Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0893

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/893 tal-24 ta' Mejju 2017 li jemenda l-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi X, XIV u XV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 rigward id-dispożizzjonijiet dwar il-proteina pproċessata tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/3399

    ĠU L 138, 25.5.2017, p. 92–116 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/893/oj

    25.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 138/92


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/893

    tal-24 ta' Mejju 2017

    li jemenda l-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi X, XIV u XV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 rigward id-dispożizzjonijiet dwar il-proteina pproċessata tal-annimali

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (2), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(2), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 41(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) f'annimali bovini, ovini u kaprini. Dan japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' annimali ħajjin u ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u, f'ċerti każijiet speċifiċi, għall-esportazzjonijiet tagħhom.

    (2)

    L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprojbixxi t-tmigħ ta' proteini derivati mill-annimali lir-ruminanti. L-Artikolu 7(2) ta' dak ir-Regolament jestendi dik il-projbizzjoni għal annimali oħrajn li mhumiex ruminanti u jillimita din il-projbizzjoni fir-rigward tat-tmigħ ta' dawk l-annimali bi prodotti li joriġinaw mill-annimali, b'konformità mal-Anness IV ta' dak ir-Regolament.

    (3)

    L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jestendi l-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 7(1) għat-tmigħ ta', fosta affarijiet oħra, proteini pproċessati tal-annimali lill-annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra t-tmigħ ta' annimali karnivori mrobbija għall-pil. Madankollu, b'deroga u taħt kundizzjonijiet speċifiċi, il-punt (c) tal-Kapitolu II tal-Anness IV jawtorizza t-tmigħ ta' proteina pproċessata tal-annimali mhux ruminanti lill-annimali tal-akkwakultura biss, diment li l-proteina pproċessata tal-annimali u l-ġwież kompost li jkun fih din il-proteina jkunu ġew prodotti skont it-Taqsima D tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Din it-Taqsima attwalment tirrikjedi li l-prodotti sekondarji mill-annimali użati għall-produzzjoni ta' din il-proteina pproċessata tal-annimali jinkisbu minn biċċeriji jew impjanti tat-tqattigħ. Minħabba l-proċess tal-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti, dan ir-rekwiżit ma jistax jiġi ssodisfat fil-każ tal-insetti. B'riżultat ta' dan, l-użu tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti fil-ġwież għall-annimali tal-akkwakultura, attwalment mhuwiex permess.

    (4)

    F'bosta Stati Membri, bdiet it-trobbija tal-insetti għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minnhom u minn derivattivi ta' insetti oħrajn maħsuba għall-ikel tal-annimali domestiċi. Din il-produzzjoni ssir taħt skemi ta' kontroll nazzjonali tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-istudji wrew li l-insetti mrobbija jistgħu jirrappreżentaw soluzzjoni alternattiva u sostenibbli għas-sorsi konvenzjonali ta' proteini tal-annimali maħsuba għall-ġwież ta' annimali mrobbija mhux ruminanti.

    (5)

    Fit-8 ta' Ottubru 2015, l-EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel) ippubblikat opinjoni xjentifika dwar il-profil tar-riskju relatat mal-produzzjoni u l-konsum ta' insetti bħala ikel u ġwież (3). Rigward ir-riskji relatati mal-preżenza ta' prijoni, l-EFSA tikkonkludi li, meta mqabbla mal-okkorrenza ta' perikli fis-sorsi ta' proteina li ġejjin mill-annimali awtorizzati bħalissa, l-okkorrenza ta' perikli f'insetti mhux ipproċessati hija mistennija li tkun l-istess jew inqas, sakemm l-insetti jiġu mitmugħa substrati li ma jkunx fihom materjal li jkun ġej minn ruminanti jew bnedmin (demel). Peress li l-ipproċessar tal-insetti jista' jnaqqas ukoll l-okkorrenza ta' perikli bijoloġiċi, dik id-dikjarazzjoni hija valida wkoll f'dak li jirrigwarda l-proteini pproċessati tal-annimali derivati mill-insetti.

    (6)

    Skont id-definizzjoni ta' “annimali tat-trobbija” stipulata fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-insetti mrobbija għall-produzzjoni ta' proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti għandhom jitqiesu bħala annimali tat-trobbija, u għaldaqstant huma soġġetti għar-regoli dwar il-projbizzjoni dwar it-tmigħ stipulati fl-Artikolu 7 u fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 kif ukoll għar-regoli dwar it-tmigħ tal-annimali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009. B'hekk, l-użu ta' proteini li ġejjin mir-ruminanti, l-iskart tal-kejtering, id-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u d-demel bħala ġwież għall-insetti huwa pprojbit. Barra minn hekk, skont l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-użu ta' ħmieġ tal-imsaren għal skopijiet ta' nutrizzjoni tal-annimali huwa pprojbit.

    (7)

    Il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti u l-ġwież kompost li fih din il-proteina pproċessata tal-annimali għandha għalhekk tiġi awtorizzata għall-ġwież tal-annimali tal-akkwakultura. Għalhekk, il-punt (c) tal-Kapitolu II tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jiġi emendat skont dan u għandha tiżdied Taqsima li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet relatati mat-TSE għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija u l-ġwież kompost li fih din il-proteina fil-Kapitolu IV tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament.

    (8)

    B'analoġija ma' dak li japplika diġà għall-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti u għall-ġwież kompost li fih proteina bħal din maħsub għat-tmigħ ta' annimali tal-akkwakultura, għandhom jiġu stipulati kundizzjonijiet speċifiċi għall-produzzjoni u l-użu ta' proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta' kontaminazzjoni kroċjata ma' proteini oħrajn li jistgħu joħolqu riskju ta' TSE għall-annimali ruminanti. B'mod partikolari, b'analoġija mal-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima A tal-Kapitolu IV tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti għandha tiġi prodotta f'impjanti ddedikati esklussivament għall-produzzjoni ta' prodotti derivati minn insetti mrobbija.

    (9)

    Barra minn hekk, fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, huwa xieraq li tiddaħħal definizzjoni ta' insetti mrobbija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

    (10)

    L-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

    (11)

    L-Anness X tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (5) jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inklużi l-parametri għall-produzzjoni ta' għalf sikur li ġej mill-annimali maħsub għat-tagħlif tal-annimali mrobbija. Il-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 biss jistgħu jingħataw bħala għalf lill-annimali mrobbija, minbarra l-annimali tal-pil. Filwaqt li d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness X ta' dak ir-Regolament ma jkoprux l-insetti ħajjin u l-insetti mnixxfin fil-ġwież għall-annimali mrobbija, l-użu ta' insetti mnixxfin fl-ikel għall-annimali domestiċi jew bħala ikel għalihom huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness XIII tar-Regolament imsemmi qabel.

    (12)

    L-emenda tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bl-għan li tiġi awtorizzata l-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti għat-tmigħ tal-annimali tal-akkwakultura x'aktarx li se toħloq opportunitajiet għal żieda fil-produzzjoni fl-Unjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti. Billi t-trobbija attwali tal-insetti fuq skala żgħira għall-ikel tal-annimali domestiċi tista' tiġi indirizzata b'mod adegwat mill-iskemi ta' kontroll nazzjonali eżistenti, id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jindirizzaw is-saħħa tal-annimali, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-pjanti jew ir-riskji ambjentali huma xierqa biex jiżguraw is-sikurezza tat-trobbija tal-insetti fl-Unjoni fuq skala akbar. Rigward l-ispeċijiet ta' insetti mrobbija fl-Unjoni, dawn ma għandhomx ikunu patoġeniċi jew ikollhom effetti ħżiena oħrajn fuq is-saħħa tal-pjanti, tal-annimali jew tal-bniedem; magħandhomx ikunu rikonoxxuti bħala vetturi ta' patoġeni tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti u ma għandhomx ikunu protetti jew definiti bħala speċijiet aljeni invażivi. B'kont meħud ta' dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali, kif ukoll tal-opinjoni tat-8 ta' Ottubru 2015 tal-EFSA, dawn l-ispeċijiet ta' insetti li ġejjin jistgħu jiġu identifikati bħala dawk l-ispeċijiet ta' insetti attwalment imrobbija fl-Unjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' sikurezza msemmija hawn fuq għall-produzzjoni ta' insetti maħsuba għall-użu fil-ġwież: Il-“Black Soldier Fly”(Hermetia illucens), il-“Common Housefly” (Musca domestica), il-“Yellow Mealworm”(Tenebrio molitor), il-“Lesser Mealworm” (Alphitobius diaperinus), il-“House cricket”(Acheta domesticus), il-“Banded cricket”(Gryllodes sigillatus) u l-“Field Cricket”(Gryllus Assimilis).

