This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018L0822
Council Directive (EU) 2018/822 of 25 May 2018 amending Directive 2011/16/EU as regards mandatory automatic exchange of information in the field of taxation in relation to reportable cross-border arrangements
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli
ST/7160/2018/INIT
ĠU L 139, 5.6.2018, p. 1–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/1 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2018/822
tal-25 ta' Mejju 2018
li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 115 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġu akkomodati inizjattivi ġodda fil-qasam tat-trasparenza tat-taxxa fil-livell tal-Unjoni, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (3) kienet is-suġġett ta' sensiela ta' emendi matul dawn l-aħħar snin. F'dan il-kuntest, id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE (4) introduċiet l-Istandard Komuni ta' Rappurtar (CRS, Common Reporting Standard) li ġie żviluppat mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għal informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji fl-Unjoni. Is-CRS jipprovdi għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji miżmuma minn persuni mhux residenti u jistabbilixxi qafas għal dak l-iskambju fid-dinja kollha. Id-Direttiva 2011/16/UE ġiet emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 (5), li pprevediet l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet transkonfinali antiċipati tat-taxxa u bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 (6), li pprevediet l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni dwar rappurtar għal kull pajjiż tal-intrapriżi multinazzjonali bejn l-awtoritajiet tat-taxxa. Fid-dawl tal-użu li l-informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jista' jkollha għall-awtoritajiet tat-taxxa, id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/2258 (7) stabbilixxiet obbligu fuq l-Istati Membri li jagħtu lill-awtoritajiet tat-taxxa aċċess għal proċeduri ta' diliġenza dovuta għall-konsumatur applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji taħt id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Għalkemm id-Direttiva 2011/16/UE ġiet emendata diversi drabi sabiex jitjiebu l-mezzi li l-awtoritajiet tat-taxxa jistgħu jużaw biex jirreaġixxu għal ippjanar aggressiv tat-taxxa, għad hemm il-ħtieġa li jiġu rinforzati ċerti aspetti speċifiċi ta' trasparenza tal-qafas eżistenti tat-tassazzjoni. |
(2) |
L-Istati Membri jsibuha dejjem aktar diffiċli li jipproteġu l-bażijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom mill-erożjoni peress li l-istrutturi tal-ippjanar tat-taxxa evolvew biex saru partikolarment sofistikati u ħafna drabi jieħdu vantaġġ mill-mobilità miżjuda kemm tal-kapital kif ukoll tal-persuni fis-suq intern. Tali strutturi spiss jikkonsistu minn arranġamenti li huma żviluppati f'diversi ġurisdizzjonijiet u jċaqilqu l-profitti taxxabbli lejn sistemi tat-taxxa aktar favorevoli jew li jkollhom l-effett li jnaqqsu l-kont tat-taxxa globali tal-kontribwent. B'riżultat ta' dan, l-Istati Membri ħafna drabi jesperjenzaw tnaqqis konsiderevoli tad-dħul tagħhom mit-taxxi, li jtellifhom milli japplikaw politiki tat-taxxa li jgħinu t-tkabbir. Huwa għalhekk fundamentali li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri jiksbu informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar arranġamenti potenzjalment aggressivi tat-taxxa. Tali informazzjoni tippermetti li dawk l-awtoritajiet jirreaġixxu fil-pront kontra prattiki tat-taxxa dannużi u jagħlqu lakuni bil-promulgazzjoni ta' leġislazzjoni jew billi jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju adegwati u awditjar tat-taxxa. Madankollu, il-fatt li l-awtoritajiet tat-taxxa ma jirreaġixxux fir-rigward ta' arranġament rappurtat ma għandux jimplika l-aċċettazzjoni tal-validità jew tat-trattament ta' taxxa ta' dak l-arranġament. |
(3) |
