Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0180

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/180 tad-9 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, għall-Litwanja u għall-Polonja (notifikata bid-dokument C(2016) 686) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 35, 11.2.2016, p. 12–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/180/oj

    11.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 35/12


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/180

    tad-9 ta' Frar 2016

    li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, għall-Litwanja u għall-Polonja

    (notifikata bid-dokument C(2016) 686)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri fil-Partijiet I, II, III u IV ta' dak l-Anness differenzjati permezz tal-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Litwanja u tal-Polonja.

    (2)

    Minn Settembru 2014 ma ġietx notifikata tifqigħa ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fir-rajono savivaldybė ta' Ignalina, Molėtai, Rokiškis, Švenčionys, Utena, Zarasai u s-savivaldybė ta' Visaginas fil-Litwanja. Barra minn hekk, ġiet implimentata b'mod sodisfaċenti s-superviżjoni tal-miżuri tal-bijosigurtà fl-intrapriżi u r-riżultati ta' sorveljanza juru n-nuqqas ta' preżenza tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-intrapriżi f'dawk iż-żoni tal-Litwanja. Dan jindika titjib fis-sitwazzjoni epidemjoloġika. B'hekk, dawk iż-żoni ta' dak l-Istat Membru għandhom issa jiġu elenkati fil-Parti II, minflok fil-Parti III, tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

    (3)

    F'Diċembru 2015, kien hemm okkorrenza ta' ftit każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċinġjal fl-Estonja, fil-Litwanja u fil-Polonja, fiż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, qrib ħafna taż-żoni elenkati fil-Parti I ta' dak l-Anness. Fl-istess perjodu, kien hemm okkorrenza ta' każ wieħed tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjal fl-Estonja fiż-żona elenkata fil-Parti I ta' dak l-Anness.

    (4)

    L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju li tirrappreżenta s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, fil-Litwanja u fil-Polonja. Sabiex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali, u biex ikun evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, għandha tiġi emendata l-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE sabiex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, fil-Litwanja u fil-Polonja.

    (5)

    Għalhekk id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi emendata biex jiġu modifikati ż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Estonja u tal-Polonja u fil-Partijiet I, II u III tal-Litwanja.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


    ANNESS

    “ANNESS

    PARTI I

    1.   L-Estonja

    Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

    il-linn ta' Keila,

    il-linn ta' Kunda,

    il-linn ta' Loksa,

    il-linn ta' Maardu,

    il-linn ta' Mustvee,

    il-linn ta' Pärnu,

    il-linn ta' Saue,

    il-linn ta' Tallinn,

    il-maakond ta' Läänemaa,

    il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fit-Tramuntana tat-triq 1 (E20),

    il-vald ta' Audru,

    il-vald ta' Haljala,

    il-vald ta' Harku,

    il-vald ta' Jõelähtme,

    il-vald ta' Keila,

    il-vald ta' Kernu,

    il-vald ta' Kiili,

    il-vald ta' Koonga,

    il-vald ta' Lavassaare,

    il-vald ta' Nissi,

    il-vald ta' Padise,

    il-vald ta' Raasiku,

    il-vald ta' Rae,

    il-vald ta' Saku,

    il-vald ta' Saue,

    il-vald ta' Sauga,

    il-vald ta' Sindi,

    il-vald ta' Tõstamaa,

    il-vald ta' Varbla,

    il-vald ta' Vasalemma,

    il-vald ta' Vihula,

    il-vald ta' Viimsi.

    2.   Il-Latvja

    Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

    fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Suntažu u Ogresgala,

    in-novads ta' Ādažu,

    in-novads ta' Amatas,

    in-novads ta' Carnikavas,

    in-novads ta' Garkalnes,

    in-novads ta' Ikšķiles,

    in-novads ta' Inčukalna,

    in-novads ta' Jaunjelgavas,

    in-novads ta' Ķeguma,

    in-novads ta' Līgatnes,

    in-novads ta' Mālpils,

    in-novads ta' Neretas,

    in-novads ta' Ropažu,

    in-novads ta' Salas,

    in-novads ta' Siguldas,

    in-novads ta' Vecumnieku,

    in-novads ta' Viesītes.

    3.   Il-Litwanja

    Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

    fir-rajono savivaldybė ta' Jurbarkas, is-seniūnijos ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnijos ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,

    fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, il-parti tas-seniūnijos ta' Krekenavos li tinsab fil-punent tax-xmara Nevėžis,

    fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnijos ta' Ariogalos, il-miestas ta' Ariogalos, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,

    fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnijos ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,

    ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

    ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,

    ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,

    is-savivaldybė ta' Kalvarija,

    is-savivaldybė ta' Kazlų Rūda,

    is-savivaldybė ta' Marijampolė.