    (13)

    Għaldaqstant, l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi emendat sabiex fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tiegħu tiddaħħal lista ta' speċijiet ta' insetti li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali miksuba mill-insetti mrobbija. Din il-lista għandha tinkludi l-ispeċijiet ta' insetti msemmija hawn fuq u fil-futur tista' tiġi emendata abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji li jinħolqu għas-saħħa tal-annimali, għas-saħħa pubblika, għas-saħħa tal-pjanti u għall-ambjent minħabba l-ispeċijiet ta' insetti kkonċernati.

    (14)

    L-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-importazzjoni ta' prodotti sekondarji tal-annimali u ta' prodotti derivati minn pajjiżi terzi. Ir-rekwiżiti tas-sikurezza li japplikaw għat-tkabbir tal-insetti maħsuba biex jintużaw fil-ġwież għall-annimali tal-akkwakultura u għat-tqegħid fis-suq ta' proteini pproċessati tal-annimali derivati minn dawk l-insetti, b'mod partikolari rigward l-ispeċijiet ta' insetti li jistgħu jintużaw u l-għalf li jista' jingħata lill-insetti, għandhom japplikaw ukoll fil-każ ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Għaldaqstant it-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandhom jiġu emendati sabiex jiġu stabbiliti dawk ir-rekwiżiti għall-importazzjonijiet fl-Unjoni.

    (15)

    L-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti sekondarji tal-annimali. Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Kapitolu 1 tal-Anness XV ta' dak ir-Regolament japplika għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali. Għall-finijiet tal-importazzjonijiet tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija, għandu jiġi stabbilit mudell ġdid taċ-ċertifikat tas-saħħa li għandu jinkludi r-rekwiżiti speċifiċi għat-trobbija ta' insetti mrobbija għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, kif ukoll ir-rekwiżiti rilevanti l-oħrajn għall-importazzjonijiet tal-proteina pproċessata tal-annimali. Għaldaqstant il-mudell il-ġdid taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija għandu jiddaħħal fil-Kapitolu 1 tal-Anness XV.

    (16)

    Barra minn hekk, il-mudell il-ġdid taċ-ċertifikat tas-saħħa mdaħħal fil-Kapitolu 1 tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu wkoll jieħu kont tal-emenda permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1396 (6) tar-rekwiżiti relatati mat-TSE applikabbli għall-importazzjonijiet ta' prodotti sekondarji tal-annimali u ta' prodotti derivati mill-bovini, l-ovini u l-kaprini, kif stipulat fil-Kapitolu D tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

    (17)

    L-Annessi X, XIV u XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

    (18)

    It-Taqsima A tal-Kapitolu III tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta' kontaminazzjoni kroċjata waqt it-trasport bl-ingrossa bejn, fuq naħa waħda, il-ħut mitħun, id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li ġej mill-annimali, il-prodotti tad-demm derivati minn annimali mhux ruminanti kif ukoll il-ġwież kompost li fih dawn il-prodotti, maħsub għat-tmigħ ta' annimali mrobbija mhux ruminanti, u, min-naħa l-oħra, il-ġwież maħsub għar-ruminanti. Meta jitqies li jeżisti riskju simili ta' kontaminazzjoni kroċjata meta dawk il-materjali jinħażnu fi kwantitajiet kbar, ir-rekwiżiti tat-Taqsima A tal-Kapitolu III tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom jiġu estiżi sabiex ikopru l-ħażna fi kwantitajiet kbar tal-ħut mitħun, id-dicalcium u t-tricalcium phospate li ġej mill-annimali, il-prodotti tad-demm derivati minn annimali mhux ruminanti u l-ġwież kompost li fih dawn il-prodotti.

    (19)

    It-Taqsima B tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta' kontaminazzjoni kroċjata waqt it-trasport bejn, minn naħa, il-materjali tal-ġwież bl-ingrossa u l-ġwież kompost bl-ingrossa li jkun fih prodotti derivati minn ruminanti, minbarra l-ħalib u l-prodotti bbażati fuq il-ħalib, id-dicalcium u t-tricalcium phospate li ġej mill-annimali u l-proteini idrolizzati derivati mill-ġlud tar-ruminanti, u, min-naħa l-oħra, il-ġwież maħsub għall-annimali mrobbija minbarra l-annimali tal-pil. Meta jitqies li jeżisti riskju simili ta' kontaminazzjoni kroċjata meta dawk il-materjali jinħażnu fi kwantitajiet kbar, ir-rekwiżiti tat-Taqsima B tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, għandhom jiġu estiżi sabiex ikopru l-ħażna fi kwantitajiet kbar ta' materjali tal-ġwież bl-ingrossa u tal-ġwież kompost li jkun fihom prodotti derivati minn ruminanti, minbarra l-ħalib u l-prodotti bbażati fuq il-ħalib, id-dicalcium u t-tricalcium phospate li ġej mill-annimali u l-proteini idrolizzati derivati mill-ġlud tar-ruminanti.

    (20)

    Il-punt (a) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jeżiġi li l-prodotti sekondarji tal-annimali użati għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali, minbarra l-ħut mitħun, derivata minn annimali mhux ruminanti u maħsuba sabiex tintuża fil-ġwież tal-annimali tal-akkwakultura, jinkisbu minn biċċeriji li ma joqtlux ruminanti u minn impjanti tat-tqattigħ li fihom ma jsirx dissussar jew tqattigħ ta' laħam tar-ruminanti. Il-punt (a) jipprevedi deroga minn dak ir-rekwiżit għall-biċċeriji li għandhom miżuri effettivi sabiex jipprevjenu l-kontaminazzjoni kroċjata bejn il-prodotti sekondarji ta' annimali ruminanti u mhux ruminanti u li jiġu spezzjonati u awtorizzati abbażi tagħhom mill-awtorità kompetenti.

    (21)

    Biex ikun hemm aktar possibbiltajiet fit-tipi ta' materja prima użati għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali mhux ruminanti maħsuba biex tintuża fil-ġwież tal-annimali tal-akkwakultura jew biex tiġi esportata, huwa xieraq li jiġi emendat il-punt (a) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 sabiex jippermetti l-użu ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin minn stabbilimenti oħrajn minbarra biċċeriji u impjanti tat-tqattigħ, diment li dawk l-istabbilimenti l-oħrajn ikunu ddedikati esklussivament għall-immaniġġar ta' materjali ta' annimali mhux ruminanti, jew huma awtorizzati mill-awtorità kompetenti, wara spezzjoni fuq il-post, abbażi tal-istess rekwiżiti relatati mal-kanali tad-distribuzzjoni bħal dawk previsti fid-deroga eżistenti għall-biċċeriji, peress li dawk ir-rekwiżiti relatati mal-kanali tad-distribuzzjoni jipprovdu l-garanziji meħtieġa biexil-kontaminazzjoni kroċjata tiġi evitata u kkontrollata. Huwa xieraq ukoll li d-deroga attwali għall-biċċeriji tiġi estiża wkoll għall-impjanti tat-tqattigħ, diment li jiġu applikati l-istess rekwiżiti relatati mal-kanali tad-distribuzzjoni. Għaldaqstant, it-Taqsima D tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandha tiġi emendata skont dan.

    (22)

    Il-punt (b) tat-Taqsima A tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jirrikjedi li d-dokument kummerċjali li jakkumpanja ċ-ċertifikat tas-saħħa u kwalunkwe imballaġġ ta' ħut mitħun u ta' ġwież kompost li fih ħut mitħun ikun immarkat bil-kliem “fih il-ħut mitħun — ma għandux jingħata bħala ġwież lill-annimali ruminanti”. Madankollu, id-dokument kummerċjali jew iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 mhuwiex meħtieġ għall-ġwież kompost. Għaldaqstant huwa xieraq li l-punt (b) tat-Taqsima A tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jiġi emendat sabiex jiċċara li, għall-ġwież kompost li fih il-ħut mitħun, il-kliem “fih il-ħut mitħun — ma għandux jingħata bħala ġwież lill-annimali ruminanti” għandu jitqiegħed biss fuq it-tikketta tal-ġwież kompost. Fit-Taqsima B, il-punt (d) tat-Taqsima C u l-punt (e) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 ukoll għandhom jiġu emendati f'dan ir-rigward.

    (23)

    It-Taqsima C tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tipprojbixxi l-produzzjoni ta' ġwież għall-annimali mrobbija, minbarra l-annimali tal-pil, fi stabbilimenti li jipproduċu l-ikel għall-annimali domestiċi jew ġwież għall-annimali tal-pil li jkun fihom prodotti li ġejjin mir-ruminanti li huma pprojbiti għall-użu fil-ġwież għall-annimali mrobbija, minbarra l-annimali tal-pil. Projbizzjoni simili għandha tiġi stipulata għall-istabbilimenti li jipproduċu l-ikel għall-annimali domestiċi jew il-ġwież għall-annimali tal-pil li jkun fihom il-proteina pproċessata tal-annimali mhux ruminanti, minbarra l-ħut mitħun, sabiex tiżgura li ma jkunx hemm kontaminazzjoni kroċjata bejn il-ġwież għall-annimali mrobbija, minbarra l-annimali tal-pil jew l-annimali tal-akkwakultura, ma' prodotti pprojbiti fil-ġwież bħal dan. Għaldaqstant, it-Taqsima C tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandha tiġi emendata skont dan.