Meta jiġi kkunsidrat li l-parti l-kbira tal-arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa hija mifruxa fuq aktar minn ġurisdizzjoni waħda, l-iżvelar tal-informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti jwassal għal riżultati pożittivi addizzjonali fejn dik l-informazzjoni tkun ġiet skambjata wkoll fost l-Istati Membri. B'mod partikolari, l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn awtoritajiet tat-taxxa huwa kruċjali biex dawk l-awtoritajiet jiġu pprovduti bl-informazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni fejn josservaw prattiki aggressivi tat-taxxa. |
(4) |
Bir-rikonoxximent li qafas trasparenti għall-iżvilupp ta' attività ta' negozju jista' jikkontribwixxi għat-trażżin tal-evitar u tal-evażjoni tat-taxxa fis-suq intern, il-Kummissjoni ntalbet twettaq inizjattivi fir-rigward tal-iżvelar obbligatorju ta' informazzjoni dwar arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa fuq il-linji tal-Azzjoni 12 tal-Proġett tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS). F'dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew talab miżuri aktar severi kontra intermedjarji li jgħinu f'arranġamenti li jistgħu jwasslu għall-evitar u l-evażjoni tat-taxxa. Huwa importanti wkoll li wieħed jinnota li fid-“Dikjarazzjoni ta' Bari tal-G7 tat-13 ta' Mejju 2017 dwar il-ġlieda kontra reati tat-taxxa u flussi finanzjarji illeċiti oħra”, l-OECD ntalbet tibda tiddiskuti modi possibbli biex jiġu indirizzati arranġamenti mfassla bil-ħsieb li jevitaw ir-rappurtar taħt is-CRS jew li għandhom l-għan li jipprovdu lis-sidien benefiċjarji bil-protezzjoni ta' strutturi mhux trasparenti, filwaqt li tqis ukoll mudelli ta' regoli obbligatorji ta' żvelar ispirati mill-approċċ meħud għall-arranġamenti tal-evitar tat-taxxa deskritti fir-Rapport tal-Azzjoni 12 tal-BEPS. |
(5) |
Jenħtieġ li jitfakkar li ċerti intermedjarji finanzjarji u fornituri oħra ta' pariri dwar it-taxxa jidhru li għenu b'mod attiv lill-klijenti tagħhom biex jaħbu flus barra mill-pajjiż. Barra minn hekk, għalkemm is-CRS introdott mid-Direttiva 2014/107/UE huwa pass sinifikanti 'l quddiem fl-istabbiliment ta' qafas ta' trasparenza tat-taxxa fl-Unjoni, tal-anqas f'termini ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji, dan xorta waħda jista' jitjieb. |
(6) |
Ir-rappurtar ta' arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa ta' dimensjoni transkonfinali jista' jikkontribwixxi b'mod effettiv għall-isforzi biex jinħoloq ambjent ta' tassazzjoni ġusta fis-suq intern. F'dan id-dawl, l-obbligu li intermedjarji jinformaw lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar ċerti arranġamenti transkonfinali li jistgħu potenzjalment jintużaw għal ippjanar aggressiv tat-taxxa jkun jikkostitwixxi pass fid-direzzjoni t-tajba. Sabiex tiġi żviluppata politika aktar komprensiva, ikun ukoll meħtieġ li bħala t-tieni pass, wara r-rappurtar, l-awtoritajiet tat-taxxa jikkondividu informazzjoni mal-pari tagħhom fi Stati Membri oħra. Dawn l-arranġamenti jeħtieġu jsaħħu wkoll l-effettività tas-CRS. Barra minn hekk, ikun kruċjali li l-Kummissjoni tingħata aċċess għal ammont suffiċjenti ta' informazzjoni sabiex tkun tista' timmonitorja l-funzjonament korrett ta' din id-Direttiva. Dan l-aċċess għall-informazzjoni mill-Kummissjoni ma jeżonerax lil Stat Membru mill-obbligi tiegħu li jinnotifika kull għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni. |
(7) |
Huwa rikonoxxut li r-rappurtar ta' arranġamenti ta' ppjanar transkonfinali potenzjalment aggressiv tat-taxxa jkollu aktar ċans li jikseb l-effett ta' deterrent previst tiegħu fejn l-informazzjoni rilevanti tkun laħqet lill-awtoritajiet tat-taxxa fi stadju bikri, fi kliem ieħor qabel ma tali arranġamenti jkunu fil-fatt ġew implimentati. Biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, l-iskambju awtomatiku sussegwenti ta' informazzjoni dwar tali arranġamenti jista' jseħħ kull tliet xhur. |
(8) |
Biex ikun żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern u biex jiġu evitati lakuni fil-qafas propost ta' regoli, l-obbligu ta' rappurtar jenħtieġ li jiġi impost fuq l-atturi kollha li huma normalment involuti fit-tfassil, il-kummerċjalizzazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-ġestjoni tal-implimentazzjoni ta' tranżazzjoni transkonfinali rapportabbli jew sensiela ta' tali tranżazzjonijiet, kif ukoll fuq dawk li jipprovdu assistenza jew parir. Lanqas ma għandu jiġi injorat li, f'ċerti każijiet, l-obbligu ta' rappurtar ma jkunx infurzabbli fuq intermedjarju minħabba privileġġ professjonali legali jew fejn ma jkunx hemm intermedjarju minħabba li, pereżempju, il-kontribwent ifassal u jimplimenta skema interna. F'dawn iċ-ċirkostanzi, ikun għaldaqstant kruċjali li l-awtoritajiet tat-taxxa ma jitilfux l-opportunità li jirċievu informazzjoni dwar arranġamenti relatati mat-taxxa li huma potenzjalment konnessi ma' ppjanar aggressiv tat-taxxa. F'tali każijiet, ikun għalhekk meħtieġ li l-obbligu ta' rappurtar jiġi trasferit lill-kontribwent li jibbenefika mill-arranġament. |
