This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1185
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/1185 of 20 April 2017 laying down rules for the application of Regulations (EU) No 1307/2013 and (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council as regards notifications to the Commission of information and documents and amending and repealing several Commission Regulations (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notofiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notofiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/2427
ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113–130
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
4.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 171/113 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1185
tal-20 ta' April 2017
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notofiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1) u b'mod partikulari l-Artikolu 67(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 126 u 151 u l-Artikolu 223(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 ġew imħassra u sostitwiti bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3) u (KE) Nru 1234/2007 (4) rispettivament. Ir-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 u l-atti adottati fuq il-bażi ta' dawk ir-Regolamenti jistabbilixxu firxa wiesgħa ta' obbligi tan-notifika ta' informazzjoni u dokumenti lill-Kummissjoni. Dawk ir-Regolamenti wkoll jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Sabiex tiġi żgurata n-notifika mingħajr xkiel tal-informazzjoni u d-dokumenti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, ċerti regoli jridu jiġu adottati permezz ta' atti bħal dawn. Dawk l-atti għandhom jissostitwixxu r-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (5), li jitħassar mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 (6). |
(2) |
Il-metodu li għandu jintuża biex jiġu notifikati l-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa u jintlaħqu l-obbligi tan-notifika stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 kif issupplimentat mir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183, jenħtieġ jiġi stabbilit u l-eċċezzjonijiet għal dak il-metodu ta' notifika jenħtieġu jiġu speċifikati. |
(3) |
Sabiex id-dokumenti jkunu rikonoxxuti bħala validi għall-finijiet tal-Kummissjoni għandu jkun possibbli li l-awtentiċità, l-integrità u l-leġġibilità tad-dokumenti u tal-metadata assoċjata jkunu ggarantiti, għall-perjodu kollu li matulu huwa mitlub li jinżammu. |
(4) |
Jeħtieġ li l-ġestjoni tad-dokumenti tkun konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. Għal dan il-għan, għandhom japplikaw ir-regoli ġenerali stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), ir-Regolamenti (KE) Nru 45/2001 (8) u (KE) Nru 1049/2001 (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), u għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ulterjuri biex jiggwidaw lill-Istati Membri. |
(5) |
Huwa importanti li l-informazzjoni notifikata tkun ta' rilevanza għas-suq konċernat, preċiża u kompluta, u l-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti biex jiżguraw dan, inkluż il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jipprovdulhom l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti taż-żmien xierqa. |
(6) |
Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni u tnaqqis tal-piż amministrattiv, jekk Stat Membru ma jibgħatx notifika, dan għandu jiġi interpretat mill-Kummissjoni bħala notifika nulla mill-Istat Membru. |
(7) |
L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw informazzjoni addizzjonali li tkun rilevanti għas-suq lil hinn minn dak li hu meħtieġ minn dan ir-Regolament. Permezz tas-sistema ta' informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli l-forma meħtieġa għat-trażmissjoni ta' tali informazzjoni. |
(8) |
L-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-prodotti u l-produzzjoni u informazzjoni dwar is-suq hija meħtieġa għall-finijiet ta' monitoraġġ, analiżi u ġestjoni tas-suq fil-prodotti agrikoli u għall-finijiet ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Huwa għaldaqstant xieraq li jiġu stabbiliti regoli rigward in-notifika ta' din l-informazzjoni. |
(9) |
Sabiex l-aċċess għal regoli rigward l-obbligi tan-notifika jiġi ssimplifikat u ffaċilitat, huwa xieraq li f'dan ir-Regolament jiġu inkorporati d-dispożizzjonijiet rigward in-notifiki mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar id-data dwar is-swieq agrikoli, b'mod partikolari l-prezzijiet, il-produzzjoni u d-data tal-karta tal-bilanċ, attwalment stabbilita fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 315/2002 (11), (KE) Nru 546/2003 (12), (KE) Nru 1709/2003 (13); (KE) Nru 2336/2003 (14), (KE) Nru 2095/2005 (15), (KE) Nru 952/2006 (16), (KE) Nru 1557/2006 (17), (KE) Nru 589/2008 (18), (KE) Nru 826/2008 (19), (KE) Nru 1249/2008 (20), (KE) Nru 436/2009 (21), (UE) Nru 1272/2009 (22) u (UE) Nru 479/2010 (23) u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (24), (UE) Nru 1288/2011 (25), (UE) Nru 1333/2011 (26) u (UE) Nru 807/2013 (27). Dawn l-obbligi ta' notifika għandhom jiġu aġġornati fid-dawl tal-esperjenza miksuba jew għal ġestjoni aktar effettiva tal-Politika Agrikola Komuni. |
(10) |
Sabiex tingħata stampa komprensiva tad-data tal-prezzijiet notifikata u biex jiġu segwiti x-xejriet, huwa xieraq li jkun meħtieġ li kull serje ta' prezzijiet tiġi definita. |
(11) |
L-Istati Membri li m'adottawx l-euro għandhom jirrapportaw l-informazzjoni tal-prezzijiet fil-munita uffiċjali tagħhom. |
(12) |
L-Unjoni mitluba tagħmel ċerti notifiki lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) skont l-Artikolu 18(2) tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura (28), kif spjegat f'aktar dettall fil-paragrafu 4 tad-dokument tad-WTO G/AG/2 tat-30 ta' Ġunju 1995 u l-Anness tad-Deċiżjoni Ministerjali tad-WTO tad-19 ta' Diċembru 2015 dwar il-kompetizzjoni fl-esportazzjoni (WT/MIN(15)/45-WT/L/980). Sabiex tikkonforma ma' dawn ir-rekwiżiti, l-Unjoni teħtieġ ċertu informazzjoni mill-Istati Membri, b'mod partikolari informazzjoni rigward is-sostenn domestiku u l-kompetizzjoni fl-esportazzjoni. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw in-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għal dawn il-finijiet. |
(13) |
Id-dispożizzjonijiet dwar notifiki fis-settur taz-zokkor għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2017 sabiex jipprovdu għal tranżizzjoni bla xkiel mat-tmiem tas-sistema tal-kwoti. |
(14) |
Għaldaqstant ir-Regolamenti (KE) Nru 315/2002, (KE) Nru 952/2006, (KE) Nru 589/2008, (KE) Nru 826/2008, (KE) Nru 1249/2008, (KE) Nru 436/2009, (UE) Nru 1272/2009, (UE) Nru 479/2010, u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, (UE) Nru 1333/2011 u (UE) Nru 807/2013 għandhom jiġu emendati skont dan. Ir-Regolamenti (KE) Nru 546/2003, (KE) Nru 1709/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 2095/2005 u (KE) Nru 1557/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1288/2011 għandhom jiġu mħassra. |
(15) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti u l-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
PRINĊIPJI U REKWIŻITI TAS-SISTEMA TA' INFORMAZZJONI
Artikolu 1
Sistema ta' informazzjoni tal-Kummissjoni u metodu ta' notifika
1. In-notifika ta' informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa skont l-obbligi tan-notifika stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 u fl-Atti adottati fuq il-bażi ta' dawk ir-Regolamenti għandha ssir permezz ta' sistema bbażata fuq it-teknoloġija tal-informatika li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli lill-Istati Membri.