    (24)

    Il-punt 1 tat-Taqsima E tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprojbixxi l-esportazzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-annimali ruminanti. Dak ir-rekwiżit kien oriġinarjament maħsub biex jikkontrolla t-tixrid tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina (BSE) fi żmien meta fl-Unjoni kien hemm epidemija tal-BSE u meta l-Ewropa kienet l-aktar parti tad-dinja affettwata mill-epidemija. Madankollu, is-sitwazzjoni tal-BSE fl-Unjoni tjiebet b'mod sinifikanti. Fl-2015, fl-Unjoni ġew irrapportati ħames każijiet ta' BSE filwaqt li fl-2001 ġew irrapportati 2 166 każ. Dan it-titjib fis-sitwazzjoni tal-BSE fl-Unjoni huwa rifless fil-fatt li 23 Stat Membru issa huma rikonoxxuti bħala li għandhom status ta' riskju negliġibbli tal-BSE skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (7), abbażi tal-istatus ta' riskju tal-BSE rikonoxxut fil-livell internazzjonali mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).

    (25)

    Il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-annimali ruminanti għandha għalhekk titneħħa u tiġi sostitwita minn kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu rispettati, sabiex jitnaqqas il-piż għall-kummerċ u jkun hemm aktar proporzjonalità meta mqabbla mas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tal-BSE. B'mod partikolari, dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu mmirati biex jiżguraw li l-prodotti esportati ma jkunx fihom dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun, li l-esportazzjoni tiegħu mhijiex awtorizzata mill-Artikolu 43(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Peress li d-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jista' jkun fih materjali speċifiċi ta' riskju jew jista' jkun derivat minn annimali li jkunu mietu jew inqatlu għal raġunijiet oħrajn minbarra l-qatla għall-konsum mill-bniedem, id-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jirrappreżenta riskju ogħla ta' BSE u għaldaqstant m'għandux ikun esportat.

    (26)

    Biex ikun żgurat li l-proteina pproċessata tal-annimali li ġejja mill-annimali ruminanti ma jkunx fiha dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u ma tintużax għal skopijiet oħrajn minbarra dawk awtorizzati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-proteina pproċessata tal-annimali li tkun derivata mill-annimali ruminanti għandha tiġi trasportata f'kontejners issiġillati direttament mill-impjant tal-ipproċessar sal-punt ta' ħruġ mill-Unjoni, li għandu jkun post ta' spezzjoni fil-fruntiera elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (8), biex ikunu jistgħu jsiru l-kontrolli uffiċjali. Dawn il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru skont il-proċeduri ta' kontroll uffiċjali eżistenti, b'mod partikolari d-dokument kummerċjali skont il-mudell stabbilit fil-punt 6 tal-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti permezz tas-sistema kompjuterizzata veterinarja integrata (TRACES) introdotta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE (9).

    (27)

    Skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-impjant tal-ipproċessar irid jiġi approvat għall-ipproċessar ta' materjal tal-Kategorija 3 u skont l-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament, irid ikun soġġett għal kontrolli uffiċjali regolari, anki meta l-impjant tal-ipproċessar jiġi approvat ukoll għall-ipproċessar ta' materjal tal-Kategorija 1 u/jew 2, fir-rigward tal-immarkar permanenti ta' materjal tal-Kategorija 1 u 2 meħtieġ minn dak ir-Regolament.

    (28)

    Il-punt 2 tat-Taqsima E tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jirrikjedi li l-ġwież kompost li fih il-proteini pproċessati tal-annimali derivati minn annimali mhux ruminanti u maħsub għall-esportazzjoni jiġi prodott skont ċerti rekwiżiti, u jirreferi fost l-oħrajn għall-punt (e) tat-Taqsima A tal-Kapitolu V tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament, li, min-naħa tiegħu, jirreferi għat-Taqsima D tal-Kapitolu IV ta' dak l-Anness. Minħabba li dawk il-kontroreferenzi wasslu għal interpretazzjonijiet differenti, huwa xieraq li l-punt 2 tat-Taqsima E tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jiġi riformulat sabiex jiġu ċċarati r-rekwiżiti applikabbli għall-produzzjoni tal-proteini pproċessati tal-annimali derivati minn annimali mhux ruminanti, jew tal-ġwież kompost li fih proteini bħal dawn, maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni.

    (29)

    B'mod partikolari, ir-referenza fil-punt 2(b) tat-Taqsima E tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, li tirrigwarda l-esportazzjonijiet tal-ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, għall-punt (d) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV ta' dak l-Anness, li jikkonċerna l-produzzjoni ta' ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti għat-tmigħ tal-annimali tal-akkwakultura, mhijiex adatta għall-każijiet kollha. Filwaqt li l-punt (d) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jirrikjedi li l-istabbiliment tal-ġwież kompost għandu jkun iddedikat esklussivament għall-produzzjoni tal-ġwież tal-annimali tal-akkwakultura jew ikun awtorizzati abbażi tal-miżuri meħuda sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata bejn il-ġwież maħsub għall-annimali tal-akkwakultura u l-ġwież maħsub għall-annimali mrobbija oħrajn, fil-każ tal-esportazzjonijiet, l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 ma jillimitax l-ispeċijiet li għalihom jista' jingħata l-ġwież kompost fil-pajjiż terz. Il-kontaminazzjoni kroċjata fil-mira f'dan il-każ hija għalhekk dik bejn il-ġwież kompost esportat li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali mhux ruminanti u l-ġwież maħsub għall-annimali mrobbija oħrajn, minbarra l-annimali tal-akkwakultura, li għandhom jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-punt 2 tat-Taqsima E tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jiġi emendat skont dan.

    (30)

    L-emendi deskritti fil-premessi preċedenti li jirrigwardaw (1) il-ħażna ta' ċerti materjali tal-ġwież u l-ġwież kompost; (2) il-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija u tal-ġwież kompost li fih din il-proteina; (3) l-esportazzjoni tal-ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti; u (4) l-użu tal-materja prima minn stabbilimenti oħrajn minbarra l-biċċeriji u l-impjanti tat-tqattigħ għall-manifattura tal-proteina pproċessata tal-annimali mhux ruminanti, jinkludu r-rekwiżiti biex l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri tirreġistra jew tawtorizza ċerti stabbilimenti abbażi tat-twettiq ta' dawk ir-rekwiżiti. Għaldaqstant it-Taqsima A tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandha tiġi emendata sabiex tinkludi l-obbligu għall-Istati Membri li jaġġornaw u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-listi ta' dawk l-istabbilimenti.

    (31)

    Biex jiġi limitat il-piż għall-awtoritajiet kompetenti, il-pubblikazzjoni tal-listi tal-operaturi għandha tiġi limitata biss għal dawk il-każijiet fejn din il-pubblikazzjoni tkun meħtieġa sabiex l-operaturi jidentifikaw liema fornituri potenzjali jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, u sabiex l-awtoritajiet kompetenti jikkontrollaw li dawk ir-rekwiżiti qed jiġu rispettati tul il-katina kollha tal-produzzjoni. Għaldaqstant it-Taqsima A tal-Kapitolu V tal-Anness IV għandha tiġi emendata sabiex teskludi l-listi ta' dawk li jħalltu l-għalf għall-użu proprju mill-obbligu li jkunu magħmula disponibbli għall-pubbliku.

    (32)

    Peress li l-Istati Membri u l-operaturi jeħtieġu żmien biżżejjed sabiex jadattaw għall-emendi magħmula minn dan ir-Regolament fit-Taqsima A tal-Kapitolu III, rigward il-ħażna ta' ċerti materjali tal-ġwież u ta' ġwież kompost bl-ingrossa, u fit-Taqsimiet A, B u C tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, rigward il-listi tal-istabbilimenti li jipproduċu skont ċerti rekwiżiti tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, rigward il-ħażna ta' ġwież li fih prodotti derivati mill-annimali ruminanti, u rigward il-produzzjoni ta' ikel għall-annimali domestiċi li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-annimali mhux ruminanti, dawk il-bidliet għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018.

    (33)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Annessi X, XIV u XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017.

    Madankollu, l-emendi li ġejjin magħmulin fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 permezz ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018:

    (a)

    l-emendi fit-Taqsima A tal-Kapitolu III tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 permezz tal-punt 2(b)(i) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament; kif ukoll

    (b)

    l-emendi fit-Taqsima A, B u C tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 permezz tal-punt 2(d)(i) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1

    (2)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1

    (3)  “Scientific Opinion on a Risk profile related to production and consumption of insects as food and feed”, The EFSA Journal (2015);13(10):4257.

    (4)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1396 tat-18 ta' Awwissu 2016 li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 225, 19.8.2016, p. 76).