(9) |
L-arranġamenti ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa evolvew matul is-snin u saru dejjem aktar kumplessi u huma dejjem soġġetti għal modifiki u aġġustamenti kostanti bħala reazzjoni għall-kontromiżuri difensivi mill-awtoritajiet tat-taxxa. Meta jiġi kkunsidrat dan kollu, ikun aktar effettiv li wieħed jipprova jindividwa arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa bil-kompilazzjoni ta' lista ta' karatteristiċi u elementi ta' tranżazzjonijiet li jippreżentaw indikazzjoni qawwija ta' evitar jew ta' abbuż tat-taxxa pjuttost milli wieħed jiddefinixxi l-kunċett ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa. Dawk l-indikazzjonijiet jissejħu “karatteristiċi distintivi”. |
(10) |
Peress li l-objettiv primarju ta' din id-Direttiva dwar ir-rappurtar ta' arranġamenti transkonfinali ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa jeħtieġ li jiffoka biex ikun żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern, huwa kruċjali li ma ssirx regolamentazzjoni fil-livell tal-Unjoni lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet previsti. Għal din ir-raġuni jkun meħtieġ li tiġi limitata kwalunkwe regola komuni dwar ir-rappurtar għal sitwazzjonijiet transkonfinali, jiġifieri dawk li jinvolvu jew aktar minn Stat Membru wieħed jew xi Stat Membru u pajjiż terz. F'tali ċirkostanzi, minħabba l-impatt potenzjali fuq il-funzjonament tas-suq intern, tista' tiġi ġġustifikata l-ħtieġa li jiġi promulgat sett komuni ta' regoli, pjuttost milli l-kwistjoni titħalla tiġi indirizzata fil-livell nazzjonali. Stat Membru jkun jista' jieħu miżuri nazzjonali ta' rappurtar ulterjuri ta' natura simili, iżda kwalunkwe informazzjoni miġbura addizzjonalment għal dik li hija rapportabbli f'konformità ma' din id-Direttiva ma għandhiex tiġi kkomunikata awtomatikament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. Dik l-informazzjoni tista' tiġi skambjata fuq talba jew spontanjament skont regoli applikabbli. |
(11) |
Filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-arranġamenti rapportabbli jenħtieġ li jkollhom dimensjoni transkonfinali, ikun importanti li tiġi kondiviża l-informazzjoni rilevanti mal-awtoritajiet tat-taxxa fi Stati Membri oħra sabiex tiġi żgurata l-effettività massima ta' din id-Direttiva fl-iskoraġġiment ta' prattiki ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa. Il-mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni fil-kuntest ta' deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment jenħtieġ li jintuża wkoll biex jiġi akkomodat l-iskambju obbligatorju u awtomatiku ta' informazzjoni rapportabbli dwar arranġamenti ta' ppjanar transkonfinali potenzjalment aggressiv tat-taxxa fost l-awtoritajiet tat-taxxa fl-Unjoni. |
(12) |
Sabiex jiġi faċilitat l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni u jitjieb l-użu effiċjenti tar-riżorsi, jenħtieġ li l-iskambji jitwettqu permezz tan-netwerk komuni ta' komunikazzjoni (“NKK”) żviluppat mill-Unjoni. F'dan il-kuntest, l-informazzjoni tiġi rreġistrata f'direttorju ċentrali sikur dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw sensiela ta' arranġamenti prattiċi, inklużi miżuri biex tiġi standardizzata l-komunikazzjoni tal-informazzjoni kollha mitluba billi tinħoloq formola standard. Dan jenħtieġ ukoll li jinvolvi l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti lingwistiċi għall-iskambju previst ta' informazzjoni u t-titjib tan-NKK skont kif ikun meħtieġ. |
(13) |