    4.   Il-Polonja

    Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

    Fil-województwo podlaskie:

    il-gminy ta' Augustów mal-belt ta' Augustów, Nowinka, Płaska, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat augustowski,

    il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady u Dobrzyniewo Duże fil-powiat białostocki,

    il-gminy ta' Dubicze Cerkiewne, Kleszczele u Czeremcha fil-powiat hajnowski,

    il-gminy ta' Grodzisk, Dziadkowice u Milejczyce fil-powiat siemiatycki,

    il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły, Wysokie Mazowieckie mal-belt ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fil-powiat wysokomazowiecki,

    il-powiat sejneński,

    il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat suwalski,

    il-gmina ta' Rutki fil-powiat zambrowski,

    il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat sokólski,

    il-powiat bielski,

    il-powiat M. Białystok,

    il-powiat M. Suwałki,

    il-powiat moniecki.

    PARTI II

    1.   L-Estonja

    Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

    il-linn ta' Kallaste,

    il-linn ta' Rakvere,

    il-linn ta' Tartu,

    il-linn ta' Vändra,

    il-linn ta' Viljandi,

    il-maakond ta' Ida-Virumaa,

    il-maakond ta' Põlvamaa,

    il-maakond ta' Raplamaa,

    il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq 1 (E20),

    il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Lvant tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

    il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Punent tat-triq 24126,

    il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq 49,

    il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Lvant tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

    il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

    il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

    il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja definita permezz tal-parti tal-Punent tat-triq 92 sal-ġunzjoni tat-triq 155, imbagħad it-triq 155 sal-ġunzjoni tat-triq 24156, imbagħad it-triq 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, imbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tasal sal-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

    il-vald ta' Abja,

    il-vald ta' Aegviidu,

    il-vald ta' Alatskivi,

    il-vald ta' Anija,

    il-vald ta' Are,

    il-vald ta' Häädemeeste,

    il-vald ta' Haaslava,

    il-vald ta' Halinga,

    il-vald ta' Halliste,

    il-vald ta' Kadrina,

    il-vald ta' Kambja,

    il-vald ta' Karksi,

    il-vald ta' Kasepää,

    il-vald ta' Kõpu,

    il-vald ta' Kose,

    il-vald ta' Kõue,

    il-vald ta' Laekvere,

    il-vald ta' Luunja,

    il-vald ta' Mäksa,

    il-vald ta' Meeksi,

    il-vald ta' Paikuse,

    il-vald ta' Pala,

    il-vald ta' Peipsiääre,

    il-vald ta' Piirissaare,

    il-vald ta' Rägavere,

    il-vald ta' Rakvere,

    il-vald ta' Saarde,

    il-vald ta' Saare,

    il-vald ta' Sõmeru,

    il-vald ta' Surju,

    il-vald ta' Tahkuranna,

    il-vald ta' Tapa,

    il-vald ta' Tootsi,

    il-vald ta' Tori,

    il-vald ta' Vändra,

    il-vald ta' Vara,

    il-vald ta' Vinni,

    il-vald ta' Viru-Nigula,

    il-vald ta' Võnnu.

    2.   Il-Latvja

    Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

    in-novads ta' Krimuldas,

    fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidrižu, Limbažu u Umurgas,

    fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Krapes, Ķeipenes, Lauberes, Madlienas, Mazozolu, Menģeles u Taurupes,

    in-novads ta' Priekuļu,

    fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes,

    in-novads ta' Aizkraukles,

    in-novads ta' Aknīstes,

    in-novads ta' Alūksnes,

    in-novads ta' Apes,

    in-novads ta' Baltinavas,

    in-novads ta' Balvi,

    in-novads ta' Cēsu,

    in-novads ta' Cesvaines,

    in-novads ta' Ērgļu,

    in-novads ta' Gulbenes,

    in-novads ta' Ilūkstes,

    in-novads ta' Jaunpiebalgas,

    in-novads ta' Jēkabpils,

    in-novads ta' Kocēnu,

    in-novads ta' Kokneses,

    in-novads ta' Krustpils,

    in-novads ta' Lielvārdes,

    in-novads ta' Līvānu,

    in-novads ta' Lubānas,

    in-novads ta' Madonas,

    in-novads ta' Pārgaujas,

    in-novads ta' Pļaviņu,

    in-novads ta' Raunas,

    in-novads ta' Rugāju,

    in-novads ta' Saulkrastu,

    in-novads ta' Sējas,

    in-novads ta' Skrīveru,

    in-novads ta' Smiltenes,

    in-novads ta' Varakļānu,

    in-novads ta' Vecpiebalgas,

    in-novads ta' Viļakas,

    ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils,

    ir-republikas pilsēta ta' Valmiera.