    (7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).

    (8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009, Tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet mwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).

    (9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63).


    ANNESS I

    L-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-punt 1(d), jiżdied il-punt (iv) li ġej:

    “(iv)

    ‘tikketta’ fl-Artikolu 3(2)(t);”

    (b)

    il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 2:

    “(m)

    ‘insetti mrobbija’ tfisser annimali mrobbija, kif definit fl-Artikolu 3(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, ta' dawk l-ispeċijiet ta' insetti li huma awtorizzati għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali skont il-punt 2 tal-Parti A tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    (n)

    ‘dawk li jħalltu’ tfisser bdiewa li jrabbu l-bhejjem u jħalltu l-ġwież kompost għall-użu esklussiv fl-azjenda tagħhom stess.”

    (2)

    L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-Kapitolu II, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

    “(c)

    l-annimali tal-akkwakultura tal-materjali tal-ġwież u tal-ġwież kompost li ġejjin:

    (i)

    il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, minbarra l-ħut mitħun u minbarra l-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, u l-ġwież kompost li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, li jiġu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati skont il-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima D tal-Kapitolu IV;

    (ii)

    il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, u l-ġwież kompost li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, li jiġu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati skont il-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima F tal-Kapitolu IV;”

    (b)

    Il-Kapitolu III huwa emendat kif ġej:

    (i)

    It-Taqsima A tinbidel b'dan li ġej:

    “TAQSIMA A

    It-trasport u l-ħażna ta' materjali tal-ġwież u tal-ġwież kompost maħsubin biex jintużaw għat-tmigħ ta' annimali mrobbija mhux ruminanti

    1.

    Il-prodotti li ġejjin, maħsubin biex jintużaw għat-tmigħ ta' annimali mrobbija mhux ruminanti għandhom jiġu trasportati f'vetturi u f'kontejners u maħżuna f'faċilitajiet ta' ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport u l-ħażna ta' ġwież li jkun maħsub għar-ruminanti:

    (a)

    il-proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa derivata minn annimali mhux ruminanti, inkluż il-ħut mitħun u l-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija;

    (b)

    id-dicalcium u t-tricalcium phosphate bl-ingrossa li joriġinaw mill-annimali;

    (c)

    il-prodotti tad-demm bl-ingrossa derivati minn annimali mhux ruminanti;

    (d)

    il-ġwież kompost bl-ingrossa li jkun fih il-materjali tal-ġwież elenkati f'(a), (b) u (c).

    Ir-reġistri bid-dettalji dwar it-tip ta' prodotti li ġew trasportati jew maħżuna f'impjant ta' ħażna għandhom jinżammu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.

    2.

    B'deroga mill-punt 1, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta' ħażna li jkunu ntużaw qabel għat-trasport jew għall-ħażna tal-prodotti elenkati f'dak il-punt, jistgħu wara jintużaw għat-trasport jew għall-ħażna tal-ġwież li jkun maħsub għar-ruminanti, diment li dawn jitnaddfu qabel l-użu sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, skont proċedura dokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.

    Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru dokumentat ta' dan l-użu li jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.

    3.

    L-impjanti ta' ħażna li f'konformità mal-punt 2 jaħżnu materjali tal-ġwież u l-ġwież kompost elenkati fil-punt 1 għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti abbażi ta' verifika tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti elenkati fil-punt 2.

    4.

    Il-proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa derivata minn annimali mhux ruminanti, kif ukoll il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija, iżda bl-esklużjoni tal-ħut mitħun, u l-ġwież kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, għandhom jiġu trasportati f'vetturi u f'kontejners u maħżuna f'faċilitajiet ta' ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport u l-ħażna ta' ġwież maħsub għall-annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura.

    5.

    B'deroga mill-punt 4, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta' ħażna li jkunu ntużaw qabel għat-trasport jew għall-ħażna tal-prodotti msemmija f'dak il-punt, jistgħu wara jintużaw għat-trasport jew għall-ħażna tal-ġwież li jkun maħsub għall-annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura, diment li dawn jitnaddfu qabel l-użu sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, skont proċedura dokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.

    Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru dokumentat ta' dan l-użu li jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.”

    (ii)

    Fit-Taqsima B, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

    “3.

    B'deroga mill-punt 1, għal dawk li jħalltu l-ġwież mhix meħtieġa awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta' ġwież komplet magħmul mill-ġwież kompost li jkun fih il-prodotti elenkati f'dak il-punt, soġġett għall-konformità tagħhom mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    iridu jkunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jipproduċu ġwież komplet magħmul mill-ġwież kompost li jkun fih il-prodotti elenkati fil-punt 1;

    (b)

    iridu jkunu jrabbu biss annimali mhux ruminanti;

    (c)

    il-ġwież kompost użat fil-produzzjoni tal-ġwież komplet, li fih il-ħut mitħun irid ikun fih inqas minn 50 % ta' proteina mhux raffinata;

    (d)

    il-ġwież kompost użat fil-produzzjoni tal-ġwież komplet, li fih id-dicalcium u t-tricalcium phosphate għandu jkun fih inqas minn 10 % ta' fosforu totali;

    (e)

    il-ġwież kompost użat fil-produzzjoni tal-ġwież komplet, li fih il-prodotti tad-demm derivati minn annimali mhux ruminanti għandu jkun fih inqas minn 50 % ta' proteina mhux raffinata.”

    (iii)

    il-punt (a) fit-Taqsima C jinbidel b'dan li ġej:

    “(a)

    il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, inkluż il-ħut mitħun u l-proteina pproċessata tal-annimali li ġejjin mill-insetti mrobbija;”

    (iv)

    fit-Taqsima D, fil-punt 1, l-ittra (a) tinbidel b'dan li ġej:

    “(a)

    il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, inkluż il-ħut mitħun u l-proteina pproċessata tal-annimali li ġejjin mill-insetti mrobbija,”

    (c)

    Il-Kapitolu IV huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fit-Taqsima A, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

    “(b)

    Il-kliem “ħut mitħun — ma għandux jintuża fil-ġwież għall-annimali ruminanti ħlief għall-annimali ruminanti mhux miftuma” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq id-dokument kummerċjali ta' akkumpanjament jew fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, kif ukoll fuq it-tikketta tal-ħut mitħun;

    Il-kliem “fih il-ħut mitħun — ma għandux jingħata lir-ruminanti” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta tal-ġwież kompost li jkun fih il-ħut mitħun maħsub għall-annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-pil.”

    (ii)

    It-taqsima B tinbidel b'dan li ġej:

    “TAQSIMA B

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-użu tad-dicalcium u t-tricalcium phosphate li joriġinaw mill-annimali u tal-ġwież kompost li fih dawn il-fosfati maħsubin għall-ġwież ta' annimali mrobbija mhux ruminanti minbarra l-annimali tal-pil

    (a)

    Il-kliem “id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li joriġinaw mill-annimali — ma għandhomx jintużaw fl-għalf għall-annimali ruminanti” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq id-dokument kummerċjali ta' akkumpanjament jew fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, kif ukoll fuq it-tikketta tad-dicalcium u t-tricalcium phosphate li joriġinaw mill-annimali;

    (b)

    Il-kliem “fih id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li ġejjin mill-annimali — ma għandux jingħata lir-ruminanti” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta tal-ġwież kompost li fih id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li joriġinaw mill-annimali.”

    (iii)

    fit-Taqsima C, l-ewwel paragrafu tal-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

    “(c)

    Il-prodotti tad-demm għandhom jiġu prodotti f'impjanti tal-ipproċessar li jipproċessaw biss demm ta' annimali mhux ruminanti, u rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jipproċessaw biss demm ta' annimali mhux ruminanti.”

    (iv)

    fit-taqsima C, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

    “(d)

    Il-kliem “prodotti tad-demm ta' annimali mhux ruminanti — ma għandhomx jintużaw fil-ġwież għall-annimali ruminanti” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq id-dokument kummerċjali ta' akkumpanjament jew fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, kif ukoll fuq it-tikketta tal-prodotti tad-demm derivati minn annimali mhux ruminanti;

    Il-kliem “fih prodotti tad-demm ta' annimali mhux ruminanti — ma għandux jingħata lir-ruminanti” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta tal-għalf kompost li fih prodotti tad-demm derivati mill-annimali mhux ruminanti.”

