This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0089
Commission Delegated Regulation (EU) 2016/89 of 18 November 2015 amending Regulation (EU) No 347/2013 of the European Parliament and of the Council as regards the Union list of projects of common interest
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/89 tat-18 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/89 tat-18 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni
ĠU L 19, 27.1.2016, p. 1–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 22/06/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R0869
27.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/89
tat-18 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jistabbilixxi qafas għall-identifikazzjoni, għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni (“PCIs”) li huma meħtieġa biex jiġu implimentati d-disa' kurituri ta' prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija ġeografika strateġika identifikati fl-oqsma tal-elettriku, tal-gass u taż-żejt, u t-tliet oqsma ta' prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni kollha għall-grilji intelliġenti, għall-awtostradi tal-elettriku u għan-netwerks tat-trasportazzjoni tad-diossidu tal-karbonju. |
(2) |
Skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tiġi stabbilita l-lista tal-Unjoni tal-PCIs (“lista tal-Unjoni”). |
(3) |
Il-proġetti proposti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ġew ivvalutati mill-gruppi reġjonali u jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013. |
(4) |
L-abbozzi tal-listi reġjonali tal-PCIs ġew miftiehma mill-gruppi reġjonali f'laqgħat fil-livell tekniku. Wara l-opinjonijiet pożittivi tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“ACER”) fit-30 ta' Ottubru 2015 dwar l-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji ta' valutazzjoni u l-analiżi kostijiet-benefiċċji fir-reġjuni kollha, il-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-gruppi reġjonali adottaw il-listi reġjonali fit-3 ta' Novembru 2015. Skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, qabel l-adozzjoni tal-listi reġjonali, il-proġetti kollha proposti ġew approvati mill-Istati Membri li mat-territorju tagħhom għandhom x'jaqsmu l-proġetti. |
(5) |
L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-produtturi, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, il-fornituri, u l-organizzazzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumaturi u tal-ambjent, ġew ikkonsultati dwar il-proġetti proposti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni. |
(6) |
Il-PCIs għandhom jiġu elenkati skont il-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea strateġika fl-ordni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 347/2013. Il-lista tal-Unjoni ma għandha tinkludi l-ebda klassifikazzjoni ta' proġetti. |
(7) |
Il-PCIs iridu jiġu elenkati jew bħala PCIs waħedhom jew inkella bħala parti minn raggruppament ta' diversi PCIs. Madankollu, ċerti PCIs għandhom jiġu raggruppati għaliex huma interdipendenti jew qegħdin (potenzjalment) jikkompetu. |
(8) |
Il-lista tal-Unjoni tinkludi proġetti fi stadji differenti tal-iżvilupp tagħhom, li jinkludu l-prefattibbiltà, il-fattibilità, l-għoti tal-permessi u l-kostruzzjoni. Għall-PCIs fi stadju ta' żvilupp bikri, jistgħu jkunu meħtieġa studji biex juru l-vijabbiltà teknika u ekonomika u l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluża l-leġiżlazzjoni ambjentali. F'dan il-kuntest, għandhom jiġu identifikati, ivvalutati u evitati jew imtaffija b'mod xieraq, l-impatti negattivi potenzjali fuq l-ambjent. |
(9) |
L-inklużjoni ta' proġetti fil-lista tal-Unjoni hija bla preġudizzju għall-eżitu tal-valutazzjoni ambjentali relevanti u għall-proċedura tal-permessi. Skont l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, proġett li ma jikkonformax mal-liġi tal-Unjoni jista' jitneħħa mil-lista tal-Unjoni. L-implimentazzjoni tal-PCIs, u l-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni relevanti, għandhom jiġu mmonitorjati f'konformità mal-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament. |
(10) |
Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, il-lista tal-Unjoni tiġi stabbilita kull sentejn, u għalhekk, il-lista tal-Unjoni stabbilita bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1391/2013 (2) ma għadhiex valida u għandha tiġi sostitwita. |
(11) |
Skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, il-lista tal-Unjoni għandha tieħu l-forma ta' anness ta' dak ir-Regolament. |
(12) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1391/2013 tal-14 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea fir-rigward tal-elenku tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni (ĠU L 349, 21.12.2013, p. 28).
