This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0885
Commission Regulation (EU) 2018/885 of 20 June 2018 amending Annex VI to Regulation (EC) No 1223/2009 of the European Parliament and of the Council on cosmetic products (Text with EEA relevance.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/885 tal-20 ta' Ġunju 2018 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/885 tal-20 ta' Ġunju 2018 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/3825
ĠU L 158, 21.6.2018, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/885
tal-20 ta' Ġunju 2018
li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
2,2′-Metilen-bis(6-(2H-benżotriażol-2-il)-4-(1,1,3,3-tetrametil-butil)fenol)/Bisoktriżol bl-isem tan-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi Metilen Bis-Benżotriażolil Tetrametilbutilfenol (MBBT) huwa awtorizzat għall-użu bħala filtru tal-UV fil-prodotti kożmetiċi fl-entrata 23 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. L-użu tal-MBBT (nano) bħala filtru tal-UV fil-prodotti kożmetiċi mhuwiex regolat bħalissa. |
(2) |
Fl-opinjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2015 (2), il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) ikkonkluda li l-użu tal-MBBT (nano) bħala filtru tal-UV, bil-karatteristiċi kif indikati fl-opinjoni u b'konċentrazzjoni sa 10 % w/w fi prodotti kożmetiċi applikati fuq il-ġilda ma jippreżenta l-ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem wara l-użu fuq ġilda f'saħħitha u intatta kif ukoll fuq ġilda danneġġata. Il-karatteristiċi indikati mill-SCCS f'dik l-opinjoni jirrigwardaw il-proprjetajiet fiżikokimiċi tal-materjal (bħall-purità, id-daqs medju tal-partiċelli, id-distribuzzjoni dimensjonali numerika). |
(3) |
L-SCCS ikkunsidra wkoll li l-konklużjonijiet tal-opinjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2015 ma japplikawx għall-użi li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari għall-MBBT (nano) permezz tan-nifs. |
(4) |
Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS u sabiex jiġi meqjus il-progress tekniku u xjentifiku, l-użu tal-MBBT (nano) bħala filtru tal-UV fil-prodotti kożmetiċi, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-SCCS, jenħtieġ li jkun awtorizzat f'konċentrazzjoni massima ta' 10 % w/w, ħlief f'użi li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari għall-MBBT (nano) permezz tan-nifs. |
(5) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jkun emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,
Artikolu 1
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) SCCS/1546/15, Reviżjoni tal-25 ta' Ġunju 2015: https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_168.pdf
ANNESS
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-entrata 23 hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
|
(2) |
tiddaħħal l-entrata 23a:
|
(*1) F'każ ta' użu kkombinat ta' Metilen Bis-Benżotriażolil Tetrametilbutilfenol u Metilen Bis-Benżotriażolil Tetrametilbutilfenol (nano), it-total ma għandux jaqbeż il-limitu mogħti fil-kolonna g.”
(*2) F'każ ta' użu kkombinat ta' Metilen Bis-Benżotriażolil Tetrametilbutilfenol u Metilen Bis-Benżotriażolil Tetrametilbutilfenol (nano), it-total ma għandux jaqbeż il-limitu mogħti fil-kolonna g.”