Sabiex jiġu minimizzati l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-intermedjarji u sabiex tiġi żgurata l-effettività ta' din id-Direttiva fl-iskoraġġiment ta' prattiki ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa, l-ambitu tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' arranġamenti transkonfinali rapportabbli fi ħdan l-Unjoni għandu jkun konsistenti mal-iżviluppi internazzjonali. Jenħtieġ li tiġi introdotta karatteristika distintiva biex jiġu indirizzati arranġamenti mfassla bil-ħsieb li jevitaw l-obbligi ta' rappurtar, li jinvolvi skambji awtomatiċi ta' informazzjoni. Għall-finijiet ta' dik il-karatteristika distintiva, il-ftehimiet dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji taħt is-CRS għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti għall-obbligi ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 8(3a) tad-Direttiva 2014/107/UE u fl-Anness I tagħha. Fl-implimentazzjoni tal-partijiet ta' din id-Direttiva li jindirizzaw arranġamenti ta' evitar tas-CRS u arranġamenti li jinvolvu persuni ġuridiċi jew arranġamenti legali jew kwalunkwe struttura simili oħra, l-Istati Membri jistgħu jużaw ix-xogħol tal-OECD, u aktar speċifikament il-Mudell ta' Regoli tagħha dwar l-Iżvelar Obbligatorju għall-Indirizzar ta' Arranġamenti ta' Evitar tas-CRS u Strutturi Offshore Opaki u l-Kummentarju tagħha, bħala sors ta' illustrazzjoni jew interpretazzjoni, sabiex tiġi żgurata konsistenza fl-applikazzjoni fost l-Istati Membri, sa fejn dawk it-testi huma allinjati mad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni. |
(14) |
Filwaqt li t-tassazzjoni diretta tibqa' fil-kompetenza tal-Istati Membri, huwa xieraq li wieħed jirreferi għal rata tat-taxxa korporattiva ta' żero jew kważi żero, għall-iskop biss li tiddefinixxi b'mod ċar l-ambitu ta' karatteristika distintiva li tkopri arranġamenti li jinvolvu tranżazzjonijiet transkonfinali, li jenħtieġ li jkunu rapportabbli taħt id-Direttiva 2011/16/UE minn intermedjarji jew, kif xieraq, kontribwenti, u li dwarha l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni b'mod awtomatiku. Barra minn hekk, huwa xieraq li jitfakkar li l-arranġamenti ta' ppjanar transkonfinali aggressiv tat-taxxa, li l-għan ewlieni jew wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħhom hu li jinkiseb vantaġġ ta' taxxa li jmur kontra l-objettiv jew il-fini tal-liġi applikabbli tat-taxxa, huma soġġetti għar-regola ġenerali kontra l-abbuż kif stipulat fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 (9). |
(15) |
Sabiex jiġu mtejba l-prospetti għall-effettività ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali kontra l-ksur ta' regoli nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva. Jenħtieġ li dawn il-penali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(16) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn awtoritajiet tat-taxxa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta formola standard b'għadd limitat ta' komponenti, inklużi l-arranġamenti lingwistiċi. Għall-istess raġuni, jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-aġġornament tad-direttorju ċentrali dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
(17) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Kwalunkwe proċessar ta' data personali mwettaq fil-qafas ta' din id-Direttiva jeħtieġ li jikkonforma mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
(18) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(19) |
Ladarba l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern bl-iskoraġġiment tal-użu tal-arranġamenti transkonfinali ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista', minħabba l-fatt li għandu fil-mira tiegħu skemi li jiġu żviluppati biex potenzjalment jieħdu vantaġġ minn ineffiċjenzi fis-suq li joriġinaw mill-interazzjoni fost regoli tat-taxxa nazzjonali mhux ugwali, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb dak l-objettiv, b'mod speċjali meta jiġi kkunsidrat li huwa limitat għal arranġamenti transkonfinali li jikkonċernaw jew aktar minn Stat Membru wieħed jew xi Stat Membru u pajjiż terz. |
(20) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2011/16/UE tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2011/16/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 8ab Kamp ta' applikazzjoni u kondizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni dwar arranġamenti transkonfinali rapportabbli 1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedi li intermedjarji jippreżentaw informazzjoni li jkollhom għarfien tagħha, jew tkun fil-pussess tagħhom jew taħt il-kontroll tagħhom dwar arranġamenti transkonfinali rapportabbli lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien 30 jum minn:
