Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0611

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/611 tal-15 ta' April 2016 dwar id-dokument ta' referenza dwar l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza għas-settur tat-turiżmu skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (notifikata bid-dokument C(2016) 2137) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/2137

    ĠU L 104, 20.4.2016, p. 27–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/611/oj

    20.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 104/27


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/611

    tal-15 ta' April 2016

    dwar id-dokument ta' referenza dwar l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza għas-settur tat-turiżmu skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)

    (notifikata bid-dokument C(2016) 2137)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS), li li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 46(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jistabbilixxi obbligu għall-Kummissjoni li tiżviluppa dokumenti ta' referenza settorjali għal setturi ekonomiċi speċifiċi b'konsultazzjoni mal-Istati Membri u partijiet ikkonċernati oħra. Dawk id-dokumenti ta' referenza settorjali huma meħtieġa biex jgħinu lill-organizzazzjonijiet jiffukaw aħjar fuq l-iktar aspetti ambjentali importanti f'settur determinat, u biex jippermettu l-valutazzjoni, ir-rappurtar u t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet. Għandhom jinkludu l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali (BEMPs), indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali, u fejn xieraq, parametri referenzjarji ta' eċċellenza u sistemi ta' klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli tal-prestazzjoni f'dawk is-setturi.

    (2)

    “Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — It-twaqqif ta' pjan ta' ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta' setturi għall-adozzjoni ta' dokumenti ta' referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)” (2) tistabbilixxi pjan ta' ħidma u lista indikattiva tas-setturi prijoritarji għall-adozzjoni ta' dokumenti ta' referenza settorjali u transsettorjali, inkluż is-settur tat-turiżmu.

    (3)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-dokument ta' referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali, indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali, u parametri referenzjarji ta' eċċellenza għas-settur tat-turiżmu, huwa stabbilit fl-Anness.

    Artikolu 2

    L-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS fis-settur tat-turiżmu għandhom iqisu dan id-dokument ta' referenza, u għaldaqstant għandhom:

    Jużaw elementi relevanti tad-dokument ta' referenza settorjali meta jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħhom fid-dawl tar-Reviżjonijiet Ambjentali.

    Juru fid-dikjarazzjonijiet ambjentali tagħhom kif l-Indikaturi ta' Prestazzjoni Ambjentali, l-Aqwa Prattiki ta' Ġestjoni Ambjentali u l-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza relvanti u speċifiċi skont is-settur, deskritti fid-dokument ta' referenza settorjali, ikunu ntużaw biex ġew identifikati miżuri u azzjonijiet, u possibilment biex ġew stabbiliti l-prijoritajiet, għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

    Artikolu 3

    Li dawn il-parametri referenzjarji ta' eċċellenza identifikati fid-dokument ta' referenza settorjali jintlaħqu mhuwiex obbligatorju għall-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS, billi n-natura volontarja tal-EMAS tħalli l-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-parametri referenzjarji, f'termini ta' spejjeż u benefiċċji, f'idejn l-organizzazzjonijiet infushom.

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Karmenu VELLA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  ĠU C 358, 8.12.2011, p. 2.


    ANNESS

    WERREJ

    1.

    Introduzzjoni 30

    2.

    Il-kamp ta' applikazzjoni 33

    3.

    L-aħjar prattiki ta' mmaniġġjar ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza għas-settur tat-TURIŻMU 36

    3.1.

    Kwistjonijiet trażversali 36

    3.1.1.

    Implimentazzjoni tas-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali 36

    3.1.2.

    L-immaniġġjar tal-katina tal-provvista 36

    3.2.

    Immaniġġjar tad-destinazzjoni 37

    3.2.1.

    Pjanijiet ta' żvilupp ta' destinazzjonijiet strateġiċi 37

    3.2.2.

    Konservazzjoni u mmaniġġjar tal-bijodiversità 37

    3.2.3.

    Il-forniment ta' infrastruttura u servizzi 38

    3.3.

    Attivitajiet tal-operaturi tat-turs u tal-aġenti tal-ivvjaġġar 38

    3.3.1.

    Tnaqqis u mitigazzjoni tal-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet tat-trasport 38

    3.3.2.

    Xprunar ta' titjib ambjentali tal-fornituri tal-akkomodazzjoni 39

    3.3.3.

    Xprunar ta' titjib fid-destinazzjonijiet 40

    3.3.4.

    Żvilupp u promozzjoni ta' pakketti turistiċi xierqa u tħeġġiġ ta' mġiba turistika iktar sostenibbli 40

    3.3.5.

    Operazzjonijiet fil-livell tal-konsumatur u tal-uffiċċju 41

    3.4.

    Tnaqqis għall-minimu tal-konsum ta' ilma fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni 41

    3.4.1.

    Monitoraġġ, manutenzjoni u ottimizzazzjoni tas-sistema tal-ilma 41

    3.4.2.

    Fittings tal-ilma effiċjenti fiż-żoni tal-klijenti 42

    3.4.3.

    Tindif effiċjenti tal-kmamar 42

    3.4.4.

    Operazzjonijiet ta' ħasil fuq skala żgħira ottimizzati 43

    3.4.5.

    Operazzjonijiet ta' ħasil fuq skala kbira jew esternalizzati ottimizzati 43

    3.4.6.

    Immaniġġjar ottimizzat tal-pixxini 44

    3.4.7.

    Riċiklaġġ tal-ilma tax-xita u tal-ilma griż 44

    3.5.

    Immaniġġjar tal-iskart u tal-ilma mormi fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni 45

    3.5.1.

    Il-prevenzjoni tal-iskart 45

    3.5.2.

    Għażla tal-iskart u l-bgħit tiegħu għar-riċiklaġġ 45

    3.5.3.

    Trattament tal-ilma mormi 45

    3.6.

    Tnaqqis għall-minimu tal-konsum ta' enerġija fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni 46

    3.6.1.

    Sistemi ta' monitoraġġ u ġestjoni tal-enerġija 46

    3.6.2.

    Għeluq aħjar tal-bini 46

    3.6.3.

    Sistemi tal-HVAC ottimizzati 47

    3.6.4.

    Applikazzjonijiet effiċjenti tal-pompi tas-sħana u t-tisħin/tkessiħ ġeotermali 47

    3.6.5.

    Dawl u tagħmir elettriku effiċjenti 48

    3.6.6.

    Sorsi tal-enerġija rinnovabbli 48

    3.7.

    Kċejjen ta' ristoranti u lukandi 49

    3.7.1.

    Ix-xiri ta' prodotti tal-ikel u x-xorb ekoloġiċi 49

    3.7.2.

    Immaniġġjar tal-iskart organiku 49

    3.7.3.

    Ħasil tal-platti, tindif u preparazzjoni tal-ikel ottimizzati 49

    3.7.4.

    Tisjir, ventilazzjoni u tkessiħ ottimizzati 50

    3.8.

    Siti tal-ikkampjar 50

    3.8.1.

    Edukazzjoni għall-klijenti dwar l-ambjent 50

    3.8.2.

    L-immaniġġjar ambjentali taż-żoni fuq barra 51

    3.8.3.

    L-effiċjenza enerġetika tas-siti tal-ikkampjar u l-installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli 51

    3.8.4.

    L-effiċjenza fl-użu tal-ilma tas-siti tal-ikkampjar 52

    3.8.5.

    Tnaqqis għall-minimu tal-iskart fis-siti tal-ikkampjar 52

    3.8.6.

    Pixxini naturali 53

    4.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali ewlenin rakkomandati speċifiċi għas-setturi 54

    1.   INTRODUZZJONI

    Dan id-dokument huwa Dokument ta' Referenza Settorjali (SRD) stabbilit skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (1). Bil-għan li jiġi ffaċilitat il-fehim ta' dan l-SRD, din l-introduzzjoni tipprovdi profil tal-isfond legali tiegħu u l-użu tiegħu.

    L-SRD huwa bbażat fuq rapport xjentifiku u tal-politika dettaljat (2) (“Rapport dwar l-Aħjar Prattika”) żviluppat mill-Istitut għall-Istudji tal-Prospettivi Teknoloġiċi (IPTS), wieħed mis-seba' istituti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea.

    Sfond legali rilevanti

    L-Iskema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) kienet introdotta fl-1993, għall-parteċipazzjoni volontarja mill-organizzazzjonijiet, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 (3). Imbagħad, l-EMAS sarulha żewġ reviżjonijiet kbar:

    Ir-Regolament (UE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

    Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

    Element importanti ġdid tal-aħħar reviżjoni, li daħal fis-seħħ fil-11 ta' Jannar 2010, huwa l-Artikolu 46 dwar l-iżvilupp tad-Dokumenti ta' Referenza Settorjali (SRDs). L-SRDs iridu jinkludu l-Aħjar Prattiki ta' Mmaniġġjar Ambjentali (BEMPs), Indikaturi tal-Prestazzjoni Ambjentali għal setturi speċifiċi u, fejn xieraq, Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza u sistemi ta' klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli ta' prestazzjoni.

    Kif għandek tifhem u tuża dan id-dokument

    L-iskema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) hija skema għall-parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet li ħadu impenn favur it-titjib kontinwu tal-ambjent. Fi ħdan dan il-qafas, dan id-Dokument ta' Referenza Settorjali (SRD) jipprovdi gwida speċifika għas-setturi lis-settur turistiku u jindika għadd ta' għażliet fejn jista' jsir titjib kif ukoll l-aħjar prattiki.

    Id-dokument kitbu ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea li uża l-kontributi li waslu mingħand il-partijiet interessati. Grupp ta' Ħidma Tekniku, li jinkludi esperti u partijiet interessati tas-settur, immexxi miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, iddiskuta u eventwalment qabel dwar l-Aħjar Prattiki ta' Mmaniġġjar Ambjentali, l-Indikaturi tal-Prestazzjoni Ambjentali speċifiċi għas-setturi u l-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza deskritti f'dan id-dokument; dawn il-parametri referenzjarji b'mod partikolari tqiesu li jirrappreżentaw tajjeb il-livelli ta' prestazzjoni ambjentali li jinkisbu mill-organizzazzjonijiet bl-aħjar prestazzjoni fis-settur.

    L-SRD għandu l-għan li jgħin u jsostni lill-organizzazzjonijiet kollha li beħsiebhom itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom billi jipprovdi ideat u ispirazzjoni kif ukoll gwida prattika u teknika.

    Dan l-SRD huwa indirizzat l-ewwel nett għal organizzazzjonijiet li diġà huma rreġistrati għall-EMAS; it-tieni għal organizzazzjonijiet li qegħdin jikkunsidraw li jirreġistraw għall-EMAS fil-ġejjieni; u t-tielet għall-organizzazzjonijiet kollha li jixtiequ jsiru jafu iktar dwar l-aħjar prattiki ta' mmaniġġjar ambjentali sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Konsegwentement, l-objettiv ta' dan id-dokument huwa li jappoġġja lill-organizzazzjonijiet u lill-atturi kollha fis-settur tat-turiżmu sabiex jiffokaw fuq aspetti ambjentali rilevanti, kemm diretti kif ukoll indiretti, u sabiex isibu informazzjoni dwar l-Aħjar Prattiki, Indikaturi tal-Prestazzjoni Ambjentali xierqa speċifiċi għas-setturi sabiex ikejlu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, u Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza.

    Kif l-organizzazzjonijiet irreġistrati għall-EMAS iridu jqisu l-SRDs:

    Skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, l-organizzazzjonijiet irreġistrati għall-EMAS iridu jqisu l-SRDs f'żewġ livelli differenti:

    1)

    Meta jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali tagħhom fid-dawl tar-Reviżjonijiet Ambjentali (l-Artikolu 4.1b);

    Dan ifisser li l-organizzazzjonijiet għandhom jużaw elementi rilevanti tal-SRD meta jiddefinixxu u jirrevedu l-miri u l-objettivi ambjentali tagħhom skont l-aspetti ambjentali rilevanti identifikati fir-Reviżjoni u l-Politika Ambjentali, kif ukoll meta jiddeċiedu fuq l-azzjonijiet li jridu jimplimentaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

    2)

    Meta jħejju d-Dikjarazzjoni Ambjentali (l-Artikolu 4.1d u l-Artikolu 4.4).

    Dan ifisser li:

    (a)

    L-organizzazzjonijiet għandhom iqisu l-Indikaturi tal-Prestazzjoni Ambjentali rilevanti speċifiċi għas-setturi fl-SRD meta jagħżlu l-indikaturi (5) li ser jużaw għar-rapportar tal-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

    Meta jagħżlu s-sett ta' indikaturi għar-rapportar, għandhom iqisu l-indikaturi proposti fl-SRD korrispondenti u r-rilevanza tagħhom b'rabta mal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-Reviżjoni Ambjentali tagħha. L-indikaturi jridu jitqiesu biss jekk ikunu rilevanti għal dawk l-aspetti ambjentali li huma kkunsidrati bħala l-aktar sinifikanti fir-Reviżjoni Ambjentali.

    (b)

    Fid-Dikjarazzjoni Ambjentali l-organizzazzjonijiet għandhom isemmu kif ġew ikkunsidrati l-Aħjar Prattiki ta' Mmaniġġjar Ambjentali rilevanti u, jekk huma disponibbli, il-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza.

    Għandhom jiddeskrivu kif intużaw l-Aħjar Prattiki ta' Mmaniġġjar Ambjentali rilevanti u l-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza (li jagħtu indikazzjoni tal-livell ta' prestazzjoni ambjentali miksub minn dawk bl-aħjar prestazzjoni) sabiex jidentifikaw il-miżuri u l-azzjonijiet, u forsi sabiex jistabbilixxu l-prijoritajiet, bil-għan li (jkomplu) itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-Aħjar Prattiki ta' Mmaniġġjar Ambjentali jew l-ilħuq tal-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza identifikati mhumiex obbligatorji, għaliex il-karattru volontarju tal-EMAS iħalli l-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-parametri referenzjarji u tal-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki, f'termini tal-kostijiet u l-benefiċċji, f'idejn l-organizzazzjonijiet infushom.

    B'mod simili għall-Indikaturi tal-Prestazzjoni Ambjentali, ir-rilevanza u l-applikabbiltà tal-Aħjar Prattiki ta' Mmaniġġjar Ambjentali u l-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza għandhom jiġu vvalutati mill-organizzazzjoni skont l-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-Reviżjoni Ambjentali tagħha, kif ukoll skont l-aspetti tekniċi u finanzjarji.

    L-elementi tal-SRDs (indikaturi, BEMPs jew il-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza) li ma jitqisux rilevanti b'rabta mal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-Reviżjoni Ambjentali tagħha ma għandhomx jiġu rrapportati jew deskritti fid-dikjarazzjoni ambjentali.

    Il-parteċipazzjoni fl-EMAS hija proċess kontinwu. Dan ifisser li kull darba li organizzazzjoni tippjana li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha (u tirrevedi l-prestazzjoni ambjentali tagħha), trid tikkonsulta lill-SRD dwar suġġetti speċifiċi biex issib l-għajnuna rigward liema problemi jmissha tindirizza b'approċċ ibbażat fuq stadji.

    Il-verifikaturi ambjentali tal-EMAS għandhom jiċċekkjaw jekk l-SRD kienx tqies mill-organizzazzjoni waqt it-tħejjija tad-Dikjarazzjoni Ambjentali tagħha, u jekk iva, kif tqies (l-Artikolu 18(5)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009).

    Dan ifisser li, meta jawditjaw, il-verifikaturi ambjentali akkreditati ser ikollhom bżonn evidenza mingħand l-organizzazzjoni ta' kif intgħażlu u ġew ikkunsidrati l-elementi rilevanti tal-SRD fid-dawl tar-Reviżjonijiet Ambjentali. Ma għandhomx jivverifikaw il-konformità mal-parametri referenzjarji ta' eċċellenza, iżda għandhom jivverifikaw l-evidenza dwar kif l-SRD intuża bħala gwida biex jiġu identifikati l-indikaturi u l-miżuri volontarji xierqa li l-organizzazzjoni tista' timplimenta biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha.

    Minħabba l-għamla volontarja tal-EMAS u l-SRD, ma għandu jitqiegħed ebda piż sproporzjonat fuq l-organizzazzjonijiet sabiex jipprovdu t-tali evidenza. B'mod partikolari, il-verifikaturi ma għandhomx jitolbu ġustifikazzjoni individwali għal kull wieħed jew waħda mill-aħjar prattiki, l-Indikaturi tal-Prestazzjoni Ambjentali speċifiċi għas-setturi u l-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza msemmijin fl-SRD u mhux ikkunsidrati rilevanti mill-organizzazzjoni fid-dawl tar-Reviżjoni Ambjentali tagħha. Minkejja dan, jistgħu jissuġġerixxu elementi oħrajn li l-organizzazzjoni għandha tqis fil-ġejjieni bħala iktar evidenza tal-impenn tagħha għal titjib kontinwu fil-prestazzjoni.

    L-istruttura tad-dokument ta' referenza settorjali

    Dan id-dokument jikkonsisti f'erba' kapitoli. Il-Kapitolu 1 jintroduċi l-isfond legali tal-EMAS u jiddeskrivi kif tuża dan id-dokument, filwaqt li l-Kapitolu 2 jiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-SRD. Il-Kapitolu 3 jiddeskrivi fil-qosor l-Aħjar Prattiki ta' Mmaniġġjar Ambjentali (BEMPs) flimkien ma' informazzjoni dwar l-applikabbiltà tagħhom, b'mod ġenerali kif ukoll fil-livell tal-SMEs. Meta l-Indikaturi tal-Prestazzjoni Ambjentali speċifiċi u l-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza setgħu jiġu fformulati għal BEMP partikolari, dawn ingħataw ukoll. Uħud mill-indikaturi u l-parametri referenzjarji huma rilevanti għal iktar minn BEMP wieħed u b'hekk jiġu ripetuti kull meta dan ikun xieraq.

