EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0284

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/284 tas-26 ta' Frar 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

ĠU L 54I, 26.2.2018, p. 8–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/284/oj

26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 54/8


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/284

tas-26 ta' Frar 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u filwaqt li jitqiesu t-tibdiliet ministerjali reċenti, jenħtieġ li jinżdiedu żewġ persuni mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-informazzjoni relatata ma' ħames persuni li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi aġġornata.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

I.

Fil-lista li tinsab fil-Parti A (“Persuni”) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“258

Mohamed Mazen Ali Yousef

(Image)

Data tat-twelid: 17 ta' Mejju 1969

Post tat-twelid: il-kampanja ta' Damasku

Ministru għall-Industrija. Maħtur f'Jannar 2018.

26.2.2018

259

Imad Abdullah Sara

(Image)

Data tat-twelid: 1968;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja

Ministru għall-Informazzjoni. Maħtur f'Jannar 2018.

26.2.2018”

II.

Fil-lista li tinsab fil-Parti A (“Persuni”) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, l-entrati li ġejjin jiġu sostitwiti kif ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“56

Ali (

Image

) Abdullah (

Image

) (magħruf ukoll bħala Abdallah) Ayyub (

Image

) (magħruf ukoll bħala Ayyoub, Ayub, Ayoub, Ayob)

Data tat-twelid: 1952;

Post tat-twelid: Lattakia, is-Sirja

Ministru għad-Difiża. Maħtur f'Jannar 2018. Uffiċjal fil-grad ta' Ġeneral fl-Armata Sirjana fil-kariga wara Mejju 2011. Eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati Sirjani. Persuna li tappoġġa r-reġim ta' Assad u responsabbli għar-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

14.11.2011

57

Fahd (

Image

) (magħruf ukoll bħala Fahid, Fahed) Jasim (

Image

) (magħruf ukoll bħala Jasem, Jassim, Jassem) al-Furayj (

Image

) (magħruf ukoll bħala Al-Freij)

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1950;

Post tat-twelid: Hama, is-Sirja

Eks Ministru għad-Difiża. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2011

212

Ammar Al-Sharif

(magħruf ukoll bħala Amar Al-Sharif; Amar Al-Charif; Ammar Sharif; Ammar Charif; Ammar al Shareef; Ammar Sherif; Ammar Medhat Sherif)

(Image)

Data tat-twelid: 26 ta' Ġunju 1969

Post tat-twelid: Lattakia

Nazzjonalità: Sirjana

Passaport Sirjan:

 

numru: 010312413;

 

numru tal-ħruġ: 002-15-L093534;

 

data tal-ħruġ: 14 ta' Lulju 2015

 

post tal-ħruġ: Ċentru ta' Damasku;

 

data tal-iskadenza: 13 ta' Lulju 2021

Numru nazzjonali: 060-10276707

Negozjant Sirjan ewlieni li jaħdem fis-Sirja, attiv fis-settur bankarju, dak tal-assigurazzjoni u dak tal-ospitalità. Sieħeb fundatur ta' Byblos Bank Syria, azzjonist ewlieni f'Unlimited Hospitality Ltd, u membru tal-bord ta' Solidarity Alliance Insurance Company u Al-Aqueelah Takaful Insurance Company.

28.10.2016

221

Mohammed (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammad) Ramez Tourjman (magħruf ukoll bħala Tourjuman)

(Image)

Data tat-twelid: 1966;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja

Eks Ministru għall-Informazzjoni. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

227

Ahmad al-Hamu (magħruf ukoll bħala al-Hamo)

(Image)

Data tat-twelid: 1947

Eks Ministru għall-Industrija. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016”


Top