L-informazzjoni u d-dokumenti għandhom jiġu stabbiliti u notifikati f'konformità ma':
(a) |
il-proċeduri stabbiliti għas-sistema ta' informazzjoni; |
(b) |
id-drittijiet tal-aċċess mogħtija mill-korp uniku ta' kollegament msemmi fir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183; u |
(c) |
il-formoli magħmula disponibbli lill-utenti fis-sistema ta' informazzjoni. |
2. Bħala eċċezzjoni għall-ewwel paragrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-informazzjoni meħtieġa disponibbli lill-Kummissjoni bil-posta, bit-telefaks, bil-posta elettronika jew bl-idejn:
(a) |
jekk il-Kummissjoni ma tkunx għamlet disponibbli l-mezzi tat-teknoloġija tal-informatika għal obbligu tan-notifika speċifiku; |
(b) |
fil-każijiet ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali li jagħmluha impossibbli li Stat Membru juża s-sistema ta' informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. |
Artikolu 2
Integrità u leġġibilità maż-żmien
Is-sistema ta' informazzoni li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli għandha tkun imfassla biex tipproteġi l-integrità tad-dokumenti notifikati u miżmuma. B'mod partikolari, din għandha:
(a) |
tippermetti li kull utent jiġi identifikat b'mod ċar, u tinkorpora miżuri effettivi ta' kontroll tad-drittijiet tal-aċċess sabiex tipproteġi kontra l-aċċess illegali, malizzjuż jew mhux awtorizzat tad-dokumenti, il-fajls u l-metadata jew it-tħassir, il-modifika jew iċ-ċaqliq illegali, malizzjuż jew mhux awtorizzat tagħhom; |
(b) |
tkun mgħammra b'sistemi fiżiċi ta' protezzjoni kontra l-indħil u l-inċidenti ambjentali u kif ukoll protezzjoni ta' softwer kontra attakki ċibernetiċi eventwali; |
(c) |
tipprevjeni kwalunkwe tibdil mhux awtorizzat u tinkorpora mekkaniżmi ta' integrità biex tivverifika jekk maż-żmien dokument ikunx inbidel; |
(d) |
iżżomm rekord tal-awditjar għal kull stadju essenzjali tal-proċedura; |
(e) |
tissalvagwardja d-data maħżuna f'ambjent li jkun sigur sew f'termini fiżiċi kif ukoll f'dawk tas-softwer, f'konformità mal-punt (b); |
(f) |
tipprovdi proċeduri affidabbli għall-konverżjoni u l-migrazzjoni tal-format biex tiggarantixxi li d-dokumenti jkunu leġġibbli u aċċessibbli matul il-perjodu kollu tal-ħżin meħtieġ; |
(g) |
jkollha dokumentazzjoni funzjonali u teknika dettaljata biżżejjed u aġġornata dwar il-ħidma u l-karatteristiċi tas-sistema; dik id-dokumentazzjoni għandha tkun aċċessibbli f'kull waqt lill-entitajiet organizzattivi responsabbli għall-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u/jew tekniċi. |
Artikolu 3
Awtentiċità tad-dokumenti
L-awtentiċità ta' dokument innotifikat jew maħżun permezz ta' sistema tal-informazzjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament hija rrikonoxxuta jekk il-persuna li tkun bagħtet id-dokument tkun identifikata kif xieraq u jekk id-dokument ikun ġie stabbilit u nnotifikat f'konformità ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Protezzjoni tad-data personali
1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw bla ħsara għad-Direttiva 95/46/KE, għar-Regolament (KE) Nru 45/2001, għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, u għad-Direttiva 2002/58/KE u d-dispożizzjonijiet adottati permezz tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jipproteġu l-kunfidenzjalità tad-data riċevuta minn operaturi ekonomiċi.
3. Meta l-informazzjoni nnotifikata lill-Kummissjoni tinkiseb minn inqas minn 3 operaturi, jew meta l-informazzjoni minn operatur uniku tkun tammonta għal aktar minn 70 % tal-ammont ta' tali informazzjoni nnotifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jindika dan lill-Kummissjoni meta jinnotifika l-informazzjoni.
4. Il-Kummissjoni m'għandhiex tippubblika informazzjoni b'tali mod li jista' jwassal għall-identifikazzjoni ta' operatur individwali. Fejn jeżisti tali riskju, il-Kummissjoni għandha tippubblika biss tali informazzjoni f'forma aggregata.
Artikolu 5
Notifika ta' inadempjenza
Ħlief fejn huwa pprovdut mod ieħor fl-Atti msemmija fl-Artikolu 1, fejn Stat Membru ma jkunx innotifika lill-Kummissjoni bl-informazzjoni jew id-dokumenti meħtieġa sal-iskadenza (“ritorn null”), l-Istat Membru għandu jitqies li jkun innotifika lill-Kummissjoni:
(a) |
fil-każ ta' informazzjoni kwantitattiva, ta' valur żero; |
(b) |
fil-każ ta' informazzjoni kwalitattiva, ta' sitwazzjoni “xejn x'tirrapporta”. |
KAPITOLU II
NOTIFIKI DWAR IL-PREZZIJIET, IL-PRODUZZJONI, L-INFORMAZZJONI TAS-SUQ U DAWK MEĦTIEĠA MINN FTEHMIET INTERNAZZJONALI
TAQSIMA 1
Notifika dwar il-prezzijiet, il-produzzjoni u l-informazzjoni tas-suq
Artikolu 6
Notifika dwar il-prezzijiet, il-produzzjoni u s-sitwazzjoni tas-suq
In-notifika tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet meħtieġa skont l-obbligu tan-notifika stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 għandha ssir skont l-Annessi I u II.
