This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D2317
Commission Implementing Decision (EU) 2016/2317 of 16 December 2016 amending Decision 2008/294/EC and Implementing Decision 2013/654/EU, in order to simplify the operation of mobile communications on board aircraft (MCA services) in the Union (notified under document C(2016) 8413) (Text with EEA relevance )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2317 tas-16 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/654/UE, biex tiġi ssimplifikata l-operazzjoni tal-komunikazzjoni mobbli abbord l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2016) 8413) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2317 tas-16 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/654/UE, biex tiġi ssimplifikata l-operazzjoni tal-komunikazzjoni mobbli abbord l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2016) 8413) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
C/2016/8413
ĠU L 345, 20.12.2016, p. 67–71
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 345/67 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2317
tas-16 ta' Diċembru 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/654/UE, biex tiġi ssimplifikata l-operazzjoni tal-komunikazzjoni mobbli abbord l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fl-Unjoni
(notifikata bid-dokument C(2016) 8413)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/294/KE (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi u operattivi meħtieġa biex ikun permess l-użu ta' GSM, UMTS u LTE abbord l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fl-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-leġiżlazzjoni attwali teħtieġ il-preżenza ta' Unità ta' Kontroll tan-Netwerk (NCU) bħala parti mit-tagħmir abbord l-ajruplani għall-prevenzjoni ta' terminals mobbli abbord l-inġenji tal-ajru milli jippruvaw jirreġistraw ma' netwerks ta' komunikazzjoni mobbli terrestri. |
(3) |
Il-Kummissjoni tat mandat fis-7 ta' Ottubru 2015 lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (“is-CEPT”) skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, biex jitwettqu studji tekniċi dwar il-ħtieġa li l-użu tan-NCU jinżamm obbligatorju abbord l-inġenju tal-ajru ffaċilitat tal-MCA. |
(4) |
Wara dak il-mandat, is-CEPT fis-17 ta' Novembru 2016 adottat ir-Rapport 63 tagħha li kkonkluda li huwa possibbli li jsir użu ta' NCU fakultattiv għas-sistemi tal-GSM u tal-LTE peress li l-operazzjonijiet tal-MCA mingħajr NCU jiżguraw protezzjoni raġonevoli kontra l-interferenza għan-netwerks terrestri. |
(5) |
Skont il-konklużjonijiet tar-Rapport tas-CEPT, ma għadhiex meħtieġa l-prevenzjoni attiva permezz ta' NCU tal-konnessjoni ta' terminals mobbli ma' netwerks mobbli terrestri li joperaw fil-banda ta' frekwenza ta' 2 570–2 690 MHz. L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE (3) għalhekk ma jibqax jintuża iktar u għandu jitħassar. |
(6) |
Madankollu, fir-rigward tas-sistemi tal-UMTS, is-CEPT ikkonkludiet li jibqa' meħtieġ NCU għall-prevenzjoni tal-konnessjonijiet bejn netwerks tal-UMTS terrestri u tagħmir tal-utent abbord inġenju tal-ajru. Studji wrew li dawn il-konnessjonijiet jistgħu jikkawżaw tnaqqis parzjali u temporanju fil-kapaċità taċ-ċelloli konnessi u ġirien fuq l-art. Is-soluzzjoni l-oħra biex jitnaqqsu s-sinjali li jidħlu u joħorġu mill-kabina u għall-prevenzjoni tal-konnessjonijiet mhux mixtieqa hija li tiżdied protezzjoni suffiċjenti tal-qafas tal-inġenju tal-ajru. |
(7) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-MCA għandhom jibqgħu taħt reviżjoni sabiex jiġi żgurat li dawn dejjem jaqblu mal-progress teknoloġiku. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2008/294/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni
Artikolu 2
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/654/UE jitħassar.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Günther H. OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE tas-7 ta' April 2008 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum għat-tħaddim tas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità (ĠU L 98, 10.4.2008, p. 19).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE tat-12 ta' Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) (ĠU L 303, 14.11.2013, p. 48).
ANNESS
1. Il-baned ta' frekwenzi u s-sistemi permessi għas-Servizzi MCA
Tabella 1
Tip |
Frekwenza |
Sistema |
GSM 1 800 |
1 710 -1 785 MHz (uplink) 1 805 -1 880 MHz (downlink) |
GSM konformi mal-Istandards tal-GSM kif ippubblikati mill-ETSI, b'mod partikolari EN 301 502, EN 301 511 u EN 302 480, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti. |
UMTS 2 100 (FDD) |
1 920 -1 980 MHz (uplink) 2 110 -2 170 MHz (downlink) |
UMTS konformi mal-Istandards tal-UMTS kif ippubblikati mill-ETSI, b'mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-2, EN 301 908-3 u EN 301 908-11, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti. |
LTE 1 800 (FDD) |
1 710 -1 785 MHz (uplink) 1 805 -1 880 MHz (downlink) |
LTE konformi mal-Istandards tal-LTE, kif ippubblikati mill-ETSI, b'mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-13, EN 301 908-14, u EN 301 908-15, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti. |
2. Il-prevenzjoni tal-konnessjoni ta' terminals mobbli ma' netwerks fuq l-art
It-terminals mobbli li jirċievu fil-baned ta' frekwenzi elenkati fit-Tabella 2 ma għandhomx jitħallew jippruvaw jirreġistraw ma' netwerks mobbli tal-UMTS fuq l-art:
— |
bl-inklużjoni, fis-sistema tal-MCA, ta' Unità ta' Kontroll tan-Netwerk (NCU), li żżid il-livell minimu ta' ħoss fil-kabina fil-baned ta' riċezzjoni mobbli, u/jew; |
— |
bil-protezzjoni tal-qafas tal-inġenju tal-ajru biex ikompli jitnaqqas is-sinjal li jidħol u joħroġ mill-qafas. |
Tabella 2
Baned ta' frekwenzi (MHz) |
Sistemi fuq l-art |
925-960 MHz |
UMTS (u GSM, LTE) |
2 110 -2 170 MHz |
UMTS (u LTE) |
L-operaturi tal-MCA jistgħu jiddeċiedu wkoll li jimplimentaw NCU fil-baned ta' frekwenzi l-oħra elenkati fit-Tabella 3.
