Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016L0317

Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/317 tat-3 ta' Marzu 2016 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE dwar it-tikketta uffiċjali tal-pakketti taż-żerriegħa (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/1220

ĠU L 60, 5.3.2016, p. 72–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2016/317/oj

5.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/72


DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/317

tat-3 ta' Marzu 2016

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE dwar it-tikketta uffiċjali tal-pakketti taż-żerriegħa

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta' żerriegħa tal-pitravi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 45 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE jistabbilixxu regoli dwar it-tikkettar uffiċjali tal-pakketti taż-żerriegħa.

(2)

F'dawn l-aħħar snin, ġew identifikati xi każijiet ta' użu frodulenti ta' tikketti uffiċjali. Għalhekk is-sigurtà tat-tikketti uffiċjali għandha tiġi mtejba, skont l-għarfien tekniku disponibbli bħalissa, sabiex ikun żgurat li dawn il-prattiki frodulenti jiġu evitati. Minħabba dan, u biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirreġistraw u jikkontrollaw aħjar l-istampar, id-distribuzzjoni u l-użu tat-tikketti uffiċjali individwali minn operaturi, u biex jindividwaw il-lottijiet ta' żrieragħ, is-sigurtà tat-tikketti uffiċjali għandha titjieb billi jiġi introdott numru serjali li jiġi assenjat uffiċjalment fuq it-tikketti uffiċjali taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata, taż-żerriegħa kummerċjali u tat-taħlitiet ta' żerriegħa, kif ukoll fuq it-tikketta u d-dokument ipprovvduti fil-każ ta' żerriegħa mhux iċċertifikata, maħsuda fi Stat Membru ieħor.

(3)

Id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 66/401/KEE

Id-Direttiva 66/401/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima (A)(I)(a), jiddaħħal il-punt 2a li ġej:

“2a.

Numru serjali assenjat uffiċjalment.”.

(b)

Fit-Taqsima (A)(I)(b), jiddaħħal il-punt 3a li ġej:

“3a.

Numru serjali assenjat uffiċjalment.”.

(c)

Fit-Taqsima (A)(I)(c), jiddaħħal il-punt 2a li ġej:

“2a.

Numru serjali assenjat uffiċjalment.”.

(2)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima (A), l-inċiż li ġej jiddaħħal wara l-ewwel inċiż:

“—

numru serjali assenjat uffiċjalment,”.

(b)

Fit-Taqsima (C), l-inċiż li ġej jiddaħħal wara l-ewwel inċiż:

“—

numru serjali assenjat uffiċjalment,”.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 66/402/KEE

Id-Direttiva 66/402/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima (A)(a), jiddaħħal il-punt 2a li ġej:

“2a.

Numru serjali assenjat uffiċjalment.”.

(b)

Fit-Taqsima (A)(b), jiddaħħal il-punt 2a li ġej:

“2a.

Numru serjali assenjat uffiċjalment.”.

(2)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima (A), l-inċiż li ġej jiddaħħal wara l-ewwel inċiż:

“—

numru serjali assenjat uffiċjalment,”.

(b)

Fit-Taqsima (C), l-inċiż li ġej jiddaħħal wara l-ewwel inċiż:

“—

numru serjali assenjat uffiċjalment,”.

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 2002/54/KE

Id-Direttiva 2002/54/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

Fit-Taqsima (A)(I), jiddaħħal il-punt 2a li ġej:

“2a.

Numru serjali assenjat uffiċjalment.”.

(2)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima (A), l-inċiż li ġej jiddaħħal wara l-ewwel inċiż:

“—

numru serjali assenjat uffiċjalment,”.

(b)

Fit-Taqsima (C), l-inċiż li ġej jiddaħħal wara l-ewwel inċiż:

“—

numru serjali assenjat uffiċjalment,”.

Artikolu 4

Emendi għad-Direttiva 2002/55/KE

Id-Direttiva 2002/55/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

Fit-Taqsima (A)(I), jiddaħħal il-punt 2a li ġej:

“2a.

Numru serjali assenjat uffiċjalment.”.

(2)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima (A), l-inċiż li ġej jiddaħħal wara l-ewwel inċiż:

“—

numru serjali assenjat uffiċjalment,”.

(b)

Fit-Taqsima (C), l-inċiż li ġej jiddaħħal wara l-ewwel inċiż:

“—

numru serjali assenjat uffiċjalment,”.

Artikolu 5

Emendi għad-Direttiva 2002/56/KE

Fit-Taqsima (A) tal-Anness III tad-Direttiva 2002/56/KE, jiddaħħal il-punt 2a li ġej:

“2a.

Numru serjali assenjat uffiċjalment”.

Artikolu 6

Emendi għad-Direttiva 2002/57/KE

Id-Direttiva 2002/57/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima (A)(a), jiddaħħal il-punt 2a li ġej:

“2a.

Numru serjali assenjat uffiċjalment.”.

(b)

Fit-Taqsima (A)(b), jiddaħħal il-punt 3a li ġej:

“3 a.

Numru serjali assenjat uffiċjalment.”.

(2)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima (A), l-inċiż li ġej jiddaħħal wara l-ewwel inċiż:

“—

numru serjali assenjat uffiċjalment,”.

(b)

Fit-Taqsima (C), l-inċiż li ġej jiddaħħal wara l-ewwel inċiż:

“—

numru serjali assenjat uffiċjalment,”.

Artikolu 7

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2017. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2017.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

(2)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

(3)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12.

(4)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(5)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60.

(6)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.


Top