ANNESS
L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ANNESS VII
Il-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni (il-‘lista tal-Unjoni’), imsemmija fl-Artikolu 3(4)
A. IL-PRINĊIPJI APPLIKATI FIT-TFASSIL TAL-LISTA TAL-UNJONI
(1) Raggruppamenti ta' PCIs
Ċerti PCIs jagħmlu parti minn raggruppament minħabba n-natura interdipendenti tagħhom u minħabba li jikkompetu, jew potenzjalment jikkompetu, ma' xulxin. Dawn it-tipi ta' raggruppament ta' PCIs huma stabbiliti:
— |
raggruppament ta' PCIs interdipendenti huwa ddefinit bħala ‘Raggruppament X, inklużi l-PCIs li ġejjin:’. Dan it-tip ta' raggruppament ta' proġetti ġie fformat biex jidentifika l-PCIs li huma kollha meħtieġa biex jiġi indirizzat l-istess ostaklu bejn il-fruntieri tal-pajjiżi u biex jinħolqu sinerġiji jekk il-proġetti jiġu implimentati flimkien. F'dan il-każ, il-PCIs kollha għandhom jiġu implimentati biex jinkisbu l-benefiċċji mal-UE kollha; |
— |
raggruppament ta' PCIs li potenzjalment jikkompetu huwa ddefinit bħala ‘Raggruppament X, inkluż PCI wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:’. Raggruppament bħal dan jirrifletti inċertezza dwar il-kobor tal-ostakli bejn il-fruntieri tal-pajjiżi. F'dan il-każ, mhux il-PCIs kollha inklużi fir-raggruppament iridu jiġu implimentati. Huwa f'idejn is-suq biex jiddetermina jekk PCI wieħed, diversi PCIs jew il-PCIs kollha għandhomx jiġu implimentati, soġġetti għall-approvazzjonijiet regolatorji, għall-permessi u għall-ippjanar. Il-ħtieġa għall-PCIs għandha tiġi vvalutata mill-ġdid fil-proċess sussegwenti tal-identifikazzjoni tal-PCIs, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mal-kapaċità tal-ħtiġijiet; kif ukoll |
— |
raggruppament ta' PCIs li jikkompetu huwa ddefinit bħala ‘Raggruppament X, inkluż wieħed mill-PCIs li ġejjin:’. Tali raggruppament jindirizza l-istess ostaklu. Madankollu, il-kobor tal-ostaklu huwa aktar ċert milli fil-każ ta' raggruppament ta' PCIs li potenzjalment jikkompetu, u għalhekk għandu jiġi implimentat PCI wieħed biss. Huwa f'idejn is-suq biex jiddetermina liema PCI għandu jiġi implimentat, soġġett għall-approvazzjonijiet regolatorji, għall-permessi u għall-ippjanar meħtieġa. Fejn meħtieġ, il-bżonn ta' PCIs għandu jiġi vvalutat mill-ġdid fi proċess ta' identifikazzjoni ta' PCI sussegwenti. |
Il-PCIs kollha huma soġġetti għall-istess drittijiet u obbligi stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013.
(2) It-trattament ta' substazzjonijiet u stazzjonijiet tal-kompressuri
Substazzjonijiet u stazzjonijiet tal-elettriku back-to-back u stazzjonijiet tal-kompressuri tal-gass jitqiesu bħala partijiet tal-PCIs jekk ikunu jinsabu ġeografikament fuq il-linji tat-trażmissjoni. Is-substazzjonijiet, l-istazzjonijiet back-to-back u l-istazzjonijiet tal-kompressuri jitqiesu bħala PCIs awtonomi u huma espliċitament elenkati fil-lista tal-Unjoni jekk il-pożizzjoni ġeografika tagħhom tkun differenti mil-linji tat-trażmissjoni. Dawn huma soġġetti għad-drittijiet u għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 347/2013.
(3) Id-definizzjoni ta' ‘Ma għadux meqjus bħala PCI’
Il-frażi ‘Ma għadux meqjus bħala PCI’ tirreferi għal proġetti mil-lista tal-Unjoni stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1391/2013 li ma għadhomx meqjusa bħala PCIs għal waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
— |
skont id-dejta l-ġdida l-proġett ma jissodisfax il-kriterji ta' eliġibbiltà; |
— |
promotur ma ppreżentahx mill-ġdid fil-proċess tal-għażla għal din il-lista tal-Unjoni; |
— |
diġà ġie kkummissjonat jew għandu jiġi kkummissjonat fil-futur qrib u għalhekk ma jkunx jibbenefika mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 347/2013; jew |
— |
ġie kklassifikat b'mod aktar baxx minn PCIs kandidati oħra fil-proċess tal-għażla. |
Proġetti bħal dawn mhumiex PCIs, iżda huma elenkati bin-numri tal-PCI oriġinali tagħhom fil-lista tal-Unjoni għal raġunijiet ta' trasparenza u ċarezza.
Dawn jistgħu jitqiesu għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni li jmiss jekk ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' inklużjoni fil-lista tal-Unjoni attwali ma jibqgħux japplikaw.
(4) Id-definizzjoni ta' ‘PCIs b'ittikkettjar doppju bħala awtostradi tal-elettriku’
Il-‘PCIs b'ittikkettjar doppju bħala awtostradi tal-elettriku’ tfisser PCIs li jappartjenu għal wieħed mill-kurituri tal-elettriku ta' prijorità u għaż-żona tematika ta' prijorità għall-awtostradi tal-elettriku.
