Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0841

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/841 tas-17 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfa-ċipermetrina, ir-razza Ampelomyces quisqualis: aq 10, benalaksil, bentażon, bifenażat, bromossinil, etil tal-karfentrażon, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dikwat, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), etossażol, famoksadon, fenamidon, flumjoksażina, foramsulfuron, ir-razza Gliocladium catenulatum: j1446, imażamoks, imażosulfuron, isossaflutol, laminarin, metalaksil-m, metossifenożid, milbemektin, oksasulfuron, pendimetalin, fenmedifam, pimetrożina, s-metolaklor, u triflossistrobin (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/3160

ĠU L 125, 18.5.2017, p. 12–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/05/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/841/oj

18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/841

tas-17 ta' Mejju 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfa-ċipermetrina, ir-razza Ampelomyces quisqualis: aq 10, benalaksil, bentażon, bifenażat, bromossinil, etil tal-karfentrażon, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dikwat, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), etossażol, famoksadon, fenamidon, flumjoksażina, foramsulfuron, ir-razza Gliocladium catenulatum: j1446, imażamoks, imażosulfuron, isossaflutol, laminarin, metalaksil-m, metossifenożid, milbemektin, oksasulfuron, pendimetalin, fenmedifam, pimetrożina, s-metolaklor, u triflossistrobin

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi bentażon, dikwat, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), famoksadon, flumjoksażina, metalaksil-m u pimetrożina ġew estiżi l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/549 (3). L-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2017. L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-inklużjoni ta' dawk is-sustanzi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4) tressqu skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (5).

(3)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi etil tal-karfentrażon, ċjażofammid, fenamidon, foramsulfuron, imażamoks, isossaflutol, oksasulfuron, pendimetalin, u triflossistrobin ġew estiżi l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/950 (6). L-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se tiskadi se tiskadi fil-31 ta' Lulju 2017.

(4)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfa-ċipermetrina, ir-razza Ampelomyces quisqualis: aq 10, benalassil, bifenażat, bromossinil, klorprofam, desmedifam, etossażol, ir-razza Gliocladium catenulatum: J1446, imażosulfuron, laminarin, metossifenożid, milbemektin, fenmedifam, u s-metolaklor ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2012 (7). L-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se tiskadi fil-31 ta' Lulju 2017.

(5)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi mniżżla fil-Premessi 3 u 4 tressqu skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (8).

(6)

Peress li l-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk jeħtieġ jiġu estiżi l-perjodi ta' approvazzjoni tagħhom.

(7)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward tal-każijiet meta l-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx għax ma jkunux jintlaħqu l-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni se tistabbilixxi skadenza fl-istess data prevista qabel dan ir-Regolament jew inkella, jekk din id-data tkun aktar tard, fid-data meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx. Fir-rigward tal-każijiet meta l-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tipprova tistabbilixxi l-aktar data tal-applikazzjoni kmieni possibbli, kif xieraq u skont iċ-ċirkostanzi.

(8)

Għalhekk ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/549 tat-8 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi bentażon, ċjalofop butil, dikwat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), metalaksil-M, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, tijabendażol u tifensulfuron-metil (ĠU L 95, 9.4.2016, p. 4).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/950 tal-15 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-DB, beta-cyfluthrin, carfentrazone ethyl, Coniothyrium minitans ir-Razza CON/M/91-08 (DSM 9660), cyazofamid, deltamethrin, dimethenamid-P, ethofumesate, fenamidone, flufenacet, flurtamone, foramsulfuron, fosthiazate, imazamox, iodosulfuron, iprodione, isoxaflutole, linuron, maleic hydrazide, mesotrione, oxasulfuron, pendimethalin, picoxystrobin, silthiofam u trifloxystrobin (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 3).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2012 tat-13 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċetamiprid, alfa-ċipermetrin, ir-Razza Ampelomyces quisqualis: AQ 10, benalassil, bifenażat, bromossinil, klorprofam, desmedifam, etossażol, ir-Razza Gliocladium catenulatum: J1446, imażosulfuron, laminarin, mepanipirim, metossifenożid, milbemektin, fenmedifam, ir-Razza Pseudomonas chlororaphis: MA 342, kwinossifen, S-metolaklor, tepralossidim, tijakloprid, tiram u żiram (ĠU L 342, 14.12.2012, p. 27).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 11, Benżaton, id-data ssir it-“30 ta' Ġunju 2018”;

(2)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 15, Dikwat, id-data ssir it-“30 ta' Ġunju 2018”;

(3)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 19, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), id-data ssir it-“30 ta' Ġunju 2018”;

(4)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 23, Pimetrożina, id-data ssir it-“30 ta' Ġunju 2018”;

(5)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 35, Famoksadon, id-data ssir it-“30 ta' Ġunju 2018”;

(6)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 37, Metalaksil-M, id-data ssir it-“30 ta' Ġunju 2018”;

(7)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 39, Flumjoksażina, id-data ssir it-“30 ta' Ġunju 2018”;

(8)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 41, Imażamoks, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(9)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 42, Oksasulfuron, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(10)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 44, Foramsulfuron, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(11)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 46, Ċjażofammid, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(12)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 53, Pendimetalin, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(13)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 59, Triflossistrobin, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(14)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 60, Etil tal-karfentrażon, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(15)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 62, Fenamidon, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(16)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 63, Isossaflutol, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(17)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 78, Klorprofam, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(18)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 83, Alfa-ċipermetrina, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(19)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 84, Benalaksil, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(20)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 85, Bromossinil, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(21)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 86, Desmedifam, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(22)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 88, Fenmedifam, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(23)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 93, ir-Razza Ampelomyces quisqualis: AQ 10, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(24)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 95, Laminarin, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(25)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 96, Metossifenożid, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(26)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 97, S-metolaklor, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(27)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 98, ir-Razza Gliocladium catenulatum: J1446, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(28)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 99, Etossażol, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(29)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 109, Bifenażat, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”;

(30)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 110, Milbemektin, id-data ssir il-“31 ta' Lulju 2018”.


Top