    (v)

    fit-Taqsima D, it-titolu ta' dik it-Taqsima, il-frażi ta' introduzzjoni tal-ewwel paragrafu u l-punt (a) jinbidlu b'dan li ġej:

    “TAQSIMA D

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u l-użu tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, minbarra l-ħut mitħun u minbarra l-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, u l-ġwież kompost li fih din il-proteina maħsub għall-ġwież ta' annimali tal-akkwakultura

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u għall-użu tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, minbarra l-ħut mitħun, u minbarra l-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, u l-ġwież kompost li fih din il-proteina, maħsub għat-tmigħ ta' annimali tal-akkwakultura:

    (a)

    Il-prodotti sekondarji mill-annimali maħsubin biex jintużaw għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima għandhom jiġu minn:

    (i)

    biċċeriji li ma joqtlux annimali ruminanti u li huma rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li ma joqtlux annimali ruminanti, jew

    (ii)

    impjanti tat-tqattigħ fejn ma jsirx dissussar jew tqattigħ ta' laħam ta' annimali ruminanti u li huma rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li fihom ma jsirx dissussar jew tqattigħ ta' laħam ta' annimali ruminanti, jew

    (iii)

    stabbilimenti oħrajn minbarra dawk imsemmijin f'(i) jew (ii) li ma jimmaniġġawx prodotti ta' annimali ruminanti u li huma rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li ma jimmaniġġawx prodotti ta' annimali ruminanti.

    B'deroga minn dik il-kundizzjoni speċifika, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-qtil ta' annimali ruminanti f'biċċerija li tipproduċi prodotti sekondarji ta' annimali mhux ruminanti maħsubin għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima, u l-immaniġġar ta' prodotti ta' annimali ruminanti f'impjant tat-tqattigħ jew fi stabbiliment ieħor li jipproduċi prodotti sekondarji ta' annimali mhux ruminanti maħsubin għall-produzzjoni ta' proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima.

    Dik l-awtorizzazzjoni tista' tingħata biss jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, wara spezzjoni fuq il-post, mill-effettività tal-miżuri maħsubin biex jevitaw il-kontaminazzjoni kroċjata bejn il-prodotti sekondarji minn annimali ruminanti u prodotti sekondarji minn annimali li mhumiex ruminanti.

    Dawn il-miżuri għandhom jinkludu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

    (i)

    it-tbiċċir ta' annimali mhux ruminanti jrid isir f'linji li jkunu fiżikament separati minn dawk użati għat-tbiċċir tar-ruminanti;

    (ii)

    il-prodotti ta' annimali mhux ruminanti għandhom jiġu mmaniġġati f'linji ta' produzzjoni li jkunu fiżikament separati minn dawk użati għall-immaniġġar ta' prodotti ta' annimali ruminanti;

    (iii)

    il-faċilitajiet tal-ġbir, tal-ħażna, tal-ġarr u tal-imballaġġ ta' prodotti sekondarji li jkunu ġejjin minn annimali mhux ruminanti għandhom jinżammu separati minn dawk użati għall-prodotti sekondarji li jkunu ġejjin minn annimali ruminanti;

    (iv)

    għandhom isiru kampjunar u analiżi regolari tal-prodotti sekondarji li ġejjin minn annimali mhux ruminanti biex tiġi identifikata l-preżenza ta' proteini tar-ruminanti. Il-metodu li jintuża għall-analiżi jrid ikun ġie vvalidat xjentifikament għal dak l-għan. Il-frekwenza tal-kampjunar u tal-analiżi għandha tiġi deċiża abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri tiegħu bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP.”

    (vi)

    fit-Taqsima D, l-ewwel paragrafu tal-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

    “(c)

    Il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima għandha tiġi prodotta f'impjanti tal-ipproċessar li jkunu ddedikati esklussivament għall-ipproċessar ta' prodotti sekondarji minn annimali mhux ruminanti li jkunu ġejjin minn biċċeriji, impjanti tat-tqattigħ jew stabbilimenti oħrajn imsemmijin fil-punt (a). Dawn l-impjanti tal-ipproċessar għandhom jiġu rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jipproċessaw biss prodotti sekondarji minn annimali mhux ruminanti.”

    (vii)

    fit-Taqsima D, fit-tieni paragrafu tal-punt (d), il-frażi ta' introduzzjoni ta' (i) tinbidel b'dan li ġej:

    “(i)

    il-produzzjoni tal-ġwież kompost, li jkun fih l-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima, għall-annimali tal-akkwakultura fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll ġwież kompost maħsub għall-annimali mrobbijin oħrajn, minbarra l-annimali tal-pil, tista' tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti wara spezzjoni fil-post, soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:”

    (viii)

    fit-Taqsima D, il-punt d(ii) u l-punt (e) jinbidlu b'dan li ġej:

    “(ii)

    mhix meħtieġa awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta' ġwież komplet mill-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima għal dawk li jħalltu l-ġwież u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    huma rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jipproduċu ġwież komplet minn ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, minbarra l-ħut mitħun u l-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija,

    jrabbu biss annimali tal-akkwakultura, u

    il-ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima użat fil-produzzjoni tagħhom ikun fih inqas minn 50 % tal-ammont totali ta' proteina mhux raffinata.

    (e)

    Id-dokument kummerċjali jew iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, li jakkumpanjaw il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima u t-tikketta tagħha jrid ikollhom dan il-kliem li ġej stampat fuqhom b'mod ċar: ‘il-proteina pproċessata tal-annimali minn annimali mhux ruminanti — ma għandhiex tintuża fil-ġwież għall-annimali mrobbija ħlief għall-annimali tal-akkwakultura u l-annimali tal-pil’.

    Il-kliem li ġej għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta tal-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima:

    ‘fih il-proteina pproċessata ta' annimali mhux ruminanti — ma għandux jingħata bħala għalf lill-annimali mrobbijin minbarra l-annimali tal-akkwakultura u l-annimali tal-pil’.”

    (ix)

    fit-Taqsima E, il-punti (b) sa (g) jinbidlu b'dan li ġej:

    “(b)

    Il-kliem ‘il-ħut mitħun — ma għandux jintuża fil-ġwież għall-annimali ruminanti ħlief għall-annimali ruminanti mhux miftuma’ għandu jkun indikat b'mod ċar fuq id-dokument kummerċjali ta' akkumpanjament jew fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, kif ukoll fuq it-tikketta tal-ħut mitħun maħsub biex jintuża fis-sostituti tal-ħalib;

    (c)

    l-użu tal-ħut mitħun għall-annimali ruminanti mrobbija mhux miftuma se jkun awtorizzat biss għall-produzzjoni tas-sostituti tal-ħalib, imqassmin fil-forma mnixxfa u mogħtija wara li jiġu mħallta bi kwantità speċifika ta' likwidu, maħsub għat-tmigħ tar-ruminanti mhux miftuma bħala suppliment, jew bħala sostitut għal ħalib postkolostrali qabel jintemm il-ftim.

    (d)

    is-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun maħsubin għall-annimali ruminanti mhux miftuma mrobbija għandhom jiġu prodotti fi stabbilimenti li ma jipproduċux ġwież kompost ieħor għar-ruminanti u li huma awtorizzati għal dan l-għan mill-awtorità kompetenti.

    B'deroga minn din il-kundizzjoni speċjali, il-produzzjoni ta' ġwież kompost ieħor għar-ruminanti, fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll is-sostituti tal-ħalib li jkun fihom il-ħut mitħun maħsubin għall-annimali ruminanti mrobbijin mhux miftuma tista' tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti, wara spezzjoni fuq il-post, soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    waqt il-ħażna, il-ġarr u l-imballaġġ, il-ġwież kompost ieħor maħsub għar-ruminanti jrid jinżamm f'faċilitajiet li jkunu fiżikament separati minn dawk użati għall-ħut mitħun bl-ingrossa u għas-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun bl-ingrossa;

    (ii)

    il-ġwież kompost l-ieħor maħsub għar-ruminanti jrid jiġi mmanifatturat f'faċilitajiet li jkunu fiżikament separati minn faċilitajiet fejn jiġu mmanifatturati s-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun;

    (iii)

    ir-reġistri bid-dettalji dwar ix-xiri u l-użu tal-ħut mitħun u l-bejgħ tas-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin;

    (iv)

    għandhom isiru kampjunar u analiżi regolari tal-ġwież kompost l-ieħor maħsub għar-ruminanti biex jiġi vverifikat li ma fihx kostitwenti li ġejjin mill-annimali mhux awtorizzati permezz tal-metodi ta' analiżi għad-determinazzjoni ta' kostitwenti li ġejjin mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009; il-frekwenza tal-kampjunar u tal-analiżi għandha tiġi deċiża abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri tiegħu bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP; ir-riżultati għandhom jibqgħu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin;

    (e)

    qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, l-importaturi għandhom jiżguraw li kull konsenja impurtata ta' sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun tiġi analizzata skont il-metodi ta' analiżi għall-identifikazzjoni tal-kostitwenti li ġejjin mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 biex jiġi vverifikat in-nuqqas ta' kostitwenti li ġejjin mill-annimali mhux awtorizzati.

    (f)

    It-tikketta tas-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun maħsubin għall-annimali ruminanti mrobbijin mhux miftuma, irid ikollha mmarkat b'mod ċar il-kliem ‘fih il-ħut mitħun — ma għandux jingħata lir-ruminanti minbarra ruminanti mhux miftuma’.

