Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0535

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/535 tal-5 ta' April 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 dwar l-entrata ta' Singapore fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/1927

    ĠU L 89, 6.4.2016, p. 8–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/535/oj

    6.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 89/8


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/535

    tal-5 ta' April 2016

    li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 dwar l-entrata ta' Singapore fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-fażi ta' introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1), l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 16 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi, inter alia, ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum uman. Skont dawk ir-rekwiżiti, l-introduzzjoni ta' tali prodotti fl-Unjoni għandha tiġi awtorizzata biss minn pajjiżi terzi li jidhru f'lista stabbilita mill-Kummissjoni.

    (2)

    Id-Direttiva 2002/99/KE tipprovdi wkoll li r-regoli u ċ-ċertifikazzjoni għat-tranżitu jistgħu jiġu stabbiliti.

    (3)

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, mehmuż mad-Deċiżjoni 97/132/KE (“il-Ftehim”), jipprevedi l-istabbiliment ta' garanziji għall-introduzzjoni ta' laħam frisk minn New Zealand li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari mid-Direttiva 2002/99/KE u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (4). Tali ekwivalenza ġiet stabbilita għal laħam frisk fuq is-saħħa tal-annimali u dik pubblika kif stipulat fl-Anness V tal-Ftehim.

    (4)

    Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistabbilixxi, inter alia, il-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' laħam frisk. Għal dan l-għan, il-Parti 1 tal-Anness II tistabbilixxi lista tal-pajjiżi terzi, it-territorji jew il-partijiet minnhom minn fejn tali kunsinni jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni u l-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji li għandhom jakkumpanjaw dawk il-kunsinni, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi jew garanziji supplementari meħtieġa.

    (5)

    New Zealand hija mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala pajjiż awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' laħam frisk ta' annimali domestiċi bovini, ovini u porċini, solipedi domestiċi, annimali mhux domestiċi mrobbija f'azjenda agrikola u selvaġġi tal-ordni Artiodactyla u annimali mhux domestiċi mrobbija f'azjenda agrikola u selvaġġi li jappartjenu għall-familji Suidae, Tayassuidae, jew Tapiridae.

    (6)

    Malli jidħlu fl-Unjoni tali kunsinni għandhom jiġu akkumpanjati mill-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji xierqa kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi ta' ċertifikazzjoni previsti fi ftehimiet tal-Unjoni ma' pajjiżi terzi. Rigward dawk il-kunsinni minn New Zealand, tali rekwiżiti huma stabbiliti fl-Anness V tal-Ftehim u l-mudell taċ-ċertifikat veterinarju stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1901 (5).

    (7)

    In-New Zealand qed ifittex mod aktar mgħaġġel ta' trasport lejn l-Unjoni ta' kunsinni ta' laħam frisk għal użu aktar effiċjenti ta' tali laħam, b'kont meħud tad-durata ta' konservazzjoni tiegħu. Għalhekk in-New Zealand qed jipprevedi li jittrasporta tali kunsinni b'ajruplan lejn Singapore, tħotthom mill-mezz ta' trasport bl-ajru, filwaqt li jkollha l-possibilità ta' ħażna temporanja fi stabbiliment approvat fiż-żona doganali tal-ajruport ta' Singapore, terġa' tgħabbihom fl-istess stabbiliment u jsir tranżitu tagħhom mit-territorju ta' Singapore lejn il-port tat-tluq għat-trasport b'bastiment tal-kontejners minn Singapore lejn l-Unjoni.

    (8)

    Għalhekk Singapore talab biex tiġi awtorizzata tintroduċi fl-Unjoni kunsinni ta' laħam frisk li joriġina min-New Zealand, eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni u ddestinat għall-Unjoni, sabiex ikun jista' jsir il-ħatt, il-ħażna, it-tagħbija mill-ġdid u t-tranżitu minn Singapore ta' tali kunsinni.