In-notifika tal-produzzjoni u s-swieq meħtieġa skont l-obbligu tan-notifika stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 għandha ssir skont l-Anness III.
Artikolu 7
Integrità tal-informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni nnotifikata tkun rilevanti għas-suq ikkonċernat, preċiża u kompluta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data kwantitattiva notifikata tikkostitwixxi serje ta' statistika konsistenti. Fil-każ li Stat Membru jkollu raġun jemmen li l-informazzjoni nnotifikata tista' ma tkunx rilevanti, preċiża jew kompluta, l-Istat Membru kkonċernat għandu jindika dan lill-Kummissjoni meta jinnotifika l-informazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni ġdida importanti li x'aktarx tibdel sostanzjalment l-informazzjoni diġà nnotifikata.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jipprovdulhom l-informazzjoni meħtieġa fi ħdan il-limiti taż-żmien xierqa. L-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu lill-Istati Membri l-informazzjoni meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-informazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Informazzjoni addizzjonali
L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali għal dik mitluba fl-Annessi I, II u III permezz ta' sistema ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 fejn tali informazzjoni tkun ikkunsidrata rilevanti mill-Istat Membru kkonċernat. Tali notifiki għandhom isiru permezz ta' formola li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli fis-sistema
Artikolu 9
Definizzjoni tal-prezz
1. Għal kull notifika tal-prezz meħtieġa minn din it-Taqsima, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw is-sors u l-metodoloġija użati għad-determinazzjoni tal-prezzijiet ipprovduti. Tali notifiki għandhom jinkludu informazzjoni dwar is-swieq rappreżentattivi ddeterminati mill-Istati Membri u l-koeffiċjenti tal-korrezzjoni assoċjati.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni pprovduta f'konformità mal-paragrafu 1.
3. L-Isati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni jkollha d-dritt li tippubblika d-data li huma jinnotifikaw lill-Kummissjoni, soġġetta għall-Artikolu 4.
Artikolu 10
Rappurtar ta' prezzijiet fil-munita uffiċjali
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Annessi I, II u III, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw informazzjoni tal-prezz fil-munita uffiċjali tagħhom, mingħajr il-VAT.
Artikolu 11
Monitoraġġ tal-prezzijiet ta' kull ġimgħa
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni tal-prezzijiet ta' kull ġimgħa msemmija f'dak l-Anness mhux aktar tard minn 12.00 (ħin ta' Brussell) kull nhar ta' Erbgħa għall-ġimgħa ta' qabel.
Artikolu 12
Informazzjoni tal-prezzijiet mhux ta' kull ġimgħa u monitoraġġ tal-produzzjoni
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fil-limiti taż-żmien stabbiliti, bi:
(a) |
informazzjoni tal-prezzijiet mhux ta' kull ġimgħa msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament; kif ukoll |
(b) |
informazzjoni tal-produzzjoni u tas-suq imsemmija fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
TAQSIMA 2
Notifiki mitluba minn ftehmiet internazzjonali
Artikolu 13
Data tal-appoġġ domestiku tad-WTO
1. L-Istati Membri, sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-data dwar l-infiq mill-baġit nazzjonali, inkluż id-dħul mitluf, dwar il-miżuri tal-appoġġ domestiku favur il-produtturi agrikoli għas-sena finanzjarja preċedenti tal-Unjoni. In-notifika għandha tinkludi data dwar miżuri kofinanzjati mill-baġit tal-Unjoni u għandha tkopri kemm il-komponenti nazzjonali kif ukoll il-komponenti tal-finanzjament tal-Unjoni. In-notifika m'għandhiex tkopri miżuri kompletament iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni.
2. Id-data meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandha tkun dik stipulata fid-dokument tad-WTO G/AG/2 dwar l-appoġġ domestiku u għandha tkun notifikata bl-użu tal-format stabbilit f'dak id-dokument.
Artikolu 14
Data tal-kompetizzjoni tal-esportazzjoni tad-WTO
1. L-Istati Membri, sat-28 ta' Frar ta' kull sena, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-data għas-sena kalendarja preċedenti dwar il- miżuri tal-kompetizzjoni fl-esportazzjoni li ġejjin, li huma applikati minnhom:
(a) |
appoġġ finanzjarju tal-esportazzjoni (krediti tal-esportazzjoni, garanziji tal-krediti tal-esportazzjoni jew programmi tal-assigurazzjoni); |
(b) |
għajnuna alimentari internazzjonali; |
(c) |
intrapriżi kummerċjali Statali tal-esportazzjoni agrikola. |
2. Id-data meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandha tkun dik stipulata fl-Anness tad-Deċiżjoni Ministerjali tad-WTO tad-19 ta' Diċembru 2015 dwar il-kompetizzjoni fl-esportazzjoni u għandha tkun notifikata bl-użu tal-format stabbilit f'dak l-Anness.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 15
Emendi għal bosta regolamenti u dispożizzjonijiet tranżitorji
1. L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 315/2002 jiġi mħassar;
2. l-Artikoli 12, 13, 14, 14a, 15a, 20, 21 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 jitħassru mill-1 ta' Ottubru 2017. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jibqgħu japplikaw fir-rigward tan-notifiki residwi dwar is-sistema tal-kwota taz-zokkor;
3. L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 589/2008 jiġi mħassar;
4. il-punt A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 jiġi mħassar;
5. l-Artikoli 16(8), 17, 25(3), 27(1) u (2), 34(2) u l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008 jiġu mħassra;
6. L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 436/2009 huwa mħassar, ħlief għall-punt (b)(iii) tal-paragrafu 1u l-paragrafu 2 li se jibqgħu japplikaw sal-31 ta' Lulju 2017;
7. l-Artikoli 56(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 jiġu mħassra;
8. l-Artikoli 1a, 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 479/2010 jiġu mħassra;
9. l-Artikolu 98 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jiġi mħassar;
10. l-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1333/2011 jiġi mħassar;
11. l-Artikoli 4(2) u (3) u 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 807/2013 jiġu mħassra.
Artikolu 16
Tħassir
Ir-Regolamenti li ġejjin jiġu mħassra:
— |
ir-Regolament (KE) Nru 546/2003; |
— |
ir-Regolament (KE) Nru 1709/2003; |
— |
ir-Regolament (KE) Nru 2336/2003; |
— |
ir-Regolament (KE) Nru 2095/2005; |
— |
ir-Regolament (KE) Nru 1557/2006; |
— |
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1288/2011. |
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Punt 1 tal-Anness II u l-Punt 2 tal-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jħassar r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.)