Tabella 3
Baned ta' frekwenzi (MHz) |
Sistemi fuq l-art |
460-470 MHz |
LTE (1) |
791-821 MHz |
LTE |
1 805 -1 880 MHz |
LTE u GSM |
2 620 -2 690 MHz |
LTE |
2 570 -2 620 MHz |
LTE |
3. Parametri tekniċi
(a) Il-qawwa iżotropika rradjata ekwivalenti (e.i.r.p.), barra l-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru
Tabella 4
L-e.i.r.p. totali, barra l-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru, ma għandhiex taqbeż:
Għoli 'l fuq mill-art (m) |
L-e.i.r.p. massima tas-Sistema barra l-inġenju tal-ajru f'dBm/kanal |
||
NCU |
BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru |
BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru u NCU |
|
Banda: 900 MHz |
Banda: 1 800 MHz |
Banda: 2 100 MHz |
|
Wisa' tal-banda tal-kanal = 3,84 MHz |
Wisa' tal-banda tal-kanal = 200 kHz |
Wisa' tal-banda tal-kanal = 3,84 MHz |
|
3 000 |
– 6,2 |
– 13,0 |
1,0 |
4 000 |
– 3,7 |
– 10,5 |
3,5 |
5 000 |
– 1,7 |
– 8,5 |
5,4 |
6 000 |
– 0,1 |
– 6,9 |
7,0 |
7 000 |
1,2 |
– 5,6 |
8,3 |
8 000 |
2,3 |
– 4,4 |
9,5 |
(b) Il-qawwa iżotropika rradjata ekwivalenti (e.i.r.p.), barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal abbord
Tabella 5
L-e.i.r.p., barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli ma għandhiex taqbeż:
Għoli 'l fuq mill-art (m) |
L-e.i.r.p. massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli tal-GSM f'dBm/200 kHz |
L-e.i.r.p. massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli tal-LTE f'dBm/5 MHz |
L-e.i.r.p. massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli tal-UMTS f'dBm/3,84 MHz |
GSM 1 800 MHz |
LTE 1 800 MHz |
UMTS 2 100 MHz |
|
3 000 |
– 3,3 |
1,7 |
3,1 |
4 000 |
– 1,1 |
3,9 |
5,6 |
5 000 |
0,5 |
5 |
7 |
6 000 |
1,8 |
5 |
7 |
7 000 |
2,9 |
5 |
7 |
8 000 |
3,8 |
5 |
7 |
Meta l-operaturi tal-MCA jiddeċiedu li jimplimentaw NCU fil-baned ta' frekwenzi l-oħra elenkati fit-Tabella 3, il-valuri massimi indikati fit-Tabella 6 japplikaw għall-e.i.r.p. totali barra l-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru, flimkien mal-valuri msemmija fit-Tabella 4.
Tabella 6
Għoli 'l fuq mill-art (m) |
L-e.i.r.p. massima barra l-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru |
|||
460-470 MHz |
791-821 MHz |
1 805 -1 880 MHz |
2 570 -2 690 MHz |
|
dBm/1,25 MHz |
dBm/10 MHz |
dBm/200 kHz |
dBm/4,75 MHz |
|
3 000 |
– 17,0 |
– 0,87 |
– 13,0 |
1,9 |
4 000 |
– 14,5 |
1,63 |
– 10,5 |
4,4 |
5 000 |
– 12,6 |
3,57 |
– 8,5 |
6,3 |
6 000 |
– 11,0 |
5,15 |
– 6,9 |
7,9 |
7 000 |
– 9,6 |
6,49 |
– 5,6 |
9,3 |
8 000 |
– 8,5 |
7,65 |
– 4,4 |
10,4 |
(c) Rekwiżiti operazzjonali
I. |
L-għoli minimu 'l fuq mill-art għal kull trażmissjoni minn sistema MCA waqt li titħaddem għandu jkun 3 000 metru. |
II. |
Waqt it-tħaddim, il-BTS tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta' kull terminal mobbli tal-GSM li jittrażmetti fil-banda ta' 1 800 MHz għal valur nominali ta' 0 dBm/200 kHz f'kull stadju tal-komunikazzjoni, inkluż l-aċċess inizjali. |
III. |
Waqt it-tħaddim, in-Nodu B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta' kull terminal mobbli tal-LTE li jittrażmetti fil-banda ta' 1 800 MHz għal valur nominali ta' 5 dBm/5 MHz f'kull stadju tal-komunikazzjoni. |
IV. |
Waqt it-tħaddim, in-Nodu B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta' kull terminal mobbli tal-UMTS li jittrażmetti fil-banda ta' 2 100 MHz għal valur nominali ta' – 6 dBm/3,84 MHz f'kull stadju tal-komunikazzjoni u l-ammont massimu ta' utenti ma għandux jaqbeż l-20. |
(1) Fuq livell nazzjonali, l-amministrazzjonijiet jistgħu jużaw teknoloġija tal-LTE għal applikazzjonijiet differenti bħal BB-PPDR, BB-PMR jew Networks Mobbli