    Fl-aħħar, il-Kapitolu 4 jippreżenta Tabella komprensiva b'firxa tal-iktar Indikaturi tal-Prestazzjoni Ambjentali rilevanti, l-ispjegazzjonijiet assoċjati u l-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza relatati.

    2.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    Dan id-dokument jindirizza wħud mill-attivitajiet speċifikati fis-sezzjoni I 55-56 “Attivitajiet ta' Akkomodazzjoni u Forniment tal-Ikel”, is-sezzjoni N 79 “Servizz ta' prenotazzjoni tal-aġenziji tal-ivvjaġġar u tal-operaturi turistiċi u attivitajiet relatati” u s-sezzjoni O 84.11 “Attivitajiet ta' Amministrazzjoni Pubblika Ġenerali” tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (NACE Rev.2).

    Dan id-dokument ta' referenza settorjali (SRD) ikopri primarjament l-Aħjar Prattiki ta' Mmaniġġjar Ambjentali fi ħdan organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta' akkomodazzjoni, forniment tal-ikel u forniment tax-xorb, jew li jimmaniġġjaw destinazzjonijiet turistiċi jew joffru u jipprenotaw vjaġġi, akkomodazzjonijiet jew attivitajiet għat-turisti (aġenti tal-ivvjaġġar u operaturi turistiċi) (7). Kumpaniji li jipprovdu servizzi ta' akkomodazzjoni għat-turisti u servizzi tas-siti tal-ikkampjar huma mistednin jikkonsultaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ekotikketta tal-UE wkoll (8). Il-maniġers tad-destinazzjonijiet jistgħu jirreferu għal inizjattivi oħrajn tal-UE li jippromwovu l-immaniġġjar tat-turiżmu sostenibbli, bħal, fost l-oħrajn, is-Sistema Ewropea ta' Indikaturi tat-Turiżmu (ETIS) (9).

    L-atturi msemmijin iktar 'il fuq huma marbutin ma' firxa sħiħa ta' setturi oħrajn kif indikat fid-dijagramma tal-katina tal-valur tat-turiżmu ta' hawn taħt. F'termini tat-turiżmu bħala prodott, l-attivitajiet li turist jieħu sehem fihom fil-btala għandhom sehem importanti wkoll fil-katina tal-valur tat-turiżmu, u huma ta' interess ambjentali potenzjali. Madankollu, f'dan l-SRD jissemmew biss sa fejn jistgħu jkunu influwenzati minn maniġers tad-destinazzjoni u operaturi turistiċi.

    Image

    L-aspetti ambjentali ewlenin u l-pressjonijiet ambjentali assoċjati li jirriżultaw mis-servizzi tat-turiżmu huma ppreżentati fit-Tabella ta' hawn taħt. Dawn l-aspetti ambjentali ntgħażlu bħala l-iktar rilevanti fis-settur. Madankollu, l-aspetti ambjentali li jridu jiġu mmaniġġjati minn organizzazzjonijiet speċifiċi għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta' każ b'każ.

    Attivitajiet f'organizzazzjonijiet tat-turiżmu (lukandi, siti tal-ikkampjar, ristoranti u operaturi turistiċi) u l-aspetti u l-pressjonijiet ambjentali assoċjati

    Servizz/Attività

    Aspetti ambjentali ewlenin

    Pressjonijiet ambjentali ewlenin

    Amministrazzjoni

    Immaniġġjar tal-uffiċċju

    Riċeviment ta' klijenti

    Konsum ta' enerġija, ilma u materjal (l-iktar karti)

    Ġenerazzjoni ta' skart muniċipali (ammonti kbar ta' karti) u skart perikoluż (eż. cartridges tat-toner)

    Servizzi tekniċi

    Produzzjoni ta' ilma jaħraq u tisħin/tkessiħ tal-post

    Dawl

    Elevaturi

    Pixxini

    Żoni ekoloġiċi

    Kontroll ta' pesti u rodituri

    Tiswija u manutenzjoni

    Konsum ta' enerġija u ilma

    Konsum ta' firxa ta' prodotti perikolużi

    F'ċerti każijiet l-użu ta' refriġeranti tas-CFC u HCFC (10).

    Emissjonijiet fl-arja (sustanzi li jniġġsu l-arja, gassijiet serra)

    Ġenerazzjoni ta' firxa wiesgħa ta' tipi ta' skart potenzjalment perikolużi bħal kontenituri vojta ta' sustanzi kimiċi

    Ġenerazzjoni ta' ilma mormi

    Ristorant/bar

    Kolazzjon, pranzu, ikla ta' nofsinhar

    Xarbiet u tnaqqir

    Pressjonijiet fuq il-katina tal-provvista (ara “Xiri”)

    Konsum ta' enerġija, ilma u materja prima

    Ġenerazzjoni ta' skart muniċipali (b'mod speċjali skart tal-ikel u skart tal-ippakkjar)

    Kċina

    Konservazzjoni tal-ikel

    Preparazzjoni tal-ikel

    Ħasil tal-platti

    Pressjonijiet fuq il-katina tal-provvista (ara “Xiri”)

    Konsum sinifikanti ta' enerġija u ilma

    Ġenerazzjoni ta' skart muniċipali (b'mod speċjali skart tal-ikel u skart tal-ippakkjar)

    Ġenerazzjoni ta' skart taż-żejt tal-ħxejjex

    Ġenerazzjoni ta' rwejjaħ

    Użu tal-kamra

    Użu mill-klijenti

    Prodotti li jintużaw mill-klijenti

    Tindif tal-kmamar

    Konsum ta' enerġija, ilma u materja prima

    Użu ta' firxa wiesgħa ta' prodotti perikolużi

    Ġenerazzjoni ta' skart tal-ippakkjar u ammonti żgħar ta' skart muniċipali

    Ġenerazzjoni ta' ilma mormi

    Ħasil tal-ħwejjeġ (laundry)

    Ħasil u mogħdija tal-ħwejjeġ tal-klijenti

    Ħasil u mogħdija ta' xugamani, lożor, eċċ.

    Konsum sinifikanti ta' enerġija u ilma

    Użu ta' prodotti perikolużi

    Ġenerazzjoni ta' ilma mormi

    Xiri

    Għażla ta' prodotti u fornituri

    Ħżin tal-prodotti

    Pressjonijiet fuq il-katina tal-provvista (okkupazzjoni tal-art, degradazzjoni jew qerda ta' ekosistemi, disturb tal-organiżmi selvaġġi, konsum ta' enerġija u ilma, emissjonijiet fl-arja — sustanzi li jniġġsu l-arja u gassijiet serra -, emissjonijiet fl-ilma, ġenerazzjoni ta' skart)

    Ġenerazzjoni ta' skart tal-ippakkjar

    Tnixxijiet ta' sustanzi perikolużi

    Attivitajiet

    Attivitajiet fuq ġewwa

    Attivitajiet fuq barra

    Konsum ta' enerġija, ilma u materja prima

    Impatti lokali fuq l-ekosistemi

    Storbju

    Ġenerazzjoni ta' skart muniċipali

    Pressjonijiet fuq l-infrastruttura (ara “Bini u kostruzzjoni”)

    Trasport

    Trasport tal-klijenti

    Trasport tal-impjegati

    Trasport mill-fornituri

    Konsum ta' enerġija (fjuwil)

    Emissjonijiet fl-arja

    Pressjonijiet fuq l-infrastruttura (ara “Bini u kostruzzjoni”)

    Servizzi addizzjonali

    Servizzi mediċi, supermarkets, ħwienet tas-souvenirs, spa u benessri, parrukkiera, eċċ.

    Konsum ta' enerġija, ilma u materja prima

    Ġenerazzjoni ta' skart muniċipali, u xi tipi speċifiċi ta' skart perikoluż (eż. skart sanitarju)

    Bini u kostruzzjoni

    Kostruzzjoni ta' żoni jew servizzi ġodda

    Tiswija ta' żoni jew servizzi eżistenti

    Okkupazzjoni tal-art

    Degradazzjoni jew qerda tal-ekosistemi

    Disturb tal-organiżmi selvaġġi

    Konsum ta' enerġija u ilma

    Konsum sinifikanti ta' materja prima u prodotti perikolużi

    Ġenerazzjoni sinifikanti ta' skart tal-kostruzzjoni

    Ġenerazzjoni ta' skart perikoluż

    L-Aħjar Prattiki ta' Mmaniġġjar Ambjentali (BEMPs) ippreżentati f'dan l-SRD huma mqassim fi gruppi kif ġej:

    BEMPs li jġibu titjib fi kwistjonijiet trażversali fis-settur tat-turiżmu,

    BEMPs li jġibu titjib fl-immaniġġjar tad-destinazzjonijiet (11),

    BEMPs li jġibu titjib fl-attivitajiet tal-operaturi turistiċi u tal-aġenti tal-ivvjaġġar,

    BEMPs li jnaqqsu għall-minimu l-konsum tal-ilma fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni,

    BEMPs li jnaqqsu għall-minimu l-produzzjoni ta' skart mill-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni,

    BEMPs li jnaqqsu għall-minimu l-konsum ta' enerġija fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni,

    BEMPs li jġibu titjib fil-kċejjen ta' ristoranti u lukandi,

    BEMPs li jġibu titjib fis-siti tal-ikkampjar.

    Il-BEMPs ikopru l-aktar aspetti ambjentali sinifikanti tas-settur.

    3.   L-AĦJAR PRATTIKI TA' MMANIĠĠJAR AMBJENTALI, L-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SETTORJALI U L-PARAMETRI REFERENZJARJI TA' EĊĊELLENZA GĦAS-SETTUR TAT-TURIŻMU

    3.1.   Kwistjonijiet trażversali

    3.1.1.   Implimentazzjoni tas-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali

    Il-BEMP hija li ssir valutazzjoni tal-iktar aspetti ambjentali diretti u indiretti importanti assoċjati mal-organizzazzjoni, li jiġu applikati l-indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti u li jsir paragun mal-parametri referenzjarji ta' eċċellenza rilevanti.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għall-atturi kollha tat-turiżmu, inklużi l-maniġers tad-destinazzjonijiet, l-operaturi turistiċi, il-fornituri tal-akkomandazzjoni, il-fornituri tal-ikel u x-xorb, l-operaturi tat-trasport u l-fornituri tal-attivitajiet. Din il-BEMP tapplika bis-sħiħ għal impriżi żgħar ukoll (12).

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i1)

    Implimentazzjoni ta' sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (iva/le)

    (b1)

    Jintużaw indikaturi adattati sabiex ikun hemm sorveljanza kontinwa tal-aspetti rilevanti kollha tal-prestazzjoni ambjentali, inklużi aspetti indiretti u li jistgħu jitkejlu b'inqas faċilità bħall-impatti fuq il-bijodiversità.

    (b2)

    Kull membru tal-persunal jiġi pprovdut b'informazzjoni dwar l-objettivi ambjentali u taħriġ fuq azzjonijiet rilevanti ta' mmaniġġjar ambjentali.

    (b3)

    L-aħjar prattiki ta' mmaniġġjar ambjentali jiġu implimentati meta jkunu applikabbli.

    3.1.2.   Immaniġġjar tal-katina tal-provvista

    Il-BEMP hija li jiġu analizzati l-ktajjen tal-provvista għal prodotti u servizzi użati mill-organizzazzjoni sabiex tidentifika l-punti fokali ambjentali tal-katina tal-provvista, filwaqt li tqis il-katina tal-valur sħiħa, u sabiex tidentifika l-punti ta' kontroll rilevanti (eż. l-għażla tal-prodotti, l-evitar, ix-xiri ekoloġiku, il-kriterji tal-fornituri) li jistgħu jintużaw sabiex jitnaqqas għall-minimu l-impatt ambjentali fuq il-katina tal-valur sħiħa.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għall-atturi kollha tat-turiżmu, inklużi l-maniġers tad-destinazzjonijiet, l-operaturi turistiċi, il-fornituri tal-akkomandazzjoni, il-fornituri tal-ikel u x-xorb, l-operaturi tat-trasport u l-fornituri tal-attivitajiet. Din il-BEMP tapplika bis-sħiħ għal impriżi żgħar ukoll.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i2)

    Perċentwal ta' prodotti u servizzi li jikkonformaw mal-kriterji ambjentali speċifiċi (%)

    (b4)

    L-organizzazzjoni applikat ċiklu tal-ħajja bil-għan li tidentifika l-għażliet ta' titjib għall-ktajjen tal-provvista ewlenin kollha li jindirizzaw punti fokali ambjentali.

    (b5)

    ≥ 97 % tas-sustanzi kimiċi (skont il-piż tal-ingredjent attiv jew il-volum mixtri) użati fil-bini ta' akkomodazzjoni u tar-ristoranti huma ċċertifikati b'ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (13) (jew jista' jintwera li huma l-iktar għażla ekoloġika disponibbli).

    (b6)

    ≥ 97 % tal-injam, karti u kartun kollu mixtri minn akkomodazzjonijiet u ristoranti huma rriċiklati jew għandhom ċertifikat ambjentali (ekotikketta, FSC, PEFC).

    3.2.   Immaniġġjar tad-destinazzjonijiet

    3.2.1.   Pjanijiet ta' żvilupp ta' destinazzjonijiet strateġiċi

    Il-BEMP hija li tiġi stabbilita unità jew organizzazzjoni responsabbli għall-iżvilupp strateġiku sostenibbli tad-destinazzjoni li tikkoordina d-dipartimenti u l-partijiet interessati rilevanti biex jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi fi ħdan il-qafas ta' pjan ta' destinazzjoni.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għad-destinazzjonijiet kollha, jew mill-unitajiet fi ħdan l-istrutturi tal-gvern responsabbli mill-immaniġġjar tad-destinazzjonijiet jew minn organizzazzjonijiet pubbliċi/privati tal-immaniġġjar tad-destinazzjonijiet. Din il-BEMP hija applikabbli wkoll għal amministrazzjonijiet pubbliċi żgħar u impriżi żgħar involuti fl-immaniġġjar tad-destinazzjonijiet.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

    (i3)

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' destinazzjoni sostenibbli (iva/le)

    (b7)

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' destinazzjoni li: (i) ikopri ż-żona tad-destinazzjoni sħiħa; (ii) jinvolvi koordinazzjoni fost l-atturi pubbliċi u privati rilevanti kollha; (iii) jindirizza l-isfidi ambjentali ewlenin fi ħdan id-destinazzjoni.

    3.2.2.   Konservazzjoni u mmaniġġjar tal-bijodiversità

    Il-BEMP hija li tiġi ssorveljata l-qagħda tal-bijodiversità fid-destinazzjoni, u li jiġi implimentat pjan ta' konservazzjoni u mmaniġġjar tal-bijodiversità li jipproteġi u jsaħħaħ il-bijodiversità totali fi ħdan id-destinazzjoni permezz ta', pereżempju l-iżvilupp ta' restrizzjonijiet u miżuri ta' kumpens.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għad-destinazzjonijiet kollha. Destinazzjonijiet b'valur naturali għoli għandhom jikkonservaw il-bijodiversità filwaqt li destinazzjonijiet b'valur naturali baxx għandhom jieħdu miżuri biex iżidu l-bijodiversità. Din il-BEMP hija applikabbli wkoll għal impriżi żgħar involuti fl-immaniġġjar tad-destinazzjonijiet.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

    (i4)

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar tal-bijodiversità (iva/le)

    (i5)

    Abbundanza ta' speċijiet fiż-żona ta' destinazzjoni

    (i6)

    Żona protetta (ettari jew perċentwal miż-żona ta' destinazzjoni totali)

    (b8)

    Naqqas kemm tista' u kkumpensa għal kwalunkwe bijodiversità spostata minħabba l-iżvilupp għat-turiżmu sabiex il-bijodiversità fil-livell tad-destinazzjoni tinżamm jew tiżdied f'żoni b'valur naturali għoli, u tiżdied f'żoni degradati.

    3.2.3.   Il-forniment ta' infrastruttura u servizzi

    Il-BEMP hija li jiġi żgurat li s-servizzi marbutin mal-ambjent fi ħdan id-destinazzjoni, b'mod partikolari l-provvista tal-ilma, it-trattament tal-ilma mormi, l-immaniġġjar tal-iskart (speċjalment miżuri ta' riċiklaġġ) u l-immaniġġjar tat-trasport pubbliku/traffiku, huma biżżejjed biex ikampaw fl-eqqel żmien tat-turiżmu b'mod sostenibbli.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għad-destinazzjonijiet kollha. Hija marbuta mal-immaniġġjar tajjeb mill-amministrazzjonijiet pubbliċi inġenerali, iżda hija rilevanti l-iktar meta t-turiżmu jiġġenera domandi addizzjonali u staġjonali kbar għas-servizzi. Din il-BEMP hija applikabbli wkoll għal amministrazzjonijiet pubbliċi lokali żgħar u għal impriżi żgħar involuti fl-immaniġġjar tad-destinazzjonijiet jew il-forniment tas-servizzi marbutin mal-ambjent meħtieġa f'destinazzjoni.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i7)

    Konsum ta' ilma kuljum minn kull klijent (l/klijent-jum)

    (i8)

    Perċentwal ta' ilma mormi mibgħut għal trattament sekondarju jew terzjarju (%)

    (i9)

    Perċentwal ta' skart solidu muniċipali mibgħut għar-riċiklaġġ jew id-diġestjoni anajrobika (%)

    (i10)

    Perċentwal ta' vjaġġi magħmulin bit-trasport pubbliku, bil-mixi u bir-roti fid-destinazzjoni mit-turisti (%)

    (i11)

    Perċentwal tad-domanda finali għall-enerġija moqdija mill-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post (%)

    (b9)

    Servizzi, inklużi trasport pubbliku, forniment ta' ilma, trattament tal-ilma mormi u riċiklaġġ tal-iskart, huma mfasslin sabiex ilaħħqu mad-domanda massima u sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tat-turiżmu fid-destinazzjoni.