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta' April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta' informazzjoni u dokumenti (ara paġna 100 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(7) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(10) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 315/2002 tal-20 ta' Frar 2002 dwar l-istħarriġ ta' prezzijiet ta' karkassi ta' nagħaġ friski jew imkessħa fi swieq rappreżentattivi fil-Komunità (ĠU L 50, 21.2.2002, p. 47).
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2003 tas-27 ta' Marzu 2003 dwar ċerti notifiki li jirrigwardjaw l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75, (KEE) Nru 2777/75 u (KEE) Nru 2783/75 fis-setturi tal-bajd u l-laħam tat-tjur (ĠU L 81, 28.3.2003, p. 12).
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1709/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 fuq l-uċuħ tar-raba' u d-dikjarazzjonijiet ta' ħażniet ta' ross (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 92).
(14) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2336/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol ta' oriġini agrikola (ĠU L 346, 31.12.2003, p. 19).
(15) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2095/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 fir-rigward tal-komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar it-tabakk (ĠU L 335, 21.12.2005, p. 6).
(16) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39).
(17) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1557/2006 tat-18 ta' Ottubru 2006 dwar il-modalitajiet tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1952/2005 fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-kuntratti u l-komunikazzjonijiet tad-data fis-settur tal-ħops (ĠU L 288, 19.10.2006, p. 18).
(18) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 6)
(19) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta' Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3).
(20) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).
(21) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 f'dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta' tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15).
(22) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).
(23) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 479/2010 tal-1 ta' Ġunju 2010 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 135, 2.6.2010, p. 26).
(24) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).
(25) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1288/2011 tad-9 ta' Diċembru 2011 dwar in-notifika ta' prezzijiet bl-ingrossa għall-banana fl-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli (ĠU L 328, 10.12.2011, p. 42).
(26) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1333/2011 tad-19 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-banana, regoli dwar il-verifika tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u r-rekwiżiti għan-notifikazzjonijiet fis-settur tal-banana (ĠU L 336, 20.12.2011, p. 23).
(27) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2013 tat-26 ta' Awwissu 2013 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għal dak li jirrigwarda l-istħarriġ ta' prezzijiet ta' ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Unjoni (ĠU L 228, 27.8.2013, p. 5).
(28) Iċ-Ċiklu ta' Negozjati Kummerċjali Multilaterali tal-Urugwaj (1986- 1994) — l-Anness 1 — l-Anness 1A — il-Ftehim dwar l-Agrikoltura (WTO-GATT 1994) WTO-“GATT 1994” (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22).
ANNESS I
Rekwiżiti li għandhom x'jaqsmu man-notifiki tal-prezzijiet ta' kull ġimgħa msemmija fl-Artikolu 11
1. Ċereali
Kontenut tan-notifika: prezzijiet tas-suq rappreżentattivi għal kull wieħed miċ-ċereali u l-kwalitajiet taċ-ċereali kkunsidrati rilevanti għas-suq tal-Unjoni, espressi għal kull tunnellata tal-prodott.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jirreferu, b'mod partikolari, għall-proprjetajiet kwalitattivi, għal-post tal-kwotazzjoni u għall-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni ta' kull prodott.
2. Ross
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tas-suq rappreżentattivi għal kull waħda mill-varjetajiet ta' ross ikkunsidrati rilevanti għas-suq tal-Unjoni, espressi għal kull tunnellata tal-prodott.
Stati Membri kkonċernati: L-Istati Membri li jipproduċu r-ross.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jirreferu, b'mod partikolari, għall-istadju tal-ipproċessar, għall-post tal-kwotazzjoni u għall-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni ta' kull prodott.
3. Żejt taż-żebbuġa
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet medji rreġistrati fis-swieq rappreżentattivi ewlenin u l-prezzijiet medji nazzjonali għall-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa elenkati fil-Parti VIII tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, espressi għal kull 100 kg ta' prodott.
Stati Membri kkonċernati: L-Istati Membri li jipproduċu aktar minn 20 000 t ta' żejt taż-żebbuġa fil-perjodu annwali mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Settembru.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jikkorrispondu maż-żejt taż-żebbuġa bl-ingrossa, tal-mitħna għaż-żejt taż-żebbuġa verġni u tal-fabbrika għal kategoriji oħra. Is-swieq rappreżentattivi għandhom ikopru mill-inqas 70 % tal-produzzjoni nazzjonali tal-prodott ikkonċernat.
4. Frott u ħxejjex
Kontenut tan-notifika: il-prezz uniku medju peżat għat-tipi u l-varjetajiet tal-frott u l-ħxejjex elenkati fil-Parti A tal-Anness XV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 li jissodisfa l-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni stabbilit fil-Parti A tal-Anness I ta' dak ir-Regolament jew għall-Klassi I għall-prodotti koperti minn standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni, espress għal kull 100 kg ta' piż nett tal-prodott.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri, kif speċifikat fl-Anness XV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, meta d-data tkun disponibbli.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom ikunu dawk tal-post fejn jiġu ppakkjati, magħżulin u ppakkjati, u fejn ikun applikabbli fuq palits.
5. Banana
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet bl-ingrossa għall-banana safra li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0803 90 10, espressi għal kull 100 kg ta' prodott.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha li jikkummerċjalizzaw aktar minn 50 000 tunnellata ta' banana safra għal kull sena kalendarja.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu notifikati minn grupp ta' pajjiżi ta' oriġini.
6. Laħam
Kontenut tan-notifika : il-prezzijiet għaċ-ċanga, għall-karkassi tal-qżieqeż u tan-nagħaġ u ċerti bovini, għoġġiela u driefeġ ħajjin fir-rigward tal-klassifikazzjoni taċ-ċanga, tal-karkassi tal-qżieqeż u tan-nagħaġ u r-rappurtar tal-prezzijiet tas-suq skont ir-regoli tal-Unjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.
Oħrajn: meta fl-opinjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ikun hemm numru insuffiċjenti ta' karkassi jew annimali ħajjin biex jiġu notifikati, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li għall-perjodu kkonċernat jissospendi r-reġistrazzjoni tal-prezzijiet għal tali karkassi jew annimali ħajjin u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-raġuni wara d-deċiżjoni tiegħu.