skont liem minn dawn iseħħ l-ewwel. Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-intermedjarji msemmijin fit-tieni paragrafu tal-punt 21 tal-Artikolu 3 għandhom ukoll ikunu meħtieġa jippreżentaw informazzjoni fi żmien 30 jum mill-jum wara li jingħataw, direttament jew permezz ta' persuni oħrajn, għajnuna, assistenza jew pariri. 2. Fil-każ ta' arranġamenti kummerċjabbli, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedu li jsir rapport perjodiku mill-intermedjarju kull 3 xhur li jagħti aġġornament li jkun fih informazzjoni rapportabbli ġdida kif imsemmi fil-punti (a), (d), (g) u (h) tal-paragrafu 14, li tkun saret disponibbli minn mindu ġie ppreżentat l-aħħar rapport. 3. Fejn l-intermedjarju jkun responsabbli li jippreżenta informazzjoni dwar arranġamenti transkonfinali rapportabbli lill-awtoritajiet kompetenti ta' aktar minn Stat Membru wieħed, din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata biss fl-Istat Membru li jidher l-ewwel fil-lista hawn taħt:
4. Fejn, skont il-paragrafu 3, ikun hemm obbligu ta' rappurtar multiplu, l-intermedjarju għandu jiġi eżentat mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni jekk ikollu prova, skont il-liġi nazzjonali, li l-istess informazzjoni tkun ġiet ippreżentat fi Stat Membru ieħor. 5. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jagħti lill-intermedjarji d-dritt ta' rinunzja mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar arranġament transkonfinali rapportabbli fejn l-obbligu ta' rappurtar jikser il-privileġġ professjonali legali skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. F'tali ċirkostanzi, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedi lill-intermedjarji jinnotifikaw, mingħajr dewmien, kwalunkwe intermedjarju ieħor jew, jekk ma jkun hemm ebda tali intermedjarju, lill-kontribwent rilevanti dwar l-obbligi tagħhom ta' rappurtar taħt il-paragrafu 6. L-intermedjarji jistgħu jkunu intitolati għal rinunzja taħt l-ewwel subparagrafu biss sa fejn huma jkunu joperaw fil-limiti tal-liġijiet nazzjonali rilevanti li jiddefinixxu l-professjonijiet tagħhom. 6. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedi li, fejn ma jkun hemm ebda intermedjarju jew l-intermedjarju jinnotifika lill-kontribwent rilevanti jew intermedjarju ieħor dwar l-applikazzjoni ta' rinunzja taħt il-paragrafu 5, l-obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni dwar arranġament transkonfinali rapportabbli jkun tal-intermedjarju notifikat l-ieħor, jew, jekk ma jkun hemm ebda tali intermedjarju, tal-kontribwent rilevanti. 7. Il-kontribwent rilevanti li jkollu l-obbligu ta' rappurtar għandu jippreżenta l-informazzjoni fi żmien 30 jum, mill-jum wara li l-arranġament transkonfinali rapportabbli jsir disponibbli għall-implimentazzjoni lil dak il-kontribwent rilevanti, jew ikun lest għall-implimentazzjoni mill-kontribwent rilevanti, jew meta jkun sar l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tiegħu b'rabta mal-kontribwent rilevanti, skont liema minn dawn iseħħ l-ewwel. Fejn il-kontribwent rilevanti jkollu obbligu li jippreżenta informazzjoni dwar l-arranġament transkonfinali rapportabbli lill-awtoritajiet kompetenti ta' aktar minn Stat Membru wieħed, din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata biss lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jidher l-ewwel fil-lista hawn taħt:
8. Fejn, skont il-paragrafu 7, ikun hemm obbligu ta' rappurtar multiplu, il-kontribwent rilevanti għandu jiġi eżentat mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni jekk ikollu prova, skont il-liġi nazzjonali, li l-istess informazzjoni tkun ġiet ippreżentata fi Stat Membru ieħor. 9. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedi li, fejn ikun hemm aktar minn intermedjarju wieħed, l-obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni dwar l-arranġament transkonfinali rapportabbli jkun tal-intermedjarji kollha involuti fl-istess arranġament transkonfinali rapportabbli. Intermedjarju għandu jiġi eżentat milli jippreżenta l-informazzjoni biss sa fejn ikollu prova, skont il-liġi nazzjonali, li l-istess informazzjoni msemmija fil-paragrafu 14 tkun diġà ġiet ippreżentata minn intermedjarju ieħor. 10. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedi li, fejn l-obbligu ta' rappurtar ikun tal-kontribwent rilevanti u fejn ikun hemm aktar minn kontribwent rilevanti wieħed, il-kontribwent rilevanti li għandu jippreżenta l-informazzjoni skont il-paragrafu 6 jkun dak li jidher l-ewwel fil-lista hawn taħt:
