Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0147

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/147 tal-4 ta' Frar 2016 li japprova s-sustanza attiva iprovalikarb, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 30, 5.2.2016, p. 12–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/147/oj

    5.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 30/12


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/147

    tal-4 ta' Frar 2016

    li japprova s-sustanza attiva iprovalikarb, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-approvazzjoni tas-sustanza attiva iprovalikarb, kif stipulata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2), tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2016.

    (2)

    Bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (3), fil-perjodu stipulat fl-istess Artikolu, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-inklużjoni tal-iprovalicarb fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4).

    (3)

    L-applikant ressaq id-dossiers supplimentari meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1141/2010. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

    (4)

    L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur, u ressqu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-2 ta' Settembru 2013.

    (5)

    L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll is-sommarju tad-dossier supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

    (6)

    Fl-14 ta' April 2015 (5) l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar jistax jiġi mistenni li l-iprovalikarb jissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fit-8 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport tal-evalwazzjoni għall-iprovalikarb lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

    (7)

    Dwar l-użu rappreżentattiv, wieħed jew aktar, ta' mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għaldaqstant, dawk il-kriterji għall-approvazzjoni jitqiesu li ntlaħqu.

    (8)

    Għaldaqstant jixraq li l-approvazzjoni tal-iprovalikarb tiġġedded.

    (9)

    Madankollu, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jinħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma.

    (10)

    Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-iprovalikarb hija msejsa fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-iprovalikarb. Għaldaqstant, jixraq li r-restrizzjoni għall-użi bħala fungiċid ma tibqax fis-seħħ. B'konformità mal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 13(4) tiegħu, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għaldaqstant għandu jiġi emendat.

    (11)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 (6) jestendi d-data tal-iskadenza tal-ipovalikarb sabiex il-proċess ta' tiġdid jitlesta qabel l-iskadenza tal-approvazzjoni tiegħu. Madankollu, minħabba li deċiżjoni dwar it-tiġdid ittieħdet qabel id-data tal-iskadenza estiża, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' April 2016.

    (12)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva

    L-approvazzjoni tas-sustanza attiva iprovalikarb, kif speċifikat fl-Anness I, hija b'dan imġedda skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-istess Anness.

    Artikolu 2

    Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

    L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat b'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-1 ta' April 2016.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Frar 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).

    (4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

    (5)  EFSA Journal 2015; 13(3):4060. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.

    (6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-D, aċibenżolar-s-metil, amitrol, bentażon, ċjalofop-butil, dikwat, esfenvalerat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), glifosat, iprovalikarb, isoproturon, lambda-ċjalotrina, metalaksil-M, metsulfuron-metil, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, piraflufen-etil, tijabendażol, tifensulfuron-metil u triasulfuron (ĠU L 276, 21.10.2015, p. 48).


    ANNESS I

    Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

    Isem IUPAC

    Purezza (1)

    Data tal-approvazzjoni

    Skadenza tal-approvazzjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    Iprovalikarb

    Nru CAS 140923-17-7

    Nru CIPAC 620

    isopropil [(1S)-2-metil-1-{[(1RS)-1-p-toliletil]karbamojl}propil]karbamat

    ≥ 950 g/kg

    Impuritajiet:

    Toluwen: mhux aktar minn 3 g/kg

    L-1 ta' April 2016

    Il-31 ta' Marzu 2031

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar l-iprovalikarb, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

    F'din il-valutazzjoni kumplessiva, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

    lill-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art mill-metabolit tal-ħamrija rilevanti PMPA (*) meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'tipi ta' ħamrija b'livell baxx ta' tafal;

    lis-sikurezza tal-operaturi u tal-ħaddiema,

    lill-protezzjoni ta' organiżmi akkwatiċi fil-każ ta' prodotti formulati li fihom sustanzi attivi oħra.

    Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

    L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, informazzjoni ta' konferma dwar il-potenzjal ġenotossiku tal-metabolita PMPA tal-ħamrija. Din l-informazzjoni għandha tiġi sottomessa sat-30 ta' Settembru 2016.


    (*)  p-metil-fenetilamina

    (1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


    ANNESS II

    L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fil-Parti A, titħassar l-entrata 30 dwar l-iprovalikarb;

    (2)

    fil-Parti B, tiżdied l-entrata li ġejja:

    Numru

    Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

    Isem IUPAC

    Purezza (1)

    Data tal-approvazzjoni

    Skadenza tal-approvazzjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    “96

    Iprovalikarb

    Nru CAS 140923-17-7

    Nru CIPAC 620

    isopropil [(1S)-2-metil-1-{[(1RS)-1-p-toliletil]karbamojl}propil]karbamat

    ≥ 950 g/kg

    Impuritajiet:

    Toluwen: mhux aktar minn 3 g/kg

    L-1 ta' April 2016

    Il- 31 ta' Marzu 2031

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar l-iprovalikarb, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

    F'din il-valutazzjoni kumplessiva, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

    lill-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art mill-metabolit tal-ħamrija rilevanti PMPA (*) meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'tipi ta' ħamrija b'livell baxx ta' tafal;

    lis-sikurezza tal-operaturi u tal-ħaddiema,

    lill-protezzjoni ta' organiżmi akkwatiċi fil-każ ta' prodotti formulati li fihom sustanzi attivi oħra.

    Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

    L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, informazzjoni ta' konferma dwar il-potenzjal ġenotossiku tal-metabolita PMPA tal-ħamrija. Din l-informazzjoni għandha tiġi sottomessa sat-30 ta' Settembru 2016.


    (*)  p-metil-fenetilammina”

    (1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


    Top