    (g)

    is-sostituti tal-ħalib bl-ingrossa li fihom il-ħut mitħun maħsubin għar-ruminanti mrobbijin mhux miftuma għandhom jiġu trasportati f'vetturi u f'kontejners u maħżuna f'faċilitajiet ta' ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport jew il-ħażna ta' ġwież ieħor maħsub għar-ruminanti.

    B'deroga minn dik il-kundizzjoni speċifika, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta' ħażna li jintużaw wara għat-trasport jew għall-ħażna ta' ġwież ieħor bl-ingrossa maħsub għar-ruminanti, jistgħu jintużaw għat-trasport jew għall-ħażna ta' sostituti tal-ħalib bl-ingrossa li fihom il-ħut mitħun maħsubin għar-ruminanti mrobbijin mhux miftuma, diment li dawn jitnaddfu qabel l-użu sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, skont proċedura dokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti. Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru dokumentat ta' dan l-użu li jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.

    (h)

    f'azjendi agrikoli fejn jinżammu r-ruminanti għandu jkun hemm fis-seħħ miżuri biex is-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun ma jingħatawx lil ruminanti oħrajn minbarra dawk mhux miftuma. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi lista ta' azjendi agrikoli li fihom jintużaw is-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun, permezz ta' sistema ta' notifika minn qabel mill-azjenda agrikola jew permezz ta' sistema oħra li tiżgura l-konformità ma' din il-kundizzjoni speċifika.”

    (x)

    Tiddaħħal it-Taqsima F li ġejja:

    “TAQSIMA F

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u l-użu tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija u ta' ġwież kompost li fih din il-proteina maħsub għat-tmigħ ta' annimali tal-akkwakultura

    Dawn il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-użu ta' proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija u ta' ġwież kompost li fih din il-proteina pproċessata tal-annimali maħsub għat-tmigħ ta' annimali tal-akkwakultura:

    (a)

    Il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija trid:

    (i)

    tiġi prodotta f'impjanti tal-ipproċessar approvati skont l-Artikolu 24(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u ddedikati esklussivament għall-produzzjoni ta' prodotti derivati mill-insetti mrobbija; kif ukoll

    (ii)

    tiġi prodotta skont ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011;

    (b)

    Il-ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija jrid jiġi prodott fi stabbilimenti li jkunu awtorizzati għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti u li jkunu ddedikati esklussivament għall-produzzjoni tal-ġwież għall-annimali tal-akkwakultura.

    B'deroga minn din il-kundizzjoni speċifika:

    (i)

    il-produzzjoni tal-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, għall-annimali tal-akkwakultura fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll l-ġwież kompost maħsub għal annimali mrobbijin oħrajn, minbarra l-annimali tal-pil, tista' tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti wara spezzjoni fil-post, soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    il-ġwież kompost maħsub għar-ruminanti jrid jiġi mmanifatturat u jinżamm, waqt il-ħażna, il-ġarr u l-imballaġġ, f'faċilitajiet li jkunu fiżikament separati minn dawk il-faċilitajiet fejn jiġi mmanifatturat u jinżamm il-ġwież kompost għall-annimali mhux ruminanti;

    il-ġwież kompost maħsub għall-annimali tal-akkwakultura jrid jiġi mmanifatturat u jinżamm, waqt il-ħażna, il-ġarr u l-imballaġġ, f'faċilitajiet li jkunu fiżikament separati minn dawk il-faċilitajiet fejn jiġi mmanifatturat u jinżamm il-ġwież kompost għall-annimali oħrajn mhux ruminanti;

    ir-reġistri bid-dettalji dwar ix-xiri u l-użu tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija u l-bejgħ tal-ġwież kompost li fih din il-proteina għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin;

    għandhom isiru kampjunar u analiżi regolari tal-ġwież kompost maħsub għall-annimali mrobbija minbarra l-annimali tal-akkwakultura biex jiġi vverifikat in-nuqqas ta' kostitwenti li joriġinaw mill-annimali mhux awtorizzati, permezz tal-metodi ta' analiżi għad-determinazzjoni ta' kostitwenti li ġejjin mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009; il-frekwenza tal-kampjunar u tal-analiżi għandha tiġi deċiża abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri tiegħu bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP; ir-riżultati jridu jinżammu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin.

    (ii)

    Mhix meħtieġa awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta' ġwież komplet mill-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija għal dawk li jħalltu l-ġwież u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    huma rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jipproduċu ġwież komplet magħmul mill-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija,

    irabbu biss annimali tal-akkwakultura, u

    il-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija użati fil-produzzjoni tagħhom ikun fih inqas minn 50 % tal-ammont totali ta' proteina mhux raffinata.

    (c)

    Id-dokument kummerċjali jew iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, li jakkumpanjaw il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija u t-tikketta tagħha jrid ikollhom immarkat b'mod ċar dan il-kliem li ġej: “il-proteina pproċessata tal-insetti — ma għandhiex tintuża fil-ġwież għall-annimali mrobbija ħlief għall-annimali tal-akkwakultura u l-annimali tal-pil”.

    Il-kliem li ġej għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta tal-ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija:

    ‘fih il-proteina pproċessata ta' annimali mhux ruminanti — ma għandux jingħata bħala għalf lill-annimali mrobbijin minbarra l-annimali tal-akkwakultura u l-annimali tal-pil’.”

    (d)

    Il-Kapitolu V huwa emendat kif ġej:

    (i)

    It-Taqsima A, B u C jinbidlu b'dan li ġej:

    “TAQSIMA A

    Listi

    1.

    L-Istati Membri għandhom iżommu aġġornati u disponibbli għall-pubbliku l-listi dwar:

    (a)

    il-biċċeriji rreġistrati bħala biċċeriji tar-ruminanti skont l-ewwel paragrafu tal-punt (a) tat-Taqsima C tal-Kapitolu IV, kif ukoll il-biċċeriji awtorizzati minn fejn jista' jinkiseb id-demm prodott skont it-tieni, it-tielet u r-raba' paragrafi tal-punt (a) tat-Taqsima C tal-Kapitolu IV;

    (b)

    l-impjanti tal-ipproċessar irreġistrati bħala li jipproċessaw esklussivament demm ta' annimali mhux ruminanti skont l-ewwel paragrafu tal-punt (c) tat-Taqsima C tal-Kapitolu IV, kif ukoll l-impjanti tal-ipproċessar awtorizzati li jipproduċu prodotti tad-demm skont it-tieni, it-tielet u r-raba' paragrafi tal-punt (c) tat-Taqsima C tal-Kapitolu IV;

    (c)

    il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u l-istabbilimenti oħrajn irreġistrati bħala, rispettivament, li ma joqtlux ruminanti, ma jagħmlux dissussar jew tqattigħ ta' laħam ta' annimali ruminanti, u ma jimmaniġġawx prodotti tar-ruminanti, minn fejn jistgħu jinkisbu prodotti sekondarji tal-annimali maħsuba biex jintużaw għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti skont l-ewwel paragrafu tal-punt (a) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV, kif ukoll il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u l-istabbilimenti oħrajn awtorizzati, minn fejn jistgħu jinkisbu prodotti sekondarji tal-annimali maħsuba biex jintużaw għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti skont it-tieni, it-tielet u r-raba' paragrafi tal-punt (a) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV;

    (d)

    l-impjanti tal-ipproċessar irreġistrati bħala li ma jipproċessawx prodotti sekondarji ta' annimali ruminanti skont l-ewwel paragrafu tal-punt (c) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV, kif ukoll l-impjanti tal-ipproċessar awtorizzati li jipproduċu l-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti li joperaw skont it-tieni, it-tielet u r-raba' paragrafi tal-punt (c) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV;

    (e)

    l-istabbilimenti awtorizzati tal-ġwież kompost li jipproduċu l-ġwież kompost li fih il-ħut mitħun, id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li ġejjin mill-annimali, jew prodotti tad-demm li ġejjin minn annimali mhux ruminanti, skont it-Taqsima B tal-Kapitolu III;

    (f)

    l-istabbilimenti awtorizzati tal-ġwież kompost li jipproduċu l-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, skont il-punt (d) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV; kif ukoll l-istabbilimenti awtorizzati tal-ġwież kompost li jipproduċu esklussivament, skont il-punt 3(b)(ii) tat-Taqsima E tal-Kapitolu V, il-ġwież kompost għall-esportazzjoni mill-Unjoni jew il-ġwież kompost għall-esportazzjoni mill-Unjoni u l-ġwież kompost għall-annimali tal-akkwakultura biex jitqiegħdu fis-suq;

    (g)

    l-istabbilimenti awtorizzati tal-ġwież kompost li jipproduċu sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun maħsub għall-annimali mrobbija mhux miftuma tal-ispeċijiet ruminanti, skont il-punt (d) tat-Taqsima E tal-Kapitolu IV;

    (h)

    l-istabbilimenti awtorizzati tal-ġwież kompost li jipproduċu l-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija, skont il-punt (b) tat-Taqsima F tal-Kapitolu IV;

    (i)

    l-impjanti tal-ħażna awtorizzati skont il-punt 3 tat-Taqsima A tal-Kapitolu III jew skont it-tielet paragrafu tal-punt 3(d) tat-Taqsima E tal-Kapitolu V.