B. IL-LISTA TAL-UNJONI TA' PROĠETTI TA' INTERESS KOMUNI
(1) Kuritur tal-Prijorità tal-Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana (‘NSOG’)
Il-bini tal-ewwel interkonnessjoni bejn il-Belġju u r-Renju Unit:
Nru |
Definizzjoni |
||||||
1.1. |
Ir-raggruppament tal-Belġju u tar-Renju Unit bejn Zeebrugge u Canterbury [attwalment magħruf bħala l-proġett ‘NEMO’] inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||
1.2. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
Iż-żieda tal-kapaċità tat-trażmissjoni bejn id-Danimarka, il-Ġermanja u n-Netherlands:
1.3. |
Ir-raggruppament tad-Danimarka u tal-Ġermanja bejn Endrup u Brunsbüttel, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||
1.4. |
Ir-raggruppament tad-Danimarka u tal-Ġermanja bejn Kassø u Dollern inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||
1.5. |
L-internkonnessjoni bejn id-Danimarka u n-Netherlands bejn Endrup (DK) u Eemshaven (NL) [attwalment magħrufa bħala ‘COBRAcable’] |
Iż-żieda tal-kapaċità tat-trażmissjoni bejn Franza, l-Irlanda u r-Renju Unit:
1.6. |
L-interkonnessjoni bejn Franza u l-Irlanda bejn La Martyre (FR) u Great Island jew Knockraha (IE) [attwalment magħrufa bħala ‘Interkonnettur Ċeltiku’] |
||||||||||||
1.7. |
Ir-raggruppament ta' interknonnessjonijiet bejn Franza u r-Renju Unit, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||||
1.8. |
L-interkonnessjoni bejn il-Ġermanja u n-Norveġja bejn Wilster (DE) u Tonstad (NO) [attwalment magħrufa bħala ‘NordLink’] |
||||||||||||
1.9. |
Ir-raggruppament li jgħaqqad l-Irlanda mar-Renju Unit, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||||
1.10. |
L-interkonnessjoni bejn in-Norveġja u r-Renju Unit |
||||||||||||
1.11. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||||||||||
1.12. |
Il-ħażna ta' enerġija f'arja kkompressata fir-Renju Unit — Larne |
||||||||||||
1.13. |
L-interkonnessjoni bejn l-Iżlanda u r-Renju Unit [attwalment magħrufa bħala ‘Ice Link’] |
||||||||||||
1.14. |
L-interkonnessjoni bejn Revsing (DK) u Bicker Fen (UK) [attwalment magħrufa bħala ‘Viking Link’] |
(2) Il-Kuritur tal-Prijorità tal-Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (‘NSI West Electricity’)
Nru |
Definizzjoni |
2.1. |
Il-linja interna tal-Awstrija bejn Westtirol u Zell-Ziller (AT) biex tiżdied il-kapaċità fil-fruntiera bejn l-Awstrija u l-Ġermanja |
Iż-żieda tal-kapaċità ta' trażmissjoni bejn il-Belġju u l-Ġermanja — il-bini tal-ewwel interkonnessjoni bejn iż-żewġ pajjiżi:
2.2. |
Ir-raggruppament tal-Belġju u tal-Ġermanja bejn Lixhe u Oberzier [attwalment magħruf bħala l-proġett ALEGrO], inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||
2.3. |
Ir-raggruppament tal-Belġju u tal-Lussemburgu, iż-żieda fil-kapaċità bejn il-fruntiera tal-Belġju u tal-Lussemburgu, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||
2.4. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||||
2.5. |
Ir-raggruppament ta' Franza u tal-Italja bejn Grande Ile u Piossasco, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||
2.6. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||||
2.7. |
L-interkonnessjoni bejn Franza u Spanja bejn Aquitaine (FR) u l-Pajjiż Bask (ES) [attwalment magħrufa bħala l-proġett tal-‘Golf tal-Biskalja’] |
||||||
2.8. |
L-istallazzjoni u l-operazzjoni kkoordinati ta' trasformatur tal-ispostament tal-fażi f'Arkale (ES) biex tiżdied il-kapaċità tal-interkonnessjoni bejn Argia (FR) u Arkale (ES) |
Il-kuritur tar-raggruppament Tramuntana-Nofsinhar-Punent fil-Ġermanja biex tiżdied il-kapaċità tat-trażmissjoni u tiġi integrata l-enerġija rinnovabbli:
2.9. |
Il-linja interna tal-Ġermanja bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tal-Punent |
||||||
2.10. |
Il-linja interna tal-Ġermanja bejn Brunsbϋttel-Grοβgartach u Wilster-Grafenrheinfeld (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar |
||||||
2.11. |
Ir-raggruppament tal-Ġermanja, tal-Awstrija u tal-Iżvizzera, żieda fil-kapaċità fiż-żona tal-Lag Constance, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||
2.12. |
L-interkonnessjoni bejn il-Ġermanja u n-Netherlands bejn Niederrhein (DE) u Doetinchem (NL) |
Ir-raggruppament ta' proġetti biex tiżdied l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq:
2.13. |
Ir-raggruppament ta' interknonnessjonijiet bejn l-Irlanda u r-Renju Unit, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:
|
Iż-żieda tal-kapaċità ta' trażmissjoni bejn l-Iżvizzera u l-Italja:
2.14. |
L-interkonnessjoni bejn l-Italja u l-Iżvizzera bejn Thusis/Sils (CH) u Verderio Inferiore (IT) |
||||||||
2.15. |