Kontribwent rilevanti għandu jiġi eżentat milli jippreżenta l-informazzjoni biss sa fejn ikollu prova, skont il-liġi nazzjonali, li l-istess informazzjoni msemmija fil-paragrafu 14 tkun diġà ġiet ippreżentata minn kontribwent rilevanti ieħor. 11. Kull Stat Membru jista' jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedi li kull kontribwent rilevanti jippreżenta informazzjoni dwar l-użu tiegħu tal-arranġament lill-amministrazzjoni tat-taxxa f'kull waħda mis-snin li għalihom jużah. 12. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedi li l-intermedjarji u l-kontribwenti rilevanti jippreżentaw informazzjoni dwar l-arranġamenti transkonfinali rapportabbli li l-ewwel pass tagħhom ikun ġie implimentat qabel id-data tad-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-intermedjarji u l-kontribwenti rilevanti, skont kif meħtieġ, għandhom jippreżentaw l-informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti transkonfinali rapportabbli sal-31 ta' Awwissu 2020. 13. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ġiet ippreżentata l-informazzjoni skont il-paragrafi 1 sa 12 ta' dan l-Artikolu għandha, permezz ta' skambju awtomatiku, tikkomunika l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 14 ta' dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha, f'konformità mal-arranġamenti prattiċi adottati skont l-Artikolu 21. 14. L-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru taħt il-paragrafu 13 għandha tinkludi dan li ġej, kif applikabbli:
15. Il-fatt li amministrazzjoni fiskali ma tirreaġixxix għal arranġament transkonfinali rapportabbli ma għandu jimplika ebda aċċettazzjoni tal-validità jew it-trattament ta' taxxa ta' dak l-arranġament. 16. Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 13 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi miżuri biex tiġi standardizzata l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 14 ta' dan l-Artikolu, bħala parti mill-proċedura għall-istabbiliment tal-formola standard prevista fl-Artikolu 20(5). 17. Il-Kummissjoni ma għandux ikollha aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (c) u (h) tal-paragrafu 14. 18. L-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni għandu jseħħ fi żmien xahar minn tmiem il-perijodu ta' tliet xhur li fih tkun ġiet ippreżentata l-informazzjoni. L-ewwel informazzjoni għandha tiġi kkomunikata sal-31 ta' Ottubru 2020.”. |
(3) |
fl-Artikolu 20, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “5. Il-Kummissjoni għandha tadotta formoli standard, inklużi l-arranġamenti lingwistiċi, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2), fil-każijiet li ġejjin:
Dawk il-formoli standard ma għandhomx jeċċedu l-komponenti għall-iskambju ta' informazzjoni elenkati fl-Artikoli 8a(6) u 8ab(14), u tali oqsma relatati oħra li huma konnessi ma' dawn il-komponenti li huma meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet tal-Artikolu 8a u 8ab rispettivament. L-arranġamenti lingwistiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jipprekludu lill-Istati Membri milli jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 8a u 8ab bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Madankollu, dawk l-arranġamenti lingwistiċi jistgħu jipprevedu li l-elementi ewlenin ta' tali informazzjoni għandhom jintbagħtu wkoll b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.”. |
(4) |
