illegali armati oħrajn, u għaldaqstant tipperikola l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

25.7.2014

4.

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”

“Донецкая народная республика”

“Donétskaya naródnaya respúblika”

Informazzjoni uffiċjali:

https://dnr-online.ru/

http://av-zakharchenko.su/

http://smdnr.ru/

https://dnrsovet.su/

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” ġiet iddikjarata fis-7 ta' April 2014.

Responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referendum illegali fil-11 ta' Mejju 2014. Dikjarazzjoni tal-indipendenza fit-12 ta' Mejju 2014.

Fl-24 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk iffirmaw ftehim dwar il-ħolqien tal-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukrena, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant jipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Hija involuta wkoll fir-reklutaġġ tal- gruppi separatisti illegali armati, u għaldaqstant iddgħajjef l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

25.7.2014

6.

Unjoni Internazzjonali ta' Assoċjazzjonijiet Pubbliċi “Great Don Army”

Международный Союз Общественных Объединений “Всевеликое Войско Донское”

Informazzjoni uffiċjali:

http://xn--80aaa ajfjszd7a3b0e.xn--p1ai/

Nru tat-telefon:

+7-8-908-178-65-57

Media soċjali: Gwardja Nazzjonali Kosakka http://vk.com/kazak_nac_guard

Indirizz: 346465 Russia, Rostov Region, October District, St Zaplavskaya, Str Shosseynaya 1

It-tieni indirizz: Voroshilovskiy Prospekt 12/85-87/13, Rostov-on-Don

Il-“Great Don Army” stabbilixxiet il-“Gwardja Nazzjonali Kosakka”, responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant ipperikolat l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna kif ukoll heddet l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Assoċjata mas-Sur Nikolay Kozitsyn, li huwa Kmandant tal-forzi Kosakki u responsabbli għat-tmexxija tas-separatisti fl-Ukrajna tal-Lvant li qed jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

25.7.2014

7.

“Sobol”

“Соболь”

Informazzjoni uffiċjali:

http://soboli.net

Media soċjali:

http://vk.com/sobolipress

Nru tat-telefon:

(0652) 60-23-93

Posta elettronika: SoboliPress@gmail.com

Indirizz: Crimea, Simferopol, str. Kiev, 4 (area bus station ‘Central’).

Organizzazzjoni paramilitari radikali, responsabbli għall-appoġġ bla ħabi tal-użu tal-forza biex jintemm il-kontroll tal-Ukrajna fuq il-Krimea, u għaldaqstant tipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Responsabbli għat-taħriġ ta' separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren fil-Lvant tal-Ukrajna, u għaldaqstant thedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

25.7.2014

8.

L-hekk imsejħa “Gwardja ta' Lugansk”

“Луганская гвардия”

Media soċjali u informazzjoni oħra:

https://vk.com/luguard

http://vk.com/club68692201

https://vk.com/luguardnews

Milizzja għall-awtodifiża ta' Lugansk, responsabbli għat-taħriġ ta' separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Assoċjata mas-Sur German PROPOKIV, mexxej attiv li huwa responsabbli li ħa parti fit-teħid tal-bini tal-uffiċċju reġjonali ta' Lugansk tas-Servizz tas-Sigurtà Ukren u rreġistra filmat b'dikjarazzjoni lill-President Putin u r-Russja mill-bini okkupat.

25.7.2014

9.

L-hekk imsejħa “Armata tax-Xlokk”

“Армии Юго-Востока”

http://lugansk-online.info/statements

Media soċjali:

http://vk.com/lugansksbu

Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukrajna tal-Lvant.

Responsabbli għall-okkupazzjoni tal-bini tas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk.

Assoċjat mas-Sur Valeriy BOLOTOV, li kien elenkat bħala wieħed mill-mexxejja tal-grupp.

Assoċjat mas-Sur Vasyl NIKITIN, responsabbli għall-attivitajiet “governamentali” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

25.7.2014

10.

L-hekk imsejħa “Milizzja Popolari ta' Donbass”“Нарoдное oпoлчéние Дoнбáсса”

Media soċjali:

http://vk.com/polkdonbassa

+ 38-099-445-63-78;

+ 38-063-688-60-01;

+ 38-067-145-14-99;

+ 38-094-912-96-60;

+ 38-062-213-26-60

Posta elettronika: voenkom.dnr@mail.ru

mobilisation@novorossia.co

polkdonbassa@mail.ru

Volontarji fuq it-telefon fir-Russja:

+ 7 (926) 428-99-51

+ 7 (967) 171-27-09

jew posta elettronika novoross24@mail.ru

Indirizz: Donetsk. Prospect Zasyadko.13

Grupp separatista armat illegali responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Vant, u b'hekk ġew mhedda l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna. Fost l-oħrajn, il-grupp militanti ħa l-kontroll ta' diversi binjiet tal-gvern fl-Ukrajna tal-Lvant kmieni f'April 2014, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa assoċjat mas-Sur Pavel Gubarev, li huwa responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi favur ir-Russi u li pproklama lilu nnifsu l-“gvernatur tal-poplu”.

