EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0492
Commission Regulation (EU) 2017/492 of 21 March 2017 amending Regulation (EC) No 883/2004 of the European Parliament and of the Council on the coordination of social security systems and Regulation (EC) No 987/2009 of the European Parliament and of the Council laying down the procedure for implementing Regulation (EC) No 883/2004 (Text with relevance for the EEA and Switzerland. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/492 tal-21 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/492 tal-21 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera. )
C/2017/1717
ĠU L 76, 22.3.2017, p. 13–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/492
tal-21 ta' Marzu 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 88 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 92 tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex jitqiesu ċerti bidliet fil-leġiżlazzjoni ta' wħud mill-Istati Membri, jew ix-xewqa tagħhom li tiġi ssimplifikata l-applikazzjoni tas-sistema ta' koordinazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009, l-Istati Membri talbu lill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali biex jiġu emendati ċerti Annessi ta' dawn ir-Regolamenti. |
(2) |
Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali qablet mal-emendi mitlubin u ressqet proposti rilevanti lill-Kummissjoni biex tagħmel adattamenti tekniċi tal-Annessi. |
(3) |
Il-Kummissjoni tista' taqbel mal-proposti rilevanti. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Anness 1,
|
(2) |
Fl-Anness 3:
|
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 2(2) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.