    (9)

    Fil-mument tat-tluq min-New Zealand tali laħam frisk għandu jkun konformi mar-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa pubblika u dik tal-annimali għall-introduzzjoni fl-Unjoni. L-awtorità kompetenti ta' Singapore stabbilixxa kontrolli u proċeduri tal-importazzjoni biex jiżgura li l-ħatt, il-ħażna, it-tagħbija mill-ġdid u t-tranżitu minn Singapore ma jaffettwax tali konformità.

    (10)

    F'Marzu 2015, il-Kummissjoni wettqet verifika ta' tiftix tal-fatti f'Singapore, biex tiġbor informazzjoni dwar u tivvaluta l-kontrolli tal-importazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' Singapore u l-proċedura ta' tranżitu stabbilita b'rabta mal-awtorizzazzjoni mitluba. Il-Kummissjoni kkonkludiet mill-eżitu ta' dik il-verifika li l-kontrolli tal-importazzjoni u l-proċeduri ta' tranżitu implimentati mill-awtoritajiet kompetenti ta' Singapore joffru garanziji sodisfaċenti biex jiġu żgurati l-integrità u s-sikurezza ta' kunsinni ta' laħam frisk min-New Zealand, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali u dik pubblika.

    (11)

    Biex jiġu ċċertifikati dawk il-kontrolli tal-importazzjoni u l-proċeduri ta' tranżitu, għandu jinħareġ ċertifikat veterinarju mill-awtorità kompetenti ta' Singapore biex jiġi ppreżentat ulterjorment lill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' introduzzjoni fl-Unjoni. Għal dan l-għan tfassal mudell ta' ċertifikat veterinarju “NZ-TRANSIT-SG”.

    (12)

    Il-Ftehim jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar iċ-ċertifikazzjoni, il-kontrolli fil-fruntiera u t-tariffi tal-ispezzjoni għall-importazzjonijiet min-New Zealand li huma applikabbli wkoll għal kunsinni fi tranżitu minn Singapore.

    (13)

    Il-Ftehim jippermetti li ċ-ċertifikati jiġu pprovduti b'mod elettroniku għall-prodotti tan-New Zealand esportati lejn l-Unjoni, permezz tal-użu ta' sistema elettronika integrata tal-Unjoni stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE (6) (“TRACES”).

    (14)

    Biex jiġu allinjati mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni elettronika għan-New Zealand kif hemm stabbilit fl-Anness VII tal-Ftehim u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1901, il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “NZ-TRANSIT-SG” għandu jiġi stabbilit fi TRACES.

    (15)

    Malli jidħlu fl-Unjoni, il-kunsinni għandhom ikunu akkumpanjati kemm mill-mudell xieraq taċ-ċertifikat veterinarju maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' New Zealand kif ukoll mill-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “NZ-TRANSIT-SG”, maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' Singapore fi TRACES, skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (16)

    Huwa għalhekk xieraq li tiġi emendata l-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 sabiex tiżdied l-entrata ta' Singapore fil-lista tal-pajjiżi terzi, it-territorji u l-partijiet minnhom li għandhom jiġu awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' laħam frisk li joriġina minn New Zealand, iddestinat għall-Unjoni u li jinħatt, jerġa' jitgħabba u jitqiegħed fi tranżitu bi jew mingħajr ħażna minn Singapore.

    (17)

    Barra minn hekk huwa xieraq li tiġi emendata l-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 biex jiżdied il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “NZ-TRANSIT-SG” mal-lista ta' Mudelli taċ-ċertifikati veterinarji.

    (18)

    Il-Partijiet 1 u 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

    (19)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-introduzzjoni ta' prodotti koperti miċ-ċertifikat previst f'punt (2)(b) tal-Anness ta' dan ir-Regolament, biss jekk dak iċ-ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' Singapore u ċ-ċertifikat veterinarju maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' New Zealand ikunu nħarġu wara s-26 ta' April 2016.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' April 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

    (3)  ĠU L 57, 26.2.1997, p. 4.

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

    (5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1901 tal-20 ta' Ottubru 2015 li tistabbilixxi regoli ta' ċertifikazzjoni u mudell ta' ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' annimali ħajjin u ta' prodotti tal-annimali minn New Zealand u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/56/KE (ĠU L 277, 22.10.2015, p. 32).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE tat-30 ta' Diċembru 2002 li tirrigwarda l-iżvilupp ta' sistema veterinarja integrata u kompjuterizzata (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 44).