    (b10)

    ≥ 95 % tal-ilma mormi ġġenerat fid-destinazzjoni jirċievi tal-inqas trattament sekondarju, jew trattament terzjarju għall-iskariku f'ilmijiet reċipjenti sensittivi, inkluż matul l-eqqel tal-istaġun turistiku.

    (b11)

    ≥ 95 % tal-iskart solidu muniċipali jitneħħa minn miżbliet u jintbagħat għar-riċiklaġġ jew id-diġestjoni anajrobika.

    (b12)

    Konsum medju ta' ≤ 200 L ilma mit-turisti għal kull klijent-jum.

    (b13)

    It-trasport pubbliku, il-mixi u r-roti jammontaw għal ≥ 80 % tal-vjaġġi li jagħmlu t-turisti fid-destinazzjonijiet tal-belt.

    3.3.   Attivitajiet tal-operaturi turistiċi u tal-aġenti tal-ivvjaġġar

    3.3.1.   Tnaqqis u mitigazzjoni tal-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet ta' trasport

    Il-BEMP hija li jiġi implimentat “editjar tal-għażla” tal-pakketti offruti sabiex jiġu evitati titjiriet żejda (jiġifieri titjiriet li jista' joħdilhom posthom b'mod effiċjenti trasport fuq l-art jew fuq l-ilma), jintgħażlu fornituri tat-trasport ferm effiċjenti fl-enerġija (linji tal-ajru, karozzi tal-linja/kowċijiet, laneċ, vapuri, bastimenti) u sabiex jiġi kkumpensat għall-emissjonijiet ta' GHG kollha mit-trasport bl-użu ta' skemi ta' kumpens iċċertifikati. Għal dawk il-kumpaniji li jwettqu l-operazzjonijiet tat-trasport tagħhom stess, il-BEMP hija li jiġu implimentati miżuri tal-effiċjenza enerġetika għall-flotot tat-trasport (li huma mixtrijin jew forniti), inkluż ix-xiri ekoloġiku tal-iktar vetturi effiċjenti u bl-inqas emissjonijiet, l-immodernizzar ta' inġenji tal-ajru u kowċijiet/karozzi tal-linja b'tagħmir li jiffranka l-enerġija bħal “winglets”, u sabiex jiġu ottimizzati l-operazzjonijiet (eż. il-fatturi ta' tagħbija massima).

    Applikabbiltà

    “Editjar tal-għażliet” tal-pakketti ta' vvjaġġar u tnaqqis tal-ivvjaġġar bl-ajru huwa applikabbli għall-operaturi turistiċi u l-aġenti tal-ivvjaġġar kollha, inklużi impriżi żgħar.

    Miżuri sabiex titjieb l-effiċjenza enerġetika tat-trasport u jonqsu l-emissjonijiet tiegħu fl-arja huma applikabbli b'mod dirett għal operaturi turistiċi b'kontroll fuq il-flotot tat-trasport tagħhom stess, u applikabbli bħala kriterji tal-għażla u ta' kuntratt għal operaturi turistiċi li jikkuntrattaw is-servizzi ta' trasport. Din il-BEMP hija applikabbli wkoll, b'ċerti limitazzjonijiet, għal impriżi żgħar peress li l-grad ta' influwenza tagħhom fuq l-inġenji tal-ajru normalment ikun limitat ħafna iżda jistgħu jkunu sidien/jikkontrollaw it-trasport fuq l-art/l-ilma tagħhom stess.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i12)

    Titjiriet żejda evitati (iva/le)

    (i13)

    Emissjonijiet ta' GHG mit-trasport speċifiku (kgCO2/passiġġier-km)

    (i14)

    Perċentwal ta' emissjonijiet ta' GHG mit-trasport ikkumpensati bi krediti tal-karbonju ċċertifikati (%)

    (b14)

    Operaturi turistiċi ma joffrux titjiriet għal: (i) destinazzjonijiet inqas minn 700 km 'il bogħod; (ii) destinazzjonijiet sa 2 000  km 'il bogħod għal soġġorn ta' inqas minn tmint ijiem, jew; (iii) destinazzjonijiet li jinsabu iktar minn 2 000  km 'il bogħod għal soġġorn ta' inqas minn 14-il jum.

    (b15)

    Flotot tal-linja tal-ajru ta' operatur turistiku jilħqu konsum medju ta' ≤ 2,7 litri fjuwil speċifiku għal kull 100 passiġġier-km.

    (b16)

    Konsum medju ta' ≤ 0,75 litru fjuwil tal-flotta ta' karozzi tal-linja jew kowċijiet għal kull 100 passiġġier-km u tal-inqas 90 % tal-flotta huma konformi mal-EURO V jew jaħdmu b'sistemi ta' fjuwil alternattiv.

    (b17)

    Emissjonijiet tal-GHG mit-trasport mill-pakketti kollha mibjugħin huma kkumpensati b'mod awtomatiku b'investiment dirett fi proġetti ta' evitar tal-GHG jew bix-xiri ta' krediti tal-karbonju ċċertifikati.

    3.3.2.   Xprunar ta' titjib ambjentali tal-fornituri tal-akkomodazzjoni

    Il-BEMP hija li tintalab jew titħeġġeġ ċertifikazzjoni ambjentali tal-fornituri tal-akkomodazzjoni, jew li tintalab konformità ma' ċerti kriterji ambjentali speċifiċi, jew li jintalab rapportar dwar il-prestazzjoni ambjentali li jista' jintuża biex jiġi implimentat il-parametraġġ referenzjarju.

    Applikabbiltà

    L-operaturi turistiċi kollha jistgħu japplikaw din il-BEMP. Jaf ikun iktar faċli għall-operaturi turistiċi żgħar li jagħżlu fornituri fuq il-bażi ta' ċertifikazzjoni ambjentali ta' parti terza, u għall-operaturi turistiċi l-kbar li japplikaw il-kriterji u/jew proċess ta' parametraġġ referenzjarju tagħhom stess. Din il-BEMP hija applikabbli għall-impriżi żgħar b'ċerti limitazzjonijiet, peress li jista' jkun diffiċli li jiġu stabbiliti kriterji tal-fornituri iżda l-impriżi żgħar jistgħu jużaw iċ-ċertifikati ambjentali eżistenti (għandha tingħata preferenza lil ċertifikati verifikati minn partijiet terzi bħall-Ekotikketta tal-UE) sabiex jagħżlu l-fornituri.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

    (i15)

    Perċentwal ta' fornituri tal-akkomodazzjoni (skont l-iljieli tal-klijenti jew il-valur mibjugħ) konformi ma' kriterji ambjentali speċifiċi (%)

    (b18)

    ≥ 90 % tal-fornituri tal-akkomodazzjoni, fuq il-bażi tal-valur tal-bejgħ jew l-iljieli mqattgħin, huma konformi ma' sett ta' rekwiżiti ambjentali (idealment rikonoxxuti b'ċertifikat ta' parti terza).

    3.3.3.   Xprunar ta' titjib fid-destinazzjonijiet

    Il-BEMP hija li jiġi xprunat it-titjib ambjentali tad-destinazzjonijiet turistiċi billi tiġi sfruttata prestazzjoni ambjentali aħjar minn organizzazzjonijiet ta' fornituri lokali u minn organizzazzjonijiet u awtoritajiet ta' mmaniġġjar tad-destinazzjonijiet, u billi jitwettqu b'mod dirett skemi ta' titjib bħar-restawr tal-ħabitats f'destinazzjonijiet popolari.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli b'mod dirett għal operaturi turistiċi kbar. Impriżi żgħar jistgħu jikkoordinaw l-azzjonijiet permezz ta' raggruppamenti jew konsorzji jew fi sħubija pubblika-privata ma' awtoritajiet lokali/reġjonali.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

    (i16)

    Perċentwal ta' servizzi li qiegħed isirilhom titjib ambjentali fid-destinazzjoni (%)

    (i17)

    Parteċipazzjoni fi proġetti ta' titjib ambjentali fid-destinazzjoni (iva/le)

    (b19)

    L-operatur turistiku jixpruna t-titjib ambjentali fid-destinazzjoni billi: (i) itejjeb il-prestazzjoni tal-katina tal-provvista; (ii) jinfluwenza l-immaniġġjar tad-destinazzjonijiet; (iii) bi skemi ta' titjib dirett.

    3.3.4.   L-iżvilupp u l-promozzjoni ta' pakketti turistiċi xierqa u t-tħeġġiġ ta' mġiba turistika iktar sostenibbli

    Il-BEMP hija li jiġu żviluppati u promossi pakketti tat-turiżmu li jeskludu l-iktar għażliet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, u li jiġu inklużi l-iktar għażliet ekoloġiċi b'rabta mat-trasport, l-akkomodazzjoni u l-attivitajiet. Barra minn hekk, l-operaturi turistiċi u l-aġenti tal-ivvjaġġar jipprovdu informazzjoni lill-klijenti dwar l-impatti ambjentali tal-pakketti tat-turiżmu, u għandhom jgħaddu messaġġi pożittivi u interessanti mmirati dwar azzjonijiet sostenibbli u responsabbli li jistgħu jieħdu l-klijenti meta jagħżlu u jmorru fuq btala sabiex inaqqsu l-impatt ambjentali tagħhom kemm jista' jkun.

    Applikabbiltà

    L-operaturi turistiċi kollha, inklużi l-impriżi żgħar, jistgħu jimplimentaw il-miżuri minn din il-BEMP.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i18)

    Perċentwal ta' mawriet ekoloġiċi sostenibbli (eż. ekotikkettati) mibjugħin (skont il-valur) (%)

    (b20)

    L-operatur turistiku jippromwovi pakketti tat-turiżmu sostenibbli fil-materjal ta' reklamar popolari

    (b21)

    Pakketti tat-turiżmu ekoloġiċi sostenibbli (eż. l-ekotikketta Awstrijaka għall-pakketti tal-ivvjaġġar) jirrappreżentaw sehem ta' ≥ 10 % mill-bejgħ.

    (b22)

    L-operatur turistiku juża metodi effettivi ta' kummerċjalizzazzjoni u komunikazzjoni sabiex iħeġġeġ għażliet iktar sostenibbli fl-għażla tal-pakketti tat-turiżmu.

    (b23)

    L-operatur turistiku jipprovdi lill-klijenti kollha tiegħu b'informazzjoni speċifika għad-destinazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni sabiex jippromwovi mġiba sostenibbli fid-destinazzjoni.

    3.3.5.   Operazzjonijiet effiċjenti fil-livell tal-konsumatur u tal-uffiċċju

    Il-BEMP hija li jitnaqqas għall-minimu l-użu ta' riżorsi, speċjalment il-karti u l-linka, għal operazzjonijiet ta' reklamar u tal-uffiċċju, sabiex jintgħażlu materjali u servizzi b'ċertifikat ambjentali (eż. servizzi ta' stamperija), u sabiex tiġi żgurata (14) effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ilma fl-operazzjonijiet kollha tal-uffiċċju u fil-livell tal-konsumatur.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għall-operaturi turistiċi kollha.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i19)

    Konsum ta' karti għal kull klijent (g/klijent)

    (i20)

    Ċertifikat ambjentali tal-karti u l-ipprintjar (iva/le)

    (i21)

    Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 minn operazzjonijiet tal-uffiċċju u bl-imnut (kg CO2/klijent jew kg CO2/m2sena)

    (i22)

    Konsum ta' ilma fis-sena fil-binjiet tal-uffiċini għal kull impjegat (l/impjegat-sena)

    (b24)

    Materjal tal-uffiċċju u promozzjonali stampat fuq karti: (i) huwa evitat kemm jista' jkun; (ii) juża karta 100 % riċiklata jew b'ċertifikat ambjentali (eż. ekotikkettata, FSC, PEFC); (iii) huwa pprintjat b'servizzi ta' stampar b'ċertifikat ambjentali (eż. EMAS, ISO14001).

    (b25)

    Il-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-enerġija u l-GHG huma implimentati u l-enerġija u l-emissjonijiet ta' GHG li jirriżultaw minn attivitajiet tal-imnut u tal-uffiċċju huma rrapportati u jingħataw għal kull m2 ta' spazju tal-ħanut u tal-uffiċċju fis-sena, u għal kull klijent.

    (b26)

    Konsum ta' ≤ 2,0 m3 ilma għal kull impjegat fis-sena.

    3.4.   Tnaqqis għall-minimu tal-konsum ta' ilma fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni

    3.4.1.   Monitoraġġ, manutenzjoni u ottimizzazzjoni tas-sistema tal-ilma

    Il-BEMP trid twettaq awditjar tal-konsum tal-ilma u tissorvelja l-konsum tal-ilma fi proċessi u żoni importanti li jikkonsmaw l-ilma (jiġifieri sottometraġġ) sabiex tidentifika fejn jista' jsir titjib fl-effiċjenza, u sabiex tiżgura li t-tagħmir kollu ssirlu manutenzjoni permezz ta' spezzjoni perjodika xierqa, inkluż matul it-tindif tal-kmamar.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar. Madankollu, jaf ma jkunx biżżejjed li jitwaħħlu sottomiters f'faċilitajiet żgħar.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i23)

    Konsum ta' ilma għal kull klijent-lejl (l/klijent-lejl)

    (b27)

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar tal-ilma speċifiku għas-sit li jinkludi: (i) sottometraġġ u parametraġġ referenzjarju tal-proċessi u ż-żoni ewlenin kollha li jikkonsmaw l-ilma; (ii) spezzjoni u manutenzjoni regolari tal-“punti ta' tnixxija” u l-apparati kollha tas-sistema tal-ilma.

    (b28)

    Konsum totali ta' ≤ 140 L ilma għal kull klijent-lejl f'lukandi b'kull servizz disponibbli, u ≤ 100 L għal kull klijent-lejl f'akkomodazzjoni fejn il-parti l-kbira tal-kmamar tal-banju huma kondiviżi (eż. hostels).

    3.4.2.   Fittings tal-ilma effiċjenti fiż-żoni tal-klijenti

    Il-BEMP hija li jiġu installati fittings tal-ilma, inklużi vitien bi fluss baxx u doċċi termostatiċi bi fluss baxx, flaxings bi fluss baxx u doppju, u awrinaji bla ilma. Sadanittant, jistgħu jitqabbdu arjaturi ma' fittings eżistenti.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar. Meta dan l-aħħar ikun sar rinnovament, xorta waħda jibqgħu japplikaw miżuri bħat-twaħħil ta' arjaturi.

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i23)

    Konsum ta' ilma għal kull klijent-lejl (l/klijent-lejl)

    (i24)

    Konsum ta' enerġija għat-tisħin tal-ilma (kWh/klijent-lejl)

    (i25)

    Rati ta' fluss tad-doċċi, il-vitien tal-kamra tal-banju, l-awrinarji u l-flaxings tat-tojlits (l/min jew l/flaxjatura)

    (b29)

    Konsum ta' ≤ 100 L ilma, u konsum ta' 3,0 kWh enerġija assoċjata għat-tisħin tal-ilma, għal kull klijent-lejl, rispettivament, għal kmamar tal-banju ensuite tal-klijenti.

    (b30)

    Rata ta' ≤ 7 L/min tal-fluss tad-doċċa, rata ta' ≤ 6 L/min tal-fluss tal-vitien tal-kamra tal-banju (≤ 4 L/min vitien ġodda), flaxjatura medja effettiva tat-tojlit ta' ≤ 4,5 L, installazzjoni ta' awrinarji bla ilma.

    3.4.3.   Tindif effiċjenti tal-kmamar

    Il-BEMP hija li jitnaqqsu għall-minimu r-rekwiżiti ta' materjali għall-ħasil permezz tax-xiri ekoloġiku tal-lożor u x-xugamani (f'termini ta' qies, densità, kulur, materjal), u billi l-klijenti jintalbu jew jitħeġġu jerġgħu jużaw il-lożor u x-xugamani. L-aħjar prattika hija wkoll li l-persunal jitħarreġ fl-implimentazzjoni ta' metodi ta' tindif effiċjenti fl-użu tal-ilma u s-sustanzi kimiċi, u li jinxtraw prodotti konsumabbli b'ċertifikat ambjentali għal kmamar tas-sodda u kmamar tal-banju.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar. Il-minimizzazzjoni tal-ħasil tal-ħwejjeġ bl-għażla ta' drappijiet iktar effiċjenti tapplika b'mod universali, iżda l-applikabbiltà tal-minimizzazzjoni tat-tali ħasil billi l-klijenti jitħeġġu sabiex jerġgħu jużaw hija limitata għal faċilitajiet ta' akkomodazzjoni b'perċentwal għoli ta' klijenti li jqattgħu lejl wieħed biss.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i26)

    Massa ta' materjali għall-ħasil iġġenerati għal kull klijent-lejl (kg/klijent-lejl)

    (i27)

    Perċentwal ta' xugamani u lożor li jerġgħu jintużaw (%)

    (i28)

    Konsum ta' prodotti kimiċi għat-tindif u l-ħasil tal-platti f'termini ta' ingredjenti kimiċi attivi għal kull klijent-lejl (g/klijent-lejl)

    (i29)

    Perċentwal ta' sustanzi kimiċi u drappijiet bl-ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (%)

    (b31)

    Tal-inqas 80 % tal-lożor huma taħlita ta' qoton-poliester (15) jew lożor.