Żieda fil-kapaċità tar-raggruppament tal-Italja u tal-Iżvizzera tul il-fruntiera IT/CH, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
Raggruppament ta' proġetti interni biex tiżdied l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-Portugall u biex titjieb il-kapaċità ta' trażmissjoni bejn il-Portugall u Spanja:
2.16. |
Żieda fil-kapaċità tar-raggruppament tal-Portugall tul il-fruntiera PT/ES u l-konnessjoni tal-ġenerazzjoni ta' sorsi ġodda tal-enerġija rinnovabbli, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
Iż-żieda tal-kapaċità ta' trażmissjoni bejn il-Portugall u Spanja:
2.17. |
L-interkonnessjoni bejn il-Portugall u Spanja bejn Beariz — Fontefría (ES), Fontefria (ES) — Ponte de Lima (PT) (li qabel kienet Vila Fria/Viana do Castelo) u Ponte de Lima — Vila Nova de Famalicão (PT) (li qabel kienet Vila do Conde) (PT), inklużi substazzjonijiet fi Beariz (ES), Fontefría (ES) u Ponte de Lima (PT) |
Il-proġetti ta' ħażniet fl-Awstrija u fil-Ġermanja:
2.18. |
Żieda fil-kapaċità ta' ħażna ppumpjata bl-ilma fl-Awstrija–— Kaunertal, Tirol (AT) |
2.19. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
2.20. |
Żieda fil-kapaċità ta' ħażna ppumpjata bl-ilma fl-Awstrija — Limberg III, Salzburg (AT) |
2.21. |
Il-ħażna ppumpjata bl-ilma, Riedl fiż-żona tal-fruntiera AT/DE |
2.22. |
Il-ħażna ppumpjata bl-ilma, Pfaffenboden f'Molln (AT) |
Ir-raggruppament ta' proġetti fit-Tramuntana u fil-Punent tal-Belġju biex tiżdied il-kapaċità ta' trażmissjoni:
2.23. |
Ir-raggruppament ta' linji interni fil-fruntiera tat-Tramuntana tal-Belġju bejn Zandvliet — Lillo (BE), Lillo-Mercator (BE), inkluż substazzjon f'Lillo (BE) [attwalment magħruf bħala ‘Brabo’] |
2.24. |
Il-linja interna bejn Horta-Mercator (BE) |
Ir-raggruppamenti tal-linji interni fi Spanja biex tiżdied il-kapaċità ta' trażmissjoni mal-Mediterran:
2.25. |
Ir-raggruppament ta' linji interni fi Spanja biex tiżdied il-kapaċità bejn it-Tramuntana ta' Spanja u ż-żona tal-Mediterran, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||
2.26. |
l-linja interna ta' Spanja f'La Plana/Morella — Godelleta biex tiżdied il-kapaċità tal-assi tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Mediterran |
||||
2.27. |
Iż-żieda fil-kapaċità bejn Spanja u Franza (proġett ġeneriku) |
(3) Il-Kuritur ta' Prijorità tal-Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa (‘NSI East Electricity’)
It-tisħiħ tal-interkonnessjoni bejn l-Awstrija u l-Ġermanja:
Nru |
Definizzjoni |
||||||
3.1. |
Ir-raggruppament tal-Awstrija u tal-Ġermanja bejn St. Peter u Isar, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
It-tisħiħ tal-interkonnessjoni bejn l-Awstrija u l-Italja:
3.2. |
Ir-raggruppament tal-Awstrija u tal-Italja bejn Lienz u r-reġjun tal-Veneto, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||
3.3. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||||
3.4. |
L-interkonnessjoni bejn l-Awstrija u l-Italja bejn Wurmlach (AT) u Somplago (IT) |
||||||
3.5. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||||
3.6. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
It-tisħiħ tal-interkonnessjoni bejn il-Bulgarija u l-Greċja:
3.7. |
Ir-raggruppament tal-Bulgarija u tal-Greċja bejn Maritsa East 1 u N. Santa, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
It-tisħiħ tal-interkonnessjoni bejn il-Bulgarija u r-Rumanija:
3.8. |
Iż-żieda tal-kapaċità tar-raggruppament tal-Bulgarija u tar-Rumanija [attwalment magħrufa bħala l-‘Kuritur tal-Baħar l-Iswed’], inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
It-tisħiħ tal-interkonnessjoni bejn is-Slovenja, il-Kroazja u l-Ungerija, u t-tisħiħ tal-grilja interna fis-Slovenja:
3.9. |
Ir-raggruppament tal-Kroazja, tal-Ungerija u tas-Slovenja bejn Žerjavenec/Heviz u Cirkovce, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||||
3.10. |
Ir-raggruppament ta' Iżrael, ta' Ċipru u tal-Greċja bejn Hadera u r-reġjun ta' Attica [attwalment magħruf bħala l-‘Interkonnettur EUROASIA’], inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
It-tisħiħ tal-grilja interna fir-Repubblika Ċeka:
3.11. |
Ir-raggruppament tar-Repubblika Ċeka tal-linji interni biex tiżdied il-kapaċità fil-fruntieri tal-Majjistral u tan-Nofsinhar inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
Ir-raggruppament tal-kuritur Tramuntana-Nofsinhar-Lvant fil-Ġermanja biex tiżdied il-kapaċità ta' trażmissjoni u tiġi integrata l-enerġija rinnovabbli:
3.12. |
Il-linja interna fil-Ġermanja bejn Wolmirstedt u l-Bavarja biex tiżdied il-kapaċità ta' trażmissjoni interna bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar |
3.13. |
