EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1815

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1815 tat-8 ta' Ottubru 2015 li jemenda għall-238 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

ĠU L 264, 9.10.2015, p. 6–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1815/oj

9.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1815

tat-8 ta' Ottubru 2015

li jemenda għall-238 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al Qaida, (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-28, id-29, it-30 ta' Settembru u t-2 ta' Ottubru 2015, permezz ta' ħames deċiżjonijiet meħuda fit-28, id-29, it-30 ta' Settembru u t-2 ta' Ottubru 2015 rispettivament, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jżid 18-il individwu u żewġ entitajiet mal-lista ta' persuni fiżiċi, gruppi u entitatjiet li fir-rigward tagħhom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Fit-28 ta' Settembru 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jneħħi żewġ individwi f'din il-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Biex ikun żgurat li l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annex I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 ikun emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għall-Politika Barranija L-Istrument


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

(a)

“Aqsa Mahmood (alias Umm Layth); Data tat-twelid: 11.5.1994; Post tat-twelid: Glasgow, l-Iskozja, ir-Renju Unit; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (f'Novembru 2013), b) ir-Renju Unit (indirizz ta' qabel); Ċittadinanza: Brittanika; Numru tal-Passaport: 720134834 (Passaport Brittaniku maħruġ fis-27.6.2012, li jiskadi fis-27.6.2022); Tagħrif ieħor: a) Sess: mara, b) Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 28.9.2015.”

(b)

“Nasser Ahmed Muthana (alias (a) Nasir Muthana, (b) Abdul Muthana, (c) Abu Muthana, (d) Abu Al-Yemeni Muthana, (e) Abu Muthanna); Data tat-twelid: 29.4.1994; Post tat-twelid: Heath, Cardiff, ir-Renju Unit; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (f'Novembru 2013), b) ir-Renju Unit (indirizz ta' qabel sa Novembru 2013); Ċittadinanza: Brittanika; Numru tal-passaport: 210804241 (Passaport Brittaniku maħruġ fis-27.7.2010, li jiskadi fis-27 ta' Lulju 2020) Tagħrif ieħor:. a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tax-xagħar: kannella/iswed, b) Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 28.9.2015.”

(c)

“Omar Ali Hussain (alias Abu- Sa'id Al Britani); Data tat-twelid: 21.3.1987; Post tat-twelid: High Wycombe, Buckinghamshire, ir-Renju Unit; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (f'Jannar 2014), b) ir-Renju Unit (indirizz ta' qabel sa Jannar 2014); Ċittadinanza: Brittanika; Numru tal-Passaport: 205939411 (Passaport Brittaniku maħruġ fl-21.7.2004, li jiskadi fil-21.4.2015); Tagħrif ieħor: a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; il-kulur tax-xagħar: kannella/iswed, b) Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 28.9.2015.”

(d)

“Sally-Anne Frances Jones (alias (a) Umm Hussain al-Britani, (b) Sakinah Hussain); Data tat-twelid: 17.11.1968; Post tat-twelid: Greenwich Greater London, ir-Renju Unit; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (fl-2013), b) ir-Renju Unit (indirizz ta' qabel sal-2013); Ċittadinanza: Brittanika; Numru tal-Passaport: 519408086 (Passaport Brittaniku maħruġ fit-23.9.2013, li jiskadi fit-23.9.2023); Tagħrif ieħor: a) Sess: mara, b) Isem żewġha huwa: Junaid Hussain, c) Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 28.9.2015.”

