This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0237
Commission Regulation (EU) 2017/237 of 10 February 2017 amending Annex III to Regulation (EC) No 1223/2009 of the European Parliament and of the Council on cosmetic products (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/237 tal-10 ta' Frar 2017 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/237 tal-10 ta' Frar 2017 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/0709
ĠU L 36, 11.2.2017, p. 12–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/237
tal-10 ta' Frar 2017
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara l-pubblikazzjoni tal-studju xjentifiku tal-2001 bl-isem “Use of permanent hair dyes and bladder cancer risk”, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u l-Prodotti li mhumiex tal-Ikel intenzjonati għal Konsumaturi, li wara ġie sostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur (Scientific Committee on Consumer Products, SCCP), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2), ikkonkluda li r-riskji potenzjali tal-użu taż-żebgħa tax-xagħar kienu ta' tħassib. L-SCCP fl-opinjonijiet tiegħu, irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu iżjed passi biex tikkontrolla l-użu tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar. |
(2) |
L-SCCP irrakkomanda wkoll strateġija ta' valutazzjoni ġenerali tas-sikurezza għal sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi r-rekwiżiti għall-ittestjar ta' sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità jew il-karċinoġenità potenzjali tagħhom. |
(3) |
Skont l-opinjonijiet tal-SCCP, il-Kummissjoni qablet mal-Istati Membri u l-partijiet kkonċernati dwar strateġija globali biex tirregola s-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar skont kif l-industrija ntalbet tippreżenta fajls, bid-dejta xjentifika aġġornata dwar is-sikurezza tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, biex l-SCCP iwettaq valutazzjoni tar-riskji. |
(4) |
L-SCCP, li wara nbidel bil-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (3), ivvaluta s-sikurezza tas-sustanzi individwali taż-żebgħa tax-xagħar li għalihom kienu tressqu fajls aġġornatimill-industrija. |
(5) |
Fl-opinjoni tiegħu tal-21 ta' Settembru 2010 u fuq il-bażi tad-dejta disponibbli sa dak iż-żmien, l-SCCS ma qajjem l-ebda tħassib ewlieni fir-rigward tal-ġenotossicità u l-karċinoġeniċità taż-żebgħa tax-xagħar u l-prodotti ta' reazzjoni tagħhom użati bħalissa fl-Unjoni, fir-rigward tal-evalwazzjoni ta' riskji possibbli għas-saħħa tal-konsumatur minn prodotti ta' reazzjoni fformati minn sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi matul il-proċess taż-żbigħ tax-xagħar. |
(6) |
Sabiex tkun żgurata s-sikurezza tal-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għas-saħħa tal-bniedem huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-konċentrazzjonijiet massimi ta' għaxar sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar ivvalutati, billi jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet finali mogħtija mill-SCCS dwar is-sikurezza tagħhom. |
(7) |
Minħabba li s-sustanzi N,N'-Bis-(2-Hydroxyethyl)-2-nitro-p-Phenylenediamine u 2,6-Dihydroxyethylaminotoluene bħalissa qed jiġu regolati taħt l-entrati ġeneriċi 8 u 9 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, għandhom jinħolqu numri separati ta' referenza għal dawn is-sustanzi, filwaqt li jitqiesu l-konklużjonijiet tal-SCCS dwar is-sikurezza tagħhom fl-opinjonijiet tas-SCCS 1572/16 u 1563/15 |
(8) |
Id-definizzjoni ta' prodott tax-xagħar fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 eskludiet l-applikazzjoni tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fuq ix-xagħar tal-għajnejn. Din l-esklużjoni kienet motivata mill-fatt li l-livell ta' riskju huwa differenti meta l-prodotti kożmetiċi huma applikati fuq ix-xagħar tar-ras u x-xagħar tal-għajnejn rispettivament. Għalhekk kien hemm bżonn ta' valutazzjoni speċifika tas-sikurezza għall-applikazzjoni tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fuq xagħar l-għajnejn. |
(9) |
L-SCCS, fl-opinjoni tiegħu dwar is-sustanzi taż-żebgħa ossidattivi tax-xagħar u l-perossidu tal-idroġenu użati fil-prodotti li jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn tal-25 ta' Marzu 2015(SCCS/1553/15) ikkonkluda li s-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi Toluene-2,5-Diamine, p-Aminophenol, 2-Methylresorcinol, Tetraaminopyrimidine Sulfate, Hydroxyethyl-p-Phenylenediamine Sulfate and 2-Amino-3-Hydroxypyridine, elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u misjuba sikuri għall-użu fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar, jistgħu jintużaw b'mod sikur mill-professjonisti fil-prodotti intiżi biex jagħti kulur lix-xagħar tal-għajnejn. |
(10) |
Abbażi tal-valutazzjoni xjentifika ta' dawk is-sustanzi, l-użu tagħhom għandu jkun permess fi prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn. Madankollu, sabiex ikun evitat kwalunkwe riskju konness mal-awtoapplikazzjoni tal-prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn mill-konsumaturi stess, dawn għandhom jitħallew biss għall-użu professjonali. Għandhom jiġu stampati twissijiet xierqa fuq it-tikketti tagħhom sabiex il-professjonisti jkunu jistgħu jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-effetti negattivi possibbli tal-applikazzjoni ta' prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn u biex jitnaqqas ir-riskju tas-sensibilizzazzoni tal-ġilda għal dawk il-prodotti. |
(11) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Huwa xieraq li jingħataw perjodi ta' żmien raġonevoli sabiex l-industrija tadatta għar-rekwiżiti l-ġodda u jitneħħew gradwalment l-prodotti konċernati li mhumiex f'konformità ma' dawk ir-rekwiżiti. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE tat-3 ta' Marzu 2004 li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta' Awwissu 2008 li twaqqaf struttura konsultattiva ta' Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21).
ANNESS
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-entrata li ġejja tiddaħħal bħala numru ta' referenza 8c:
|
(2) |
it-test fl-entrata 9, il-kolonna b, tinbidel b'dan li ġej: “Il-metilfenilendiammini, id-derivattivi bin-N sostitwita u l-imluħa tagħhom (1), ħlief għas-sustanzi bin-numri ta' referenza 9a u 9b f'dan l-Anness u għas-sustanzi bin-numri ta' referenza 364, 1310 u 1313 fl-Anness II”; |
(3) |
l-entrata 9a tinbidel b'dan li ġej:
|
(4) |
L-entrata li ġejja tiddaħħal bħala numru ta' referenza 9b:
|
(5) |
L-entrati 200, 206, 211, 243 u 272 jinbidlu b'dan li ġej:
|
(6) |
jiżdiedu l-entrati 298 sa 305 li ġejjin:
|