7. Ħalib u prodotti tal-ħalib
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet tat-trab tax-xorrox, tat-trab tal-ħalib xkumat, tat-trab tal-ħalib sħiħ, tal-butir u ta' ġobnijiet komoditarji espressi għal kull 100 kg tal-prodott.
Stati Membri kkonċernati: L-Istati Membri li l-produzzjoni nazzjonali tagħhom tirrappreżenta 2 % jew aktar tal-produzzjoni tal-Unjoni; jew, fil-każ ta' ġobnijiet komoditarji, fejn it-tip ta' ġobon jirrappreżenta 4 % jew aktar tal-produzzjoni tal-ġobon nazzjonali.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu notifikati għal prodotti mixtrija mill-manifattur, minbarra kwalunkwe spiża oħra (trasport, tagħbija, tqandil, ħżin, palits, assigurazzjoni, eċċ.) abbażi ta' kuntratti konklużi għall-kunsinni fi żmien tliet xhur.
8. Bajd
Kontenut tan-notifika: il-prezz bl-ingrossa għall-bajd tal-Klassi A minn tiġieġ imrobbija fil-gaġeġ (medja tal-kategoriji L u M), espress għal kull 100 kg ta' prodott.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom ikunu notifikati għall-prodotti fl-istazzjonijiet tal-ippakkjar. Fejn il-produzzjoni fil-gaġeġ ma tibqax aktar rappreżentattiva, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika l-prezz bl-ingrossa tal-bajd tal-Klassi A, prodotti minn tiġieġ tal-bajd miżmuma f'sistemi tal-matmura, espressi għal kull 100 kg.
9. Laħam tal-pollam
Kontenut tan-notifika: il-prezz medju bl-ingrossa għal tiġieġ sħaħ tal-Klassi A (“65 % tiġieġ”), espress għal kull 100 kg ta' prodott.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom jiġu notifikati għal prodotti f'impjanti tat-tbiċċir jew irreġistrati fi swieq rappreżentattivi. Fejn preżentazzjoni ta' tiġieġ jew qatgħat speċifiċi oħra tat-tiġieġ ikunu importanti f'termini tal-istruttura tas-suq tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat, flimkien mal-prezz medju bl-ingrossa għal tiġieġ sħiħ tal-Klassi A (“65 % tiġieġ”), jista' jinnotifika l-prezz bl-ingrossa ta' preżentazzjoni tat-tiġieġ jew qatgħat oħra tal-kwalità tal-Klassi A, filwaqt li jispeċifika t-tip ta' preżentazzjoni jew qatgħat li għalihom jirreferi l-prezz, espress għal kull 100 kg.
ANNESS II
Rekwiżiti li għandhom x'jaqsmu man-notifiki tal-prezzijiet mhux ta' kull ġimgħa kif imsemmija fil-punt (A) tal-Artikolu 12
1. Zokkor
Kontenut tan-notifika
(a) |
il-medji ppeżati tal-prezzijiet taz-zokkor li ġejjin, espressi għal kull tunnellata ta' zokkor, kif ukoll il-kwantitajiet korrespondenti totali u d-devjazzjonijiet standard ippeżati:
|
(b) |
il-prezz medju ppeżat tal-pitravi taz-zokkor matul is-sena tas-suq preċedenti, espress għal kull tunnellata ta' pitravi, kif ukoll il-kwantitajiet totali korrispondenti. |
Stati Membri kkonċernati
(a) |
għall-prezzijiet taz-zokkor, l-Istati Membri kollha fejn aktar minn 10 000 tunnellata taz-zokkor jiġu prodotti mill-pitravi taz-zokkor jew miz-zokkor mhux raffinat; |
(b) |
għal prezzijiet tal-pitravi taz-zokkor, l-Istati Membri kollha fejn jiġu prodotti l-pitravi taz-zokkor. |
Perjodu tan-notifika
(a) |
għall-prezzijiet taz-zokkor, sal-aħħar ta' kull xahar; |
(b) |
għall-prezzijiet tal-pitravi taz-zokkor, sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena. |
Oħrajn
Il-prezzijiet għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-metodoloġija ppubblikata mill-Kummissjoni u għandhom jikkonċernaw:
(a) |
il-prezzijiet taz-zokkor abjad tal-fabbrika għaz-zokkor ta' kwalità standard kif definit fil-punt B II tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 miġbur minn impriżi u raffinaturi taz-zokkor; |
(b) |
il-prezzijiet tal-pitravi taz-zokkor għal pitravi taz-zokkor ta' kwalità standard kif definiti fil-punt B I tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 imħallsa minn impriżi taz-zokkor lill-produtturi. Il-pitravi għandhom jiġu attribwiti għall-istess sena tas-suq bħaz-zokkor estratt minnhom. |
2. Fibra tal-kittien
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet medji tal-fabbrika għax-xahar preċedenti rreġistrati fis-swieq rappreżentattivi ewlenin għall-fibra tal-kittien twila, espressi għal kull tunnellata ta' prodott.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha fejn jiġu prodotti l-fibri tal-kittien twal minn żona mħawla ta' aktar minn 1 000 ha ta' fibri tal-kittien.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta' kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
3. Inbid
Kontenut tan-notifika: fir-rigward tal-inbejjed imsemmija fil-punt 1 tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
(a) |
sommarju tal-prezzijiet għax-xahar preċedenti espressi għal kull ettolitru ta' nbid b'referenza għall-volumi kkonċernati; jew |
(b) |
sal-31 ta' Lulju 2017, is-sorsi tal-informazzjoni disponibbli pubblikament meqjusa kredibbli għar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet. |
Stati Membri kkonċernati: L-Istati Membri li l-medja tal-produzzjoni tal-inbid tagħhom matul l-aħħar ħames snin qabżet il-5 % tal-produzzjoni tal-inbid totali tal-Unjoni.
Perjodu tan-notifika: sal-15-il jum ta' kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom ikunu tal-prodott mhux ippakkjat mal-ħruġ mill-post tal-produttur. Għall-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu għażla tat-tmien l-aktar swieq rappreżentattivi li għandhom jiġu mmonitorjati, li għandhom jinkludu mill-inqas tnejn għal inbejjed b'denominazzjoni tal-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta.
4. Ħalib u prodotti tal-ħalib
(a) Ħalib
Kontenut tan-notifika: il-prezz tal-ħalib mhux ipproċessat, u l-prezz stmat għal kunsinni fix-xahar kurrenti, espressi għal kull 100 kg tal-prodott fil-kontenut tax-xaħam u tal-proteina reali.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.