Il-linja interna fil-Ġermanja bejn Halle/Saale u Schweinfurt biex tiżdied il-kapaċità fil-Lvant tal-Kuritur bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar |
Iż-żieda tal-kapaċità ta' trażmissjoni bejn il-Ġermanja u l-Polonja:
3.14. |
Ir-raggruppament tal-Ġermanja u tal-Polonja bejn Eisenhűttenstadt u Plewiska [attwalment magħruf bħala l-proġett ‘GerPol Power Bridge’] inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||
3.15. |
Ir-raggruppament tal-Ġermanja u tal-Polonja bejn Vierraden u Krajni [attwalment magħruf bħala ‘GerPol Improvements’] inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
Iż-żieda tal-kapaċità ta' trażmissjoni bejn l-Ungerija u s-Slovakkja:
3.16. |
Ir-raggruppament tal-Ungerija u tas-Slovakkja bejn Gőnyϋ u Gabčikovo, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||||
3.17. |
PCI tal-Ungerija u tas-Slovakkja tal-interkonnessjoni bejn Sajóvánka (HU) u Rimavská Sobota (SK) |
||||||||
3.18. |
Ir-raggruppament tal-Ungerija u tas-Slovakkja bejn iż-żona ta' Kisvárda u Velké Kapušany inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||||
3.19. |
Ir-raggruppament tal-Italja u ta' Montenegro bejn Villanova u Lastva, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||||
3.20. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||||||
3.21. |
L-interkonnessjoni bejn l-Italja u s-Slovenja bejn Salgareda (IT) u Divača — ir-reġjun ta' Bericevo (SI) |
||||||||
3.22. |
Ir-raggruppament tar-Rumanija u tas-Serbja bejn Resita u Pancevo [attwalment magħruf bħala l-‘Mid Continental East Corridor’], inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
Il-ħażniet ippumpjati bl-ilma fil-Bulgarija u fil-Greċja:
3.23. |
Il-ħażna ppumpjata bl-ilma fil-Bulgarija — Yadenitsa |
3.24. |
Il-ħażna ppumpjata bl-ilma fil-Greċja — Amfilochia |
3.25. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
3.26. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
(4) Il-Kuritur ta' Prijorità tal-Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija (‘BEMIP Electricity’)
Nru |
Definizzjoni |
||||||
4.1. |
L-interkonnessjoni bejn id-Danimarka u l-Ġermanja bejn Tolstrup (DK) u Bentwisch (DE) permezz tal-parks eoliċi lil hinn mill-kosta ta' Kriegers Flak (DK) u l-Baltiku 1 u 2 (DE) [attwalment magħrufa bħala s-‘Soluzzjoni Komuni tal-Grilja Kriegers Flak’] |
||||||
4.2. |
Ir-raggruppament tal-Estonja u tal-Latvja bejn Kilingi-Nõmme u Riga [attwalment magħruf bħala t-tielet interkonnessjoni] inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||
4.3. |
Issa parti mill-PCI Nru 4.9. |
||||||
4.4. |
Iż-żieda fil-kapaċità tar-raggruppament tal-Latvja u tal-Iżvezja [attwalment magħruf bħala l-proġett ‘NordBalt’], inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
Żidiet fil-Litwanja u fil-Polonja meħtieġa għat-tħaddim ta' ‘LitPol Link I’:
4.5. |
Ir-raggruppament tal-Litwanja u tal-Polonja bejn Alytus (LT) u Elk (PL) inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
Il-ħażniet ippumpjati bl-ilma fl-Estonja u fil-Litwanja:
4.6. |
Il-ħażna ppumpjata bl-ilma fl-Estonja — Muuga |
||||||||||||
4.7. |
Iż-żieda fil-kapaċità tal-ħażna ppumpjata bl-ilma fil-Litwanja — Kruonis |
||||||||||||
4.8. |
Ir-raggruppament tal-Estonja u tal-Latvja u t-tisħiħ intern fil-Litwanja, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||||
4.9. |
Diversi aspetti tal-integrazzjoni tan-netwerk tal-elettriku tal-Istati Baltiċi fin-netwerk Ewropew kontinentali, inkluża l-operazzjoni sinkronika (proġett ġeneriku) |
(5) Il-Kuritur ta' Prijorità tal-Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (‘NSI West Gas’)
Proġetti li jippermettu flussi bidirezzjonali bejn l-Irlanda u r-Renju Unit:
Nru |
Definizzjoni |
||||||
5.1. |
Ir-raggruppament biex ikunu jistgħu jseħħu flussi bidirezzjonali mill-Irlanda ta' Fuq lejn il-Gran Brittanja u l-Irlanda kif ukoll mill-Irlanda lejn ir-Renju Unit, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||
5.2. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||||
5.3. |
It-Terminal tal-LNG ta' Shannon u l-pipeline ta' konnessjoni (IE) |
Il-proġetti li jippermettu flussi bidirezzjonali bejn il-Portugall, Spanja, Franza u l-Ġermanja:
5.4. |
It-tielet punt ta' interkonnessjoni bejn il-Portugall u Spanja |
||||
5.5. |
L-Assi tal-Lvant ta' Spanja u Franza — il-punt ta' interkonnessjoni bejn il-Peniżola Iberika u Franza f'Le Perthus, inklużi l-istazzjonijiet ta' kompressjoni f'Montpellier u f'St. Martin de Crau [attwalment magħruf bħala ‘Midcat’] |
||||
5.6. |
It-tisħiħ tan-netwerk Franċiż min-Nofsinhar sat-Tramuntana — il-Fluss fid-direzzjoni opposta minn Franza lejn il-Ġermanja fil-punt ta' interkonnessjoni ta' Obergailbach/Medelsheim (FR) |