    ANNESS

    L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fil-Parti 1, l-entrata li ġejja għal Singapore tiddaħħal bejn l-entrati għar-Russja u El Salvador:

    “SG — Singapore (*1)

    SG-0

    Il-pajjiż kollu

    NZ-TRANSIT-SG (*2)

     

     

     

     

    (2)

    Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

    (a)

    Fil-lista ta' Mudelli taċ-ċertifikati veterinarji, il-mudell li ġej jiddaħħal wara l-mudell “EQW”:

    “‘NZ-TRANSIT'-SG’

    Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għat-tranżitu biss minn Singapore b'ħatt, ħażna possibbli u tagħbija mill-ġdid ta' laħam frisk li joriġina min-New Zealand, li fir-rigward tiegħu n-New Zealand hija awtorizzata għall-introduzzjoni fl-Unjoni, li huwa eliġibbli għall-introduzzjoni u ddestinat għall-Unjoni.”

    (b)

    Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju li ġej jiddaħħal wara l-mudell taċ-ċertifikat veterinarju EQW:

    Image

    Test ta 'immaġni

    Mudell NZ-TRANSIT-SG

    PAJJIŻ:

    Ċertifikat veterinarju għall-UE

    Parti I: Dettalji tal-kunsinna mibgħuta

    I.1. Speditur

    Isem

    Indirizz

    Pajjiż

    Tel.

    I.2. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

    I.2.a.

    I.3. Awtorità Ċentrali Kompetenti

    I.4. Awtorità Lokali Kompetenti

    I.5. Destinatarju

    Isem

    Indirizz

    Pajjiż

    Tel.

    I.6.

    I.7. Pajjiż tal-oriġini

    Kodiċi tal-ISO

    I.8. Reġjun tal-oriġini

    Kodici

    I.9. Pajjiż ta’ destinazzjoni

    Kodiċi tal-ISO

    I.10.

    Singapore

    SG

    I.11. Pajjiż ta’ origini

    Isem Numru approvat

    Indirizz

    I.12.

    I.13. Post ta’ tagħbija

    Indirizz

    I.14. Data tat-tluq Ħin tat-tluq

    I.15. Mezz tat-trasport

    Ajruplan Vapur Vagun tal-ferrovija

    Vettura tat-triq Mezz ieħor

    Identifikazzjoni:

    Dokument:

    I.16. BIP ta’ dħul fl-UE

    I.17. Numru/i tas-CITES

    I.18. Deskrizzjoni tal-prodott

    I.19. Kodiċi tal-merkanzija (kodiċi HS):

    I.20. Kwantità

    I.21. Temperatura tal-prodott

    Ambjent Imkessħin Iffriżati

    I.22. Numru ta’ pakketti

    I.23. Numru tas-Siġill/tal-Kontenitur

    I.24. Tip ta’ imballaġġ

    I.25. Prodotti ċċertifikati bħala:

    Konsum uman

    I.26.

    I.27. Għall-importazzjoni jew l-ammissjoni fl-UE

    I.28. Identifikazzjoni tal-komodità

    Speċi (isem xjentifiku)

    Natura tal-prodott bażiku

    Numru tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti

    Numru ta’ pakketti

    Piż nett

    Biċċerija

    Impjant tat-tqattigħ

    Maħżen kiesaħ

    Image

    Test ta 'immaġni

    PAJJIŻ

    Mudell NZ-TRANSIT-SG

    II. Tagħrif dwar is-saħħa

    II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

    II.b.