Perjodu tan-notifika: sal-aħħar ta' kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Oħrajn: il-prezz għandu jkun dak imħallas mill-ewwel xerrejja stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru.
(b) Prodotti tal-ħalib
Kontenut tan-notifika: il-prezzijiet għall-ġobnijiet, minbarra l-ġobnijiet komoditarji msemmija fil-Punt 7 tal-Anness I, espressi għal kull 100 kg tal-prodott.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha għal tipi ta' ġobnijiet rilevanti għas-suq nazzjonali.
Perjodu tan-notifika: sal-15-il jum ta' kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Oħrajn: il-prezzijiet għandhom ikunu għal ġobon mixtri mill-manifattur, minbarra kwalunkwe spiża oħra (trasport, tagħbija, tqandil, ħżin, palits, assigurazzjoni, eċċ.) abbażi ta' kuntratti konklużi għal kunsinni fi żmien tliet xhur.
ANNESS III
Rekwiżiti li għandhom x'jaqsmu man-notifiki tal-produzzjoni u l-informazzjoni tas-suq kif imsemmija fil-punt (B) tal-Artikolu 12
1. Ross
Kontenut tan-notifika: għal kull wieħed mit-tipi ta' ross imsemmija fil-punti 2 u 3 tal-Parti I tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
(a) |
żona mħawla, rendiment agronomiku, produzzjoni tar-ross fil-fosdqa fis-sena tal-ħsad u r-rendiment tat-tħin; |
(b) |
stokks tar-ross (espressi f'ekwivalent tat-tħin) miżmuma minn produtturi u mill-imtieħen tar-ross fil-31 ta' Awwissu kull sena, imqassma skont ir-ross prodott fl-Unjoni Ewropea u r-ross importat. |
Perjodu tan-notifika: sal-15 ta' Jannar kull sena fir-rigward tas-sena preċedenti.
Stati Membri kkonċernati
(a) |
għall-produzzjoni tar-ross fil-fosdqa, l-Istati Membri kollha li jipproduċu r-ross; |
(b) |
għall-istokks tar-ross, l-Istati Membri kollha li jipproduċu r-ross u l-Istati Membri b'imtieħen tar-ross. |
2. Zokkor
A. Żoni tal-pitravi
Kontenut tan-notifika: żona tal-pitravi taz-zokkor għas-sena tas-suq kurrenti u stima għas-sena tas-suq ta' wara.
Perjodu tan-notifika: sal-31 ta' Mejju ta' kull sena.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha b'żona mħawla ta' aktar minn 1 000 ha ta' pitravi taz-zokkor fis-sena kkonċernata
Oħrajn: dawn iċ-ċifri għandhom jiġu espressi f'ettari u mqassma skont iż-żoni maħsuba għall-produzzjoni taz-zokkor u dawk maħsuba għall-produzzjoni tal-bijoetanol.
B. Produzzjoni taz-zokkor u tal-bijoetanol
Kontenut tan-notifika: il-produzzjoni taz-zokkor u l-produzzjoni tal-bijoetanol minn kull impriża fis-sena tas-suq preċedenti u stima tal-produzzjoni taz-zokkor minn kull impriża għas-sena tas-suq kurrenti;
Perjodu tan-notifika: sat-30 ta' Novembru kull sena fir-rigward tal-produzzjoni tas-sena tas-suq preċedenti u sal-31 ta' Marzu kull sena (it-30 ta' Ġunju għad-dipartimenti Franċiżi tal-Guadeloupe u l-Martinique) fir-rigward tal-produzzjoni tas-sena tas-suq kurrenti.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha fejn huma prodotti aktar minn 10 000 tunnellata ta' zokkor.
Oħrajn
(a) |
“produzzjoni taz-zokkor” tfisser il-kwantità totali, espressa f'tunnellati ta' zokkor abjad kif ġej:
|
(b) |
il-produzzjoni taz-zokkor m'għandhiex tinkludi zokkor abjad miksub minn kwalunkwe wieħed mill-prodotti msemmija fil-punt (a) jew prodott skont arranġamenti tal-ipproċessar attiv; |
(c) |
iz-zokkor li jiġi estratt mill-pitravi miżrugħin matul sena tas-suq speċifika għandu jiġi attribwit għas-sena tas-suq ta' wara. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jattribwixxu z-zokkor estratt mill-pitravi miżrugħa fil-ħarifa ta' sena tas-suq partikolari għall-istess sena tas-suq, u jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2017; |
(d) |
iċ-ċifri għaz-zokkor għandhom ikunu mqassma skont ix-xahar u, fir-rigward tas-sena tas-suq kurrenti, għandhom jikkorrespondu maċ-ċifri proviżorji sax-xahar ta' Frar u għal stimi għax-xhur li jibqa' mis-sena tas-suq. |
(e) |
il-produzzjoni tal-bijoetanol għandha tinkludi biss bijoetanol miksub minn kwalunkwe wieħed mill-prodotti msemmija fil-punt (a) u għandha tiġi espressa f'ettolitri. |
C. Produzzjoni ta' isoglukożju
Kontenut tan-notifika
(a) |
il-kwantitajiet tal-produzzjoni proprja tal-isoglukożju mibgħuta minn kull produttur matul is-sena tas-suq preċedenti; |
(b) |
il-kwantitajiet tal-produzzjoni proprja tal-isoglukożju mibgħuta minn kull produttur matul ix-xahar preċedenti. |
Perjodu tan-notifika: sat-30 ta' Novembru ta' kull sena fir-rigward tas-sena tas-suq preċedenti u sal-25 jum ta' kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha fejn jiġi prodott l-isoglukożju.
Oħrajn: “Produzzjoni tal-isoglukożju” tfisser il-kwantità totali tal-prodott miksub mill-glukożju jew mill-polimeri tiegħu b'kontenut bil-piż fl-istat niexef ta' mill-inqas 41 % ta' fruttożju, espressa f'tunnellati ta' materja niexfa irrispettivament mill-kontenut tal-fruttożju kurrenti li jaqbeż il-limitu ta' 41 %. Iċ-ċifri tal-produzzjoni fis-sena għandhom jitqassmu xahar xahar.