25.7.2014

11.

“Battaljun Vostok”

“Батальон Восток”

Media soċjali:

http://vk.com/patriotic_forces_of_donbas

http://patriot-donetsk.ru/

info.patriot.donbassa@gmail.com

Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukrajna tal-Lvant. Responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Ipparteċipa b'mod attiv f'operazzjonijiet militari li wasslu għall-ħtif tal-Ajruport ta' Donetsk.

Parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tal-forzi armati tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

25.7.2014

16.

Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (qabel magħrufa bħala ċ-Ċentru “Nizhnyaya Oreanda” Санаторий “Нижняя Ореанда”)

Iċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda”, 298658, Yalta, Oreanda

(298658, г.Ялта, пгт. Ореанда, Санаторий ‘Нижняя Ореанда’)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kuntrarjament għal-liġi Ukrena. Fil-21 ta' Marzu 2014 l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar il-kwistjonijiet tal-ħolqien ta' Assoċjazzjoni ta' sanatorji u ċentri” Nru 1767-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu liċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“Pawtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-9 ta' Ottubru 2014 bħala Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (ФЕДЕРАЛЬНОЕ ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ “САНАТОРИЙ “НИЖНЯЯ ОРЕАНДА” УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ”). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ).

25.7.2014

17.

Intrapriża tar-Repubblika tal-Krimea “Azov distillery plant”

Крымское республиканское предприятие “Азовский ликёро-водочннй завод”

Azovsky likerovodochny zavod

40 Zeleznodorozhnaya str.,

296178 Azovskoye, distrett ta' Jankoysky

(Джанкойский район, 296178

пгт. Азовское, ул. Железнодорожная, 40)

kodiċi: 01271681

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kuntrarjament għal-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lil “Azovsky likerovodochny zavod” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

Għaddejjin proċedimenti ta' falliment.

25.7.2014

21.

JOINT-STOCK COMPANY ALMAZ-ANTEY AIR AND SPACE DEFENCE CORPORATION

Акционерное общество “Концерн воздушно-космической обороны “Алмаз — Антей””

(magħrufa wkoll bħala CONCERN ALMAZ-ANTEY; ALMAZ-ANTEY CORP; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY DEFENSE CORPORATION; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY JSC; Концерн ВКО ‘Алмаз — Антей’;)

41 ul.Vereiskaya street, Moscow 121471, Russian Federation;

Sit web: almaz-antey.ru;

Indirizz Elettroniku antey@almaz-antey.ru

Almaz-Antey hija kumpannija Russa proprjetà tal-Istat. Timmanifattura armi kontra l-inġenji tal-ajru inkluż missili mill-art għall-ajru li hija tforni lill-armata Russa. L-awtoritajiet Russi qegħdin ifornu armamenti tqal lis-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna, li kkontribwixxew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Dawn l-armi jintużaw mis-separatisti, inkluż għat-twaqqigħ ta' ajruplani. Għalhekk, bħala kumpannija proprjetà tal-Istat, Almaz-Antey tikkontribwixxi għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

30.7.2014

24.

Donetsk Republic

(Organizzazzjoni pubblika)

Донецкая республика

Informazzjoni uffiċjali:

http://oddr.info/

“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijiet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukrajna. Immexxija minn Alexander ZAKHARCHENKO u mnedija minn Andriy PURGIN.

29.11.2014

25.

Paċi għar-Reġjun ta' Luhansk (Mir Luganschine) Мир Луганщине

https://mir-lug.info/

“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukrajna.

29.11.2014

28.

Luhansk Economic Union (Luganskiy Ekonomicheskiy Soyuz)

Луганский экономический союз

Informazzjoni uffiċjali:

https://nslnr.su/about/obshchestvennye-organizatsii/337/

“Organizzazzjoni soċjali” li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” fit-2 ta' Novembru 2014. Innominat kandidat, Oleg AKIMOV, se jkun “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukrajna.

29.11.2014

30.

Battaljun Sparta

Батальон “Спарта”

 

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata”P tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Imsemmi bħala unità militari 08806. F'Novembru 2017, l-unità ssemmiet għall-kmandant militari separatist assassinat Arsen Pavlov (magħruf ukoll bħala Motorola).

16.2.2015

33.

Brigata Prizrak

Бригада “Призрак”

mail@prizrak.info

Тel: 8985 130 9920

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

Jissejjaħ ukoll l-14-il Battaljun Motorizzat tal-Azzarini.

16.2.2015”


Top