    2.

    L-Istati Membri għandhom iżommu l-listi ta' dawk li jħalltu l-għalf għall-użu proprju u rreġistrati aġġornati skont il-punt 3 tat-Taqsima B tal-Kapitolu III, il-punt (d)(ii) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV, u l-punt (b)(ii) tat-Taqsima F tal-Kapitolu IV.

    TAQSIMA B

    It-trasport u l-ħażna ta' materjali tal-ġwież u ta' ġwież kompost li fihom il-prodotti derivati mir-ruminanti

    1.

    Il-materjali tal-ġwież bl-ingrossa u l-ġwież kompost bl-ingrossa li fihom prodotti derivati minn ruminanti barra dawk elenkati fil-punti (a) sa (d) li ġejjin għandhom jiġu trasportati f'vetturi u f'kontejners u jinħażnu f'faċilitajiet ta' ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport jew il-ħażna ta' ġwież li jkun maħsub għall-annimali mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil:

    (a)

    il-ħalib, il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti derivati mill-ħalib, il-kolostru u l-prodotti tal-kolostru;

    (b)

    id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li ġejjin mill-annimali;

    (c)

    il-proteini idrolizzati derivati mill-ġlud tal-annimali ruminati;

    (d)

    il-grass tal-annimali ruminanti mmaċinat b'livell massimu ta' impuritajiet insolubbli ta' 0,15 % fil-piż u derivattivi magħmula minn dan il-grass.

    2.

    B'deroga mill-punt 1, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta' ħażna li jkunu ntużaw qabel għat-trasport jew għall-ħażna ta' materjali tal-ġwież bl-ingrossa u ta' ġwież kompost bl-ingrossa elenkati f'dan il-punt, jistgħu wara jintużaw għat-trasport jew għall-ħażna tal-ġwież li jkun maħsub għal annimali mrobbijin, minbarra annimali tal-pil, diment li dawn jitnaddfu qabel l-użu sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, skont proċedura dokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.

    Kull meta tintuża din il-proċedura, ir-reġistru dokumentat ta' dan l-użu għandu jinżamm disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.

    TAQSIMA C

    Il-produzzjoni ta' ġwież kompost maħsub għall-annimali tal-pil jew għall-annimali domestiċi li fih prodotti derivati minn annimali ruminanti jew minn annimali mhux ruminanti

    1.

    Il-ġwież kompost maħsub għall-annimali tal-pil jew għall-annimali domestiċi li jkun fih prodotti derivati mir-ruminanti, minbarra dawk elenkati fil-punti (a) sa (d) li ġejjin, ma għandux jiġi prodott fi stabbilimenti li jipproduċu l-ġwież għall-annimali mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil:

    (a)

    il-ħalib, il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti derivati mill-ħalib, il-kolostru u l-prodotti tal-kolostru;

    (b)

    id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li ġejjin mill-annimali;

    (c)

    il-proteini idrolizzati derivati mill-ġlud tal-annimali ruminati;

    (d)

    il-grass tal-annimali ruminanti mmaċinat b'livell massimu ta' impuritajiet insolubbli ta' 0,15 % fil-piż u derivattivi magħmula minn dan il-grass.

    2.

    Il-ġwież kompost maħsub għall-annimali tal-pil jew għall-annimali domestiċi, li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, minbarra l-ħut mitħun, ma għandux jiġi prodott fi stabbilimenti li jipproduċu l-ġwież għall-annimali mrobbija, ħlief għall-annimali tal-pil jew l-annimali tal-akkwakultura.”

    (ii)

    It-taqsima D tinbidel b'dan li ġej:

    “TAQSIMA D

    L-użu u l-ħażna fl-azjendi agrikoli ta' materjali tal-ġwież u ta' ġwież kompost għall-annimali mrobbijin li fihom il-prodotti li joriġinaw mir-ruminanti

    L-użu u l-ħażna ta' materjali tal-ġwież u tal-ġwież kompost għall-annimali mrobbijin li jkun fih il-prodotti derivati mir-ruminanti minbarra dawk elenkati fil-punti (a) sa (d) għandhom jiġu pprojbiti fl-azjendi agrikoli li fihom jinżammu annimali mrobbijin li mhumiex annimali tal-pil:

    (a)

    il-ħalib, il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti derivati mill-ħalib, il-kolostru u l-prodotti tal-kolostru;

    (b)

    id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li joriġinaw mill-annimali;

    (c)

    il-proteini idrolizzati derivati mill-ġlud tal-annimali ruminati;

    (d)

    il-grass tal-annimali ruminanti mmaċinat b'livell massimu ta' impuritajiet insolubbli ta' 0,15 % fil-piż u derivattivi magħmula minn dan il-grass.”

    (iii)

    It-taqsima E tinbidel b'dan li ġej:

    “TAQSIMA E

    L-esportazzjoni ta' proteina pproċessata tal-annimali u ta' prodotti li fihom din il-proteina

    1.

    L-esportazzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali ruminanti, jew tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata kemm minn annimali ruminanti kif ukoll mhux ruminanti, għandha tkun soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Il-proteina pproċessata tal-annimali għandha tiġi trasportata f'kontejners issiġillati, direttament mill-impjant tal-ipproċessar tal-produzzjoni sal-punt ta' ħruġ mit-territorju tal-Unjoni, li għandu jkun post ta' spezzjoni fil-fruntiera elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (*1). Qabel iħalli t-territorju tal-Unjoni, l-operatur responsabbli għall-arranġament tat-trasport tal-proteina pproċessata tal-annimali għandu jinforma lill-awtorità kompetenti fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera dwar il-wasla tal-konsenja fil-punt ta' ħruġ.

    (b)

    Il-konsenja għandha tiġi akkumpanjata minn dokument kummerċjali komplut kif xieraq ippreżentat skont il-mudell stipulat fil-punt 6 tal-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u maħruġ mis-sistema kompjuterizzata veterinarja integrata (TRACES) introdotta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE (*2). Fuq dak id-dokument kummerċjali, il-post ta' ħruġ ta' spezzjoni fil-fruntiera għandu jkun indikat bħala l-punt ta' ħruġ fil-kaxxa I.28.

    (c)

    Meta l-konsenja tasal fil-punt ta' ħruġ, l-awtorità kompetenti fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għandha tivverifika s-siġill ta' kull kontejner ippreżentat fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera.

    B'deroga, abbażi ta' analiżi tar-riskju, l-awtorità kompetenti fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tista' tiddeċiedi li tiċċekkja s-siġill tal-kontejner fuq bażi aleatorja.

    Jekk is-siġill iċċekkjat ma jkunx sodisfaċenti, il-konsenja trid jew tinqered jew tintbagħat lura lejn l-istabbiliment tal-oriġini.

    L-awtorità kompetenti fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għandha tinforma, permezz ta' TRACES, lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-istabbiliment tal-oriġini dwar il-wasla tal-konsenja fil-punt ta' ħruġ u, fejn japplika, dwar l-eżitu tal-verifika tas-siġill u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva li tkun ittieħdet.

    (d)

    L-awtorità kompetenti responsabbli għall-istabbiliment tal-oriġini għandha twettaq kontrolli uffiċjali regolari biex tivverifika l-implimentazzjoni korretta tal-punti (a) u (b) u biex tivverifika li, għal kull konsenja ta' proteina pproċessata tal-annimali li ġejja mill-annimali ruminanti maħsuba għall-esportazzjoni, il-konferma tal-kontroll imwettaq fil-punt ta' ħruġ tkun waslet mingħand l-awtorità kompetenti tal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera, permezz ta' TRACES.

    2.

    Mingħajr preġudizzju għall-punt 1, l-esportazzjoni ta' prodotti li fihom il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mir-ruminanti għandha tiġi pprojbita.

    B'deroga, dik il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għall-ikel tal-annimali domestiċi pproċessat li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali ruminanti li:

    (a)

    ġie pproċessat fi stabbilimenti tal-ikel għall-annimali domestiċi approvati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; kif ukoll

    (b)

    jiġi ppakkjat u ttikkettat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    3.

    L-esportazzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, jew ta' ġwież kompost li jkun fih din il-proteina, għandha tkun soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti għandha tiġi prodotta f'impjanti tal-ipproċessar li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt (c) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV;

    (b)

    Il-ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti għandu jiġi prodott fi stabbilimenti tal-ġwież kompost li:

    (i)

    jipproduċu skont il-punt (d) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV; jew

    (ii)

    jiksbu l-proteina pproċessata tal-annimali użata fil-ġwież kompost maħsub għall-esportazzjoni minn impjanti tal-ipproċessar li jikkonformaw mal-punt (a) u, jew:

    huma ddedikati esklussivament għall-produzzjoni tal-ġwież kompost għall-esportazzjoni mill-Unjoni u huma awtorizzati għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti, jew

    huma ddedikati esklussivament għall-produzzjoni tal-ġwież kompost għall-esportazzjoni mill-Unjoni u għall-produzzjoni ta' ġwież kompost għall-annimali tal-akkwakultura għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni, u awtorizzati għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti.

