EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0083

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/83 tas-16 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ĠU L 12, 17.1.2017, p. 92–94 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/83/oj

17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/92


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/83

tas-16 ta' Jannar 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 26(3) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-Kunsill irreveda l-lista ta' persuni u entitajiet iddeżinjati li tinsab fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

Jenħtieġ li diversi entitajiet jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(4)

B'segwitu għas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-182/13 (2), T-433/13 (3), T-158/13 (4), T-5/13 (5), T-45/14 (6) u T-539/14 (7) u fil-Kawżi Magħquda T-423/13 u T-64/14 (8), Moallem Insurance Company, Petropars Operation & Management Company, Petropars Resources Engineering Ltd, Iran Aluminium Company, Iran Liquefied Natural Gas Co., Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS) GmbH, Naser Bateni, North Drilling Company u Good Luck Shipping Company LLC mhumiex inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(5)

B'segwitu għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-176/13 (9) u C-200/13 P (10), Bank Mellat u Bank Saderat Iran mhumiex inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. Konsegwentement, u għaċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-entrata li tikkonċerna Bank Saderat PLC (London) f'dak l-Anness titħassar.

(6)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Lulju 2014, Moallem Insurance Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-182/13, ECLI:EU:T:2014:624.

(3)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Mejju 2015, Petropars Iran Co. et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-433/13, ECLI:EU:T:2015:255.

(4)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Settembru 2015, Iranian Aluminium Co. (Iralco) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-158/13, ECLI:EU:T:2015:634.

(5)  Is-sentenza tat-18 ta' Settembru 2015, Iran Liquefied Natural Gas Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-5/13, ECLI:EU:T:2015:644.

(6)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Settembru 2015, HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH u Naser Bateni vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-45/14, ECLI:EU:T:2015:650.

(7)  Is-sentenza tad-19 ta' Novembru 2015, North Drilling Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-539/14, ECLI:EU:T:2015:871.

(8)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Mejju 2016, Good Luck Shipping LLC vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-423/13 u T-64/14, ECLI:EU:T:2016:308.

(9)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Frar 2016, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Bank Mellat, C-176/13 P, ECLI:EU:C:2016:96.

(10)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' April 2016, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Bank Saderat Iran, C-200/13 P, ECLI:EU:C:2016:284.


ANNESS

L-entrati li jirrigwardaw l-entitajiet elenkati hawn taħt jitħassru mil-lista li tinsab fil-parti I.B tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK:

I.   Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.

B.   Entitajiet

“7.

(a) Bank Saderat PLC (London)

48.

Neka Novin (magħruf ukoll bħala Niksa Nirou)

65.

West Sun Trade GMBH

159.

Oil Industry Pension Fund Investment Company (OPIC)”.


Top