D. Stokks taz-zokkor u tal-isoglukożju
Kontenut tan-notifika
(a) |
il-kwantitajiet tal-produzzjoni taz-zokkor maħżun sal-aħħar ta' kull xahar minn impriżi taz-zokkor u minn raffinaturi; |
(b) |
il-kwantitajiet tal-produzzjoni tal-isoglukożju maħżuna minn produtturi tal-isoglukożju sal-aħħar tas-sena tas-suq preċedenti. |
Perjodu tan-notifika: sal-aħħar ta' kull xahar fir-rigward tax-xahar preċedenti msemmi fir-rigward taz-zokkor, u sat-30 ta' Novembru fir-rigward tal-isoglukożju.
Stati Membri kkonċernati
(a) |
għaz-zokkor, l-Istati Membri kollha fejn jinsabu l-impriżi jew ir-raffinaturi taz-zokkor u l-produzzjoni taz-zokkor taqbeż l-10 000 tunnellata; |
(b) |
għall-isoglukożju, l-Istati Membri kollha fejn jiġi prodott l-isoglukożju. |
Oħrajn: iċ-ċifri għandhom jirreferu għall-prodotti maħżuna fiċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Unjoni u għall-produzzjoni taz-zokkor u l-produzzjoni tal-isoglukożju kif definit fil-punti B u C.
Fir-rigward taz-zokkor:
— |
iċ-ċifri għandhom jirreferu għall-kwantitajiet li huma proprjetà tal-impriża jew tar-raffinatur jew koperti minn garanzija; |
— |
iċ-ċifri għandhom jispeċifikaw, għall-kwantitajiet fil-ħażna fl-aħħar tax-xhur ta' Lulju, Awwissu u Settembru, il-kwantità li tiġi mill-produzzjoni taz-zokkor skont is-sena tas-suq ta' wara; |
— |
jekk il-ħażna tkun fi Stat Membru differenti minn dak li qed jinnotifika lill-Kummissjoni, l-Istat Membru li qed jinnotifika għandu jinforma lill-Istat Membru kkonċernat bil-kwantitajiet maħżuna fuq it-territorju tiegħu u fejn dawn jinsabu sal-aħħar tax-xahar ta' wara dak tan-notifika lill-Kummissjoni. |
Fir-rigward tal-isoglukożju, il-kwantitajiet għandhom jirreferu għall-kwantitajiet tal-produttur.
3. Għelejjel tal-fibra
Kontenut tan-notifika
(a) |
iż-żona tal-fibra tal-kittien għas-sena tas-suq kurrenti u l-istima għas-sena tas-suq ta' wara, espressa f'ettari; |
(b) |
il-produzzjoni tal-fibra tal-kittien għas-sena tas-suq preċedenti u stima għas-sena tas-suq kurrenti, espressa f'tunnellati; |
(c) |
iż-żona mħawla bil-qoton għas-sena tal-ħsad preċedenti u stima għas-sena tal-ħsad kurrenti, espressa f'ettari; |
(d) |
il-produzzjoni tal-qoton mhux maħluġ għas-sena tal-ħsad preċedenti u stima għas-sena tal-ħsad kurrenti, espressa f'tunnellati; |
(e) |
il-prezz medju tal-qoton mhux maħluġ imħallas lill-produtturi tal-qoton fir-rigward tas-sena tal-ħsad preċedenti, espress għal kull tunnellata tal-prodott. |
Perjodu tan-notifika
(a) |
għal żona tal-fibra tal-kittien, sal-31 ta' Lulju ta' kull sena; |
(b) |
għall-produzzjoni tal-fibri tal-kittien twal, sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena; |
(c), (d) u (e) |
għall-qoton, sal-15 ta' Ottubru ta' kull sena. |
Stati Membri kkonċernati
(a) u (b): |
għall-kittien, l-Istati Membri kollha fejn fibri tal-kittien twal huma prodotti minn żona mħawla ta' aktar minn 1 000 ha ta' fibri tal-kittien; |
(c), (d) u (e): |
għall-qoton, l-Istati Membri kollha fejn mill-inqas jinżergħu 1 000 ha ta' qoton. |
4. Ħops
Kontenut tan-notifika: l-informazzjoni tal-produzzjoni li ġejja, mogħtija bħala total u għall-informazzjoni msemmija fil-punti (b) sa (d), imqassma skont il-varjetajiet tal-ħops morri u aromatiċi:
(a) |
in-numru ta' bdiewa li qed ikabbru l-ħops; |
(b) |
żona mħawla bil-ħops, espressa f'ettari; |
(c) |
kwantità f'tunnellati u l-prezz medju li ġej mill-irziezet, espressa għal kull kg ta' ħops mibjugħa skont kuntratt bil-quddiem u mingħajr tali kuntratt; |
(d) |
il-produzzjoni tal-aċidu alfa f'tunnellati u l-kontenut medju ta' aċidu alfa (f'perċentwali). |
Perjodu tan-notifika: sat-30 ta' April tas-sena ta' wara l-ħsad tal-ħops.
Stati Membri kkonċernati: L-Istati Membri b'żona mħawla ta' aktar minn 200 ettaru ta' ħops fis-sena preċedenti.
5. Żejt taż-żebbuġa
Kontenut tan-notifika
(a) |
data dwar il-produzzjoni finali, konsum domestiku totali (inkluż mill-industrija tal-ipproċessar) u stokkijiet tat-tmiem għall-perjodu annwali preċedenti mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Settembru; |
(b) |
stima tal-produzzjoni fix-xahar u stimi tal-produzzjoni totali, tal-konsum domestiku totali (inkluż mill-industrija tal-ipproċessar) u stokkijiet tat-tmiem għall-perjodu annwali mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Settembru; |
Perjodu tan-notifika
(a) |
għall-perjodu annwali preċedenti sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena. |
(b) |
għall-perjodu annwali kurrenti sal-31 ta' Ottubru u sal-15-il jum ta' kull xahar minn Novembru sa Ġunju. |
Stati Membri kkonċernati: L-Istati Membri li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa.
