This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2395
Regulation (EU) 2017/2395 of the European Parliament and of the Council of 12 December 2017 amending Regulation (EU) No 575/2013 as regards transitional arrangements for mitigating the impact of the introduction of IFRS 9 on own funds and for the large exposures treatment of certain public sector exposures denominated in the domestic currency of any Member State (Text with EEA relevance)
Regolament (UE) 2017/2395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' arranġamenti transizzjonali biex jittaffa l-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji u għat-trattament tal-iskoperturi l-kbar ta' ċerti skoperturi fis-settur pubbliku denominati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) 2017/2395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' arranġamenti transizzjonali biex jittaffa l-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji u għat-trattament tal-iskoperturi l-kbar ta' ċerti skoperturi fis-settur pubbliku denominati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 345, 27.12.2017, p. 27–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 345/27 |
REGOLAMENT (UE) 2017/2395 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Diċembru 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' arranġamenti transizzjonali biex jittaffa l-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji u għat-trattament tal-iskoperturi l-kbar ta' ċerti skoperturi fis-settur pubbliku denominati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ Lulju 2014, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà ppubblika l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 9 Strumenti Finanzjarji (IFRS 9). L-IFRS 9 għandu l-għan li jtejjeb ir-rapportar finanzjarju tal-istrumenti finanzjarji billi jindirizza t-tħassib li feġġ f’dak il-qasam matul il-kriżi finanzjarja. B’mod partikolari, l-IFRS 9 iwieġeb għall-appell tal-G20 biex jibda jintuża mudell aktar progressiv għar-rikonoxximent tat-telf ta’ kreditu mistenni fuq l-assi finanzjarji. B’rabta mar-rikonoxximent tat-telf ta’ kreditu mistenni fuq l-assi finanzjarji, huwa jissostitwixxi l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 39. |
(2) |
Il-Kummissjoni adottat l-IFRS 9 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2067 (4). F’konformità ma’ dak ir-Regolament, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment (“istituzzjonijiet”) li jużaw l-IFRS biex iħejju d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom huma meħtieġa li japplikaw l-IFRS 9 mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħhom li tibda fl-1 ta’ Jannar 2018 jew wara. |
(3) |
L-applikazzjoni tal-IFRS 9 tista’ twassal għal żieda sinifikanti f’daqqa fil-provvedimenti tat-telf ta’ kreditu mistenni u konsegwentement għal tnaqqis f’daqqa fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjonijiet. Waqt li l-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja bħalissa qed iqis it-trattament regolatorju fuq medda itwal ta’ żmien tal-provvedimenti tat-telf ta’ kreditu mistenni, jenħtieġ li fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jiġu introdotti arranġamenti transizzjonali li jimmitigaw l-impatt negattiv sinifikanti potenzjali fuq il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jirriżulta mill-kontabbiltà tat-telf ta’ kreditu mistenni. |
(4) |
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Ottubru 2016 dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà IFRS 9 (6), il-Parlament Ewropew talab li jkun hemm sistema ta’ introduzzjoni gradwali progressiva li ttaffi l-impatt tal-mudell ta’ indeboliment il-ġdid tal-IFRS 9. |
(5) |
Fejn karta bilanċjali tal-ftuħ ta’ istituzzjoni fl-ewwel jum li fih hija tapplika l-IFRS 9 tirrifletti tnaqqis fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni bħala riżultat ta’ provvedimenti miżjuda tat-telf ta’ kreditu mistenni, inkluż il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-IFRS 9 kif stipulat fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (7) (“l-Anness dwar l-IFRS 9”), meta mqabbel mal-karta bilanċjali tal-għeluq tal-jum preċedenti, jenħtieġ li l-istituzzjoni tkun tista’ tinkludi fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha porzjon tal-provvedimenti miżjuda tat-telf ta’ kreditu mistenni għal perijodu transizzjonali. Jenħtieġ li dak il-perijodu transizzjonali jkollu tul massimu ta’ ħames snin u jibda fl-2018. Il-porzjon tal-provvedimenti tat-telf ta’ kreditu mistenni li jistgħu jiġu inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni matul il-perijodu transizzjonali jenħtieġ li jonqsu maż-żmien sa żero sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-IFRS 9 fil-jum immedjatament wara t-tmiem tal-perijodu transizzjonali. Jenħtieġ li l-impatt tal-provvedimenti tat-telf ta’ kreditu mistenni fuq il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ma jiġix newtralizzat kompletament matul il-perijodu transizzjonali. |
(6) |