(e)

“Boubaker Ben Habib Ben Al-Hakim (alias (a) Boubakeur el-Hakim, (b) Boubaker el Hakim, (c) Abou al Moukatel, (d) Abou Mouqatel, (e) Abu-Muqatil al-Tunisi); Data tat-twelid: 1.8.1983; Post tat-twelid: Pariġi, Franza; Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (f'Settembru 2015); Ċittadinanza: (a) Franċiża (b) Tuneżina. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(f)

“Peter Cherif; Data tat-twelid: 26.8.1982; Post tat-twelid: Pariġi, Franza; Indirizz: Al Mukalla, provinċja ta' Hadramawt, il-Jemen; Ċittadinanza: Franċiża. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(g)

“Maxime Hauchard (alias Abou Abdallah al Faransi); Data tat-twelid: 13.3.1992; Post tat-twelid: In-Normandija, Franza; Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (f'Settembru 2015); Ċittadinanza: Franċiża. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(h)

“Amru Al-Absi (alias (a) Amr al Absi, (b) Abu al Athir Amr al Absi, (c) Abu al-Athir, (d) Abu al-Asir, (e) Abu Asir, (f) Abu Amr al Shami, (g) Abu al-Athir al-Shami, (h) Abu-Umar al-Absi); Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1979; Post tat-twelid: l-Arabja Sawdija; Indirizz: Homs, ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja (lok f'Settembru 2015). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(i)

“Mu'tassim Yahya 'Ali Al-Rumaysh (alias (a) Rayhanah, (b) Abu-Rayhanah, (c) Handalah, (d) Abu-Rayhanah al-'Ansari al-Jeddawi); Data tat-twelid: 4.1.1973; Post tat-twelid: Jeddah, l-Arabija Sawdija; Ċittadinanza: Jemenita; Numru tal-Passaport: 01055336 (passaport tal-Jemen); Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Reġistrazzjoni aljeni tal-Arabja Sawdija Numru 2054275397, maħruġ fit-22.7.1998. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(j)

“Tarad Mohammad Aljarba (alias (a) Tarad Aljarba, (b) Abu-Muhammad al-Shimali); Data tat-twelid: 20.11.1979; Post tat-twelid: l-Iraq; Ċittadinanza: tal-Arabja Sawdija; Numru tal-Passaport: E704088 (Passaport tal-Arabija Sawdija maħruġ fis-26.8.2003, li jiskadi fit-2.7.2008). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(k)

“Lavdrim Muhaxheri (alias (a) Abu Abdullah al Kosova, (b) Abu Abdallah al-Kosovi, (c) Abu Abdallah al-Kosovo); Data tat-twelid: (a) 3.12.1989, (b) bejn wieħed u ieħor 1987; Post tat-twelid: Kaqanik/Kacanik; Indirizz: ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja (lok f'Settembru 2015). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(l)

“Aseel Muthana; Data tat-twelid: 22.11.1996; Post tat-twelid: Cardiff, ir-Renju Unit; Indirizz: a) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (fi Frar 2014); Ċittadinanza: Brittanika; Numru tal-passaport: 516088643 (Passaport Brittaniku maħruġ fis-7.1.2014, li jiskadi fis-7.1.2024); Tagħrif ieħor: Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tax-xagħar: kannella/iswed. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 30.9.2015.”

(m)

“Maghomed Maghomedzakirovich Abdurakhmanov (alias (a) Abu Banat, (b) Abu al Banat); Data tat-twelid: 24.11.1974; Post tat-twelid: Il-Villaġġ Khadzhalmahi, id-Distrett Levashinskiy, ir-Repubblika ta' Dagestan, il-Federazzjoni Russa. Ċittadinanza: Russa; Numru tal-passaport: 515458008 (numru tal-passaport Russu għall-ivvjaġġar barrani, li jiskadi fit-30.5.2017); Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 8200203535 (numru tal-passaport nazzjonali Russu); Indirizz: (a) it-Turija (lok possibbli), (b) ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja (lok preċedenti kkonfermat sa minn Settembru 2012); Tagħrif ieħor: a) Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: skur, binja: qawwija, imnieħer dritt, tul: 180-185 cm, jaf bir-Russu, bl-Ingliż u bl-Għarbi, b) Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”

(n)

