Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2383

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2383 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 fir-rigward tal-lista ta' għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali suġġetti għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 332, 18.12.2015, p. 57–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2383/oj

    18.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 332/57


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2383

    tas-17 ta' Diċembru 2015

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 fir-rigward tal-lista ta' għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali suġġetti għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli dwar il-livell miżjud ta' kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali mniżżel fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    (2)

    L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jipprevedi li l-lista għandha tiġi analizzata fuq bażi regolari, u tal-anqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu mill-inqas is-sorsi tal-informazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu.

    (3)

    L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti riċenti dwar l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi mwettqa f'pajjiżi terzi mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta' kull tliet xhur dwar il-kunsinni tal-għalf u tal-ikel li joriġina mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista trid tiġi emendata.

    (4)

    B'mod partikolari, il-lista għandha tiġi emendata billi jitħassru l-entrati għall-komoditajiet li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika livell ġenerali sodisfaċenti fil-konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom ma għadhiex ġustifikata żieda fil-kontrolli uffiċjali. L-entrata fil-lista li tikkonċerna għeneb tal-mejda mill-Peru, għandha għalhekk titħassar.

    (5)

    Sabiex tkun żgurata l-konsistenza u ċ-ċarezza, jixraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (6)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).


    ANNESS

    “ANNESS I

    Għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali li għalih se jiżdied il-livell ta' kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat

    Għalf u ikel

    (użu maħsub)

    Kodiċi tan-NM (1)

    Sottodiviżjoni tat-TARIC

    Pajjiż tal-oriġini

    Periklu

    Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%)

    Għeneb imnixxef (frott id-dielja)

    0806 20

     

    L-Afganistan (AF)

    Okratossina A

    50

    (Ikel)

     

     

    Lewż bil-qoxra

    0802 11

     

    L-Awstralja (AU)

    Aflatossini

    20

    Lewż bla qoxra

    0802 12

     

    (Ikel)

     

     

    Karawett bil-qoxra

    1202 41 00

     

    Il-Brażil (BR)

    Aflatossini

    10

    Karawett bla qoxra

    1202 42 00

     

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

     

    Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

    2008 11 91 ;

    2008 11 96 ;

    2008 11 98

     

    (Għalf u ikel)

     

     

    Fażola twila jarda

    (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

    ex 0708 20 00 ;

    ex 0710 22 00

    10

    10

    Il-Kambodja (KH)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (3)

    50

    Brunġiel

    0709 30 00 ;

     

    ex 0710 80 95

    72

    (Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

     

     

    Karfus Ċiniż (Apium graveolens)

    ex 0709 40 00

    20

    Il-Kambodja (KH)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (4)

    50

    (Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin)

     

     

    Brassica oleracea

    (Brassica oħra li tittiekel, ‘Brokkli Ċiniż’) (5)

    ex 0704 90 90

    40

    Iċ-Ċina (CN)

    Residwi tal-pestiċidi (2)

    50

    (Ikel — frisk jew imkessaħ)

     

     

    Te, sew jekk aromatizzat u sew jekk le

    0902

     

    Iċ-Ċina (CN)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (6)

    10

    (Ikel)

     

     

    Brunġiel

    0709 30 00 ;

     

    Ir-Repubblika Dominikana (DO)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (7)

    10

    ex 0710 80 95

    72

    Bettieħ morr (Momordica charantia)

    ex 0709 99 90 ;

    ex 0710 80 95

    70

    70

    (Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

     

     

    Fażola twila jarda

    (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

    ex 0708 20 00 ;

    ex 0710 22 00

    10

    10

    Ir-Repubblika Dominikana (DO)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (7)

    20

    Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

    0709 60 10 ;

    0710 80 51

     

    (Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

    ex 0709 60 99 ;

    ex 0710 80 59

    20

    20

    Frawli (friski)

    0810 10 00

     

    L-Eġittu (EG)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (8)

    10

    (Ikel)

     

     

    Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

    0709 60 10 ;

    0710 80 51

     

    L-Eġittu (EG)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (9)

    10

    (Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat)

    ex 0709 60 99 ;

    ex 0710 80 59

    20

    20

    Karawett bil-qoxra

    1202 41 00

     

    Il-Gambja (GM

    Aflatossini

    50

    Karawett bla qoxra

    1202 42 00

     

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

     

    Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

    2008 11 91 ;

    2008 11 96 ;

    2008 11 98

     

    (Għalf u ikel)

     

     

    Weraq tal-betel (Piper betle L.)

    ex 1404 90 00

    10

    L-Indja (IN)

    Salmonella (10)

    50

    (Ikel)

     

     

    Żerriegħa tal-ġulġlien

    1207 40 90

     

    L-Indja (IN)

    Salmonella (10)

    20

    (Ikel — frisk jew imkessaħ)

     

     

    Capsicum annuum, sħiħ

    0904 21 10

     

    L-Indja (IN)

    Aflatossini

    20

    Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

    ex 0904 22 00

    10

    Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum)

    0904 21 90

     

    Noċemuskata

    (Myristica fragrans)

    0908 11 00 ;

    0908 12 00

     

    (Ikel — ħwawar imnixxfin)