||||
5.7. |
It-tisħiħ tan-netwerk Franċiż min-Nofsinhar sat-Tramuntana biex tinħoloq żona ta' suq uniku, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||
5.8. |
It-tisħiħ tan-netwerk Franċiż biex jingħata appoġġ lill-flussi min-Nofsinhar sat-Tramuntana, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||
5.9. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||
5.10. |
L-interkonnessjoni tal-fluss fid-direzzjoni opposta tul il-pipeline ta' TENP fil-Ġermanja |
||||
5.11. |
L-interkonnessjoni tal-fluss fid-direzzjoni opposta bejn l-Italja u l-Iżvizzera fil-punt ta' interkonnessjoni ta' Passo Gries |
||||
5.12. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||
5.13. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||
5.14. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||
5.15. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||
5.16. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||
5.17. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||
5.18. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||
5.19. |
Il-konnessjoni ta' Malta man-netwerk Ewropew tal-Gass — l-interkonnessjoni tal-pipeline mal-Italja f'Gela u/jew Unità li żżomm f'wiċċ l-ilma għall-ħżin u għar-rigassifikazzjoni tal-LNG (FSRU–Floating Storage Re-gasification Unit) lil hinn mill-kosta |
||||
5.20. |
Il-pipeline tal-gass li jgħaqqad l-Alġerija mal-Italja (li jgħaddi minn Sardinja) [attwalment magħruf bħala l-pipeline ‘Galsi’] |
(6) Il-Kuritur ta' Prijorità tal-Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u fl-Ewropa tax-Xlokk (‘NSI East Gas’)
Il-proġetti li jippermettu l-flussi bidirezzjonali bejn il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja li jgħaqqdu t-terminals tal-LNG fil-Polonja u fil-Kroazja:
Nru |
Definizzjoni |
||||||||||||||||||||||||
6.1. |
Ammeljorament fir-raggruppament tal-interkonnessjoni Ċeka–Pollakka u t-tisħiħ intern relatat fil-Punent tal-Polonja, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||
6.2. |
L-interkonnessjoni tar-raggruppament tal-Polonja u tas-Slovakkja u t-tisħiħ intern relatat fil-Lvant tal-Polonja, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||
6.3. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||||||||||||||||||||||
6.4. |
PCI Interkonnessjoni bidirezzjonali Awstrijaka — Ċeka (BACI) bejn Baumgarten (AT) — Reinthal (CZ/AT) — Brečlav (CZ) |
Proġetti li jippermettu l-fluss tal-gass mit-terminal tal-LNG Kroat lejn il-pajjiżi ġirien:
6.5. |
Ir-raggruppament Krk, it-terminal tal-LNG u l-pipelines ta' evakwazzjoni lejn l-Ungerija u lil hinn minnha, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||||
6.6. |
Issal-PCI Nru 6.26.1. |
||||||||
6.7. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
Proġetti li jippermettu l-flussi tal-gass mill-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar u/jew mit-terminals tal-LNG fil-Greċja, li jgħaddu mill-Greċja, mill-Bulgarija, mir-Rumanija, mis-Serbja u lil hinn lejn l-Ungerija, inkluża l-kapaċità ta' flussi fid-direzzjoni opposta min-Nofsinhar lejn it-Tramuntana u l-integrazzjoni tas-sistemi ta' tranżitu u ta' trażmissjoni:
6.8. |
L-interkonnessjoni tar-raggruppament bejn il-Greċja, il-Bulgarija u r-Rumanija, u t-tisħiħ meħtieġ fil-Bulgarija, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||||
6.9. |
It-terminal tal-LNG tar-raggruppament fit-Tramuntana tal-Greċja, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||||
6.10. |
PCI tal-interkonnessjoni tal-gass tal-Bulgarija u tas-Serbja [attwalment magħrufa bħala ‘IBS’] |
||||||||
6.11. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||||||
6.12. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||||||
6.13. |
|
||||||||
6.14. |
Issal-PCI Nru 6.24.1. |
||||||||
6.15. |
L-interkonnessjoni tas-sistema ta' trażmissjoni nazzjonali mal-pipelines għat-trażmissjoni tal-gass internazzjonali u l-fluss fid-direzzjoni opposta f'Isaccea (RO)
|
Il-proġetti li jippermettu li l-fluss tal-gass mill-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar jgħaddi mill-Italja lejn il-Grigal tal-Ewropa
6.16. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
6.17. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
6.18. |
Il-pipeline Adriatica (IT) |
6.19. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
Il-proġetti li jippermettu l-iżvilupp ta' kapaċità ta' ħżin tal-gass taħt l-art fix-Xlokk tal-Ewropa:
6.20. |
Żieda fil-kapaċità tal-ħżin tar-raggruppament fix-Xlokk tal-Ewropa, inklużi wieħed jew aktar minn dawn il-PCIs li ġejjin:
u wieħed mill-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||||||||||