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddeċiedu jekk japplikawx dawk l-arranġamenti transizzjonali u jinfurmaw lill-awtorità kompetenti dwar dan. Matul il-perijodu transizzjonali, jenħtieġ li istituzzjoni jkollha l-possibbiltà li tmur lura darba fuq id-deċiżjoni inizjali tagħha soġġetta għall-permess mogħti minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti li jenħtieġ li tiżgura li tali deċiżjoni ma tkunx motivata minn kunsiderazzjonijiet ta’ arbitraġġ regolatorju. |
(7) |
Peress li l-provvedimenti tat-telf ta’ kreditu mistenni mġarrba wara l-jum li fih l-istituzzjoni tapplika għall-ewwel darba l-IFRS 9 jistgħu jiżdiedu b’mod mhux mistenni minħabba prospetti makroekonomiċi li jmorru għall-agħar, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jingħataw għajnuna addizzjonali f’tali każijiet. |
(8) |
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet li jiddeċiedu li japplikaw arranġamenti transizzjonali jiġu meħtieġa jaġġustaw il-kalkolu ta’ entrati regolatorji li huma affettwati direttament minn provvedimenti tat-telf ta’ kreditu mistenni biex jiġi żgurat li huma ma jirċivux għajnuna kapitali mhux adatta. Pereżempju, jenħtieġ li l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu li permezz tagħhom jitnaqqas il-valur tal-iskopertura skont l-Approċċ Standardizzat għal riskju ta’ kreditu jitnaqqsu b’fattur li jkollu l-effett li jżid il-valur tal-iskopertura. Dan jiżgura li istituzzjoni ma tkunx tibbenefika kemm minn żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha minħabba arranġamenti transizzjonali kif ukoll minn tnaqqis tal-valur tal-iskopertura. |
(9) |
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet li jiddeċiedu li japplikaw l-arranġamenti transizzjonali tal-IFRS 9 speċifikati f’dan ir-Regolament jiżvelaw pubblikament il-fondi proprji tagħhom kif ukoll il-proporzjonijiet kapitali u ta’ ingranaġġ tagħhom kemm bl-applikazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti, kif ukoll mingħajrha sabiex il-pubbliku jkun jista’ jiddetermina l-impatt ta’ dawk l-arranġamenti. |
(10) |
Jixraq ukoll li jiġu previsti arranġamenti transizzjonali għall-eżenzjoni mil-limitu għall-iskoperturi l-kbar disponibbli għal skoperturi fir-rigward ta' ċertu dejn tas-settur pubbliku tal-Istati Membri denominat fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru. Jenħtieġ li l-perijodu transizzjonali jkun ta’ tliet snin mill-1 ta’ Jannar 2018 għal skoperturi ta’ dan it-tip imġarrba fit-12 ta’ Diċembru 2017 jew wara, filwaqt li jenħtieġ li l-iskoperturi ta’ dan it-tip imġarrba qabel dik id-data jingħataw anterjorità u jkomplu jibbenefikaw mill-eżenzjoni għall-iskoperturi l-kbar. |
(11) |
Sabiex l-arranġamenti transizzjonali previsti f’dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu applikati mill-1 ta’ Jannar 2018, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(12) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 473a Introduzzjoni tal-IFRS 9 1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 50 u sa tmiem il-perijodu transizzjonali stabbilit fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, is-segwenti jistgħu jinkludu fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni l-ammont ikkalkolat f’konformità ma’ dan il-paragrafu:
L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ dan li ġej:
2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti A2,SA u A2,IRB imsemmija, rispettivament, fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 bħala l-ikbar ammont mill-ammonti fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu separament għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:
3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont li bih l-ammont imsemmi fil-punt (a) jaqbeż l-ammont imsemmi fil-punt (b) separatament għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:
4. Għall-iskoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, meta l-ammont speċifikat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3 jaqbeż l-ammont speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu A4,SA bħala ugwali għad-differenza bejn dawk l-ammonti, inkella dawn għandhom jistabbilixxu A4,SA għal żero. Għall-iskoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, meta l-ammont speċifikat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3, wara l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 5, jaqbeż l-ammont għal dawn l-iskoperturi kif speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 3, wara l-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu A4,IRB bħala ugwali għad-differenza bejn dawk l-ammonti, inkella dawn għandhom jistabbilixxu A4,IRB għal żero. 5. Għall-iskoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 4 kif ġej:
6. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin biex jikkalkulaw l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 rispettivament:
