Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1399

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1399 tat-28 ta' Lulju 2017 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-poliaspartat tal-potassju (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/5204

    ĠU L 199, 29.7.2017, p. 8–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1399/oj

    29.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 199/8


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1399

    tat-28 ta' Lulju 2017

    li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-poliaspartat tal-potassju

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 14 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

    (2)

    L-addittivi tal-ikel biss li huma inklużi fil-lista tal-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw fl-ikel skont il-kundizzjonijiet ta' użu speċifikati hemmhekk.

    (3)

    Xi addittivi tal-ikel huma intiżi għal użi speċifiċi għal ċerti prattiki u proċessi enoloġiċi. L-użu ta' tali addittivi tal-ikel għandu jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u mad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

    (4)

    Id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jawtorizzaw l-użu tal-addittivi fl-inbid huma stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/232/KE (4) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (5) u fil-miżuri ta' implimentazzjoni tagħhom.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (6) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

    (6)

    Il-lista tal-Unjoni u l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b'inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li tkun saret applikazzjoni.

    (7)

    Fl-24 ta' Frar 2015 tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-poliaspartat tal-potassju bħala stabilizzatur fl-inbid. L-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

    (8)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel evalwa s-sikurezza tal-poliaspartat tal-potassju bħala addittiv tal-ikel u, fl-opinjoni (7) tagħha tad-9 ta' Marzu 2016, ikkonkludiet li l-użu propost fl-inbid f'livell massimu ta' 300 mg/L u f'livelli tipiċi fil-firxa ta' 100-200 mg/L ma jagħtix problemi ta' sikurezza.

    (9)

    Il-poliaspartat tal-potassju jaġixxi bħala stabilizzatur kontra l-preċipitazzjoni tal-kristalli tat-tartrat fl-inbid (aħmar, rosé u abjad). Iżid il-konservabbilità u l-istabbilità tal-inbid u l-użu tiegħu ma għandux effett fuq il-karatteristiċi organolettiċi. Għalhekk jixraq li l-poliaspartat tal-potassu jiġi inkluż fil-lista ta' addittivi tal-ikel tal-Unjoni u li jiġi assenjat lilu n-numru E 456 sabiex ikun jista' jiġi awtorizzat bħala stabilizzatur fl-inbid fid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

    (10)

    L-ispeċifikazzjonijiet għall-poliaspartat tal-potassju (E 456) għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 meta jiġi inkluż għall-ewwel darba fil-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

    (11)

    Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 għandhom jiġu emendati skont dan.

    (12)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

    (2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/232/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-Kummerċ tal-Inbid (ĠU L 87, 24.3.2006, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

    (7)  EFSA Journal 2016;14(3):4435.


    ANNESS I

    Fil-punt 3 “Addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa”, tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 452:

    “E 456

    Poliaspartat tal-potassju”


    ANNESS II

    Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 452(iv):

    “E 456 POLIASPARTAT TAL-POTASSJU

    Sinonimi

    Definizzjoni

    L-aspartat tal-potassju huwa l-melħ tal-potassju tal-aċidu poliaspartiku, prodott mill-aċidu L-aspartiku u mill-idrossidu tal-potassju. Il-proċess termiku jittrasforma l-aċidu aspartiku fil-polisuċċinimid li huwa insolubbli. Il-polisuċċinimid jiġi ttrattat bl-idrossidu tal-potassju sabiex iċ-ċirku jinfetaħ u l-unitajiet jiġu polimerizzati. L-aħħar pass huwa l-fażi tat-tnixxif bl-isprej, li tirriżulta fi trab kannella ċar

    In-numru CAS

    64723-18-8

    Isem kimiku

    Aċidu L-aspartiku, omopolimeru, melħ tal-potassju

    Formula kimika

    [C4H4NO3K]n

    Piż molekulari medju

    Madwar 5 300  g/mol

    Assaġġ

    Mhux inqas minn 98 % fuq bażi ta' piż xott

    Daqs tal-partikola

    Mhux anqas minn 45 μm (mhux aktar minn 1 % tal-piż tal-partikoli ta' anqas minn 45 μm)

    Deskrizzjoni

    Trab kannella ċar, mingħajr riħa

    Identifikazzjoni

    Solubbiltà

    Jinħall ħafna fl-ilma u kemxejn solubbli fis-solventi organiċi

    pH

    7,5-8,5 (soluzzjoni milwiema ta' 40 %)

    Purità

    Grad tas-sostituzzjonijiet

    Mhux inqas minn 91,5 % fuq bażi ta' piż xott

    Telf fit-tnixxif

    Mhux aktar minn 11 % (105 °C, 12-il siegħa)

    Idrossidu tal-potassju

    Mhux aktar minn 2 %

    Aċidu aspartiku

    Mhux aktar minn 1 %

    Impuritajiet oħrajn

    Mhux aktar minn 0,1 %

    Arseniku

    Mhux aktar minn 2,5 mg/kg

    Ċomb

    Mhux aktar minn 1,5 mg/kg

    Merkurju

    Mhux aktar minn 0,5 mg/kg

    Kadmju

    Mhux aktar minn 0,1 mg/kg”


    Top