6.21. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||||||||||||||||
6.22. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||||||||||||||||
6.23. |
L-interkonnessjoni bejn l-Ungerija u s-Slovenja (Nagykanizsa — Tornyiszentmiklós (HU) — Lendava (SI) — Kidričevo) |
||||||||||||||||||
6.24. |
Iż-żieda gradwali fil-kapaċità tar-raggruppament tul il-kuritur ta' trażmissjoni bidirezzjonali tal-Bulgarija, tar-Rumanija, tal-Ungerija u tal-Awstrija (attwalment magħruf bħala ‘ROHUAT/BRUA’) biex tippermetti 1,75 bcm/a fl-ewwel fażi u 4,4 bcm/a fit-tieni fażi, inklużi riżorsi ġodda mill-Baħar l-Iswed:
|
||||||||||||||||||
6.25. |
L-infrastruttura tar-raggruppament sabiex jitwassal gass ġdid lejn ir-reġjun fiċ-Ċentru u fix-Xlokk tal-Ewropa bl-għan ta' diversifikazzjoni, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||||||||||
6.26. |
Ir-raggruppament tal-Kroazja, tas-Slovenja u tal-Awstrija f'Rogatec, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
(7) Il-kuritur ta' prijorità Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar (‘SGC’)
Nru |
Definizzjoni |
||||||||||||||
7.1. |
Raggruppament ta' PCIs tal-infrastruttura tat-trasport integrata, iddedikata u li tista' tlaħħaq ma' domanda akbar u tagħmir assoċjat għat-trasport ta' minimu ta' 10 bcm/a ta' sorsi ġodda ta' gass mir-Reġjun tal-Kaspju, li jgħaddi mill-Ażerbajġan, mill-Georgia u mit-Turkija u li jilħaq is-swieq tal-UE fil-Greċja u fl-Italja, u inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:
|
||||||||||||||
7.2. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||||||||||||
7.3. |
|
||||||||||||||
7.4. |
Raggruppament ta' interkonnessjonijiet mat-Turkija, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
(8) Il-Kuritur ta' Prijorità, Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-gass (‘BEMIP Gas’)
Nru |
Definizzjoni |
||||||||||||
8.1. |
Raggruppament li jiddiversifika l-provvista fir-Reġjun tal-Lvant tal-Baħar Baltiku, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
It-tisħiħ tal-infrastruttura ta' trażmissjoni fl-Istati Baltiċi u l-immodernizzar tal-ħażna taħt l-art tal-gass fil-Latvja:
8.2. |
L-ammeljorament tal-infrastruttura ta' raggruppament fir-reġjun tal-Lvant tal-Baħar Baltiku, inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||||||
8.3. |
L-interkonnessjoni bejn il-Polonja u d-Danimarka [attwalment magħrufa bħala l-‘Pajp Baltiku’] |
||||||||
8.4. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
||||||||
8.5. |
L-interkonnessjoni bejn il-Polonja u l-Litwanja [attwalment magħrufa bħala ‘GIPL’] |
||||||||
8.6. |
It-terminal tal-LNG ta' Gothenburg fl-Iżvezja |
||||||||
8.7. |
L-estensjoni tal-kapaċità tat-terminal tal-LNG ta' Świnoujście fil-Polonja |
||||||||
8.8. |
Ma għadux meqjus bħala PCI |
(9) Kuritur ta' Prijorità, Konnessjonijiet tal-Provvista taż-Żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa (‘OSC’)
It-titjib tas-sigurtà tal-provvista taż-żejt fir-reġjun tal-Lvant Ċentrali tal-Ewropa billi tiżdied l-interoperabbiltà u jitħallew rotot tal-provvista alternattivi adegwati:
Nru |
Definizzjoni |
||||
9.1. |
Il-pipeline ta' Adamowo u Brody: il-pipeline li jgħaqqad is-sit ta' mmaniġġar ta' JSC Uktransnafta fi Brody (l-Ukraina) mal-Park tat-Tankijiet ta' Adamowo (il-Polonja) |
||||
9.2. |
Il-pipeline ta' Bratislava u Schwechat: il-pipeline li jgħaqqad lil Schwechat (l-Awstrija) ma' Bratislava (ir-Repubblika Slovakka) |
||||
9.3. |
il-pipelines ta' JANAF u Adria: ir-rikostruzzjoni, l-ammeljorament, il-manutenzjoni u ż-żieda fil-kapaċità tal-pipelines eżistenti ta' JANAF u Adria li jgħaqqdu l-port tal-baħar Kroat ta' Omislaj man-Nofsinhar ta' Druzhba (il-Kroazja, l-Ungerija, ir-Repubblika Slovakka); (L-interkonnessjoni bejn l-Ungerija u s-Slovakkja ma għadhiex meqjusa bħala PCI) |
||||
9.4. |
Il-pipeline ta' Litvinov (ir-Repubblika Ċeka) u Spergau (il-Ġermanja): il-proġett ta' estensjoni tal-pipeline taż-żejt grezz ta' Druzhba lejn ir-raffinerija TRM Spergau |
||||
9.5. |
Il-pipeline tar-raggruppament ta' Pomorze (il-Polonja), inklużi l-PCIs li ġejjin:
|
||||
9.6. |
TAL Plus: l-espansjoni tal-kapaċità tal-pipeline TAL bejn Trieste (l-Italja) u Ingolstadt (il-Ġermanja) |
(10) Iż-Żona Tematika ta' Prijorità għall-Użu tal-Grilji Intelliġenti
Nru |
Definizzjoni |
10.1. |
Il-Proġett taż-Żona Ħadra fit-Tramuntana tal-Atlantiku (l-Irlanda, ir-Renju Unit/l-Irlanda ta' Fuq) jimmira li jnaqqas il-qtugħ fil-konnessjoni tal-parks eoliċi permezz tal-implimentazzjoni ta' infrastruttura tal-komunikazzjoni, titjib fl-interkonnessjoni u fil-kontroll tal-grilja u l-istabbiliment ta' protokolli (transfruntiera) għall-Ġestjoni tad-Domanda. |