    (c)

    Il-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-annimali mhux ruminanti għandu jiġi ppakkjat u ttikkettat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew skont ir-rekwiżiti legali tal-pajjiż li jimporta. Meta l-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti ma jkunx ittikkettat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, dan il-kliem li ġej għandu jkun indikat fuq it-tikketta: ‘fih il-proteina pproċessata tal-annimali mhux ruminanti’.

    (d)

    Il-proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa derivata minn annimali mhux ruminanti u l-ġwież kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina, u maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni, għandhom jiġu trasportati f'vetturi u f'kontejners u maħżuna f'faċilitajiet ta' ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport jew il-ħażna ta' ġwież li jkun se jitqiegħed fis-suq u maħsub għat-tmigħ tal-annimali mrobbija ruminanti jew mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura. Ir-reġistri bid-dettalji dwar it-tip ta' prodotti li ġew trasportati jew maħżuna għandhom jinżammu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.

    B'deroga mill-ewwel paragrafu, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta' ħażna li jkunu ntużaw qabel għat-trasport jew għall-ħażna ta' proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa derivata minn annimali mhux ruminanti u ta' ġwież kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina, u maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni, jistgħu wara jintużaw għat-trasport jew għall-ħażna ta' ġwież li jkun se jitqiegħed fis-suq u maħsub għat-tmigħ tal-annimali mrobbija ruminanti jew mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura, diment li dawn jitnaddfu qabel l-użu sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, skont proċedura dokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti. Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru dokumentat ta' dan l-użu li jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.

    L-impjanti ta' ħażna li jaħżnu l-proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa derivata minn annimali mhux ruminanti u l-ġwież kompost bl-ingrossa li fih din il-proteina taħt il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni paragrafu tal-punt (d) għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti abbażi ta' verifika tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti elenkati f'dak il-paragrafu.

    4.

    B'deroga mill-punt 3, il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-punt ma għandhomx japplikaw għal:

    (a)

    l-ikel tal-annimali domestiċi li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti u li jkun ġie pproċessat fi stabbilimenti tal-ikel għall-annimali domestiċi approvati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u li jkun ippakkjat u ttikkettat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

    (b)

    il-ħut mitħun, diment li jiġi prodott skont dan l-Anness;

    (c)

    il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija, diment li tkun ġiet prodotta skont dan l-Anness;

    (d)

    il-ġwież kompost li ma fih l-ebda proteina pproċessata tal-annimali minbarra l-ħut mitħun u l-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija, diment li jiġi prodott skont dan l-Anness;

    (e)

    il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti maħsuba għall-manifatturar tal-ikel għall-annimali domestiċi jew ta' fertilizzanti u ta' prodotti orġaniċi li jtejbu l-ħamrija fil-pajjiż terz ta' destinazzjoni, diment li, qabel l-esportazzjoni, l-esportatur jiżgura li kull konsenja ta' proteina pproċessata tal-annimali tkun analizzata skont il-metodu ta' analiżi stipulat fil-punt 2.2 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 sabiex jivverifika n-nuqqas ta' kostitwenti li ġejjin minn annimali ruminanti.

    (*1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 Tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1)."

    (*2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63).”"



    ANNESS II

    L-Annessi X, XIV u XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness X, il-Kapitolu II, it-Taqsima 1, il-Parti A tinbidel b'dan li ġej:

    “A.   Materja prima

    1.

    Il-prodotti sekondarji mill-annimali li jkunu tal-materjal tal-Kategorija 3 jew prodotti li jkunu ġejjin minn dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali biss, minbarra l-materjali tal-Kategorija 3 msemmijin fl-Artikolu 10(n), (o) u (p) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali.

    2.

    Il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, maħsuba għall-produzzjoni tal-ġwież għall-annimali mrobbija, minbarra l-annimali tal-pil, tista' tinkiseb biss minn dawn l-ispeċijiet ta' insetti li ġejjin:

    (i)

    il-‘Black Soldier Fly’ (Hermetia illucens) u l-‘Common Housefly’ (Musca domestica),

    (ii)

    il-‘Yellow Mealworm’ (Tenebrio molitor) u l-‘Lesser Mealworm’ (Alphitobius diaperinus),

    (iii)

    il-‘House cricket’ (Acheta domesticus), il-‘Banded cricket’ (Gryllodes sigillatus) u l-‘Field Cricket’ (Gryllus Assimilis).”

    (2)

    Fl-Anness XIV, il-Kapitolu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fit-Taqsima 1, it-Tabella 1, l-ewwel ringiela tinbidel b'dan li ġej:

    “1

    Il-proteina pproċessata tal-annimali, inklużi t-taħlitiet u l-prodotti minbarra l-ikel għall-annimali domestiċi li jkun fih din il-proteina, u l-ġwież kompost li jkun fih din il-proteina kif definit fl-Artikolu 3(2)(h) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009

    Materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10(a), (b), (d), (e), (f), (h), (i), (j), (k), (l) u (m).

    (a)

    Il-proteina pproċessata tal-annimali trid tiġi prodotta skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness X; kif ukoll

    (b)

    il-proteina pproċessata tal-annimali għandha tkun konformi mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fit-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitlu.

    (a)

    Fil-każ ta' proteini pproċessati tal-annimali eskluż il-ħut mitħun:

    Il-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

    (b)

    Fil-każ ta' ħut mitħun:

    Il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

    (a)

    Fil-każ ta' proteina pproċessata tal-annimali minbarra dik derivata mill-insetti mrobbija:

    l-Anness XV, il-Kapitolu 1.

    (b)

    Fil-każ ta' proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija:

    l-Anness XV, il-Kapitolu 1a.”

    (b)

    Fit-Taqsima 2, jiżdied il-punt 5 li ġej:

    “5.

    Il-proteina pproċessata tal-annimali miksuba minn insetti mrobbija tista' tkun importata fl-Unjoni diment li tkun ġiet prodotta f'konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-insetti jappartjenu għal waħda minn dawn l-ispeċijiet li ġejjin:

    il-‘Black Soldier Fly’ (Hermetia illucens) u l-‘Common Housefly’ (Musca domestica),

    il-‘Yellow Mealworm’ (Tenebrio molitor) u l-‘Lesser Mealworm’ (Alphitobius diaperinus),

    il-‘House cricket’ (Acheta domesticus), il-‘Banded cricket’ (Gryllodes sigillatus) u l-“Field Cricket” (Gryllus Assimilis).

    (b)

    is-substrat għat-tmigħ tal-insetti jista' biss jinkludi prodotti li mhumiex ġejjin mill-annimali jew dawn il-prodotti li ġejjin mill-annimali tal-materjali tal-Kategorija 3:

    il-ħut mitħun;

    il-prodotti tad-demm minn annimali mhux ruminanti;

    il-fosfat tad-dikalċju u tat-trikalċju li ġej mill-annimali;

    il-proteini idrolizzati minn annimali mhux ruminanti;

    il-proteini idrolizzati minn ġlud ta' annimali ruminanti;

    il-ġelatina u l-kollaġen minn annimali mhux ruminanti;

    il-bajd u l-prodotti tal-bajd;

    il-ħalib, il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti derivati mill-ħalib u l-kolostru;

    l-għasel;

    il-grass immaċinat;

    (c)

    Is-substrat għat-tmigħ tal-insetti u l-insetti jew il-larva tagħhom ma ġiex f'kuntatt ma' xi materjali oħra li joriġinaw mill-annimali minbarra dawk imsemmijin fil-punt (b) u ma kienx jinkludi demel, skart mill-kejtering jew skart ieħor.”

    (3)

    L-Anness XV huwa emendat kif gej:

    (a)

    fil-Kapitolu 1, it-titolu tal-mudell taċ-Ċertifikat tas-Saħħa jinbidel b'dan li ġej:

    “Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-proteina pproċessata tal-annimali, minbarra dik derivata mill-insetti mrobbija, mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi t-taħlitiet u l-prodotti, minbarra l-ikel għall-annimali domestiċi li jkun fih proteina bħal din, biex tintbagħat lejn l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)”

    (b)

    jiżdied il-Kapitolu 1a li ġej:

    “KAPITOLU 1a

    Ċertifikat tas-saħħa

    Għall-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi t-taħlitiet u l-prodotti minbarra l-ikel għall-annimali domestiċi li jkun fih proteina bħal din, biex tintbagħat lejn l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

    Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

    Top