Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1244

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1244 tat-28 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti sustanzi aromatizzanti minn grupp b'rabta ma' struttura ta' insaturazzjoni alfa-beta (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/4802

    ĠU L 204, 29.7.2016, p. 7–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1244/oj

    29.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 204/7


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1244

    tat-28 ta' Lulju 2016

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti sustanzi aromatizzanti minn grupp b'rabta ma' struttura ta' insaturazzjoni alfa-beta

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuqu u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

    (2)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

    (3)

    Dik il-lista tista' tiġi aġġornata f'konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata tressaq applikazzjoni għal dan.

    (4)

    Il-lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u materjali tas-sors tinkludi għadd ta' sustanzi li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-EFSA”) talbet dejta xjentifika addizzjonali dwarhom u li trid tingħata biex titlesta l-evalwazzjoni qabel l-iskadenzi speċifiċi stabbiliti fl-Anness I tal-Parti A tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

    (5)

    Fil-każ tal-ħames sustanzi li ġejjin li jappartjenu għall-Evalwazzjoni FGE 208rev.1 tal-Grupp ta' Aromatizzanti: p-menta-1,8-dien-7-ol (FL Nru 02.060), mirtenol (FL Nru 02.091), mirtenal (FL Nru 05.106), aċetat tal-p-menta-1,8-dien-7-il (FL Nru 09.278), u aċetat tal-mirtenil (FL Nru 09.302), kienet stabbilita d-data ta' skadenza tal-31 ta' Diċembru 2012 fil-lista tal-Unjoni għas-sottomissjoni ta' dejta xjentifika addizzjonali mitluba. Tali dejta ntbagħtet mill-applikant.

    (6)

    Dak il-grupp kimiku jinkludi s-sustanza p-menta-1,8-dien-7-al (FL Nru 05.117) li ntużat bħala sustanza rappreżentattiva għall-grupp u li għalija tressqet id-dejta dwar it-tossiċità.

    (7)

    L-Awtorità evalwat id-dejta mressqa u fl-opinjoni xjentifika tagħha tal-24 ta' Ġunju 2015 (4) ikkonkludiet li s-sustanza p-menta-1,8-dien-7-al (FL Nru 05.117) hija ġenotossika in vivo u għalhekk l-użu tagħha bħala sustanza aromatizzanti tqajjem tħassib għas-sikurezza. Dik is-sustanza diġà tneħħiet mil-lista tal-Unjoni bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1760 (5).

    (8)

    F'dik l-opinjoni, l-Awtorità kkonkludiet ukoll li peress li p-menta-1,8-dien-7-al (FL Nru 05.117) hija rappreżentanta tal-grupp, hemm tħassib potenzjali dwar is-sikurezza għas-sustanzi l-oħra f'dak il-grupp.

    (9)

    Sabiex tkompli tiġi evalwata s-sikurezza ta' dawk il-ħames sustanzi, il-partijiet sostenituri kkonċernati ġew mistiedna formalment biex jipprovdu studji addizzjonali ta' tossiċità sat-30 ta' April 2016 biex l-EFSA tkun tista' tiffinalizza l-valutazzjoni tagħhom.

    (10)

    Il-partijiet sostenituri kkonċernati ppreżentaw qabel it-30 ta' April 2016 l-istudji l-ġodda mitluba.

    (11)

    Jixraq ukoll li, sakemm ma joħorġu l-evalwazzjoni tal-EFSA tad-dejta xjentifika ġdida, l-evalwazzjoni sħiħa eventwali ta' dawn is-sustanzi skont il-proċedura tal-kumitat CEF tal-EFSA jekk jixraq u t-tlestija tal-proċess regolatorju sussegwenti, jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-użu ta' dawk il-ħames sustanzi biex ikun rifless aħjar l-użu attwali ta' dawk is-sustanzi.

    (12)

    Minħabba raġunijiet tekniċi, għandhom jiġu stabbiliti perjodi tranżizzjonali biex ikopru l-ikel li miegħu tkun żdiedet xi waħda mill-ħames sustanzi aromatizzanti, li jkun tqiegħed fis-suq jew intbagħat minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (13)

    Għaldaqstant, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata skont dan.

    (14)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    1.   Ikel li żdiedet fih xi waħda mill-ħames sustanzi aromatizzanti: p-menta-1,8-dien-7-ol (FL Nru 02.060), mirtenol (FL Nru 02.091), mirtenal (FL Nru 05.106), aċetat tal-p-menta-1,8-dien-7-il (FL Nru 09.278), u aċetat tal-mirtenil (FL Nru 09.302) li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament u li tqiegħed legalment fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jista' jiġi kummerċjalizzat sad-data tiegħu ta' durabbiltà minima jew sad-data se meta għandu jintuża.

    2.   Ikel importat fl-Unjoni li fih tkun żdiedet kwalunkwe sustanza aromatizzanti msemmija fil-paragrafu 1 u li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament jista' jiġi kumerċjalizzat sad-data minima ta' durabbiltà jew sad-data sa meta għandu jintuża, meta l-importatur ta' ikel bħal dan jista' juri li dan intbagħat mill-pajjiż terz ikkonċernat u li kien fi triqtu lejn l-Unjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    3.   Il-perjodi tranżitorji previsti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal taħlit ta' ħwawar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

    (2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

    (4)  Opinjoni Xjentifika dwar l-Evalwazzjoni tal-Grupp ta' Aromatizzanti 208, Reviżjoni 1 (FGE.208Rev1): Kunsiderazzjoni tad-dejta dwar il-ġenotossiċità dwar ir-rappreżentanti għal 10 aldeidi aliċikliċi bl-α,β-insaturazzjoni f'ċirku/katina laterali u prekursuri mis-sottogrupp kimiku 2.2 tal-FGE.19. EFSA Journal 2015;13(7):4173, 28 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4173 Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1760 tal-1 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti p-menta-1,8-dien-7-al mil-lista tal-Unjoni (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 27).


    ANNESS

    It-Tabella 1 tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrata dwar FL Nru 02.060 tinbidel b'dan li ġej:

    “02.060

    p-Menta-1,8-dien-7-ol

    536-59-4

    974

    2024

     

    Fil-kategoriji 1, 3, 4.2, 5 (għajr għall-kategorija 5.3), 6, 7, 14.1, 14.2 u 16

    1

    EFSA”

    (b)

    l-entrata dwar FL Nru 02.091 tinbidel b'dan li ġej:

    “02.091

    Mirtenol

    515-00-4

    981

    10285

     

    Fil-kategoriji 1, 3, 5, 6, 14.1, 14.2, 15 u 16

    1

    EFSA”

    (c)

    l-entrata dwar FL Nru 05.106 tinbidel b'dan li ġej:

    “05.106

    Mirtenal

    564-94-3

    980

    10379

     

    Fil-kategoriji 1, 2, 3, 4.2, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 14.1, 14.2, 15 u 16

    1

    EFSA”

    (d)

    l-entrata dwar FL Nru 09.278 tinbidel b'dan li ġej:

    “09.278

    aċetat tal-p-Menta-1,8-dien-7-il

    15111-96-3

    975

    10742

     

    Fil-kategoriji 1, 3, 5, 6, 7, 8, 14.1, 14.2 u 16

    1

    EFSA”

    (e)

    l-entrata dwar FL Nru 09.302 tinbidel b'dan li ġej:

    “09.302

    Aċetat tal-mirtenil

    1079-01-2

    982

    10887

     

    Fil-kategoriji 1, 3, 4.2, 5, 6, 7, 14.1, u 14.2

    1

    EFSA”


    Top