Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1024

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1024 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/3731

    ĠU L 168, 25.6.2016, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1024/oj

    25.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 168/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1024

    tal-24 ta' Ġunju 2016

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(5) u 63(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli dwar iż-żieda fil-livell ta' kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali elenkat fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    (2)

    L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta fuq bażi regolari, u tal-anqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu mill-inqas is-sorsi tal-informazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu.

    (3)

    L-esperjenza li nkisbet matul dawn l-aħħar sitt (6) snin uriet li huwa xieraq li jiġi stipulat tnaqqis fil-frekwenza tal-inadempjenza tar-reviżjonijiet tal-Anness I għal skeda ta' darbtejn fis-sena, filwaqt li tinżamm il-possibbiltà li l-Kummissjoni tirrevedi l-lista aktar spiss fejn dan huwa meħtieġ. Din is-simplifikazzjoni hija mistennija li ttejjeb l-effiċjenza, filwaqt li żżomm il-karatteristiċi ewlenin u l-għanijiet tar-Regolament. It-tnaqqis fil-frekwenza tal-inadempjenza tar-reviżjonijiet tal-Anness I għal skeda ta' darbtejn fis-sena għandu jiġi kkumplementat minn bidla korrispondenti fil-frekwenza tar-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jissottomettu r-rapporti tagħhom darbtejn fis-sena.

    (4)

    L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti riċenti dwar l-ikel li ġew innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi mwettqa f'pajjiżi terzi mid-Direttorat għall-Awditi u l-Analiżi tal-Ikel u tas-Saħħa tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, kif ukoll ir-rapporti ta' kull tliet xhur dwar il-konsenji tal-għalf u tal-ikel mhux ta' oriġini mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista trid tiġi emendata.

    (5)

    B'mod partikolari, għal konsenji ta' ġellewż li joriġina mill-Georgia, is-sorsi rilevanti ta' informazzjoni jindikaw l-emerġenza ta' riskji ġodda li jirrikjedu l-introduzzjoni ta' livell miżjud ta' kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant, fl-elenku għandha tiddaħħal entrata rigward dawn il-konsenji.

    (6)

    Il-lista tenħtieġ li tiġi emendata wkoll billi jitħassru l-entrati tal-prodotti li dwarhom l-informazzjoni disponibbli turi grad sodisfaċenti ġenerali ta' konformità mar-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali fuqhom ma għadux ġustifikat. Għaldaqstant, l-entrati fil-lista dwar l-għeneb imnixxef mill-Afganistan u l-lewż mill-Awstralja jenħtieġ li jitħassru.

    (7)

    Sabiex ikunu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (8)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “Il-lista tal-Anness I għandha tiġi riveduta regolarment, u mill-inqas darbtejn fis-sena.”

    (2)

    Fl-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Huma għandhom jissottomettu rapport darbtejn fis-sena sa tmiem ix-xahar ta' wara kull semestru.”

    (3)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta' Lulju 2016.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).


    ANNESS

    “ANNESS I

    Għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali soġġetti għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul

    Għalf u ikel

    (użu maħsub)

    Kodiċi NM (1)

    Subdiviżjoni TARIC

    Pajjiż tal-oriġini

    Periklu

    Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%)

    Fażola twila jarda

    (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

    ex 0708 20 00 ;

    10

    Il-Kambodja (KH)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (3)

    50

    ex 0710 22 00

    10

    Brunġiel

    0709 30 00 ;

     

    ex 0710 80 95

    72

    (Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

     

     

    Karfus Ċiniż (Apium graveolens)

    (Ikel — ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ)

    ex 0709 40 00

    20

    Il-Kambodja (KH)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (4)

    50

    Brassica oleracea

    (Brassika oħra li tittiekel, “Brokkoli Ċiniż”) (5)

    (Ikel — frisk jew imkessaħ)

    ex 0704 90 90

    40

    Iċ-Ċina (CN)