6. Banana
Kontenut tan-notifika
(a) |
il-prezzijiet tal-bejgħ medji fis-swieq lokali tal-banana ħadra kummerċjalizzata fir-reġjun tal-produzzjoni, espressi għal kull 100 kg ta' prodott u kwantitajiet relatati; |
(b) |
il-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-banana ħadra kummerċjalizzata barra mir-reġjun tal-produzzjoni, espressi għal kull 100 kg tal-prodott u l-kwantitajiet relatati. |
Perjodu tan-notifika
— |
sal-15 ta' Ġunju ta' kull sena fir-rigward tal-perjodu preċedenti mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April; |
— |
sal-15 ta' Ottubru ta' kull sena fir-rigward tal-perjodu preċedenti mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Awwissu; |
— |
sal-15 ta' Frar ta' kull sena fir-rigward tal-perjodu preċedenti mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru. |
Stati Membri kkonċernati: L-Istati Membri b'reġjun tal-produzzjoni, jiġifieri:
(a) |
il-Gżejjer Kanarji, |
(b) |
Guadeloupe; |
(c) |
Martinique; |
(d) |
Madeira u l-Azores; |
(e) |
Kreta u Lakonja, |
(f) |
Ċipru. |
Oħrajn: il-prezzijiet għall-banana ħadra kummerċjalizzata fl-Unjoni barra mir-reġjun tal-produzzjoni tagħha għandhom ikunu fl-ewwel port tal-ħatt (prodotti mhux imħatta).
7. Tabakk
Kontenut tan-notifika: għal kull grupp ta' varjetà tat-tabakk mhux ipproċessat:
(i) |
in-numru ta' bdiewa; |
(ii) |
l-erja f'ettari; |
(iii) |
il-kwantità mogħtija f'tunnellati; |
(iv) |
il-prezz medju mħallas lill-bdiewa, minbarra t-taxxi u imposti oħra, espress għal kull kg tal-prodott. |
Perjodu tan-notifika: sal-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara s-sena tal-ħsad.
Stati Membri kkonċernati: L-Istati Membri b'żona mħawla ta' aktar minn 3 000 ettaru ta' tabakk għall-ħsad preċedenti.
Oħrajn: il-gruppi tal-varjetajiet tat-tabakk mhux maħdum huma:
Grupp I |
: |
imnixxef bis-sħana: tabakk imnixxef fi fran b'ċirkolazzjoni tal-arja, temperatura u umdità kkontrollati, b'mod partikolari l-Virginia; |
Grupp II |
: |
ċar u mnixxef bl-arja: tabakk imnixxef bl-arja mgħotti, li ma jitħalliex jiffermenta, b'mod partikolari il-Burley u l-Maryland; |
Grupp III |
: |
skur u mnixxef bl-arja: tabakk imnixxef bl-arja mgħotti, li jitħalla jiffermenta b'mod naturali qabel ma jiġi kkummerċjalizzat, b'mod partikolari l-Badischer Geudertheimer, il-Burley iffermentat, il-Havana, il-Mocny Skroniowski, il-Nostrano del Brenta u l-Pulawski; |
Grupp IV |
: |
imnixxef bin-nar: tabakk imnixxef bin-nar, b'mod partikolari l-Kentucky u s-Salento; |
Grupp V |
: |
imnixxef bix-xemx: tabakk imnixxef bix-xemx, imsejjaħ ukoll “Varjetajiet orjentali”, b'mod partikolari l-Basmas, il-Katerini u l-Kaba-Koulak |
8. Prodotti tas-settur tal-inbid
Kontenut tan-notifika
(a) |
stimi tal-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid (inkluż most tal-għeneb vinifikat u mhux vinifikat) fit-territorju tal-Istat Membru matul is-sena tal-inbid kurrenti; |
(b) |
ir-riżultat definittiv tad-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 436/2009, kif ukoll stima tal-produzzjoni mhux koperta minn tali dikjarazzjonijiet; |
(c) |
sommarju tad-dikjarazzjonijiet tal-istokk imsemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 436/2009, li sar fil-31 ta' Lulju tas-sena tal-inbid preċedenti; |
(d) |
il-karta tal-bilanċ finali tas-sena tal-inbid preċedenti inkluż informazzjoni sħiħa dwar id-disponibbiltajiet (stokkijiet tal-bidu, produzzjoni, importazzjonijiet), użi (konsum mill-bniedem u industrijali, trasformazzjoni, esportazzjonijiet u telf) u stokkijiet finali. |
Perjodu tan-notifika
(a) |
stimi tal-produzzjoni, sat-30 ta' Settembru ta' kull sena; |
(b) |
riżultat definittiv tad-dikjarazzjoni tal-produzzjoni, sal-15 ta' Marzu ta' kull sena; |
(c) |
sommarju tad-dikjarazzjonijiet tal-istokk, sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena; |
(d) |
karta tal-bilanċ finali, sal-15 ta' Jannar ta' kull sena. |
Stati Membri kkonċernati: L-Istati Membri li jżommu reġistru tal-vinji aġġornat skont l-Artikolu 145(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
9. Ħalib u prodotti tal-ħalib
Kontenut tan-notifika: il-kwantità totali tal-ħalib tal-baqra mhux ipproċessat, espressa f'kilogrammi fil-kontenut ta' xaħam reali.
Perjodu tan-notifika: sal-25 jum ta' kull xahar.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.
Oħrajn : il-kwantitajiet jirreferu għal ħalib ikkunsinjat fix-xahar preċedenti għall-ewwel xerrejja stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ewwel xerrejja kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom jiddikjaraw lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-kwantità tal-ħalib tal-baqra mhux ipproċessat ikkunsinjat lilhom kull xahar fil-ħin u b'mod preċiż sabiex jikkonformaw ma' dan ir-rekwiżit.
10. Bajd
Kontenut tan-notifika: in-numru ta' siti tal-produzzjoni tal-bajd bit-tqassim bil-metodi tal-biedja msemmija fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 589/2008, inkluż il-kapaċità massima tal-istabbiliment f'termini tan-numru ta' tiġieġ tal-bajd preżenti fl-istess ħin.
Perjodu tan-notifika: sal-1 ta' April ta' kull sena;
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.
11. Etanol
Kontenut tan-notifika: għal alkoħol ta' oriġini agrikola, espress f'ettolitri ta' alkoħol pur:
(a) |
il-produzzjoni bil-fermentazzjoni u d-distillazzjoni, imqassma skont il-materja prima agrikola li minnha huwa prodott l-alkoħol; |
(b) |
il-volumi ttrasferiti mill-produtturi jew l-importaturi tal-alkoħol għall-ipproċessar jew l-imballaġġ, imqassma skont il-kategoriji tal-użu (ikel u xorb, fjuwils, industrijali/Oħrajn). |
Perjodu tan-notifika: sal-1 ta' Marzu ta' kull sena fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti.
Stati Membri kkonċernati: l-Istati Membri kollha.