    (b32)

    Tal-inqas 80 % tad-drappijiet tal-kamra tas-sodda ngħataw ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (eż. Ekotikketta tal-UE) jew huma organiċi.

    (b33)

    Konsum ta' prodotti kimiċi għat-tindif u l-ħasil tal-platti (esklużi deterġenti tal-ħwejjeġ, sustanzi tat-tindif speċjali u sustanzi kimiċi tal-pixxini) ta' ≤ 10 grammi ta' ingredjenti kimiċi attivi għal kull klijent-lejl.

    (b34)

    Tnaqqis ta' mill-inqas 30 % fil-materjali għall-ħasil bl-użu mill-ġdid ta' xugamani u lożor.

    (b35)

    Tal-inqas 80 % (skont il-piż tal-ingredjent attiv jew il-volum mixtri) tas-sustanzi għal kull tip ta' tindif, deterġenti sanitarji, sapun u xampujiet użati mill-akkomodazzjoni għat-turisti ngħataw ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (eż. Ekotikketta tal-UE).

    3.4.4.   Operazzjonijiet ta' ħasil fuq skala żgħira ottimizzati

    Il-BEMP hija li jinxtraw l-iktar estratturi tal-ħasil effiċjenti fl-użu tal-ilma (u b'hekk anki fl-enerġija) u l-iktar nixxiefa effiċjenti fl-enerġija (eż. nixxiefa bil-pompa tas-sħana) u ħdejjed tal-mogħdjia, sabiex jerġa' jintuża l-ilma tal-ħasil u, f'żoni fejn l-ilma huwa skars, l-ilma tal-ħasil ewlieni wara mikrofiltrazzjoni. L-aħjar prattika hija li tiġi rkuprata wkoll is-sħana mill-ilma mormi u l-arja ta' ventilazzjoni tal-egżost.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għat-tipi u d-daqsijiet kollha ta' akkomodazzjoni li jagħmlu operazzjonijiet ta' ħasil fuq il-post, inklużi impriżi żgħar.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i30)

    Konsum ta' ilma għal kull kg għall-ħasil tal-ħwejjeġ (l/kg)

    (i31)

    Konsum ta' enerġija għal kull kg għall-ħasil tal-ħwejjeġ (kWh/kg)

    (i32)

    Perċentwal ta' deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ bl-ekotikketta (%)

    (b36)

    Għal operazzjonijiet ta' ħasil tal-ħwejjeġ fuq skala żgħira, il-magni tal-ħasil domestiċi kollha għandhom klassifikazzjoni tat-tikketta tal-enerġija tal-UE ta' A+++, u l-magni tal-ħasil kummerċjali għandhom konsum medju ta' ≤ 7 L ilma għall-ħasil tal-ħwejjeġ għal kull kg ta' materjali maħsulin.

    (b37)

    Konsum totali ta' ≤ 2,0 kWh enerġija tal-proċess ta' ħasil tal-ħwejjeġ fuq skala żgħira fuq il-post għal kull kg drapp, għal prodotti tal-ħasil imnixxfin u lesti.

    (b38)

    Tal-inqas 80 % tad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ fuq skala żgħira użati (skont il-piż tal-ingredjent attiv jew il-volum mixtri) ingħataw ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (eż. Ekotikketta tal-UE, Nordic Swan, Blaue Engel).

    3.4.5.   Operazzjonijiet ta' ħasil fuq skala kbira jew esternalizzati ottimizzati

    Il-BEMP hija li jingħażel fornitur effiċjenti tas-servizz tal-ħasil li huwa ċċertifikat b'ekotikketta tat-Tip I tal-ISO jew li jirrispetta l-kriterji fit-tali tikketti, jew li jiżgura li l-operazzjonijiet fuq skala kbira fuq il-post jirrispettaw it-tali kriterji.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għal faċilitajiet ta' akkomodazzjoni kbar b'operazzjonijiet ta' ħasil fuq skala kbira fuq il-post, kif ukoll operaturi tal-ħasil kummerċjali. Din il-BEMP hija applikabbli wkoll għal akkomodazzjoni oħra ta' kull daqs, inklużi impriżi żgħar, sa fejn il-kriterji jkunu applikabbli għall-akkwist ekoloġiku ta' servizzi tal-ħasil.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i33)

    Servizz tal-ħasil bl-ekotikketta (iva/le)

    (i30)

    Konsum ta' ilma għal kull kg għall-ħasil tal-ħwejjeġ (l/kg)

    (i31)

    Konsum ta' enerġija għal kull kg għall-ħasil tal-ħwejjeġ (kWh/kg)

    (i32)

    Perċentwal ta' deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ bl-ekotikketta (%)

    (b39)

    Il-ħasil esternalizzat kollu jsir minn fornitur li ngħata ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (eż. Nordic Swan), u l-operazzjonijiet kollha ta' ħasil fuq skala kbira li jsiru internament, jew l-operazzjonijiet ta' ħasil esternalizzati lil fornituri tas-servizz mhux iċċertifikati, jirrispettaw il-parametri referenzjarji rilevanti.

    (b40)

    Konsum totali ta' ≤ 5 L ilma tul iċ-ċiklu tal-ħasil sħiħ ta' operazzjonijiet tal-ħasil fuq skala kbira għal kull kg drapp għall-materjali għall-ħasil tal-akkomodazzjonijiet u ≤ 9 L għal kull kg drapp għall-materjali għall-ħasil tar-ristoranti.

    (b41)

    Konsum totali ta' ≤ 0,90 kWh enerġija tal-proċess għal prodotti għall-ħasil fuq skala kbira nixfin u lesti għal kull kg drapp għall-materjali għall-ħasil tal-akkomodazzjonijiet u ≤ 1,45 kWh għal kull kg drapp għall-materjali għall-ħasil tar-ristoranti.

    (b42)

    Għal operazzjonijiet tal-ħasil fuq skala kbira, użu esklussiv ta' deterġenti tal-ħasil għal użu professjonali konformi ma' ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (eż. Ekotikketta tal-UE, Nordic Swan), applikati f'dożi xierqa.

    3.4.6.   Immaniġġjar ottimizzat tal-pixxini

    Il-BEMP hija li jiġu ottimizzati l-frekwenza u t-twaqqit tal-backwashing fuq il-bażi ta' tnaqqis fil-pressjoni minflok skedi fissi, sabiex jintużaw l-ożonazzjoni jew it-trattament tal-UV u kontroll bir-reqqa tad-dożaġġ ħalli tiġi minimizzata l-klorinazzjoni, u sabiex tiġi rkuprata s-sħana mill-arja tal-ventilazzjoni tad-duħħan.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għal kumpaniji tal-akkomodazzjoni b'pixxini fuq il-post, inklużi impriżi żgħar.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

    (i34)

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar ambjentali tal-pixxina (iva/le)

    (i35)

    Applikazzjoni ta' ożonazzjoni jew trattament tal-UV (iva/le)

    (b43)

    Implimentazzjoni ta' pjan tal-effiċjenza għal żoni ta' pixxini u spas li jinkludi: (i) parametraġġ referenzjarju ta' konsum speċifiku ta' ilma, enerġija u sustanzi kimiċi f'żoni ta' pixxini u spas, mogħti għal kull m2 ta' erja tas-superfiċje tal-pixxina u għal kull klijent-lejl; (ii) tnaqqis għall-minimu tal-konsum ta' kloru permezz ta' dożaġġ ottimizzat u l-użu ta' metodi ta' diżinfettar supplimentari bħall-ożonazzjoni u t-trattament tal-UV.

    3.4.7.   Riċiklaġġ tal-ilma tax-xita u tal-ilma griż

    Il-BEMP hija li tiġi installata sistema ta' rkupru tal-ilma griż li tagħmel dan sabiex it-tali ilma jintuża fi proċessi fuq ġewwa (eż. flaxjar tat-tojlit) wara t-trattament, jew għal proċessi ta' barra (eż. irrigazzjoni), jew sistema ta' ġbir tal-ilma tax-xita li tuża l-ilma tax-xita għal skopijiet fuq ġewwa.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għall-kumpaniji kollha tal-akkomodazzjoni. Is-sistemi ta' riċiklaġġ tal-ilma jistgħu jiġu installati matul il-kostruzzjoni ta' bini jew rinnovament qawwi. L-applikabbiltà għal impriżi żgħar tista' tkun limitata minħabba l-kost għoli ta' investiment.

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

    (i36)

    Implimentazzjoni tar-riċiklaġġ tal-ilma griż jew l-ilma tax-xita (iva/le)

    (b44)

    Installazzjoni ta' sistema ta' riċiklaġġ tal-ilma tax-xita li taqdi d-domanda interna għall-ilma, u/jew sistema ta' riċiklaġġ tal-ilma griż li taqdi d-domanda interna jew esterna għall-ilma.

    3.5.   Immaniġġjar tal-iskart u tal-ilma mormi fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni

    3.5.1.   Il-prevenzjoni tal-iskart

    Il-BEMP hija li tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta' skart permezz tal-akkwist ekoloġiku ta' prodotti, filwaqt li jitqiesu l-impatti taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti — pereżempju billi jiġu evitati oġġetti li jintremew wara darba (ikel, sapun, xampujiet) u billi jinxtraw aġenti tat-tindif f'forma konċentrata u bl-ingrossa — u permezz ta' mmaniġġjar bir-reqqa tal-volumi mixtrijin.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i37)

    Ġenerazzjoni ta' skart għal kull klijent-lejl (kg/klijent-lejl)

    (b45)

    Ġenerazzjoni totali ta' ≤ 0,6 kg skart (magħżul u mhux magħżul) għal kull klijent-lejl.

    3.5.2.   Għażla tal-iskart u l-bgħit tiegħu għar-riċiklaġġ

    Il-BEMP hija li jiġu pprovduti faċilitajiet ta' ġbir tal-iskart separat fl-istabbiliment, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm proċedura ċara għas-separazzjoni tal-iskart, u sabiex jiġu kkuntrattati s-servizzi rilevanti tar-riċiklaġġ tal-inqas għall-ħġieġ, il-karta u l-kartun, il-plastik, il-metalli u skart organiku.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i38)

    Perċentwal ta' skart mibgħut sabiex jerġa' jintuża jew jiġi riċiklat (%)

    (i39)

    Skart mhux magħżul iġġenerat għal kull klijent-lejl (kg/klijent-lejl)

    (b46)

    Tal-inqas 84 % tal-iskart, mogħti fuq bażi tal-piż, jintbagħat għar-riċiklaġġ.

    (b47)

    ≤ 0,16 kg skart mhux magħżul mibgħut għar-rimi għal kull klijent-lejl.

    3.5.3.   Trattament tal-ilma mormi

    Il-BEMP trid tinstalla sistema ta' trattament tal-ilma mormi fuq il-post li tittratta l-ilma mormi tal-inqas f'livell sekondarju u, idealment, terzjarju,u tinkludi tal-inqas pretrattament sabiex tgħarbel is-solidi u l-materja partikolata tan-naqal segwit minn trattament bijoloġiku effiċjenti (eż. f'reattur tal-lottijiet tas-sekwenzjar) sabiex jitneħħa sehem għoli ta' COD, BOD, nitroġenu u fosforu mill-effluwent finali. Il-ħama tiġi ttrattata u tintrema b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għat-tipi u d-daqsijiet kollha ta' akkomodazzjoni mhux imqabbdin ma' netwerk tad-drenaġġ, inklużi impriżi żgħar.

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

    (i40)

    Effiċjenza fit-tneħħija tat-trattament tal-ilma mormi fuq il-post (eż. % ta' BOD, COD)

    (i41)

    Konċentrazzjoni fl-effluwent finali (mg/l) (eż. BOD, COD, nitroġenu totali, fosforu)

    (b48)

    Meta ma jkunx possibbli li l-ilma mormi jintbagħat għal trattament ċentralizzat, it-trattament tal-ilma mormi fuq il-post jinkludi pretrattament (tgħarbil/bar-rack, ekwalizzazzjoni u sedimentazzjoni) segwit minn trattament bijoloġiku bi tneħħija ta' > 95 % tal-BOD5, nitrifikazzjoni ta' > 90 %, u diġestjoni anajrobika (mhux fuq il-post) tal-ħama żejda.

    3.6.   Tnaqqis għall-minimu tal-konsum ta' enerġija fil-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni

    3.6.1.   Sistemi ta' monitoraġġ u ġestjoni tal-enerġija

    Il-BEMP hija li jsir awditjar tal-enerġija u li jiġi ssorveljat il-konsum tal-enerġija fi proċessi u żoni ewlenin li jikkonsmaw l-enerġija (jiġifieri sottometraġġ) sabiex jiġu identifikati l-għażliet li jtejbu l-effiċjenza, u jiżguraw li t-tagħmir kollu ssirlu manutenzjoni permezz ta' spezzjoni perjodika xierqa (16).

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar. Is-sistemi estensivi ta' sottometraġġ u ta' mmaniġġjar tal-bini mhumiex applikabbli għal faċilitajiet żgħar.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i42)

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' ġestjoni tal-enerġija speċifiku għas-sit (iva/le)

    (i43)

    L-użu ta' enerġija speċifika (kWh/m2sena)

    (b49)

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' ġestjoni tal-enerġija speċifiku għas-sit li jinkludi: (i) sottometraġġ u parametraġġ referenzjarju tal-proċessi ewlenin kollha li jikkonsmaw l-enerġija; (ii) kalkolu u rapportar tal-konsum primarju tal-enerġija u l-emissjonijiet ta' CO2 relatati mal-enerġija.

    (b50)

    Għal binjiet eżistenti, l-użu tal-enerġija finali għall-HVAC (tisħin, ventilazzjoni u kundizzjonament tal-arja) u t-tisħin tal-ilma huwa ta' ≤ 75 kWh, jew l-użu tal-enerġija finali totali huwa ta' ≤ 180 kWh, għal kull m2 imsaħħan jew imkessaħ fis-sena.

    3.6.2.   Għeluq aħjar tal-bini

    Għal binjiet ġodda, il-BEMP hija li jiġi żgurat li dawn jikkonformaw mal-aħjar klassifikazzjoni tal-enerġija li jistgħu jilħqu, bħall-istandards PassiveHouse u Minergie P (17). Għal binjiet eżistenti, il-BEMP hija l-immodernizzar sabiex jonqsu r-rekwiżiti ta' enerġija għat-tisħin u t-tkessiħ (18).

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għat-tipi kollha ta' akkomodazzjoni matul kostruzzjoni jew rinnovament qawwi, u matul l-għażla tal-bini għal organizzazzjonijiet li jikru l-bini tagħhom. L-opportunità għal impriżi żgħar sabiex jimplimentaw din il-BEMP tista' tkun limitata fil-każ ta' mmodernizzar ta' bini ġdid, minħabba l-kost għoli ta' investiment.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i43)

    L-użu ta' enerġija speċifika (kWh/m2sena)

    (b50)

    Għal binjiet eżistenti, l-użu tal-enerġija finali għall-HVAC (tisħin, ventilazzjoni u kundizzjonament tal-arja) u t-tisħin tal-ilma huwa ta' ≤ 75 kWh, jew l-użu tal-enerġija finali totali huwa ta' ≤ 180 kWh, għal kull m2 imsaħħan jew imkessaħ fis-sena.

    (b51)

    Għal binjiet ġodda, il-prestazzjoni tal-enerġija klassifikata tirrispetta l-istandards Minergie P jew PassiveHouse jew oħrajn ekwivalenti.

    3.6.3.   Sistemi tal-HVAC ottimizzati

    Il-BEMP hija li jitnaqqas għall-minimu l-konsum ta' enerġija mis-sistemi tal-HVAC (tisħin, ventilazzjoni u kundizzjonament tal-arja) billi jiġu installati prodotti bl-aqwa klassijiet tat-tikketta tal-enerġija (meta applikabbli), kontroll tat-temperatura fiż-żoni u ventilazzjoni kkontrollata bl-irkupru tas-sħana (idealment ikkontrollata minn sensers tas-CO2) u komponenti effiċjenti fl-enerġija (eż. fannijiet b'veloċità varjabbli), u sabiex l-HVAC jiġu ottimizzati b'rabta mal-għeluq tal-bini u l-karatteristiċi tas-sors tal-enerġija.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar. Ottimizzazzjoni sħiħa tista' ssir biss matul il-kostruzzjoni jew waqt rinnovament qawwi, iżda hemm miżuri speċifiċi li jistgħu jiġu implimentati fi kwalunkwe ħin.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i43)

    L-użu ta' enerġija speċifika (kWh/m2sena)

    (b50)

    Għal binjiet eżistenti, l-użu tal-enerġija finali għall-HVAC (tisħin, ventilazzjoni u kundizzjonament tal-arja) u t-tisħin tal-ilma huwa ta' ≤ 75 kWh, jew l-użu tal-enerġija finali totali huwa ta' ≤ 180 kWh, għal kull m2 imsaħħan jew imkessaħ fis-sena.