    II.1 Attestazzjoni tas-saħħa

    Jien, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, hawnhekk niċċertifika, li l-laħam frisk deskritt fil-Parti I:

    II.1.1 joriġina min-New Zealand u huwa awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni kif stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, u

    II.1.2 huwa destinat għall-Unjoni u huwa akkumpanjat miċ-ċertifikat veterinarju mfassal skont il-mudell stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1901 (1) maħruġ mill-awtorità kompetenti tan-New Zealand bin-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat , u

    II.1.3 matul it-tranżitu nħatt, inħażen, tgħabba mill-ġdid u ġie ttrasportat skont ir-rekwiżiti rilevanti tat-Taqsima I u V rispettivament tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, u

    II.1.4 matul l-istadji kollha ta’ tranżitu nżamm issegregat minn prodotti mill-annimali mhux eliġibbli għall-importazzjoni fl-Unjoni, u

    II.1.5 huwa eliġibbli għall-importazzjoni fl-Unjoni.

    II.2 Attestazzjoni ta’ tranżitu

    Jien, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, bil-preżenti niċċertifika, li l-kunsinna tal-laħam frisk deskritt fil-Parti I:

    II.2.1 waslet fiż-żona doganali tal-ajruport ta’ Singapore, f’kaxex tal-kartun b’tal-anqas siġill wieħed għal kontra t-tbagħbis fl-imballaġġ ta’ barra ta’ kull kaxxa tal-kartun b’tali mod li l-kaxex tal-kartun ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma tal-anqas jinqered jew jiġi ddanneġġjat siġill wieħed, u

    II.2.2 immedjatament wara l-ħatt minn fuq l-ajruplan, ġew soġġetti għal verifika dokumentarja u tal-identità u jekk applikabbli verifika fiżika (2) mill-awtorità kompetenti ta’ Singapore, u

    II.2.3 inħażnu fi stabbiliment approvat fiż-żona doganali ta’ Singapore (3), u

    II.2.4 tgħabbew mill-ġdid f’kontejner-refriġeratur fi stabbiliment approvat fiż-żona doganali ta’ Singapore taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti ta’ Singapore, u

    l-kontejner-refriġeratur ġie:

    II.2.5 ssiġillat mill-awtorità doganali ta’ Singapore, għat-trasport mill-istabbiliment approvat lejn il-port marittimu ta’ Singapor, u

    II.2.6 ssiġillat mill-awtorità kompetenti ta’ Singapore, għat-trasport mill-istabbiliment approvat sal-wasla fl-ewwel post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Unjoni.

    Noti

    Dan iċ-ċertifikat huwa maħsub għall-prodotti li ġejjjin tal-laħam frisk li joriġina min-New Zealand u li n-New Zealand hu awtorizzat li jintroduċih fl-Unjoni, li huwa akkumpanjat mill-mudell xieraq taċ-ċertifikat veterinarju maħruġ mill-awtorità kompetenti tan-New Zealand, destinat għall-Unjoni u li jinħatt, jitgħabba mill-ġdid u jitqiegħed fi tranżitu b’ħażna jew mingħajrha minn Singapore.

    — laħam frisk, inkluż laħam ikkapuljat, ta’:

    (1) annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċijiet Bubalus u Bison u r-razez inkroċjati tagħhom);

    (2) annimali ovini domestiċi (Ovis aries) jew annimali kaprini domestiċi (Capra hircus);

    (3) annimali porċini domestiċi (Sus scrofa);

    (4) solipedi domestiċi (Equus caballus, Equus asinus u r-razez inkroċjati tagħhom);

    Parti II: Ċertifikazzjoni

    Image

    Test ta 'immaġni

    PAJJIŻ

    Mudell NZ-TRANSIT-SG

    II. Tagħrif dwar is-saħħa

    II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

    II.b.

    — laħam frisk, eskluż il-ġewwieni u laħam ikkapuljat, ta’:

    (5) annimali mhux domestiċi mrobbija f’azjenda agrikola tal-ordni Artiodactyla (esklużi annimali bovini (inklużi l-ispeċijiet Bison u Bubalus u r-razez inkroċjati tagħhom), Ovis aries, Capra hircus, Suidae u Tayassuidae), u tal-familji Rhinocerotidae u Elephantidae;

    (6) annimali mhux domestiċi selvaġġi tal-ordni Artiodactyla (esklużi annimali bovini (inklużi l-ispeċijiet Bison u Bubalus u r-razez inkroċjati tagħhom), Ovis aries, Capra hircus, Suidae u Tayassuidae), u tal-familji Rhinocerotidae u Elephantidae;

    (7) annimali mhux domestiċi mrobbija f’azjenda agrikola tal-familji Suidae, Tayassuidae, jew Tapiridae;

    (8) annimali mhux domestiċi selvaġġi tal-familji Suidae, Tayassuidae, jew Tapiridae;

    Laħam frisk tfisser il-partijiet kollha tal-annimal li huma tajbin għall-konsum mill-bniedem kemm jekk friski, imkessħin jew iffriżati.