“Islam Seit-Umarovich Atabiev (alias Abu Jihad) Data tat-twelid: 29.9.1983; Post tat-twelid: Ust-Dzheguta, ir-Repubblika ta' Karachayevo-Cherkessia, il-Federazzjoni Russa; Ċittadinanza: Russa; Numru tal-passaport: 620169661 (numru tal-passaport Russu għall-ivvjaġġar barrani); Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 9103314932 (in-numru tal-Passaport nazzjonali Russu maħruġ fil-15.8.2003 mid-Dipartiment tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni tal-Federazzjoni Russa għar-Repubblika ta' Karachayevo-Cherkessia; Indirizz: (a) Moscovskiy Microrayon 6, App. 96, Ust-Dzheguta, ir-Repubblika ta' Karachayevo-Cherkessia, il-Federazzjoni Russa, (b) ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja (lok f'Awwissu 2015); Tagħrif ieħor: Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”

(o)

“Akhmed Rajapovich Chataev (alias (a) Akhmad Shishani, (b) David Mayer, (c) Elmir Sene, (d) Odnorukiy) Date of birth: 14.7.1980; Post tat-twelid: Il-Villaġġ Vedeno, id-Distrett Vedemskiy, ir-Repubblika taċ-Ċeċnija, il-Federazzjoni Russa. Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lok f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (lok alternattiv potenzjali f'Awwissu 2015); Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 9600133195 (passaport nazzjonali Russu maħruġ fid-Distrett Vedensiky, ir-Repubblika taċ-Ċeċnija, il-Federazzjoni Russa mid-Dipartiment tal-Affarijiet Interni); Tagħrif ieħor: a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella, il-kulur tax-xagħar: iswed, binja: solida marki distintivi: wiċċ ovali, bid-daqna, ma għandux idu tal-lemin u siequ tax-xellug, jaf bir-Russu, biċ-Ċeċen u x'aktarx bil-Ġermaniż u bl-Għarbi. b) Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”

(p)

“Tarkhan Ismailovich Gaziev (alias (a) Ramzan Oduev, (b) Tarkhan Isaevich Gaziev, (c) Husan Isaevich Gaziev, (d) Umar Sulimov, (e) Wainakh, (f) Sever, (g) Abu Bilalal, (h) Abu Yasir, (i) Abu Asim, (j) Husan); Data tat-twelid: 11.11.1965; Post tat-twelid: Il-Villaġġ Bugaroy, id-Distrett Itum-Kalinskiy, ir-Repubblika ta' Ċeċnija, il-Federazzjoni Russa; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lok f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (post alternattiv potenzjali f'Awwissu 2015); Ċittadinanza: (Mhux reġistrat bħala ċittadin tal-Federazzjoni Russa); Numru tal-passaport: 620169661 (numru tal-passaport Russu għall-ivvjaġġar barrani); Tagħrif ieħor: Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”

(q)

“Zaurbek Salimovich Guchaev (alias (a) Bach, (b) Fackih, (c) Vostochniy, (d) Muslim, (e) Aziz, (f) Abdul Aziz); Data tat-twelid: 7.9.1975; Post tat-twelid: Il-Villaġġ Chegem-1, id-Distrett Chegemskiy, ir-Repubblika ta' Kabardino-Balkaria, il-Federazzjoni Russa; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lok f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (post alternattiv potenzjali f'Awwissu 2015); Ċittadinanza: Russa; Numru tal-passaport: 622641887 (numru tal-passaport Russu għall-ivvjaġġar barrani); Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 8304661431 (numru tal-passaport nazzjonali Russu); Tagħrif ieħor: Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”

(r)