    (b51)

    Għal binjiet ġodda, il-prestazzjoni tal-enerġija klassifikata tirrispetta l-istandards Minergie P jew PassiveHouse jew oħrajn ekwivalenti.

    3.6.4.   Applikazzjonijiet effiċjenti tal-pompi tas-sħana u t-tisħin/tkessiħ ġeotermali

    Il-BEMP hija li jiġu installati pompi tas-sħana effiċjenti (eż. ekotikkettati, prodotti tal-aqwa klassijiet tat-tikketta tal-enerġija) għat-tisħin u t-tkessiħ, jew, meta possibbli, għat-tkessiħ tal-ilma ta' taħt l-art.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għat-tipi kollha ta' akkomodazzjoni. F'żoni urbani, jista' jkun possibbli li s-sistemi tal-ilma ta' taħt l-art jiġu installati biss matul il-kostruzzjoni jew rinnovament qawwi. Il-pompi tas-sħana bis-sors tal-arja jistgħu jiġu modernizzati b'mod faċli, iżda jaf ma jkunux tajbin għal klimi kesħin ħafna. L-applikabbiltà ta' din il-BEMP tista' tkun limitata għal impriżi żgħar minħabba l-kost ta' investiment.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

    (i43)

    L-użu ta' enerġija speċifika (kWh/m2sena)

    (b52)

    Il-pompi tas-sħana bis-sors tal-ilma u/jew it-tisħin/tkessiħ ġeotermali huma ppreferuti meta mqabblin ma' sistemi konvenzjonali ta' tisħin u tkessiħ kull meta jkunu fattibbli, u l-pompi tas-sħana jikkonformaw mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u mal-aħjar klassijiet tat-tikketta tal-enerġija.

    3.6.5.   Dawl u tagħmir elettriku effiċjenti

    Il-BEMP hija li jiġi installat dawl fluworexxenti u LED ta' daqs kompatt xieraq u mqassam skont iż-żoni b'kontroll intelliġenti fuq il-bażi taċ-ċaqliq, id-dawl naturali u l-ħin. Il-BEMP hija li jiġu ottimizzati wkoll id-disinn tal-bini u t-tqassim intern fir-rigward tal-użu tad-dawl naturali, filwaqt li jitqies l-impatt tal-enerġija ta' żoni b'ħafna ħġieġ għat-tisħin u t-tkessiħ. Fir-rigward tat-tagħmir elettriku (l-apparati domestiċi tad-dar u l-prodotti elettroniċi tal-konsumaturi), kull meta dan ikun possibbli għandhom jintgħażlu prodotti bl-Ekotikketta tal-UE jew l-aħjar klassijiet tat-tikketta tal-enerġija.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għal kull tip u daqs ta' akkomodazzjoni, inklużi impriżi żgħar. Lampi fluworexxenti u LED kompatti spiss jistgħu jintużaw direttament minflok lampi inkandexxenti u tal-aloġenu. Il-modifika ta' bini sabiex jiġi ottimizzat l-użu tad-dawl naturali hija ristretta għall-kostruzzjoni u r-rinnovament inizjali.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i44)

    Kapaċità tad-dawl installata (W/m2)

    (i45)

    Użu tal-enerġija speċifika għad-dawl (kWh/m2sena)

    (i46)

    Użu totali ta' elettriku (kWh/m2sena)

    (b53)

    Kapaċità installata tad-dawl ≤ 10 W għal kull m2

    (b54)

    Użu tal-elettriku għad-dawl ≤ 25 kWh għal kull m2 imsaħħan u mkessaħ fis-sena.

    (b55)

    Użu totali tal-elettriku ≤ 80 kWh għal kull m2 imsaħħan u mkessaħ fis-sena.

    3.6.6.   Sorsi ta' enerġija rinnovabbli

    Il-BEMP hija li jiġi installat tagħmir fuq il-post li jiġġenera enerġija ġeotermali, solari jew mir-riħ, fejn xieraq, u li l-elettriku jinxtara mingħand fornitur tal-elettriku rinnovabbli ġenwin (jiġifieri verifikabbilment addizzjonali).

    Applikabbiltà

    Il-potenzjal li jiġu sfruttati teknoloġiji partikolari tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post jiddependi minn fatturi speċifiċi għall-post u s-sit bħall-klima, id-dell, l-ispazju disponibbli, eċċ. Investiment fi skemi tal-enerġija rinnovabbli mhux fuq il-post jista' jsir minn kwalunkwe organizzazzjoni. L-applikabbiltà ta' din il-BEMP tista' tkun limitata għal impriżi żgħar fil-każ ta' żminijiet twal għat-tifdija.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i11)

    Perċentwal tal-użu ta' enerġija finali ssodisfat mill-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post (%)

    (i47)

    Użu ta' krediti ta' enerġija rinnovabbli ċċertifikati (iva/le)

    (b56)

    L-ekwivalenti ta' 50 % tal-użu ta' enerġija annwali mill-akkomodazzjoni huwa ġġenerat minn sorsi rinnovabbli fuq il-post, jew minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli verifikabbilment addizzjonali mhux fuq il-post.

    (b57)

    100 % tal-elettriku ġej minn sorsi tal-elettriku rinnovabbli traċċabbli li mhumiex diġà mniżżlin taħt organizzazzjoni oħra jew fit-taħlita ta' ġenerazzjoni medja tal-elettriku nazzjonali, jew li m'ilhomx iktar minn sentejn.

    3.7.   Kċejjen ta' ristoranti u lukandi

    3.7.1.   Xiri ta' prodotti tal-ikel u x-xorb ekoloġiċi

    Il-BEMP hija li jiġu vvalutati l-ktajjen tal-provvista tal-ikel u x-xorb sabiex jiġu identifikati l-punti fokali ambjentali u l-punti ta' kontroll ewlenin, inkluża l-għażla ta' prodotti b'ċertifikat ekoloġiku u l-editjar tal-menujiet sabiex jiġu evitati ingredjenti li jagħmlu ħsara partikolari (eż. speċijiet ta' ħut mheddin u xi frott li ma jkunx żmienu) u l-iżgurar ta' porzjonijiet xierqa ta' laħam u prodotti tal-ħalib u d-disponibbiltà ta' għażliet veġetarjani.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għall-kċejjen kollha. Il-kċejjen f'żoni rurali jistgħu jiksbu l-ikel minn fuq il-post. Kċejjen kbar jista' jkollhom influwenza ikbar fuq il-fornituri. Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw b'mod sħiħ din il-BEMP ukoll.

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i48)

    Perċentwal ta' ingredjenti b'ċertifikat ambjentali (skont il-valur) (%)

    (b58)

    L-organizzazzjoni kapaċi tipprovdi informazzjoni dokumentata, li tal-inqas tinkludi l-pajjiż ta' oriġini, għall-ingredjenti ewlenin kollha.

    (b59)

    Tal-inqas 60 % tal-prodotti tal-ikel u x-xorb, skont il-valur tax-xiri, għandhom ċertifikat ambjentali (eż. organiċi).

    3.7.2.   Immaniġġjar tal-iskart organiku

    Il-BEMP hija li titnaqqas għall-minimu l-ħela ta' ikel evitabbli permezz ta' żvilupp bir-reqqa tal-menù u għażla ta' porzjonijiet ġusti, u li jiġi żgurat li l-iskart organiku kollu jiġi separat u jintbagħat għad-diġestjoni anajrobika meta dan ikun possibbli, jew inkella għall-ħruq bl-irkupru tal-enerġija jew kompostar lokali/fuq il-post.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għall-kċejjen kollha. L-għażla ppreferuta tar-riċiklaġġ tal-iskart tad-diġestjoni anajrobika jaf ma tkunx disponibbli f'ċerti postijiet, f'liema każ l-iskart jista' jintbagħat għall-inċinerazzjoni bl-irkupru tal-enerġija jew billi jsir kompost. Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw b'mod sħiħ din il-BEMP ukoll.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i49)

    Ġenerazzjoni ta' skart organiku (kg għal kull klijent servut l-ikel)

    (i50)

    Perċentwali ta' skart organiku mibgħut għad-diġestjoni anajrobika, għall-irkupru tal-enerġija alternattiva, mibdul f'kompost fuq il-post jew mibgħut biex isir kompost (%)

    (b60)

    ≥ 95 % tal-iskart organiku huwa separat u mneħħi mill-miżbla, u, fejn possibbli, jintbagħat għad-diġestjoni anajrobika.

    (b61)

    Ġenerazzjoni totali ta' ≤ 0,25 kg skart organiku għal kull klijent servut l-ikel, u ġenerazzjoni ta' ≤ 0,18 kg skart evitabbli għal kull klijent servut l-ikel.

    3.7.3.   Ħasil tal-platti, tindif u preparazzjoni tal-ikel ottimizzati

    Il-BEMP hija li jingħażel tagħmir tal-ħasil effiċjenti, inklużi valvs ta' sprejjar bit-tlaħliħ minn qabel bi fluss baxx li jaħdmu bit-trigger, magni tal-ħasil tal-platti u steamer bla konnessjoni effiċjenti, u li jiġi ssorveljat u li jittieħed parametraġġ referenzjarju tal-konsum tal-ilma f'żoni ta' kċejjen/ristoranti.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għall-kċejjen kollha. L-installazzjoni ta' magni tal-ħasil tal-platti iktar effiċjenti tista' tkun ekonomikament vijabbli biss meta l-magni tal-ħasil tal-platti jkunu waslu fi tmiem il-ħajja operazzjonali tagħhom jew jeħtieġu tiswija. Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw b'mod sħiħ din il-BEMP ukoll.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i51)

    Konsum ta' ilma mill-kċina għal kull klijent servut l-ikel (l/klijent servut l-ikel)

    (i52)

    Perċentwal ta' sustanzi kimiċi bl-ekotikketta għall-ħasil tal-platti u t-tindif tal-kċina (%)

    (i53)

    Xiri ta' tagħmir tal-kċina effiċjenti ekoloġiku (iva/le)

    (b62)

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar tal-ilma fil-kċina li jinkludi monitoraġġ u rapportar tal-konsum totali ta' ilma mill-kċina normalizzat għal kull klijent servut l-ikel, u l-identifikazzjoni ta' miżuri ta' prijorità sabiex jonqos il-konsum tal-ilma.

    (b63)

    Tal-inqas 70 % tal-volum mixtri ta' prodotti għat-tindif bis-sustanzi kimiċi (ħlief prodotti għat-tindif tal-fran) għall-ħasil tal-platti u t-tindif għandhom ekotikketta (eż. l-Ekotikketta tal-UE).

    3.7.4.   Tisjir, ventilazzjoni u tkessiħ ottimizzati

    Il-BEMP hija li jingħażel tagħmir tat-tisjir effiċjenti, inklużi hob tal-induzzjoni jew hobs tal-gass ikkontrollati bis-sensers tal-borom, tagħmir tat-tkessiħ effiċjenti li juża refriġeranti naturali bħal ammonijaka jew diossidu tal-karbonju, u li tiġi kkontrollata l-ventilazzjoni skont id-domanda għaliha.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għall-kċejjen kollha. L-installazzjoni ta' tagħmir tat-tisjir u t-tkessiħ iktar effiċjenti tista' tkun ekonomikament vijabbli biss meta t-tagħmir eżistenti jkun wasal fi tmiem il-ħajja operatorja tiegħu. Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw b'mod sħiħ din il-BEMP ukoll.

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

    (i54)

    Użu tal-enerġija speċifiku għal kull klijent servut l-ikel (kWh/klijent servut l-ikel)

    (b64)

    L-implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar tal-enerġija tal-kċina li jinkludi monitoraġġ u rapportar tal-użu totali ta' enerġija mill-kċina normalizzat għal kull klijent servut l-ikel, u l-identifikazzjoni ta' miżuri ta' prijorità sabiex jonqos il-konsum ta' enerġija.

    3.8.   Siti tal-ikkampjar

    3.8.1.   Edukazzjoni għall-klijenti dwar l-ambjent

    Il-BEMP hija li l-klijenti jiġu pprovduti b'edukazzjoni interattiva fuq il-post dwar kwistjonijiet ambjentali, inklużi korsijiet, passaġġi naturali, jew tagħmir bħal trasport b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju (roti, roti tal-elettriku).

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għas-siti tal-ikkampjar kollha u tipi oħrajn ta' akkomodazzjoni (speċjalment rurali). L-applikabbiltà ta' din il-BEMP tista' tkun limitata għal impriżi żgħar li m'għandhomx ħafna riżorsi.

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

    (i55)

    Informazzjoni/edukazzjoni ambjentali disponibbli għall-klijenti (iva/le)

    (i56)

    Mezzi tat-trasport b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju (eż. roti) huma disponibbli għall-klijenti (iva/le)

    (b65)

    Il-kumpanija tal-akkomodazzjoni tħeġġeġ u tiffaċilita mġiba u attivitajiet li jieħdu ħsieb l-ambjent, u tipprovdi edukazzjoni dwar l-ambjent għall-klijenti permezz ta' attivitajiet u korsijiet fuq il-post.

    3.8.2.   L-immaniġġjar ambjentali taż-żoni fuq barra

    Il-BEMP hija li tiġi massimizzata l-bijodiversità fuq il-post bit-tħawwil ta' speċi nattivi u l-installazzjoni ta' bjut u ħitan ekoloġiċi. Il-BEMP hija li jitnaqqas għall-minimu l-konsum ta' ilma għall-irrigazzjoni u l-użu ta' ilma griż jew ilma tax-xita. Il-BEMP hija li jitnaqqas għall-minimu t-tniġġis tad-dawl li ġej mid-dawl ta' barra (eż. bl-użu ta' lampi tas-sodju bi pressjoni baxxa angolati tajjeb) u t-tnaqqis ta' tniġġis akustiku minn avvenimenti fuq barra billi jiġu installati barrieri tal-ħoss u jiġu infurzati regoli stretti dwar il-ħin li fih jintemmu t-tali avvenimenti.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għas-siti tal-ikkampjar kollha u tipi oħrajn ta' akkomodazzjoni (speċjalment rurali), inklużi impriżi żgħar.

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i4)

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar tal-bijodiversità (iva/le)

    (b66)

    Żamma jew żieda tal-bijodiversità fuq il-post bit-tħawwil ta' speċi nattivi, il-ħolqien ta' kenn għal speċi ta' annimali lokali, u l-installazzjoni ta' bjut ekoloġiċi fejn possibbli; u billi jitnaqqsu għall-minimu l-inputs kimiċi, it-tniġġis tad-dawl u akustiku.

    (b67)

    Tnaqqis għall-minimu tat-tniġġis tad-dawl u d-disturb tal-organiżmi selvaġġi billi jiġu installati luminarji effiċjenti u b'angolu xieraq ikkontrollati b'timer jew senser għad-dwal esterni li ma jipproduċu ebda dawl 'il fuq.

    (b68)

    Tnaqqis għall-minimu tal-konsum tal-ilma bit-tħawwil ta' speċi nattivi u ħuxlief, u billi jiġu installati sistemi ta' irrigazzjoni kkontrollati mħaddma bl-ilma griż, fejn possibbli.

    3.8.3.   L-effiċjenza enerġetika tas-siti tal-ikkampjar u l-installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli

    Il-BEMP hija li jitnaqqas għall-minimu l-konsum ta' enerġija għat-tisħin tal-ilma, l-HVAC u d-dawl billi jiġu installati fittings bi fluss baxx, iżolament tajjeb għall-bini, u dawl fluworexxenti jew LED, u li tiġi installata wkoll kapaċità li tiġġenera l-enerġija rinnovabbli fuq il-post (eż. tisħin tal-ilma bix-xemx). Barra minn hekk, is-sħana tista' tiġi rkuprata minn ilma griż tal-kamra tal-ħasil bl-użu ta' pompa tas-sħana.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għas-siti tal-ikkampjar kollha. L-installazzjoni ta' teknoloġiji speċifiċi tal-enerġija rinnovabbli tiddependi fuq il-karatteristiċi speċifiċi għas-sit. Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw din il-BEMP bis-sħiħ.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

    (i57)

    Użu ta' enerġija speċifika għal kull klijent-lejl (kWh/klijent-lejl)

    (i11)

    Perċentwal tal-użu ta' enerġija finali ssodisfat mill-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post (%)

    (i47)

    Użu ta' krediti ta' enerġija rinnovabbli ċċertifikati (iva/le)

    (b69)

    L-użu speċifiku finali tal-enerġija (ħlief l-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post) huwa ta' ≤ 2,0 kWh għal kull klijent-lejl.

    (b70)

    100 % tal-elettriku ġej minn sorsi tal-elettriku rinnovabbli traċċabbli li mhumiex diġà mniżżlin taħt organizzazzjoni oħra jew fit-taħlita ta' ġenerazzjoni medja tal-elettriku nazzjonali, jew li m'ilhomx iktar minn sentejn.

    3.8.4.   Effiċjenza fl-użu tal-ilma tas-siti tal-ikkampjar

    Il-BEMP hija li jitnaqqas għall-minimu l-konsum tal-ilma bl-installazzjoni ta' vitien u doċċi bi fluss baxx, kontrolli bit-timer tax-showers, u tojlits bi flaxing doppju u bi fluss baxx u awrinarji bla ilma.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għas-siti tal-ikkampjar kollha. Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw din il-BEMP bis-sħiħ.

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati

    Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

    (i23)

    Konsum ta' ilma għal kull klijent-lejl (l/klijent-lejl)

    (i25)

    Rati ta' fluss tad-doċċi, serpentini tal-kamra tal-banju, awrinarji u flaxings tat-tojlit (l/min jew l/flaxjatura).

