This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1930
Council Decision (CFSP) 2018/1930 of 10 December 2018 amending Decision 2014/145/CFSP concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1930 tal-10 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1930 tal-10 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/14818/2018/INIT
ĠU L 313I, 10.12.2018, pp. 5–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
10.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 313/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1930
tal-10 ta' Diċembru 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
|
(2) |
Wara l-organizzazzjoni, fil-11 ta' Novembru 2018, tal-hekk imsejħin “elezzjonijiet” fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” u r-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”, il-Kunsill iqis li disa' persuni jenħtieġ li jinżiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jinżiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jinżiedu mal-lista ta' persuni li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“167. |
Olga Valerievna POZDNYAKOVA/Olga Valeryevna POZDNYAKOVA (Ольга Валерьевна ПОЗДНЯКОВА) Olga Valeriyivna POZDNYAKOVA (Ольга Валеріївна Позднякова) |
Data tat-twelid: 30.3.1982 Post tat-twelid: Shakhty, Rostov Oblast, USSR |
“President” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk.” F'din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”, u b'hekk appoġġat u implimentat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
10.12.2018 |
|
168. |
Elena Valerievna KRAVCHENKO/Elena Valeryevna KRAVCHENKO (Елена Валериевна КРАВЧЕНКО) Olena Valeriyivna KRAVCHENKO (Олена Валеріївна Кравченко) |
Data tat-twelid: 22.2.1983 Post tat-twelid: Sverdlovsk (Ekaterinburg), USSR |
“President” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk.” F'din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin “elezzjonijiet” tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”, u b'hekk appoġġat azzjonijiet u implimentat b'mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
10.12.2018 |
|
169. |
Leonid Ivanovich PASECHNIK (Леонид Иванович ПАСЕЧНИК) Leonid Іvanovych PASICHNYK (Леонід Іванович ПАСІЧНИК) |
Data tat-twelid: 15.3.1970 Post tat-twelid: Voroshilovgrad – Luhansk, Voroshilovghrad Oblast, SSR tal-Ukrajna |
“Mexxej elett” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk.” Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa appoġġa u implimenta b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
10.12.2018 |
|
170. |
Vladimir Anatolievich BIDYOVKA/Vladimir Anatolievich BIDEVKA (Владимир Анатольевич БИДЁВКА) Volodymyr Anatoliyovych BIDIOVKA (Володимир Анатолійович БІДЬОВКА) |
Data tat-twelid: 7.3.1981 Post tat-twelid: Makeevka – Donetsk Oblast |
“President” tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa appoġġa u implimenta b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
10.12.2018 |
|
171. |
Denis Nikolaevich MIROSHNICHENKO (Денис Николаевич МИРОШНИЧЕНКО) |
Data tat-twelid: 8.12.1987 Post tat-twelid: Luhansk |
“President” tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa appoġġa u implimenta b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
10.12.2018 |
|
172. |
Aleksey Alekseevich NAYDENKO (Алексей Алексеевич Найденко) Oleksii Oleksiyovych NAYDENKO (Олексій Олексійович Найденко) |
Data tat-twelid: 2.6.1980 Post tat-twelid: Donetsk |
“Viċi President” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. F'din il-kapaċità, huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin “elezzjonijiet” tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”, u b'hekk appoġġa u implimenta b'mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
10.12.2018 |
|
173. |
Vladimir Yurievich VYSOTSKIY (Владимир Юрьевич Высоцкий) Volodymyr Yuriyovych VYSOTSKYI (Володимир Юрійович Висоцький) |
Data tat-twelid: 7.4.1985 Post tat-twelid: Ir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea |
“Segretarju” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. F'din il-kapaċità, huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin “elezzjonijiet” tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”, u b'hekk appoġġa u implimenta b'mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
10.12.2018 |
|
174. |
Maksim Aleksandrovich SVIDCHENKO (Максим Александрович Свидченко) Maksym Oleksandrovych SVIDCHENKO Максим Олександрович Свідченко |
Data tat-twelid: 6.4.1978 |
“Viċi President” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. F'din il-kapaċità, huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin “elezzjonijiet” tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”, u b'hekk appoġġa u implimenta b'mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
10.12.2018 |
|
175. |
Ekaterina Vasilyevna TERESHCHENKO/Ekaterina Vasilievna TERESHCHENKO (Екатерина Васильевна Терещенко) Kateryna Vasylivna TERESHCHENKO (Катерина Василівна Терещенко) |
Data tat-twelid: 31.5.1986 |
“Segretarju” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. F'din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin “elezzjonijiet” tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”, u b'hekk appoġġat u implimentat b'mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
10.12.2018”. |