“Shamil Magomedovich Ismailov (alias (a) Shamil Magomedovich Aliev, (b) Abu Hanifa); Data tat-twelid: 29.10.1980; Post tat-twelid: Astrakhan, il-Federazzjoni Russa; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lok f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (post alternattiv potenzjali f'Awwissu 2015); Ċittadinanza: Russa; Numru tal-passaport: 514448632 (numru tal-passaport Russu għall-ivvjaġġar barra maħruġ fit- 8.9.2010 f'Lixandra, l-Eġittu mill-Konsulat Ġenerali tal-Federazzjoni Russa); Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1200075689 (numru tal-passapoprt nazzjonali Russu maħruġ fil-15 ta' Diċembru 2000 mill-Federazzjoni Russa); Tagħrif ieħor: a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella, il-kulur tax-xagħar: iswed, binja: irqiq, twil 175-180 cm. Marki distintivi: wiċċ tawwali, difett fil-mod kif ilissen il-kliem, b) Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”

(2)

L-entrati li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:

(a)

“Mujahidin Indonesian Timur (MIT) (alias (a) Mujahidin of Eastern Indonesia, (b) East Indonesia Mujahideen, (c) Mujahidin Indonesia Timor, (d) Mujahidin Indonesia Barat (MIB), (e) Mujahidin of Western Indonesia) Indirizz: l-Indoneżja; Tagħrif ieħor: Topera f'Java u f'Sulawesi, l-Indoneżja u attiva wkoll fil-provinċji tal-Lvant tal-Indoneżja. Il-kap tagħha huwa Abu Wardah, magħruf ukoll bħala Santoso (mhux elenkat). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(b)

“Jund Al-Khilafah In Algeria (JAK-A) (alias (a) Jund al Khalifa, (b) Jund al-Khilafah fi Ard al-Jaza'ir, (c) Jund al-Khalifa fi Ard al- Jazayer, (d) Soldiers of the Caliphate in Algeria, (e) Soldiers of the Caliphate of Algeria, (f) Soldiers of the Caliphate in the Land of Algeria); Indirizz: Ir-reġjun Kabylie, l-Alġerija; Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(3)

L-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” qed jiġu mħassra:

(a)

“Ismail Abdallah Sbaitan Shalabi (magħruf ukoll bħala (a) Ismain Shalabe, (b) Ismail Abdallah Sbaitan Shalabi). Indirizz: Il-Ġermanja. Data tat-twelid: 30.4.1973. Post tat-twelid: Beckum, il-Ġermanja. Ċittadinanza: Ġordanjana ta' Oriġini Palestinjana. Numru tal-Passaport: (a) E778675 (Passport tar-Renju ta' Hashemite il-Ġordan, maħruġ f'Rusaifah fit-23.6.1996, validu sat-23.6.2001); (a) H401056, JOR 9731050433 (Passport tar-Renju Hashemite il-Ġordan, maħruġ fil-11.4.2001, validu sal-10.4.2006). Kumment: Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missien hu Abdullah Shalabi; (b) Isem l-omm hu Ammnih Shalabi; (c) Assoċjat ma' Djamel Moustfa, Mohamed Abu Dhess u Aschraf al-Dagma. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2003.”

(b)

“Mohamed Ghassan Ali Abu Dhess (magħruf ukoll bħala (a) Yaser Hassan, (b) Abu Ali Abu Mohamed Dhees, (c) Mohamed Abu Dhess). Indirizz: Il-Ġermanja. Data tat-twelid: (a) 22.6.1966, (b) 1.2.1966. Post tat-twelid: (a) Irbid, il-Ġordan; (b) Hasmija; (c) Hashmija, l-Iraq. Nazzjonalità: Ġordanjana. Numru tal-Passaport: (a) Dokument Internazzjonali tal-ivvjaġġar Ġermaniż Nru 0695982, skada; (b) Dokument Internazzjonali tal-ivvjaġġar Ġermaniż Nru 0785146, validu sat-8.4.2004. Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier hu Mouhemad Saleh Hassan; (b) Isem l-omm hu Mariam Hassan, imwielda Chalabia; (c) Assoċjat ma' Ismail Abdallah Sbaitan Shalabi, Djamel Moustfa u Aschraf Al-Dagma. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2003.”


Top