    (b71)

    Konsum totali ta' ≤ 94 litru ilma għal kull klijent-lejl f'siti tal-ikkampjar b'kull servizz disponibbli ta' erba' u ħames stilel, u konsum ta' ≤ 58 litru ilma għal kull klijent-lejl fis-siti tal-ikkampjar kollha l-oħrajn.

    3.8.5.   Tnaqqis għall-minimu tal-iskart fis-siti tal-ikkampjar

    Il-BEMP hija li titnaqqas għall-minimu l-ġenerazzjoni tal-iskart residwu bl-implimentazzjoni ta' prevenzjoni tal-iskart, billi jiġu pprovduti faċilitajiet tal-għażla tal-iskart konvenjenti fuq il-post, u billi jiġu kkuntrattati s-servizzi ta' riċiklaġġ tal-iskart.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP hija applikabbli għas-siti tal-ikkampjar kollha. Hemm inqas kamp ta' applikazzjoni għall-prevenzjoni tal-iskart milli f'tipi oħrajn ta' akkomodazzjoni għaliex ħafna mill-iskart ġej minn dak li jixtru l-klijenti. Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw din il-BEMP bis-sħiħ.

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

    (i39)

    Skart mhux magħżul iġġenerat għal kull klijent-lejl (kg/klijent-lejl)

    (b72)

    ≤ 0,2 kg skart residwu totali mibgħut għar-rimi għal kull klijent-lejl.

    3.8.6.   Pixxini naturali

    Il-BEMP hija li tiġi installata pixxina naturali jew pixxina eżistenti tiġi kkonvertita f'pixxina naturali.

    Applikabbiltà

    Din il-BEMP tista' tiġi implimentata fis-siti tal-ikkampjar kollha u tipi oħrajn ta' akkomodazzjoni (speċjalment rurali). Impriżi żgħar jistgħu jimplimentaw din il-BEMP bis-sħiħ.

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza assoċjati

    Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

    Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

    (i58)

    Installazzjoni ta' pixxina naturali (iva/le)

    (b73)

    Il-pixxina/i fuq il-post tinkorpora/jinkorporaw sistemi ta' ffiltrar ibbażati fuq impjant naturali sabiex tinkiseb purifikazzjoni tal-ilma li tilħaq l-istandard iġeniku meħtieġ.

    4.   INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI EWLENIN RAKKOMANDATI SPEĊIFIĊI GĦAS-SETTUR

    It-Tabella li ġejja telenka għażla tal-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali ewlenin għal organizzazzjonijiet fis-settur tat-turiżmu. Hemm sottosett tal-indikaturi kollha msemmijin fil-kapitolu 3. It-Tabella hija maqsuma f'sitt partijiet; l-ewwel waħda telenka l-indikaturi applikabbli għall-atturi kollha tas-settur (trażversali), filwaqt li l-partijiet li ġejjin huma waħda għal kull wieħed mill-atturi ewlenin indirizzati minn dan l-SRD (maniġers tad-destinazzjoni, operaturi turistiċi u aġenti tal-ivvjaġġar, akkomodazzjonijiet, kċejjen tar-ristoranti u tal-lukandi u siti tal-ikkampjar).

    Indikatur

    Unità komuni

    Deskrizzjoni qasira

    Livell minimu rakkomandat ta' monitoraġġ

    Indikatur ewlieni relatat

    skont l-Anness IV għar-Regolament (KE) 1221/2009 (it-Taqsima C.2)

    Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

    u l-aħjar prattika ta' mmaniġġjar tal-ambjent relatata

    TRAŻVERSALI

    1.

    Implimentazzjoni ta' sistema ta' mmaniġġjar ambjentali

    (iva/le)

    L-indikatur jiddikjara jekk l-organizzazzjoni timplimentax sistema ta' mmaniġġjar ambjentali. Dan l-indikatur jista' jintuża mill-atturi kollha fis-settur tat-turiżmu (jiġifieri maniġers tad-destinazzjoni, operaturi turistiċi, fornituri tal-akkomodazzjoni, fornituri tal-ikel u x-xorb, operaturi tat-trasport u fornituri tal-attivitajiet).

    Għal kull sit

    (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Kollha

    L-indikaturi xierqa jintużaw sabiex jiġu ssorveljati l-aspetti rilevanti kollha tal-prestazzjoni ambjentali, inklużi aspetti indiretti u li jitkejlu b'inqas faċilità bħall-impatti fuq il-bijodiversità. (BEMP 3.1.1)

    Il-persunal kollu jiġi pprovdut b'informazzjoni dwar l-objettivi ambjentali u taħriġ fuq azzjonijiet rilevanti ta' mmaniġġjar ambjentali. (BEMP 3.1.1)

    L-aħjar prattiki ta' mmaniġġjar ambjentali huma implimentati, fejn applikabbli. (BEMP 3.1.1)

    2.

    Perċentwal ta' prodotti u servizzi li jikkonformaw mal-kriterji ambjentali speċifiċi

    %

    L-indikatur jirreferi għall-valutazzjoni tal-katina tal-provvista, fuq il-bażi tal-għażla ta' prodotti/servizzi li jikkonformaw ma' kriterji u ċertifikazzjonijiet ambjentali speċifiċi (eż. l-Ekotikketta tal-UE).

    Għal kull sit

    (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Kollha

    L-organizzazzjoni applikat ċiklu tal-ħajja bil-għan li tidentifika l-għażliet tat-titjib għall-ktajjen tal-provvista ewlenin kollha li jħallu impatt fuq il-punti fokali ambjentali. (BEMP 3.1.2)

    ≥ 97 % tas-sustanzi kimiċi (skont il-piż tal-ingredjent attiv jew il-volum mixtri), użati fil-bini tal-akkomodazzjoni u r-ristorant huma ċċertifikati skont ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (jew jista' jintwera li huma l-iktar għażla ekoloġika disponibbli). (BEMP 3.1.2)

    ≥ 97 % tal-injam, il-karta u l-kartun kollha mixtrijin mill-akkomodazzjoni u r-ristoranti huma riċiklati jew għandhom ċertifikat ambjentali (bl-ekotikketta, FSC, PEFC). (BEMP 3.1.2)

    MANIĠERS TAD-DESTINAZZJONIJIET

    1.

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' destinazzjoni sostenibbli

    (iva/le)

    L-indikatur jiddikjara jekk il-maniġer tad-destinazzjoni jimplimenta pjan ta' destinazzjoni sostenibbli li jindirizza l-isfidi ambjentali ewlenin fid-destinazzjoni, ikopri ż-żona ta' destinazzjoni sħiħa u jikkoordina lill-atturi rilevanti kollha involuti.

    Destinazzjoni

    Kollha

    L-implimentazzjoni ta' pjan ta' destinazzjoni li: (i) ikopri ż-żona ta' destinazzjoni sħiħa; (ii) jinvolvi l-koordinazzjoni fost l-atturi governattivi u privati rilevanti kollha; (iii) jindirizza l-isfidi ambjentali ewlenin fi ħdan id-destinazzjoni. (BEMP 3.2.1)

    2.

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar tal-bijodiversità

    (iva/le)

    L-indikatur jirreferi għall-implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar tal-bijodiversità fid-destinazzjoni.

    Destinazzjoni

    Bijodiversità

    Naqqas għall-minimu u kkumpensa għal kwalunkwe bijodiversità spostata mill-iżvilupp għat-turiżmu sabiex il-bijodiversità fil-livell tad-destinazzjoni tinżamm jew tiżdied f'żoni b'valur naturali għoli, u tiżdied f'żoni degradati. (BEMP 3.2.2)

    3.

    Konsum kuljum ta' ilma għal kull klijent

    L/klijent-jum

    L-ammont ta' ilma użat bħala medja minn kull klijent fis-sit ta' destinazzjoni.

    Destinazzjoni

    Ilma

    Konsum medju ta' ≤ 200 litru ilma mit-turisti għal kull klijent-jum. (BEMP 3.2.3)

    4.

    Perċentwal ta' ilma mormi mibgħut għat-trattament sekondarju jew terzjarju

    %

    Perċentwal ta' ilma mormi ġġenerat fid-destinazzjoni li huwa ttrattat bi trattament sekondarju jew terzjarju matul l-eqqel staġun turistiku.

    Destinazzjoni

    Ilma

    Servizzi, inklużi t-trasport pubbliku, il-forniment tal-ilma, it-trattament ta' ilma mormi u r-riċiklaġġ tal-iskart, huma mfasslin sabiex ilaħħqu mad-domanda massima u sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tat-turiżmu fid-destinazzjoni. (BEMP 3.2.3)

    ≥ 95 % tal-ilma mormi ġġenerat fid-destinazzjoni jirċievi tal-inqas trattament sekondarju, jew trattament terzjarju għall-iskariku f'ilmijiet riċeventi sensittivi, inkluż matul l-eqqel staġun turistiku. (BEMP 3.2.3)

    5.

    Perċentwal ta' skart solidu muniċipali mibgħut għar-riċiklaġġ jew id-diġestjoni anajrobika

    %

    Perċentwal ta' skart muniċipali mibjugħ miġbur fid-destinazzjoni li jintbagħat għar-riċiklaġġ jew id-diġestjoni anajrobika.

    Destinazzjoni

    Skart

    ≥ 95 % tal-iskart solidu muniċipali jitneħħa mill-miżbla u jintbagħat għar-riċiklaġġ jew id-diġestjoni anajrobika. (BEMP 3.2.3)

    6.

    Perċentwal ta' vjaġġi li jsiru bit-trasport pubbliku, bil-mixi u bir-roti fid-destinazzjoni mit-turisti

    %

    Perċentwal ta' vjaġġi f'destinazzjoni li jsiru bit-trasport pubbliku, bil-mixi u bir-roti mit-turisti.

    Destinazzjoni

    Emissjonijiet

    Servizzi, inklużi t-trasport pubbliku, il-forniment tal-ilma, it-trattament ta' ilma mormi u r-riċiklaġġ tal-iskart, huma mfasslin sabiex ilaħħqu mad-domanda massima u sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tat-turiżmu fid-destinazzjoni. (BEMP 3.2.3)

    It-trasport pubbliku, il-mixi u r-roti jammontaw għal ≥ 80 % tal-vjaġġi li jagħmlu t-turisti fid-destinazzjonijiet tal-belt. (BEMP 3.2.3)

    7.

    Perċentwal tad-domanda tal-enerġija finali ssodisfata minn enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post

    %

    Proporzjon ta' bejn l-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post fid-destinazzjoni u d-domanda totali għall-enerġija tad-destinazzjoni f'termini tal-enerġija finali.

    Destinazzjoni

    Emissjonijiet

    (BEMP 3.2.3)

    OPERATURI TURISTIĊI U AĠENTI TAL-IVVJAĠĠAR

    1.

    Emissjonijiet tal-GHG speċifiċi mit-trasport

    kg CO2/passiġġier-km

    Il-konsum ta' fjuwil/enerġija ta' inġenji tal-ajru, karozzi tal-linja, kowċijiet u ferroviji taħt il-kontroll ta' operaturi turistiċi huwa ssorveljat u tintalab id-dejta għal fornituri tat-trasport sottokuntrattati.

    Organizzazzjoni flotta ta' ajruplani/vetturi

    Effiċjenza enerġetika

    Effiċjenza fl-użu tal-materjali

    Emissjonijiet

    L-operaturi turistiċi ma joffrux titjiriet għal: (i) destinazzjonijiet inqas minn 700 km 'il bogħod; (ii) destinazzjonijiet li jaslu sa 2 000  km għal soġġorn ta' inqas minn tmint ijiem, jew; destinazzjonijiet iktar minn 2 000  km 'il bogħod għal soġġorn ta' inqas minn 14-il jum. (BEMP 3.3.1)

    Il-flotot tal-linji tal-ajru tal-operaturi turistiċi jiksbu konsum medju speċifiku ta' ≤ 2,7 litru fjuwil għal kull 100 passiġġier-km. (BEMP 3.3.1)

    Konsum medju ta' ≤ 0,75 litru fjuwil mill-flotta ta' kowċijiet jew karozzi tal-linja għal kull 100 passiġġier-km u tal-inqas 90 % tal-flotta huma konformi mal-EURO V jew jaħdmu b'sistemi ta' fjuwil alternattiv. (BEMP 3.3.1)

    2.

    Perċentwal ta' emissjonijiet tal-GHG mit-trasport ikkumpensati bi krediti ċċertifikati tal-karbonju

    %

    Perċentwal ta' emissjonijiet ta' CO2 ikkumpensati mill-krediti mixtrijin iċċertifikati tal-karbonju. Għall-kumpens tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni, għandu jiġi applikat fattur ta' indiċi forzanti radjattiv xieraq.

    Organizzazzjoni flotta ta' ajruplani/vetturi

    Effiċjenza enerġetika

    Effiċjenza fl-użu tal-materjali

    Emissjonijiet

    L-emissjonijiet ta' GHG mit-trasport mill-pakketti kollha mibjugħin huma kkumpensati b'mod awtomatiku permezz ta' investiment dirett fil-proġetti ta' evitar tal-GHG jew bix-xiri ta' krediti ċċertifikati tal-karbonju. (BEMP 3.3.1)

    3.

    Perċentwal ta' fornituri tal-akkomodazzjoni (skont il-klijenti-iljieli jew il-valur mibjugħ) li jirrispettaw il-kriterji ambjentali speċifiċi

    %

    Dan l-indikatur iqis l-istandards ambjentali ċċertifikati ta' parti terza (eż. l-Ekotikketta tal-UE, Nordic Swan) kif ukoll il-konformità ma' sett speċifiku ta' rekwiżiti.

    Organizzazzjoni

    Kollha

    ≥ 90 % tal-fornituri tal-akkomodazzjoni, fuq il-bażi tal-valur tal-bejgħ jew l-iljieli mqatta', huma konformi ma' sett ta' rekwiżiti ambjentali (idealment rikonoxxuti minn ċertifikazzjoni ta' parti terza). (BEMP 3.3.2)

    4.

    Perċentwal ta' servizzi li qed isirilhom titjib ambjentali fid-destinazzjoni

    %

    L-indikatur jirreferi għall-perċentwal ta' servizzi li l-operatur turistiku kkontribwixxa għat-titjib fi ħdan kull waħda mid-destinazzjonijiet ewlenin tiegħu.

    Destinazzjoni u organizzazzjoni

    Kollha

    L-operatur turistiku jixpruna titjib ambjentali billi: (i) titjieb il-prestazzjoni tal-katina tal-provvista; (ii) jiġi influwenzat l-immaniġġjar tad-destinazzjoni; (iii) jiddaħħlu skemi ta' titjib dirett. (BEMP 3.3.3)

    5.

    Perċentwal ta' mawriet sostenibbli ewlenin (eż. bl-ekotikketta) mibjugħin (skont il-valur)

    %

    Il-perċentwal skont il-valur ta' mawriet sostenibbli ewlenin (eż. bl-ekotikketta tal-Awstrija għal pakketti tal-ivvjaġġar) mill-mawriet totali mibjugħin mill-operatur turistiku.

    Organizzazzjoni

    Kollha

    L-operatur turistiku jippromwovi l-pakketti ta' turiżmu sostenibbli fil-materjal ta' reklamar popolari. (BEMP 3.3.4)

    Il-pakketti ta' turiżmu sostenibbli ewlenin (eż. bl-ekotikketta tal-Awstrija għal pakketti tal-ivvjaġġar) jirrappreżentaw sehem ta' ≥ 10 % mill-bejgħ. (BEMP 3.3.4)

    L-operatur turistiku juża metodi effettivi ta' kummerċjalizzazzjoni u komunikazzjoni sabiex iħeġġeġ għażliet iktar sostenibbli fl-għażla ta' pakketti tat-turiżmu. (BEMP 3.3.4)

    L-operatur turistiku jipprovdi lill-klijenti kollha tiegħu b'informazzjoni speċifika għad-destinazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni sabiex jippromwovi mġiba sostenibbli fid-destinazzjoni. (BEMP 3.3.4)

    6.

    Konsum ta' karta għal kull klijent

    g/klijent

    L-ammont ta' karta użata għal kull klijent.

    Organizzazzjoni

    Effiċjenza fl-użu tal-materjali

    Skart

    Emissjonijiet

    Materjal tal-uffiċċju u promozzjonali stampat: (i) huwa evitat kull meta dan ikun possibbli; (ii) juża karta 100 % riċiklata jew b'ċertifikat ambjentali (eż. b'ekotikketta, FSC, PEFC); (iii) huwa stampat b'servizzi ta' pprintjar b'ċertifikat ambjentali (eż. EMAS, ISO14001). (BEMP 3.3.5)

    7.

    Ċertifikazzjoni ambjentali tal-karta u l-ipprintjar

    (iva/le)

    Dan l-indikatur jirreferi għal jekk il-karta użata għandhiex ċertifikat ambjentali (eż. l-Ekotikketta tal-UE, FSC), u ġietx ipprintjata bl-użu ta' servizzi ta' pprintjar b'ċertifikat ambjentali.

    Organizzazzjoni

    Effiċjenza fl-użu tal-materjali

    Skart

    Materjal tal-uffiċċju u promozzjonali stampat: (i) huwa evitat kull meta dan ikun possibbli; (ii) juża karta 100 % riċiklata jew b'ċertifikat ambjentali (eż. b'ekotikketta, FSC, PEFC); (iii) huwa stampat b'servizzi ta' pprintjar b'ċertifikat ambjentali (eż. EMAS, ISO14001). (BEMP 3.3.5)

    8.

    Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mill-operazzjonijiet tal-uffiċċju jew fil-livell tal-konsum

    kg CO2/klijent

    kg CO2/m2sena

    Dan l-indikatur ikejjel l-ammont ta' CO2 li jirriżulta mill-attivitajiet fil-livell tal-konsum u tal-uffiċċju. Jista' jingħata bħala emissjonijiet għal kull klijent jew l-emissjonijiet għas-superfiċje tal-ħanut u l-uffiċċju u fis-sena.

    Organizzazzjoni

    Emissjonijiet

    Il-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-enerġija u l-GHG huma implimentati u l-emissjonijiet ta' enerġija u GHG li jirriżultaw mill-attivitajiet fil-livell tal-konsum u tal-uffiċċju huma rrapportati u jingħataw għal kull m2 ta' art tal-ħanut u l-uffiċċju fis-sena, u għal kull klijent. (BEMP 3.3.5)

    9.

    Konsum annwali ta' ilma fil-binjiet tal-uffiċċju għal kull impjegat

    L/impjegat·sena

    Dan l-indikatur jirreferi għall-użu annwali ta' ilma fil-binjiet tal-uffiċċji diviż min-numru ta' impjegati li jaħdmu f'dawn il-binjiet.

    Organizzazzjoni

    Ilma

    Konsum ta' ≤ 2,0 m3 ilma għal kull impjegat fis-sena. (BEMP 3.3.5)

    AKKOMODAZZJONIJIET

    1.

    Konsum ta' ilma għal kull klijent-lejl

    l/klijent-lejl

    Il-konsum ta' ilma huwa mkejjel fuq il-binjiet ta' akkomodazzjoni tul sena, normalizzat għan-numru ta' klijenti-iljieli.

    Il-konsum ta' ilma għal pixxini kbar jew ristoranti li jaqdu lil sehem għoli ta' persuni mhux residenti jista' jkun eskluż mill-indikatur għall-parametraġġ referenzjarju tal-akkomodazzjoni.

    Għal kull lukanda jew ekwivalenti

    (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Sottometraġġ taż-żoni tal-akkomodazzjoni

    Ilma

    L-implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar tal-ilma speċifiku għas-sit li jinkludi: (i) sottometraġġ u parametraġġ referenzjarju tal-proċessi u ż-żoni ewlenin kollha li jikkonsmaw l-ilma; (ii) spezzjoni u manutenzjoni regolari tal-“punti ta' tnixxija” tas-sistema tal-ilma u tal-apparati. (BEMP 3.4.1)

    Konsum totali ta' ≤ 140 L ilma għal kull klijent-lejl f'lukandi b'kull servizz disponibbli, u ≤ 100 L għal kull klijent-lejl fl-akkomodazzjoni fejn il-maġġor parti tal-kmamar tal-banju huma maqsumin bejn il-kmamar (eż. hostels). (BEMP 3.4.1)

    2.

    Massa ta' materjali għall-ħasil iġġenerati għal kull klijent-lejl

    kg materjali għall-ħasil/klijent-lejl

    Massa totali ta' materjali għall-ħasil iġġenerati għal kull klijent-lejl. Dan l-indikatur huwa influwenzat mir-rata ta' użu mill-ġdid, il-kwantità ta' drap, id-daqs u d-densità.

    Għal kull bini

    Ilma

    Effiċjenza enerġetika

    Tnaqqis ta' mill-inqas 30 % fil-materjali għall-ħasil miksub bl-użu mill-ġdid tax-xugamani u l-lożor. (BEMP 3.4.3)

    3.

    Konsum ta' prodotti kimiċi għat-tindif u l-ħasil tal-ħwejjeġ f'termini tal-kisba ta' ingredjenti kimiċi attivi għal kull klijent-lejl

    g/klijent-lejl

    Dan l-indikatur jinkludi l-prodotti kimiċi kollha għat-tindif u l-ħasil tal-platti (ħlief deterġenti tal-materjali għall-ħasil, prodotti speċjali tat-tindif u sustanzi kimiċi tal-pixxini). L-ammont li jrid jiġi rrapportat huwa f'termini ta' ingredjenti kimiċi attivi.

    Għal kull bini

    Skart

    Konsum ta' prodotti kimiċi għat-tindif u l-ħasil tal-platti (ħlief deterġenti tal-ħasil tal-materjali, prodotti tat-tindif speċjali u sustanzi kimiċi tal-pixxina) ta' ≤ 10 grammi ingredjenti kimiċi attivi għal kull klijent-lejl. (BEMP 3.4.3)

    4.

    Perċentwal ta' sustanzi kimiċi u drappijiet bl-ekotikketta tat-Tip I tal-ISO

    %

    Perċentwal ta' sustanzi kimiċi u drappijiet użati li għandhom l-ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (għal operazzjonijiet ta' tindif, sapun, xampujiet, eċċ.).

    Għal kull bini

    Skart

    Tal-inqas 80 % (skont il-piż tal-ingredjent attiv jew il-volum mixtri) tal-prodotti għal kull tip ta' tindif, deterġenti sanitarji, sapun u xampujiet użati mill-akkomodazzjoni tat-turisti għandhom ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (eż. l-Ekotikketta tal-UE). (BEMP 3.4.3)

    5.

    Konsum ta' ilma għal kull kg ta' materjali għall-ħasil

    L/kg materjali għall-ħasil

    Dan l-indikatur ikejjel il-konsum ta' ilma għaċ-ċiklu tal-ħasil sħiħ għal kull kg ta' materjali għall-ħasil.

    Skont il-materjali għall-ħasil użati mill-akkomodazzjoni

    Ilma

    Għal operazzjonijiet ta' ħasil tal-materjali fuq skala żgħira, il-magni tal-ħasil domestiċi l-ġodda kollha għandhom klassifikazzjoni bit-tikketta tal-enerġija tal-UE ta' A+++, u l-magni tal-ħasil kummerċjali għandhom konsum medju ta' ≤ 7 L ilma għall-ħasil għal kull kg ta' materjali maħsulin.

    Konsum totali ta' ≤ 5 L ilma tul iċ-ċiklu sħiħ tal-ħasil ta' operazzjonijiet tal-ħasil fuq skala kbira għal kull kg drapp għall-materjali għall-ħasil tal-akkomodazzjonijiet u ≤ 9 L għal kull kg drapp għall-materjali għall-ħasil tar-ristoranti. (BEMP 3.4.5).

    6.

    Konsum ta' enerġija għal kull kg materjali għall-ħasil

    kWh/kg materjali għall-ħasil

    Dan l-indikatur ikejjel il-konsum ta' enerġija għaċ-ċiklu tal-ħasil sħiħ għal kull kg materjali għall-ħasil.

    Skont il-materjali għall-ħasil użati mill-akkomodazzjoni

    Effiċjenza enerġetika

    Konsum totali ta' ≤ 2,0 kWh enerġija mill-proċess ta' ħasil fuq skala żgħira fuq il-post għal kull kg drapp għal prodotti għall-ħasil nixfin u lesti. (BEMP 3.4.4).

    Konsum totali ta' ≤ 0,90 kWh enerġija mill-proċess għal prodotti għall-ħasil fuq skala kbira nixfin u lesti għal kull kg drapp għall-materjali għall-ħasil tal-akkomodazzjonijiet u ta' ≤ 1,45 kWh għal kull kg drapp għall-materjali għall-ħasil tar-ristoranti. (BEMP 3.4.5)

    7.

    Perċentwal ta' deterġenti tal-ħasil bl-ekotikketta

    %

    Perċentwal ta' deterġenti bl-ekotikketta użati fl-operazzjonijiet ta' ħasil.

    Skont il-materjali għall-ħasil użati mill-akkomodazzjoni

    Skart

    Tal-inqas 80 % tad-deterġenti tal-ħasil fuq skala żgħira użati (skont il-piż tal-ingredjent attiv jew il-volum mixtri) ingħataw ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (eż. Nordic Swan, Blaue Engel, l-Ekotikketta tal-UE). (BEMP 3.4.4).

    Għal operazzjonijiet tal-ħasil fuq skala kbira, l-użu esklussiv ta' deterġenti tal-ħasil għal użu professjonali b'mod konformi mal-ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (eż. l-Ekotikketta tal-UE, Nordic Swan), applikati f'dożi xierqa. (BEMP 3.4.5)

    8.

    Servizz tal-ħasil bl-ekotikketta

    (iva/le)

    Dan l-indikatur jirreferi għall-ikkuntrattar ta' fornitur estern ta' servizzi tal-ħasil li għandu ekotikketta tat-Tip I tal-ISO.

    Għal kull fornitur tas-servizzi tal-ħasil użat mill-akkomodazzjoni

    Ilma

    Effiċjenza enerġetika

    Il-ħasil esternalizzat kollu jsir minn fornitur li ngħata ekotikketta tat-Tip I tal-ISO (eż. Nordic Swan), u l-operazzjonijiet interni kollha ta' ħasil fuq skala kbira, jew l-operazzjonijiet ta' ħasil esternalizzati lil fornituri tas-servizz mhux iċċertifikati, jikkonformaw mal-parametraġġi referenzjarji rilevanti. (BEMP 3.4.5)

    9.

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar ambjentali tal-pixxina

    (iva/le)

    L-implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar ambjentali tal-pixxina tinkludi l-monitoraġġ tal-ilma, l-enerġija u s-sustanzi kimiċi.

    Għal kull bini

    Ilma

    Effiċjenza enerġetika

    Effiċjenza fl-użu tal-materjali

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' effiċjenza għaż-żoni tal-pixxini u l-ispas: (i) parametraġġ referenzjarju għall-konsum speċifiku ta' ilma, enerġija u sustanzi kimiċi fiż-żoni tal-pixxini u l-ispas, mogħti għal kull m2 ta' erja tas-superfiċje tal-pixxina u għal kull klijent-lejl; (ii) tnaqqis għall-minimu ta' konsum tal-kloru permezz ta' dożaġġ ottimizzat u l-użu ta' metodi ta' diżinfettar supplimentari bħall-ożonazzjoni u t-trattament tal-UV. (BEMP 3.4.6)

    10.

    Implimentazzjoni ta' riċiklaġġ tal-ilma griż jew l-ilma tax-xita

    (iva/le)

    Dan l-indikatur jiddikjara jekk hijiex installata u tintużax sistema li tuża ilma griż għal skopijiet interni jew esterni (eż. irrigazzjoni), jew li tuża l-ilma tax-xita għal skopijiet interni (eż. ifflaxxjar tat-tojlits).

    Għal kull bini

    Fil-livell tal-organizzazzjoni: % tal-binjiet

    Ilma

    Installazzjoni ta' sistema li tirriċikla l-ilma tax-xita li taqdi d-domanda interna għall-ilma u/jew sistema li tirriċikla l-ilma griż li taqdi domanda interna jew esterna għall-ilma. (BEMP 3.4.7)

    11.

    Ġenerazzjoni ta' skart għal kull klijent-lejl

    kg/klijent-lejl

    Dan l-indikatur jirreferi għall-ġenerazzjoni totali ta' skart (magħżul kif ukoll mhux magħżul).

    L-iskop huwa li tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart (eż. użu mill-ġdid).

    Tal-inqas għal kull lukanda jew ekwivalenti (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Għal kull żona tas-sors (eż. kċina, tindif tal-kmamar)

    Skart

    Effiċjenza fl-użu tal-materjali

    Ġenerazzjoni totali ≤ 0,6 kg skart (magħżul kif ukoll mhux magħżul) għal kull klijent-lejl. (BEMP 3.5.1)

    12.

    Perċentwal ta' skart mibgħut għar-riċiklaġġ

    %

    Dan l-indikatur jesprimi l-ammont ta' skart (mogħti fuq bażi tal-piż) li jinġabar separat u jintbagħat għar-riċiklaġġ.

    Għal kull lukanda jew ekwivalenti

    (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Skart

    Effiċjenza fl-użu tal-materjali

    Tal-inqas 84 % tal-iskart, mogħti fuq bażi tal-piż, jintbagħat għar-riċiklaġġ. (BEMP 3.5.2)

    13.

    Skart mhux magħżul iġġenerat għal kull klijent-lejl

    kg/klijent-lejl

    Dan l-indikatur ikejjel l-ammont ta' skart mhux magħżul (mhux mibgħut għar-riċiklaġġ) iġġenerat.

    Għal kull lukanda jew ekwivalenti

    (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Skart

    Effiċjenza fl-użu tal-materjali

    ≤ 0,16 kg skart mhux magħżul mibgħut għar-rimi għal kull klijent-lejl. (BEMP 3.5.2)

    14.

    Effiċjenza tat-tneħħija tat-trattament tal-ilma mormi fuq il-post

    % ta' tneħħija ta' BOD5, COD, nitroġenu totali, fosforu totali

    Konċentrazzjoni ta' BOD5, COD, nitroġenu totali, fosforu totali fl-effluwent finali (mg/L)

    Dan l-indikatur jirreferi għall-prestazzjoni tas-sistemi ta' trattament tal-ilma mormi fuq il-post (meta jkunu preżenti).

    Għal kull lukanda jew ekwivalenti

    Skart

    Ilma

    Meta ma jkunx possibbli li l-ilma mormi jintbagħat għat-trattament ċentralizzat, it-trattament tal-ilma mormi fuq il-post jinkludi pretrattament (tgħarbil/bar-rack, ekwalizzazzjoni u sedimentazzjoni) segwit minn trattament bijoloġiku bi tneħħija ta' > 95 % tal-BOD5, nitrifikazzjoni ta' > 90 %, u diġestjoni anajrobika (mhux fuq il-post) tal-ħama żejda. (BEMP 3.5.3)

    15.

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' ġestjoni tal-enerġija speċifiku għas-sit

    (iva/le)

    L-indikatur jiddikjara jekk huwiex implimentat pjan ta' ġestjoni tal-enerġija speċifiku għas-sit li jinkludi sottometraġġ tal-proċessi ewlenin kollha li jikkonsmaw l-enerġija u jekk humiex ikkalkolati u rrapportati il-konsum ta' enerġija primarja u l-emissjonijiet ta' CO2 marbutin mal-enerġija.

    Għal kull lukanda jew ekwivalenti u fil-livell tal-organizzazzjoni (valur aggregat)

    Effiċjenza enerġetika

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' ġestjoni tal-enerġija speċifiku għas-sit li jinkludi: (i) sottometraġġ u parametraġġ referenzjarju tal-proċessi ewlenin kollha li jikkonsmaw l-enerġija; (ii) kalkolu u rapportar tal-konsum tal-enerġija primarja u l-emissjonijiet ta' CO2 marbutin mal-enerġija. (BEMP 3.6.1)

    16.

    Użu ta' enerġija speċifika

    kWh/m2·sena

    L-użu ta' enerġija totali għal kull unità ta' żona u fis-sena f'termini ta' enerġija finali.

    L-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post m'għandhiex titnaqqas.

    F'każijiet li fihom l-enerġija għat-tisħin u dik għat-tkessiħ jistgħu jiġu separati minn xulxin, huwa rakkomandat li dawn jiġu rrapportati separati.

    Għal kull lukanda jew ekwivalenti u fil-livell tal-organizzazzjoni (valur aggregat)

    Effiċjenza enerġetika

    Għal binjiet eżistenti, l-użu tal-enerġija finali għall-HVAC (tisħin, ventilazzjoni u kundizzjonament tal-arja) u t-tisħin tal-ilma huwa ta' ≤ 75 kWh, jew l-użu totali finali tal-enerġija ≤ 180 kWh, għal kull m2 ta' spazju msaħħan u mkessaħ fis-sena. (BEMPs 3.6.1, 3.6.2 u 3.6.3)

    Għal binjiet ġodda, il-prestazzjoni tal-enerġija klassifikata tikkonforma mal-istandards Minergie P jew PassiveHouse jew ekwivalenti. (BEMP 3.6.2 u 3.6.3)

    Il-pompi tas-sħana bis-sors tal-ilma u/jew tisħin/tkessiħ ġeotermali huma ppreferuti meta mqabblin ma' sistemi konvenzjonali ta' tisħin u tkessiħ kull meta jkunu fattibbli, u l-pompi tas-sħana jirrispettaw il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE. (BEMP 3.6.4)

    Użu totali ta' ≤ 80 kWh m2sena ta' elettriku (spazju msaħħan u mkessaħ). (BEMP 3.6.5)

    17.

    Kapaċità tad-dawl installata

    W/m2

    Enerġija tad-dawl installata sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' illuminazzjoni għal kull unità ta' żona.

    Indikatur tekniku tajjeb alternattiv huwa Lumens/m2, iżda l-prestazzjoni ambjentali hija iktar marbuta mal-enerġija installata mkejla f'W/m2.

    Għal kull lukanda jew ekwivalenti

    Effiċjenza enerġetika

    Kapaċità tad-dawl installata ta' ≤ 10 W għal kull m2. (BEMP 3.6.5)

    Użu ta' ≤ 25 kWh/m2sena ta' elettriku għad-dawl (spazju msaħħan u mkessaħ). (BEMP 3.6.5)

    Konsum totali ta' ≤ 80 kWh m2sena ta' dawl (spazju msaħħan u mkessaħ). (BEMP 3.6.5)

    18.

    Perċentwal tal-użu tal-enerġija finali ssodisfat mill-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post

    %

    Il-proporzjon bejn l-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post fil-faċilità ta' akkomodazzjoni u l-użu ta' enerġija totali tal-faċilità f'termini tal-enerġija finali.