    Residwi tal-pestiċidi (2)

    50

    Te, kemm jekk imħawwar jew le

    (Ikel)

    0902

     

    Iċ-Ċina (CN)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (6)

    10

    Fażola twila jarda

    (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

    ex 0708 20 00 ;

    10

    Ir-Repubblika Dominicana (DO)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (7)

    20

    ex 0710 22 00

    10

    Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

    0709 60 10 ;

     

    0710 80 51

    (Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

    ex 0709 60 99 ;

    20

    ex 0710 80 59

    20

    Frawli

    (Ikel — frisk jew imkessaħ)

    0810 10 00

     

    L-Eġittu (EG)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (8)

    10

    Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

    0709 60 10 ;

     

    L-Eġittu (EG)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (9)

    10

    0710 80 51

    (Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat)

    ex 0709 60 99 ;

    20

    ex 0710 80 59

    20

    Karawett bil-qoxra

    1202 41 00

     

    Il-Gambja (GM)

    Aflatossini

    50

    Karawett bla qoxra

    1202 42 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

    2008 11 91 ;

    2008 11 96 ;

    2008 11 98

    (Għalf u ikel)

     

    Ġellewż bil-qoxra

    0802 21 00

     

    Il-Georgia (GE)

    Aflatossini

    20

    Ġellewż bla qoxra

    0802 22 00

    (Ikel)

     

    Żejt tal-palm

    (Ikel)

    1511 10 90 ;

     

    Il-Ghana (GH)

    Żebgħat tas-Suda (10)

    50

    1511 90 11 ;

     

    ex 1511 90 19 ;

    90

    1511 90 99

     

    Żerriegħa tal-ġulġlien

    (Ikel — frisk jew imkessaħ)

    1207 40 90

     

    L-Indja (IN)

    Salmonella (11)

    20

    Enzimi; enzimi ppreparati

    (Għalf u ikel)

    3507

     

    L-Indja (IN)

    Kloramfenikol

    50

    Piżelli fil-miżwed (mhux imfosdqa)

    (Ikel — frisk jew imkessaħ)

    ex 0708 10 00

    40

    Il-Kenja (KE)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (12)

    10

    Karawett bil-qoxra

    1202 41 00

     

    Il-Madagaskar (MG)

    Aflatossini

    50

    Karawett bla qoxra

    1202 42 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

    2008 11 91 ;

    2008 11 96 ;

    2008 11 98

    (Għalf u ikel)

     

    Lampun

    (Ikel — iffriżat)

    0811 20 31 ;

     

    Is-Serbja (RS)

    Norovajrus

    10

    ex 0811 20 11 ;

    10

    ex 0811 20 19

    10

    Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus spp.) u l-prodotti li ġejjin minnhom

    ex 1207 70 00 ;

    10

    Sierra Leone (SL)

    Aflatossini

    50

    ex 1106 30 90 ;

    30

    ex 2008 99 99

    50

    (Ikel)

     

     

    Karawett bil-qoxra

    1202 41 00

     

    Is-Sudan (SD)

    Aflatossini

    50

    Karawett bla qoxra

    1202 42 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

    2008 11 91 ;

    2008 11 96 ;

    2008 11 98

    (Għalf u ikel)

     

    Bżar (minbarra dak ħelu)(Capsicum spp.)