    Parti I:

    — Kaxxa ta’ referenza I.7: Il-pajjiż tal-oriġini hawnhekk ifisser il-pajjiż tad-dispaċċ: Singapore

    — Kaxxa ta’ referenza I.11: Post tal-oriġini: isem, indirizz u numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment tad-dispaċċ f’Singapore

    — Kaxxa ta’ referenza I.15: Għandhom jingħataw in-numru ta’ reġistrazzjoni (tal-vaguni tal-ferrovija jew tal-kontejner u t-trakkijiet), in-numru tat-titjira (tal-ajruplan) jew l-isem (il-vapur). Fil-każ ta’ ħatt u tagħbija mill-ġdid, l-ispeditur għandu jinforma lill-BIP bid-dħul fl-Unjoni.

    — Kaxxa ta’ referenza I.19: Użu tal-kodiċi HS xieraq: 02.01, 02.02, 02.03, 02.04, 02.05, 02.06, 02.08.90, 02.09, 05.04 jew 15.02.

    — Kaxxa ta’ referenza I.20: Indika l-piż gross totali u l-piż nett totali.

    — Kaxxa ta’ referenza I.23: Għal kontejners: In-numru tal-kontejner u n-numru tas-siġill applikat mill-awtorità kompetenti ta’ Singapore mat-tlestija tat-tagħbija mill-ġdid.

    — Kaxxa ta’ referenza I.28: Natura tal-prodott: Indika “karkassa-sħiħa”, “karkassa-ġenb”, “karkassa-kwarti”, “qatgħat” jew “laħam ikkapuljat” Numru tal-approvazzjoni: Indika l-istabbilimenti approvati fi New Zealand.

    Parti II:

    (1) Għall-kunsinni tal-laħam frisk li għalih ġiet iddeterminata l-ekwivalenza skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE), il-mudell xieraq taċ-ċertifikat veteri- narju huwa stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1901 tal- 20 ta’ Ottubru 2015 li tistabbilixxi regoli ta’ ċertifikazzjoni u mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti tal-annimali min-New Zealand u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/56/KE.

    (2) F’każi eċċezzjonali li jistgħu jippreżentaw riskju għas-saħħa pubblika u tal-annimali jew meta jkunu ssuspettati xi irregolaritajiet, għandhom isiru verifiki fiżiċi addizzjonali.

    (3) Ħassar jekk il-kunsinna tgħabbiet mill-ġdid mingħajr ħażna.

    Veterinarju uffiċjali

    Isem (b’ittri kbar): Kwalifika u titlu:

    Data: Firma:

    Timbru:


    (*1)  Għal-laħam frisk biss li joriġina min-New Zealand, li fir-rigward tiegħu in-New Zealand hu awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni, li huwa akkumpanjat mill-mudell xieraq taċ-ċertifikat veterinarju maħruġ mill-awtorità kompetenti tan-New Zealand, destinat għall-Unjoni u li jinħatt, bil-ħażna jew mingħajrha u li jitgħabba mill-ġdid fi stabbiliment approvat matul it-tranżitu f'Singapore.

    (*2)  Mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, il-kunsinni għandhom ikunu akkumpanjati kemm minn dan il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju maħruġ fi TRACES mill-awtorità kompetenti ta' Singapore kif ukoll mill-mudell xieraq taċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta' laħam frisk maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' New Zealand, li jista' jinhemeż fi TRACES mill-awtorità kompetenti ta' Singapore.”


    Top