    Għal kull lukanda jew ekwivalenti u fil-livell tal-organizzazzjoni (valur aggregat)

    Effiċjenza enerġetika

    L-ekwivalenti ta' 50 % tal-użu annwali ta' enerġija mill-akkomodazzjoni huwa ġġenerat minn sorsi rinnovabbli fuq il-post. (BEMP 3.6.6)

    19.

    Użu ta' krediti tal-enerġija rinnovabbli ċċertifikati

    (iva/le)

    Dan l-indikatur jesprimi jekk l-akkomodazzjoni tixtrix enerġija rinnovabbli ċċertifikata barra mis-sit (eż. elettriku rinnovabbli).

    Iċ-ċertifikazzjoni għandha tiżgura li l-enerġija rinnovabbli mixtrija mhijiex diġà mniżżla taħt organizzazzjoni oħra jew fit-taħlita ta' ġenerazzjoni medja tal-elettriku nazzjonali.

    Għal kull lukanda jew ekwivalenti u fil-livell tal-organizzazzjoni (valur aggregat)

    Effiċjenza enerġetika

    100 % tal-elettriku ġej minn sorsi tal-elettriku rinnovabbli traċċabbli li mhumiex diġà mniżżlin taħt organizzazzjoni oħra jew fit-taħlita ta' ġenerazzjoni medja tal-elettriku nazzjonali, jew li m'ilhomx iktar minn sentejn. (BEMP 3.6.6)

    KĊEJJEN TA' RISTORANTI U LUKANDI

    1.

    Perċentwal ta' ingredjenti b'ċertifikat ambjentali (skont il-valur)

    %

    Dan l-indikatur jirreferi għal ingredjenti ċċertifikati bl-istandards ambjentali rilevanti (eż. organiċi, MSC).

    Għal kull ingredjent ewlieni mixtri, (jistgħu jkunu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Kollha

    L-organizzazzjoni kapaċi tipprovdi informazzjoni dokumentata, li tal-inqas tinkludi l-pajjiż ta' oriġini, għall-ingredjenti ewlenin kollha. (BEMP 3.7.1)

    Tal-inqas 60 % tal-prodotti tal-ikel u tax-xorb, skont il-valur tax-xiri, għandhom ċertifikat ambjentali (eż. organiċi). (BEMP 3.7.1)

    2.

    Ġenerazzjoni ta' skart organiku għal kull klijent servut l-ikel

    kg/klijent servut l-ikel

    Skart organiku totali ġġenerat diviż bin-numru ta' persuni mal-mejda (klijenti servuti l-ikel) servuti.

    Għal kull kċina jew lukanda (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Skart

    Effiċjenza fl-użu tal-materjali

    Ġenerazzjoni totali ta' ≤ 0,25 kg skart organiku għal kull klijent servut l-ikel, u ġenerazzjoni ta' ≤ 0,18 kg skart evitabbli għal kull klijent servut l-ikel. (BEMP 3.7.2)

    3.

    Perċentwali ta' skart organiku mibgħut għad-diġestjoni anajrobika, irkupru ta' enerġija alternattiva, mibdul f'kompost fuq il-post jew mibgħut biex isir kompost

    %

    Kċejjen ta' ristoranti u lukandi għandhom jirrapportaw b'mod separat l-ammonti ta' skart organiku li jibagħtu għad-diġestjoni anajrobika, l-irkupru ta' enerġija alternattiva, mibdul f'kompost fuq il-post jew mibgħut biex isir kompost, bħala perċentwali tal-ġenerazzjoni totali ta' skart organiku.

    Għal kull kċina jew lukanda (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Skart

    Effiċjenza fl-użu tal-materjali

    ≥ 95 % tal-iskart organiku huwa separat u jitneħħa mill-miżbla u, meta possibbli, jintbagħat għad-diġestjoni anajrobika jew irkupru ta' enerġija alternattiva. (BEMP 3.7.2)

    4.

    Konsum ta' ilma mill-kċina għal kull klijent servut l-ikel

    L/klijent servut l-ikel

    Proporzjon tal-konsum totali ta' ilma mill-kċina skont in-numru ta' persuni mal-mejda (klijenti servuti l-ikel) servuti.

    Bosta proċessi jikkontribwixxu għall-konsum ta' ilma u, idealment, il-monitoraġġ għandu jsir fil-livell tal-proċess (ħasil tal-platti, vitien, steam cookers, eċċ.).

    Tal-inqas għal kull kċina jew lukanda (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Għal kull proċess

    Ilma

    Effiċjenza enerġetika

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar tal-ilma tal-kċina li jinkludi monitoraġġ u rapportar tal-konsum totali ta' ilma mill-kċina normalizzat għal kull klijent servut l-ikel, u l-identifikazzjoni ta' miżuri ta' prijorità sabiex jonqos il-konsum ta' ilma. (BEMP 3.7.3)

    5.

    Perċentwal tas-sustanzi kimiċi għall-ħasil tal-platti u għat-tindif tal-kċina bl-ekotikketta

    %

    Dan l-indikatur jirrapporta l-perċentwal ta' prodotti kimiċi għall-ħasil tal-platti u t-tindif tal-kċina li għandhom ekotikketta tat-Tip I tal-ISO.

    Għal kull bini

    Skart

    Tal-inqas 70 % tal-volum mixtri tal-prodotti għat-tindif tal-kċina (għajr prodotti għat-tindif tal-fran) għall-ħasil tal-platti u t-tindif għandhom ekotikketta (eż. l-Ekotikketta tal-UE). (BEMP 3.7.3)

    6.

    Użu ta' enerġija speċifika għal kull klijent servut l-ikel

    kWh/klijent servut l-ikel

    Użu ta' enerġija totali għall-kċina diviż min-numru ta' persuni mal-mejda servuti.

    Dan l-indikatur jinkludi s-sorsi kollha ta' enerġija (eż. elettriku, gass naturali, LPG).

    Ħafna proċessi jikkontribwixxu għall-konsum ta' enerġija, u idealment il-monitoraġġ għandu jsir fil-livell tal-proċess (tisjir, tkessiħ, ħasil tal-platti, eċċ.).

    Tal-inqas għal kull kċina jew lukanda (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Għal kull proċess

    Effiċjenza enerġetika

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' ġestjoni tal-enerġija tal-kċina li jinkludi monitoraġġ u rapportar tal-użu totali ta' enerġija mill-kċina normalizzat għal kull klijent servut l-ikel, u l-identifikazzjoni ta' miżuri ta' prijorità sabiex jonqos il-konsum ta' enerġija. (BEMP 3.7.4)

    SITI TAL-IKKAMPJAR

    1.

    Informazzjoni/edukazzjoni ambjentali disponibbli għall-klijenti (iva/le)

    (iva/le)

    Dan l-indikatur huwa marbut mad-disponibbiltà ta', eż., informazzjoni dwar għażliet ta' mobilità b'impatt baxx (eż. roti, trasport pubbliku, vetturi elettriċi), il-forniment ta' korsijiet li jindirizzaw kwistjonijiet ambjentali u mixjiet fin-natura.

    Għal kull sit tal-ikkampjar

    Kollha

    Il-kumpanija tal-akkomodazzjoni tħeġġeġ u tiffaċilita mġiba u attivitajiet li jieħdu ħsieb l-ambjent, u tipprovdi edukazzjoni dwar l-ambjent għall-klijenti permezz ta' attivitajiet u korsijiet fuq il-post. (BEMP 3.8.1)

    2.

    Implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar tal-bijodiversità

    (iva/le)

    L-indikatur jirreferi għall-implimentazzjoni ta' pjan ta' mmaniġġjar tal-bijodiversità fis-sit tal-ikkampjar.

    Għal kull sit tal-ikkampjar

    Bijodiversità

    Żamma jew żieda tal-bijodiversità fuq il-post bit-tħawwil ta' speċi nattivi, il-ħolqien ta' kenn għal speċi ta' annimali lokali, u l-installazzjoni ta' bjut ekoloġiċi fejn possibbli, u billi jitnaqqsu għall-minimu l-inputs kimiċi, it-tniġġis tad-dawl u akustiku. (BEMP 3.8.2)

    Tnaqqis għall-minimu tat-tniġġis tad-dawl u d-disturb tal-organiżmi selvaġġi billi jiġu installati luminarji effiċjenti u b'angolu xieraq ikkontrollati b'timer jew senser għad-dwal esterni li ma jipproduċu ebda dawl 'il fuq. (BEMP 3.8.2)

    Tnaqqis għall-minimu tal-konsum tal-ilma bit-tħawwil ta' speċi nattivi u ħuxlief, u billi jiġu installati sistemi ta' irrigazzjoni kkontrollati mħaddma bl-ilma griż, fejn possibbli. (BEMP 3.8.2)

    3.

    Użu ta' enerġija speċifika għal kull klijent-lejl

    kWh/klijent-lejl

    Użu ta' enerġija totali fis-sit tal-ikkampjar għal kull klijent-lejl f'termini tal-enerġija finali.

    Irid jiġi ddikjarat biċ-ċar jekk l-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post hijiex inkluża jew le fil-Figura u din tista' tingħata b'mod separat xorta waħda wkoll.

    L-enerġija użata fil-binjiet u l-kċejjen tista' tingħata wkoll b'mod separat bħala kWh/m2·sena u kWh/klijent servut l-ikel.

    Għal kull sit tal-ikkampjar (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Għal kull proċess

    Effiċjenza enerġetika

    L-użu ta' enerġija speċifika finali (eskluża enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post) huwa ta' ≤ 2,0 kWh għal kull klijent-lejl. (BEMP 3.8.3)

    4.

    Perċentwal tal-użu tal-enerġija finali ssodisfat mill-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post

    %

    Dan l-indikatur huwa kkalkolat bħala l-perċentwal tal-enerġija finali użata li hija fornita mill-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post.

    Għal kull sit tal-ikkampjar (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Għal kull proċess

    Effiċjenza enerġetika

    (BEMP 3.8.3)

    5.

    Użu ta' krediti tal-enerġija rinnovabbli ċċertifikati

    (iva/le)

    Dan l-indikatur jesprimi jekk l-akkomodazzjoni tixtrix enerġija rinnovabbli ċċertifikata barra mis-sit (eż. elettriku rinnovabbli).

    Iċ-ċertifikazzjoni għandha tiżgura li l-enerġija rinnovabbli mixtrija mhijiex diġà mniżżla taħt organizzazzjoni oħra jew fit-taħlita ta' ġenerazzjoni medja tal-elettriku nazzjonali.

    Għal kull sit tal-ikkampjar (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Għal kull proċess

    Effiċjenza enerġetika

    100 % tal-elettriku ġej minn sorsi tal-elettriku rinnovabbli traċċabbli li mhumiex diġà mniżżlin taħt organizzazzjoni oħra jew fit-taħlita ta' ġenerazzjoni medja tal-elettriku nazzjonali, jew li m'ilhomx iktar minn sentejn. (BEMP 3.8.3)

    6.

    Konsum ta' ilma għal kull klijent-lejl

    L/klijent-lejl

    Il-konsum ta' ilma jitkejjel fiż-żona tas-sit tal-ikkampjar tul sena, u jiġi diviż bin-numru ta' klijenti-iljieli.

    Il-konsum ta' ilma għal pixxini jew ristoranti kbar li jaqdu lil sehem għoli ta' persuni mhux residenti jista' jkun eskluż minn dan l-indikatur għall-parametraġġ referenzjarju tal-akkomodazzjoni.

    Għal kull sit tal-ikkampjar (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Ilma

    Konsum totali ta' ≤ 94 litru ilma għal kull klijent-lejl f'siti tal-ikkampjar b'kull servizz disponibbli ta' erba' u ħames stilel, u konsum ta' ≤ 58 litru ilma għal kull klijent-lejl fis-siti tal-ikkampjar kollha l-oħrajn. (BEMP 3.8.4)

    7.

    Skart mhux magħżul iġġenerat għal kull klijent-lejl

    kg/klijent-lejl

    Dan l-indikatur ikejjel l-ammont ta' skart mhux magħżul iġġenerat.

    Tal-inqas għal kull sit tal-ikkampjar jew ekwivalenti

    (jistgħu jiġu aggregati fil-livell tal-organizzazzjoni)

    Skart

    Effiċjenza fl-użu tal-materjali

    < 0,2 kg skart residwu totali mibgħut għar-rimi għal kull klijent-lejl. (BEMP 3.8.5)


    (1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  Ir-rapport xjentifiku u tal-politika huwa disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-JRC/IPTS fuq l-indirizz li ġej: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/TourismBEMP.pdf. Il-konklużjonijiet dwar l-aħjar prattiki ta' mmaniġġjar ambjentali u l-applikabbiltà tagħhom kif ukoll l-indikaturi speċifiċi identifikati tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza li jinsabu f'dan id-Dokument ta' Referenza Settorjali huma bbażati fuq is-sejbiet dokumentati fir-rapport xjentifiku u tal-politika. L-informazzjoni ta' sfond u d-dettalji tekniċi kollha jistgħu jinstabu fih.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 tad-29 ta' Ġunju 1993 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja mill-kumpaniji fis-settur industrijali fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (traduzzjoni mhux uffiċjali, ĠU L 168, 10.7.1993, p. 1).

    (4)  Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) (ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1).

    (5)  Skont l-Anness IV (B.e.) tar-Regolament dwar l-EMAS, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha “sommarju tad-dejta disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni kontra l-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikanti tagħha. Ir-rapportar għandu jsir fuq l-indikaturi ewlenin u fuq indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali rilevanti eżistenti oħrajn kif stipulat fis-Sezzjoni C”. Anness IV — Is-Sezzjoni C tal-Anness IV tistipula li “kull sena, kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll dwar il-prestazzjoni tagħha b'rabta mal-aspetti ambjentali iktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, meta jkunu disponibbli, tqis id-dokumenti ta' referenza kif imsemmi fl-Artikolu 46.

    (6)  Regolament (KE) Nru 1893/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta' l-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta' l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

    (7)  Dan id-dokument mhuwiex immirat direttament għas-settur tal-kruċieri. Madankollu, hemm għadd ta' BEMPs deskritti li, sa ċertu punt, jistgħu jkunu applikabbli għall-kruċieri wkoll.

    (8)  http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/products-groups-and-criteria.html

    (9)  L-ETIS hija kitt ta' għodod għall-immaniġġjar u l-informazzjoni, imfassla sabiex tgħin lid-destinazzjonijiet fil-monitoraġġ u l-kejl tal-prestazzjonijiet tat-turiżmu sostenibbli tagħhom, fl-isfond tal-mira tagħhom stess. Hemm iktar tagħrif disponibbli minn fuq: http://ec.europa.eu/growth/sectors/tourism/offer/sustainable/indicators/index_en.htm

    (10)  CFC u HCFC ifissru klorofluworokarbur u idroklorofluworokarbur.

    (11)  L-immaniġġjar tad-destinazzjonijiet huwa l-koordinazzjoni tal-atturi rilevanti kollha mis-settur pubbliku u privat, normalment minn korp pubbliku b'parteċipazzjoni privata jew mingħajr, li għandhom l-għan li jsostnu l-iżvilupp tat-turiżmu f'destinazzjoni billi jieħdu deċiżjonijiet strateġiċi, jimplimentaw azzjonijiet politiċi, iżommu u jippromwovu l-wirt u l-attrazzjonijiet kulturali u naturali, jikkoordinaw avvenimenti/festi, jiġbru l-flus għal proġetti marbutin mat-turiżmu, jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn in-negozji, jiżguraw li jiġu pprovduti infrastruttura u s-servizzi

    (12)  Impriża żgħira hija definita bħala impriża li timpjega anqas minn 50 ruħ u li l-fatturat annwali tagħha u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun (Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE).

    (13)  Bħala parti mis-serje ta' standards ambjentali tal-ISO 14000, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni fasslet subserje (ISO 14020) speċifika għat-tikkettar ambjentali, li tkopri tliet tipi ta' skemi ta' tikkettar. F'dan il-kuntest, ekotikketta tat-“Tip I” hija tikketta b'ħafna kriterji żviluppata minn parti terza. Fil-livell tal-UE, l-eżempji huma l-“Ekotikketta tal-UE” jew, f'livell nazzjonali jew multilaterali, il-“Blaue Engel”, l-“Ekotikketta Awstrijaka” u n-“Nordin Swan”.

    (14)  Dan jista' jsir fil-qafas tal-implimentazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-enerġija skont l-ISO 50001.

    (15)  Lożor magħmulin minn taħlita ta' qoton-poliester idumu iktar tajbin u jeħtieġu inqas enerġija biex jinħaslu meta mqabblin ma' dawk magħmulin minn qoton pur.

    (16)  Dan jista' jsir fil-qafas tal-implimentazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-enerġija skont l-ISO 50001.

    (17)  Passive House u Minenergie P huma żewġ eżempji ta' standards tal-bini ferm ambizzjużi f'termini tal-prestazzjoni tal-enerġija. Ir-rekwiżiti tagħhom huma deskritti rispettivament fuq: http://www.passiv.de/en/02_informations/02_passive-house-requirements/02_passive-house-requirements.htm u http://www.minergie.ch/minergie_fr.html

    (18)  Ser ikun hemm BEMPs iktar speċifiċi dwar it-titjib tal-għeluq tal-bini u, b'mod iktar ġenerali, is-sostenibbiltà ambjentali tal-binjiet huma deskritti fid-Dokument ta' Referenza Settorjali tal-EMAS li ġej għas-Settur tal-kostruzzjoni.


    Top