    3.   Il-Litwanja

    Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

    fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai, u l-parti ta' Svėdasai li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq Nru 118,

    fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Šilų, Bukonių u, fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimai ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnijos tal-apylinkės ta' Kaišiadorių, Kruonio, Nemaitonių, Paparčių, Žąslių, Žiežmarių, l-apylinkės ta' Žiežmarių u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq N. A1,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, l-apylinkių ta' Garliavos, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, l-apylinkių ta' Vilkijos u Zapyškio,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnijos ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, il-miesto ta' Kėdainių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnijos ta' Karsakiškio, Naujamiesčio, Miežiškių, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Raguvos, Smilgių, Upytės, Vadoklių,Velžio u l-aħħar parti tas-seniūnija ta' Krekenavos li tinsab fil-Lvant tax-xmara Nevėžis,

    fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės,

    il-miesto savivaldybė ta' Alytus,

    il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys,

    il-miesto savivaldybė ta' Kaunas,

    il-miesto savivaldybė ta' Panevėžys,

    il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,

    ir-rajono savivaldybė ta' Alytus,

    ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,

    ir-rajono savivaldybė ta' Druskininkai,

    ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina,

    ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai,

    ir-rajono savivaldybė ta' Molėtai,

    ir-rajono savivaldybė ta' Prienai,

    ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis,

    ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

    ir-rajono savivaldybė ta' Švenčionys,

    ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė,

    ir-rajono savivaldybė ta' Utena,

    ir-rajono savivaldybė ta' Vilnius,

    ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai,

    is-savivaldybė ta' Birštonas,

    is-savivaldybė ta' Elektrėnai,

    is-savivaldybė ta' Visaginas.

    4.   Il-Polonja

    Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

    Fil-podlaskie województwo:

    il-gminy ta' Czarna Białostocka, Supraśl, Wasilków u Zabłudów fil-powiat białostocki,

    il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Nowy Dwór u Sidra fil-powiat sokólski,

    il-gmina ta' Lipsk fil-powiat augustowski,

    il-gminy ta' Czyże, Białowieża, Hajnówka mal-belt ta' Hajnówka, Narew u Narewka fil-powiat hajnowski.

    PARTI III

    1.   L-Estonja

    Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

    il-linn ta' Elva,

    il-linn ta' Jõgeva,

    il-linn ta' Põltsamaa,

    il-linn ta' Võhma,

    il-maakond ta' Järvamaa,

    il-maakond ta' Valgamaa,

    il-maakond ta' Võrumaa,

    il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Punent tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

    il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Lvant tat-triq 24126,

    il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq 49,

    il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Punent tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

    il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

    il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

    il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja definita permezz tal-parti tal-Punent tat-triq 92 sal-ġunzjoni tat-triq 155, imbagħad it-triq 155 sal-ġunzjoni tat-triq 24156, imbagħad it-triq 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, imbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tasal sal-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

    il-vald ta' Jõgeva,

    il-vald ta' Kolga-Jaani,

    il-vald ta' Konguta,

    il-vald ta' Kõo,

    il-vald ta' Laeva,

    il-vald ta' Nõo,

    il-vald ta' Paistu,

    il-vald ta' Pajusi,

    il-vald ta' Põltsamaa,

    il-vald ta' Puhja,

    il-vald ta' Puurmani,

    il-vald ta' Rakke,

    il-vald ta' Rannu,

    il-vald ta' Rõngu,

    il-vald ta' Saarepeedi,

    il-vald ta' Tähtvere,

    il-vald ta' Tarvastu,

    il-vald ta' Torma,

    il-vald ta' Ülenurme,

    il-vald ta' Väike-Maarja.

    2.   Il-Latvja

    Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

    fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru,

    fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas,

    in-novads ta' Aglonas,

    in-novads ta' Alojas,

    in-novads ta' Beverīnas,

    in-novads ta' Burtnieku,

    in-novads ta' Ciblas,

    in-novads ta' Dagdas,

    in-novads ta' Daugavpils,

    in-novads ta' Kārsavas,

    in-novads ta' Krāslavas,

    in-novads ta' Ludzas,

    in-novads ta' Mazsalacas,

    in-novads ta' Naukšēnu,

    in-novads ta' Preiļu,

    in-novads ta' Rēzeknes,

    in-novads ta' Riebiņu,

    in-novads ta' Rūjienas,

    in-novads ta' Strenču,

    in-novads ta' Valkas,

    in-novads ta' Vārkavas,

    in-novads ta' Viļānu,

    in-novads ta' Zilupes,

    ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils,

    ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.

    3.   Il-Litwanja

    Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

    fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnija ta' Viešintos u l-parti tas-seniūnija ta' Svėdasai li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Nru 118,

    fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimai Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u l-miestelis ta' Žeimių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnijos ta' Palomenės, Pravieniškių u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fit-Tramuntana tat-triq N. A1,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos, Kalesninkų,

    fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos, Vydenių,

    il-miesto savivaldybė ta' Jonava,

    ir-rajono savivaldybė ta' Kupiškis,

    ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,

    4.   Il-Polonja

    Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

    Fil-podlaskie województwo:

    il-gminy ta' Gródek u Michałowo fil-powiat białostocki,

    il-gminy ta' Krynki, Kuźnica, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat sokólski.

    PARTI IV

    L-Italja

    Iż-żoni li ġejjin fl-Italja:

    iż-żoni kollha ta' Sardenja.”


    Top