fl-Artikolu 21, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “5. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2017, tiżviluppa, u tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku għal, direttorju ċentrali sikur tal-Istati Membri dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-Artikolu 8a(1) u (2) għandha tiġi rreġistrata sabiex jiġi ssodisfat l-iskambju awtomatiku previst f'dawk il-paragrafi. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2019, tiżviluppa, u tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku għal, direttorju ċentrali sikur tal-Istati Membri dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-Artikolu 8ab(13), (14) u (16) għandha tiġi rreġistrata sabiex jiġi ssodisfat l-iskambju awtomatiku previst f'dawk il-paragrafi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f'dak id-direttorju. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f'dak id-direttorju, iżda fil-limitazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8a(8) u 8ab(17). L-arranġamenti prattiċi meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). Sa meta dak id-direttorju ċentrali sikur isir operattiv, l-iskambju awtomatiku previst fl-Artikolu 8a(1) u (2) u fl-Artikolu 8ab(13), (14) u (16) għandu jitwettaq f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-arranġamenti prattiċi applikabbli.”. |
(5) |
fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw valutazzjoni annwali lill-Kummissjoni dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikoli 8, 8a, 8aa u 8ab kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni għal dik il-valutazzjoni annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).”. |
(6) |
l-Artikolu 25a huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 25a Pieni L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u dwar l-Artikoli 8aa u 8ab, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.”. |
(7) |
l-Artikolu 27 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 27 Rappurtar 1. Kull ħames snin wara l-1 ta' Jannar 2013, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 2. Kull sentejn wara l-1 ta' Lulju 2020, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jevalwaw ir-rilevanza tal-Anness IV u l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu, fejn ikun il-każ, jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva.”. |
(8) |
jiżdied l-Anness IV, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness għal din id-Direttiva. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2020.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-leġislazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Mejju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
V. GORANOV
(1) Opinjoni tal-1 ta' Marzu 2018 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tat-18 ta' Jannar 2018 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
(4) Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1).
(5) Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 tat-8 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 1).
(6) Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 tal-25 ta' Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 146, 3.6.2016, p. 8).
(7) Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/2258 tas-6 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (ĠU L 342, 16.12.2016, p. 1).
(8) Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(9) Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta' evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1).
(10) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(11) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(12) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
ANNESS
ANNESS IV
KARATTERISTIĊI DISTINTIVI
Part I. Il-kriterju tal-benefiċċju prinċipali
Il-karatteristiċi distintivi ġeneriċi fil-kategorija A u karatteristiċi distintivi speċifiċi taħt il-kategorija B u taħt il-punti (b)(i), (c) u (d) tal-paragrafu 1 tal-kategorija C jistgħu jitqiesu biss meta jissodisfaw “il-kriterju tal-benefiċċju prinċipali”.
Dak il-kriterju ikun issodisfat jekk jista' jiġi stabbilit li l-benefiċċju prinċipali jew wieħed mill-benefiċċji prinċipali li, b'kont meħud tal-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, persuna tista' b'mod raġonevoli tistenna li tikseb minn dan l-arranġament huwa l-kisba ta' vantaġġ ta' taxxa.
Fil-kuntest tal-karatteristika distintiva taħt il-paragrafu 1 tal-kategorija C, il-preżenza ta' kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b)(i), (c) jew (d) tal-paragrafu 1 tal-kategorija C ma tistax waħedha tkun raġuni sabiex jiġi konkluż li arranġament jissodisfa l-kriterju tal-benefiċċju prinċipali.