10.2. |
Green-Me (Franza, l-Italja) jimmira li jtejjeb l-integrazzjoni tal-RES permezz tal-implimentazzjoni ta' sistemi tal-awtomatizzazzjoni, tal-kontroll u tal-monitoraġġ fis-substazzjonijiet HV u HV/MV, inklużi l-komunikazzjoni mal-ġeneraturi rinnovabbli u l-ħażna fis-substazzjonijiet primarji, kif ukoll l-iskambju ta' dejta ġdida biex ikun hemm ġestjoni aħjar tal-interkonnessjoni transfruntiera. |
10.3. |
Is-SINCRO GRID (is-Slovenja u l-Kroazja) jimmira li jsolvi l-vultaġġ tan-netwerk, il-frekwenza tal-kontroll u l-kwistjonijiet ta' konġestjoni li jippermettu l-użu ulterjuri ta' enerġija rinnovabbli u l-ispostament ta' ġenerazzjoni konvenzjonali permezz tal-integrazzjoni ta' elementi attivi ġodda fil-grilji ta' trażmissjoni u distribuzzjoni fiċ-ċentru ta' kontroll transfruntier virtwali abbażi ta' ġestjoni ta' dejta avvanzata, ta' ottimizzazzjoni ta' sistema komuni u ta' previżjoni bl-involviment ta' żewġ TSOs ġirien u ż-żewġ DSOs ġirien. |
(11) Iż-Żona Tematika ta' Prijorità għall-Awtostradi tal-Elettriku
Il-lista ta' PCIs b'ittikkettjar doppju bħala awtostradi tal-elettriku
Nru |
Definizzjoni |
||||
Il-Kuritur ta' Prijorità tal-Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana (‘NSOG’) |
|||||
1.1.1. |
L-interkonnessjoni bejn Zeebrugge (BE) u l-akkwati ta' Richborough (UK) |
||||
1.3.1. |
L-interkonnessjoni bejn Endrup (DK) u Niebüll (DE) |
||||
1.3.2. |
Il-linja interna bejn Brunsbűttel u Niebűll (DE) |
||||
1.4.1. |
L-interkonnessjoni bejn Kassø (DK) u Audorf (DE) |
||||
1.4.2. |
Il-linja interna bejn Audorf u Hamburg/Nord (DE) |
||||
1.4.3. |
Il-linja interna bejn Hamburg/Nord u Dollern (DE) |
||||
1.5. |
L-internkonnessjoni bejn id-Danimarka u n-Netherlands bejn Endrup (DK) u Eemshaven (NL) [attwalment magħrufa bħala ‘COBRAcable’] |
||||
1.6. |
L-interkonnessjoni bejn Franza u l-Irlanda bejn La Martyre (FR) u Great Island jew Knockraha (IE) [attwalment magħrufa bħala l-‘Interkonnettur Ċeltiku’] |
||||
1.7.1. |
L-interkonnessjoni bejn Franza u r-Renju Unit bejn Cotentin (FR) u l-akkwati ta' Exeter (UK) [attwalment magħrufa bħala l-proġett ‘FAB’] |
||||
1.7.2. |
L-interkonnessjoni bejn Franza u r-Renju Unit bejn Tourbe (FR) u Chilling (UK) [attwalment magħrufa bħala l-proġett ‘IFA2’] |
||||
1.7.3. |
L-interkonnessjoni bejn Franza u r-Renju Unit bejn Coquelles (FR) u Folkestone (UK)[attwalment magħrufa bħala l-proġett ‘ElecLink’] |
||||
1.8. |
L-interkonnessjoni bejn il-Ġermanja u n-Norveġja bejn Wilster (DE) u Tonstad (NO) [attwalment magħrufa bħala ‘NordLink’] |
||||
1.10. |
L-interkonnessjoni bejn in-Norveġja u r-Renju Unit |
||||
1.13. |
L-interkonnessjoni bejn l-Iżlanda u r-Renju Unit [attwalment magħrufa bħala ‘Ice Link’] |
||||
1.14. |
L-interkonnessjoni bejn Revsing (DK) u Bicker Fen (UK) [attwalment magħrufa bħala ‘Viking Link’] |
||||
Il-Kuritur tal-Prijorità tal-Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (‘NSI West Electricity’) |
|||||
2.2.1. |
L-interkonnessjoni bejn Lixhe (BE) u Oberzier (DE) |
||||
2.5.1. |
L-interkonnessjoni bejn Grande Ile (FR) u Piossasco (IT) [attwalment magħrufa bħala l-proġett ‘Savoie-Piemont’] |
||||
2.7. |
L-interkonnessjoni bejn Franza u Spanja bejn Aquitaine (FR) u l-Pajjiż Bask (ES) [attwalment magħrufa bħala l-proġett tal-‘Golf tal-Biskalja’] |
||||
2.9. |
Il-linja interna tal-Ġermanja bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tal-Punent |
||||
2.10. |
Il-linja interna tal-Ġermanja bejn Brunsbϋttel-Grοβgartach u Wilster-Grafenrheinfeld (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar |
||||
2.13. |
Ir-raggruppament ta' interknonnessjonijiet bejn l-Irlanda u r-Renju Unit, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:
|
||||
Il-Kuritur ta' Prijorità, l-Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa (‘NSI East Electricity’) |
|||||
3.10.1. |
L-interkonnessjoni bejn Hadera (IL) u Kofinou (CY) |
||||
3.10.2. |
L-interkonnessjoni bejn Kofinou (CY) u Korakia, Kreta (EL) |
||||
3.10.3. |
Il-linja interna bejn Korakia, Kreta u r-reġjun ta' Attika (EL) |
||||
3.12. |
Il-linja interna fil-Ġermanja bejn Wolmirstedt u l-Bavarja biex tiżdied il-kapaċità ta' trażmissjoni interna bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar |
||||
Il-Kuritur ta' Prijorità, il-Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku (‘BEMIP Electricity’) |
|||||
4.1. |
L-interkonnessjoni bejn id-Danimarka u l-Ġermanja bejn Tolstrup (DK) u Bentwisch (DE) permezz tal-parks eoliċi lil hinn mill-kosta ta' Kriegers Flak (DK) u l-Baltiku 1 u 2 (DE) [attwalment magħrufa bħala s-‘Soluzzjoni Komuni tal-Grilja Kriegers Flak’]” |