This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2233
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/2233 of 2 December 2015 amending Implementing Regulation (EU) No 540/2011 as regards the conditions of approval of the active substance haloxyfop-P (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2233 tat-2 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva haloxyfop-P (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2233 tat-2 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva haloxyfop-P (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 317, 3.12.2015, p. 26–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
3.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/26 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2233
tat-2 ta' Diċembru 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva haloxyfop-P
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni alternattiva tal-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/86/UE (2) inkludiet haloxyfop-P bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3), bil-kundizzjoni li l-Istati Membri konċernati jiżguraw li n-notifikatur, li fuq talba tiegħu haloxyfop-P ġie nkluż f'dak l-Anness, jipprovdi aktar informazzjoni ta' konferma dwar ir-riskju ta' kontaminazzjoni għall-ilma tal-pjan mill-metaboliti tal-ħamrija tiegħu. |
(2) |
Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li huma approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). |
(3) |
In-notifikatur issottometta informazzjoni addizzjonali fil-forma ta' studji bil-ħsieb li tiġi kkonfermata l-valutazzjoni tar-riskju għall-ilma tal-pjan lill-Istat Membru relatur, l-Awstrija, fil-perjodu ta' żmien previst għas-sottomissjoni tagħha. |
(4) |
L-Awstrija vvalutat l-informazzjoni addizzjonali sottomessa min-notifikatur. Hija ppreżentat il-valutazzjoni tagħha, fil-forma ta' addendum tal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, fil-15 ta' Ottubru 2013. |
(5) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità li ppreżentat l-opinjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta' haloxyfop-P fit-28 ta' Novembru 2014 (5). |
(6) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-informazzjoni addizzjonali mogħtija min-notifikatur uriet li l-metabolit DE-535 piridinon irid jiġi kkunsidrat bħala tossikoloġikalment rilevanti u, bħala konsegwenza, ma għandux jokkorri f'konċentrazzjonijiet ogħla mil-limitu regolatorju għall-ilma tal-pjan ta' 0,1 μg/l. |
(7) |
Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikatur iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-rapport ta' analiżi għal haloxyfop-P. |
(8) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-informazzjoni ta' konferma ulterjuri li kienet meħtieġa ma ġietx ipprovduta kollha, u li ma setax jiġi eskluż riskju inaċċettabbli għall-ilma tal-pjan ħlief billi jiġu imposti aktar restrizzjonijiet. |
(9) |
Ġie kkonfermat li s-sustanza attiva haloxyfop-P għandha titqies bħala approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Sabiex ma jkunx hemm okkorrenza ta' dak il-metabolit fl-ilma tal-pjan f'livell ogħla mil-limitu msemmi hawn fuq fil-premessa 6, huwa, madankollu, xieraq li jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-użu ta' din is-sustanza attiva, b'mod partikolari billi jiġu stabbiliti limiti fuq ir-rati u l-frekwenza tal-applikazzjoni tagħha. |
(10) |
Għalhekk, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
(11) |
L-Istati Membri għandhom jingħataw iż-żmien biex jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom haloxyfop-P. |
(12) |
Fir-rigward tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom haloxyfop-P, meta jingħata perjodu ta' grazzja f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 mill-Istati Membri, dan il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom haloxyfop-P bħala sustanza attiva sat-23 ta' Ġunju 2016.
Artikolu 3
Perjodu ta' grazzja
Kull perjodu ta' grazzja mogħti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mit-23 ta' Ġunju 2017.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/86/UE tat-2 ta' Diċembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tkun inkluża l-haloxyfop-P bħala sustanza attiva (ĠU L 317, 3.12.2010, p. 36).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal- 25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of confirmatory data submitted for the active substance haloxyfop-p. EFSA Journal 2014;12(12):3931, 33 pp. doi:10.2903/j.efsa.2014.3931. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm
ANNESS
Il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 309, haloxyfop-P, tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 tinbidel b'dan li ġej:
“PARTI A
Jistgħu jiġu awtorizzati biss użijiet bħala erbiċid f'rati li ma jaqbżux il-0,052 kg ta' sustanza attiva għal kull ettaru għal kull applikazzjoni, u tista' tiġi awtorizzata applikazzjoni waħda biss kull tliet snin.
PARTI B
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar haloxyfop-P, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta' Ottubru 2010.
F'din il-valutazzjoni kumplessiva, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:
— |
lill-protezzjoni tal-ilma tal-pjan mill-metabolit rilevanti tal-ħamrija DE-535 piridinon meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'kundizzjonijiet tal-ħamrija u/jew klimatiċi vulnerabbli, |
— |
lis-sikurezza tal-operaturi, u li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali adegwat; |
— |
lill-protezzjoni tal-organiżmi akkwatiċi. Il-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta' taffija tar-riskju, fejn huwa xieraq, bħalma huma żoni ta' lqugħ adegwati; |
— |
lis-sikurezza tal-konsumaturi fir-rigward tal-okkorrenza tal-metabolit DE-535 piridinol fl-ilma tal-pjan.” |