     

     

    Enzimi; enzimi ppreparati

    3507

     

    L-Indja (IN)

    Kloramfenikol

    50

    (Għalf u ikel)

     

     

    Noċemuskata

    (Myristica fragrans)

    0908 11 00 ;

    0908 12 00

     

    L-Indoneżja (ID)

    Aflatossini

    20

    (Ikel — ħwawar imnixxfin)

     

     

    Piżelli fil-miżwed (mhux imfosdqa)

    ex 0708 10 00

    40

    Il-Kenja (KE)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (11)

    10

    (Ikel — frisk jew imkessaħ)

     

     

    Lampun

    0811 20 31 ;

     

    Is-Serbja (RS)

    Norovirus

    10

    (Ikel — frisk)

    ex 0811 20 11 ;

    ex 0811 20 19

    10

    10

    Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) u prodotti li ġejjin minnhom

    ex 1207 70 00 ;

    ex 1106 30 90 ;

    ex 2008 99 99

    10

    30

    50

    Sjerra Leone (SL)

    Aflatossini

    50

    (Ikel)

     

     

    Karawett bil-qoxra

    1202 41 00

     

    Is-Sudan (SD)

    Aflatossini

    50

    Karawett bla qoxra

    1202 42 00

     

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

     

    Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

    2008 11 91 ;

    2008 11 96 ;

    2008 11 98

     

    (Għalf u ikel)

     

     

    Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

    ex 0709 60 99

    20

    It-Tajlandja (TH)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (12)

    10

    (Ikel — frisk jew imkessaħ)

     

     

    Fażola twila jarda

    (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

    ex 0708 20 00 ;

    ex 0710 22 00

    10

    10

    It-Tajlandja (TH)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (13)

    20

    Brunġiel

    0709 30 00 ;

     

    ex 0710 80 95

    72

    (Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

     

     

    Berquq imnixxef

    0813 10 00

     

    It-Turkija (TR)

    Sulfiti (14)

    10

    Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor

    2008 50 61

     

    (Ikel)

     

     

    Bżar Ħelu (Capsicum annuum)

    0709 60 10 ;

    0710 80 51

     

    It-Turkija (TR)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (15)

    10

    (Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

     

     

    Weraq tad-dwieli

    ex 2008 99 99

    11 19

    It-Turkija (TR)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (16)

    50

    (Ikel)

     

     

    Pistaċċi bil-qoxra

    0802 51 00

     

    L-Istati Uniti (US)

    Aflatossini

    20

    Pistaċċi bla qoxra

    0802 52 00

     

    (Ikel)

     

     

    Berquq imnixxef

    0813 10 00

     

    L-Uzbekistan (UZ)

    Sulfiti (14)

    50

    Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor

    2008 50 61

     

    (Ikel)

     

     

    Weraq tal-kosbor

    ex 0709 99 90

    72

    Il-Vjetnam (VN)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (17)

    50

    Ħabaq u ħabaq sagru

    ex 1211 90 86 ;

    ex 2008 99 99

    20

    75

    Nagħniegħ

    ex 1211 90 86 ;

    ex 2008 99 99

    30

    70

    Tursin

    ex 0709 99 90

    40

    (Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin)

     

     

    (Ikel)

    ex 0709 99 90

    20

    Il-Vjetnam (VN)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (17)

    50

    Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

    ex 0709 60 99

    20

    (Ikel — frisk jew imkessaħ)

     

     

    Pitaħaja (frott tad-dragun)

    ex 0810 90 20

    10

    Il-Vjetnam (VN)

    Residwi tal-pestiċidi (2)  (17)

    20

    (Ikel — frisk jew imkessaħ)

     

     


    (1)  Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu f'kodiċi tan-NM partikulari u ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi tan-NM jiġi mmarkat bl-ittri ‘ex’ quddiemu.

    (2)  Ir-residwi ta' mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa u fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa (il-pestiċidijridu jiġu mmonitorjati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).

    (3)  Residwi tal-klorbufam.

    (4)  Residwi tal-fentoat.

    (5)  Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var. Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.

    (6)  Residwi tat-Trifluralin.

    (7)  Ir-residwi tal-Aċefat, l-Aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), l-Amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4 -dimetilanilina mogħtija bħala amitraz), id-Diafentjuron, id-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), id-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).

    (8)  Ir-residwi tal-Eżaflumuron, il-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb), il-Fentoat u t-Tijofanat metil.

    (9)  Ir-residwi tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), id-Dinotefuran, il-Folpet, il-Prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), it-Tijofanat metil u t-Triforina.

    (10)  Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1)..

    (11)  Residwi tal-Aċefat u tad-Diafentjuron.

    (12)  Residwi tal-Formetanat: is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat, Protijofos u Triforina.

    (13)  Ir-residwi tal-Aċefat, tad-Dikrotofos, tal-Protijofos, tal-Kwinalfos u tat-Triforina.

    (14)  Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.

    (15)  Residwi tad-Diafentjuron, tal-Formetanat Is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-)formetanat, u tat-Tijofanat metil.

    (16)  Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-Metrafenon.

    (17)  Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), il-Fentoat u l-Kwinalfos.”


    Top