This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0350
Council Decision (CFSP) 2017/350 of 27 February 2017 amending Decision 2012/642/CFSP concerning restrictive measures against Belarus
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/350 tas-27 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/350 tas-27 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja
ĠU L 50, 28.2.2017, p. 81–81
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/81 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/350
tas-27 ta' Frar 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1). |
(2) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi kontra l-Belarussja jiġu estiżi sat-28 ta' Frar 2018. |
(3) |
Barra minn hekk, il-Kunsill qabel li l-esportazzjoni ta' tagħmir tal-biathlon lill-Belarussja tista' tiġi awtorizzata mill-Istati Membri f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli ta' liċenzjar. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan, |
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni ikunu effettivi, jenħtieġ li din id- Deċiżjoni tidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal tagħmir tal-biathlon li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet definiti fir-regoli tal-avvenimenti u l-kompetizzjonijiet tal-Unjoni Internazzjonali tal-Biathlon (IBU).”; |
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta' Frar 2018. 2. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. MIZZI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).