This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1143
Commission Regulation (EU) 2016/1143 of 13 July 2016 amending Annex VI to Regulation (EC) No 1223/2009 of the European Parliament and of the Council on cosmetic products (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1143 tat-13 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1143 tat-13 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/4325
ĠU L 189, 14.7.2016, p. 40–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/40 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1143
tat-13 ta' Lulju 2016
li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-diossidu tat-titanju huwa awtorizzat kemm bħala kolorant taħt l-entrata 143 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u bħala filtru tal-UV taħt l-entrata 27 tal-Anness VI ta' dak ir-Regolament. F'konformità mal-punt (3) tal-Preambolu tal-Annessi II sa VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, is-sustanzi elenkati fl-Annessi III sa VI ta' dan ir-Regolament ma jkoprux in-nanomaterjali, ħlief fejn hemm imsemmi speċifikament. Id-diossidu tat-titanju (nano) bħalissa mhux irregolat. |
(2) |
Skont l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (“SCCS”) tat-22 ta' Lulju 2013, li ġie rivedut fit-22 ta' April 2014 (2), l-użu tad-diossidu tat-titanju (nano) bħala filtru tal-UV fi prodotti kożmetiċi kontra x-xemx, bil-karatteristiċi kif indikat fl-opinjoni, u f'konċentrazzjoni ta' mhux aktar minn 25 % w/w, jista' jitqies li ma jippreżenta l-ebda riskju ta' effetti avversi fil-bnedmin wara l-applikazzjoni fuq ġilda b'saħħitha, intatta jew maħruqa mix-xemx. Barra minn hekk, meta jiġi kkunsidrat in-nuqqas ta' esponiment sistemiku, is-SCCS iqis li l-użu tad-diossidu tat-titanju (nano) fi prodotti kożmetiċi dermatikament applikati, ma għandux joħolqu riskju sinifikanti għall-konsumatur. |
(3) |
Il-karatteristiċi indikati mill-SCCS fl-opinjoni tiegħu huma dwar il-proprjetajiet fiżikokimiċi tal-materjal (bħall-purità, l-istruttura u l-apparenza fiżika, id-distribuzzjoni dimensjonali numerika tal-partikuli,il-proporzjon tal-aspett nominali, ir-rapport dimensjonali, l-erja tal-wiċċ speċifika tal-unità ta' volum u l-attività fotokatalitika) u jekk huwiex miksi jew le b'sustanzi kimiċi speċifiċi. Għalhekk, dawn il-proprjetajiet fiżiko-kimiċi u r-rekwiżiti fir-rigward tal-materjal tal-kisi għandhom ikunu riflessi fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
(4) |
L-SCCS qies ukoll li, abbażi tat-tagħrif disponibbli, l-użu tad-diossidu tat-titanju fi prodotti sprej ma jistax jitqies sikur. Barra minn hekk, l-SCCS indika, f'opinjoni ulterjuri tat-23 ta' Settembru 2014, fejn kien talab kjarifika tat-tifsira tat-terminu “applikazzjoni/prodotti li jistgħu jintużaw fi sprej” għall-forom nano tal-karbonju iswed CI 77266, id-diossidu tat-titanju u l-ossidu taż-żingu (3), li t-tħassib tiegħu huwa limitat għall-prodotti sprej li jistgħu jwasslu biex il-pulmuni tal-konsumaturi jkunu esposti għan-nanopartikuli tal-diossidu tat-titanju permezz tan-nifs. |
(5) |
Fid-dawl tal-opinjonijiet tal-SCCS imsemmija hawn fuq, id-diossidu tat-titanju (nano), skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-SCCS, għandu jkun awtorizzat għall-użu bħala filtru tal-UV fi prodotti kożmetiċi sa konċentrazzjoni massima ta' 25 % w/w, għajr f'applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs. |
(6) |
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi emendat sabiex jiġi adattat għall-progress tekniku u xjentifiku. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) SCCS/1516/13 Reviżjoni tat-22 ta' April 2014, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_136.pdf.
(3) SCCS/1539/14 tat-23 ta' Settembru 2014. Reviżjoni tal-25 ta' Ġunju 2015, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_163.pdf.
ANNESS
L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-entrata 27 hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
|
(2) |
tiddaħħal l-entrata 27a:
|
(*) Għall-użu bħala kolorant, ara l-Anness IV, Nru. 143.
(**) Fil-każ ta' użu mħallat ta' diossidu tat-titanju u diossidu tat-titanju (nano), it-total ma għandux jeċċedi l-limiti mogħtija fil-kolonna g.”
(***) Għall-użu bħala kolorant, ara l-Anness IV, Nru. 143.
(****) Fil-każ ta' użu mħallat ta' diossidu tat-titanju u diossidu tat-titanju (nano), it-total ma għandux jeċċedi l-limiti mogħtija fil-kolonna g.”