    (Ikel — frisk jew imkessaħ)

    ex 0709 60 99

    20

    It-Tajlandja (TH)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (13)

    10

    Fażola twila jarda

    (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

    ex 0708 20 00 ;

    10

    It-Tajlandja (TH)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (14)

    20

    ex 0710 22 00

    10

    Brunġiel

    0709 30 00 ;

     

    ex 0710 80 95

    72

    (Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

     

     

    Berquq imnixxef

    0813 10 00

     

    It-Turkija (TR)

    Sulfiti (15)

    10

    Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor

    2008 50 61

    (Ikel)

     

    Lumi (Citrus limon, Citrus limonum)

    (Ikel — frisk, imkessaħ jew imnixxef)

    0805 50 10

     

    It-Turkija (TR)

    Residwi tal-pestiċidi (2)

    10

    Bżar Ħelu (Capsicum annuum)

    0709 60 10 ;

     

    It-Turkija (TR)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (16)

    10

    0710 80 51

    (Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

     

    Weraq tad-dielja

    (Ikel)

    ex 2008 99 99

    11; 19

    It-Turkija (TR)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (17)

    50

    Pistaċċi bil-qoxra

    0802 51 00

     

    L-Istati Uniti (US)

    Aflatossini

    20

    Pistaċċi bla qoxra

    0802 52 00

    (Ikel)

     

    Berquq imnixxef

    0813 10 00

     

    L-Użbekistan (UZ)

    Sulfiti (15)

    50

    Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor

    2008 50 61

    (Ikel)

     

    Weraq tal-kosbor

    ex 0709 99 90

    72

    Il-Vjetnam (VN)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (18)

    50

    Ħabaq u ħabaq sagru

    ex 1211 90 86 ;

    20

    ex 2008 99 99

    75

    Nagħniegħ

    ex 1211 90 86 ;

    30

    ex 2008 99 99

    70

    Tursin

    ex 0709 99 90

    40

    (Ikel — ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ)

     

     

    Okra

    ex 0709 99 90

    20

    Il-Vjetnam (VN)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (18)

    50

    Bżar (minbarra dak ħelu)(Capsicum spp.)

    ex 0709 60 99

    20

    (Ikel — frisk jew imkessaħ)

     

     

    Pitaħaja (frott tad-dragun)

    (Ikel — frisk jew imkessaħ)

    ex 0810 90 20

    10

    Il-Vjetnam (VN)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (18)

    20


    (1)  Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt kwalunkwe kodiċi NM u ma tkun teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex” quddiemu.

    (2)  Ir-residwi ta' mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa (GC-MS), u dawk ibbażati fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa (LC-MS)(il-pestiċidi jridu jiġu ssorveljati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).

    (3)  Ir-residwi tal-Klorbufam.

    (4)  Ir-residwi tal-Fentoat.

    (5)  Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var.Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala “Kai Lan”, “Gai Lan”, “Gailan”, “Kailan”, “kejl Ċiniż”, “Jie Lan”.

    (6)  Ir-residwi tat-Trifluralin.

    (7)  Ir-residwi tal-Aċefat, tal-Aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), tal-Amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4 -dimetilanilina mogħtija bħala amitraz), tad-Diafentjuron, tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).

    (8)  Ir-residwi tal-Eżaflumuron, tal-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb), tal-Fentoat u tat-Tijofanat metil.

    (9)  Ir-residwi tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Dinotefuran, tal-Folpet, tal-Prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), tat-Tijofanat metil u tat-Triforina.

    (10)  Għall-fini ta' dan l-Anness, “Żebgħat tas-Sudan” tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin: (i) Is-Sudan I (Numru CAS 842-07-9); (ii) Is-Sudan II (Numru CAS 3118-97-6); (iii) Is-Sudan III (Numru CAS 85-86-9); (iv) L-Aħmar Skarlat; jew is-Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).

    (11)  Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu mqabbel miegħu biex jiġi vvalidat, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

    (12)  Ir-residwi tal-Aċefat u tad-Diafentjuron.

    (13)  Ir-residwi tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), tal-Protijofos u tat-Triforina.

    (14)  Ir-residwi tal-Aċefat, tad-Dikrotofos, tal-Protijofos, tal-Kwinalfos u tat-Triforina.

    (15)  Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.

    (16)  Ir-residwi tad-Diafentjuron, tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), u tat-Tijofanat metil.

    (17)  Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metrafenon.

    (18)  Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), tal-Fentoat u tal-Kwinalfos.”


    Top