Part II. Kategoriji ta' karatteristiċi distintivi
A. Karatteristiċi distintivi ġeneriċi relatati mal-kriterju tal-benefiċċju prinċipali
1. |
Arranġament fejn il-kontribwent rilevanti jew parteċipant fl-arranġament jintrabtu li jikkonformaw ma' kondizzjoni ta' kunfidenzjalità li tista' tirrikjedi li ma jiżvelawx kif l-arranġament jista' jikseb vantaġġ ta' taxxa fil-konfront ta' intermedjarji oħra jew tal-awtoritajiet tat-taxxa. |
2. |
Arranġament fejn l-intermedjarju jkun intitolat li jirċievi ħlas (jew imgħax, rimunerazzjoni għall-kostijiet finanzjarji u għal spejjeż oħra) għall-arranġament u fejn dak il-ħlas ikun stabbilit b'referenza għal:
|
3. |
Arranġament li jkollu dokumentazzjoni u/jew struttura sostanzjalment standardizzati u huwa disponibbli għal aktar minn kontribwent wieħed rilevanti mingħajr il-ħtieġa li jiġi sostanzjalment addattat għall-implimentazzjoni. |
B. Karatteristiċi distintivi speċifiċi relatati mal-kriterju tal-benefiċċju prinċipali
1. |
Arranġament li permezz tiegħu parteċipant f'arranġament jieħu passi artifiċjali li jikkonsistu fil-kisba ta' kumpannija li tagħmel it-telf, il-waqfien tal-attività prinċipali tat-tali kumpannija u l-użu tat-telf tagħha sabiex titnaqqas l-obbligazzjoni tat-taxxa tagħha, inkluż permezz ta' trasferiment ta' dak it-telf lil ġurisdizzjoni oħra jew permezz tal-aċċelerazzjoni fl-użu ta' dak it-telf. |
2. |
Arranġament li għandu l-effett li jikkonverti l-introjtu f'kapital, donazzjonijiet jew kategoriji oħra ta' dħul li jkunu ntaxxati f'livell aktar baxx. |
3. |
Arranġament li jinkludi transazzjonijiet ċirkolari (circular transactions) li jirriżultaw fir-round-tripping ta' fondi, b'mod partikolari bl-involviment ta' entitajiet intermedjarji mingħajr l-ebda funzjoni jew transazzjoni kummerċjali primarja oħra li jikkumpensaw jew jikkanċellaw lil xulxin jew li għandhom karatteristiċi simili oħra. |
C. Karatteristiċi distintivi speċifiċi relatati mat-transazzjonijiet transkonfinali
1. |
Arranġament li jinvolvi arranġamenti transkonfinali li jistgħu jitnaqqsu magħmula bejn żewġ intrapriżi assoċjati jew aktar fejn isseħħ mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
2. |
It-tnaqqis għall-istess d-deprezzament fuq l-assi jintalab f'aktar minn ġurisdizzjoni waħda. |
3. |
Ikun iddikjarat ħelsien mit-tassazzjoni doppja fir-rigward tal-istess element ta' introjtu jew kapital f'aktar minn ġurisdizzjoni waħda. |
4. |
Hemm arranġament li jinkludi t-trasferimenti ta' assi u fejn hemm differenza materjali fl-ammont li qed jiġi trattat bħala pagabbli, b'kunsiderazzjoni tal-assi f'dawk il-ġurisdizzjonijiet involuti. |
D. Karatteristiċi distintivi speċifiċi dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni u dwar is-sidien benefiċjarji
1. |
Arranġament li jista' jkollu l-effett li jdgħajjef l-obbligu ta' rappurtar taħt il-liġijiet li jimplimentaw il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew kwalunkwe ftehimiet ekwivalenti dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji, inklużi ftehimiet ma' pajjiżi terzi, jew li jieħu vantaġġ min-nuqqas ta' leġislazzjoni jew ftehimiet bħal dawn. Dawn l-arranġamenti jinkludu mill-inqas dan li ġej:
|
2. |
Arranġament li jinvolvi katina ta' sidien ġuridiċi jew benefiċjarji mhux trasparenti bl-użu ta' persuni, arranġamenti jew strutturi ġuridiċi:
|
E. Karatteristiċi distintivi dwar il-prezzijiet ta' trasferiment
1. |
Arranġament li jinvolvi l-użu ta' regoli dwar protezzjoni unilaterali. |
2. |
Arranġament li jinvolvi t-trasferiment ta' assi intanġibbli mhux faċilment stimabbli. It-terminu ‘assi intanġibbli mhux faċilment stimabbli’ jkopri intanġibbli jew drittijiet fl-intanġibbli li għalihom, fil-mument tat-trasferiment tagħhom bejn intrapriżi assoċjati:
|
3. |
Arranġament li jinvolvi trasferiment tal-funzjonijiet transkonfinali intragrupp sinifikanti u/jew riskji u/jew assi, jekk il-qligħ annwali proġettat qabel l-imgħax u t-taxxi (EBIT), matul il-perijodu ta' tliet snin wara t-trasferiment, tat-trasferent jew trasferenti, huwa anqas minn 50 % tal-EBIT annwali proġettat ta' tali trasferent jew trasferenti jekk it-trasferiment ma kienx sar. |