L-istituzzjonijiet li s-sena finanzjarja tagħhom tibda wara l-1 ta’ Jannar 2018 iżda qabel l-1 ta’ Jannar 2019 għandhom jaġġustaw id-dati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu sabiex dawn jikkorrispondu għas-sena finanzjarja tagħhom, għandhom jirrapportaw id-dati aġġustati lill-awtorità kompetenti tagħhom u għandhom jiżvelawhom pubblikament. L-istituzzjonijiet li jibdew japplikaw standards tal-kontabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 1 fl-1 ta’ Jannar 2019 jew wara dan, għandhom japplikaw il-fatturi rilevanti f’konformità mal-punti (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu b’bidu mill-fattur li jikkorrispondi għas-sena tal-ewwel applikazzjoni ta’ dawk l-istandards tal-kontabbiltà. 7. Fejn istituzzjoni tinkludi fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha ammont f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, din għandha tikkalkula mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stipulati f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE li jużaw xi waħda minn dawn l-entrati li ġejjin billi ma tiħux kont tal-effetti li l-provvedimenti għat-telf ta’ kreditu mistenni, li inkludiet fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha, ikollhom fuq dawn l-entrati:
8. Matul il-perijodu stipulat fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, minbarra li jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fil-Parti Tmienja, l-istituzzjonijiet li ddeċidew li japplikaw l-arranġamenti transitorji stipulati f’dan l-Artikolu għandhom jiżvelaw l-ammonti ta’ fondi proprji, il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u l-kapital ta’ Grad 1, il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1, il-proporzjon totali tal-kapital u l-proporzjon ta’ ingranaġġ li kien ikollhom f’każ li ma japplikawx dan l-Artikolu. 9. Istituzzjoni għandha tiddeċiedi jekk tapplikax l-arranġamenti stipulati f’dan l-Artikolu matul il-perijodu transizzjonali u għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha sal-1 ta’ Frar 2018. Fejn istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, hija tista’ tbiddel darba biss, matul il-perijodu transizzjonali, id-deċiżjoni inizjali tagħha. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw pubblikament kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’konformità ma’ dan is-subparagrafu. Istituzzjoni li tkun iddeċidiet li tapplika l-arranġamenti transizzjonali stipulati f’dan l-Artikolu tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax il-paragrafu 4, f’liema każ għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha sal-1 ta’ Frar 2018. F’każ bħal dan, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-ammont A4 imsemmi fil-paragrafu 1 għal żero. Fejn istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, hija tista’ tbiddel darba biss, matul il-perijodu transizzjonali, id-deċiżjoni inizjali tagħha. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw pubblikament kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’konformità ma’ dan is-subparagrafu. 10. F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha toħroġ linji gwida sat-30 ta’ Ġunju 2018 dwar ir-rekwiżiti ta’ żvelar stipulati f’dan l-Artikolu.”; |
(2) |
fl-Artikolu 493, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “4. B’deroga mill-Artikolu 395(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet iġarrbu kwalunkwe skopertura mill-iskoperturi previsti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, sal-limiti li ġejjin:
Il-limiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għall-valuri tal-iskopertura wara li jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu f’konformità mal-Artikoli 399 sa 403. 5. L-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 għandhom japplikaw għall-iskoperturi li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, l-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għal entrati ta’ assi u skoperturi oħra għal entitajiet tas-settur pubbliku, jew iggarantiti minnhom, li jkunu ttrattati bħala skoperturi għal gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali f’konformità mal-Artikolu 116(4). Fejn l-entrati ta’ assi u skoperturi oħra għall-entitajiet tas-settur pubbliku, jew iggarantiti minnhom, ikunu ttrattati bħala skoperturi għal gvern reġjonali jew awtorità lokali f’konformità mal-Artikolu 116(4), l-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss fejn l-iskoperturi għal dak il-gvern reġjonali jew awtorità lokali jkunu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(2). 6. L-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss fejn skopertura msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
7. Skopertura kif imsemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu li tkun iġġarrbet qabel it-12 ta’ Diċembru 2017 u li fil-31 ta’ Diċembru 2017 ġiet assenjata ponderazzjoni tar-riskju ta’ 0 % f’konformità mal-Artikolu 495(2) għandha tiġi eżentata mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1).”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Diċembru 2017.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) Opinjoni tat-8 ta’ Novembru 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 209, 30.6.2017, p. 36.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Novembru 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2017.
(4) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2067 tat-22 ta’ Novembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward tal-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 9 (ĠU L 323, 29.11.2016, p. 1).
(5) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(6) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(7) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320 29.11.2008, p. 1).