This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1428
Commission Regulation (EU) 2015/1428 of 25 August 2015 amending Commission Regulation (EC) No 244/2009 with regard to ecodesign requirements for non-directional household lamps and Commission Regulation (EC) No 245/2009 with regard to ecodesign requirements for fluorescent lamps without integrated ballast, for high intensity discharge lamps, and for ballasts and luminaires able to operate such lamps and repealing Directive 2000/55/EC of the European Parliament and of the Council and Commission Regulation (EU) No 1194/2012 with regard to ecodesign requirements for directional lamps, light emitting diode lamps and related equipment (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1428 tal-25 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn tal-bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f'direzzjoni waħda kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b'discharge ta' intensità għolja, u għall-ballasts u l-unitajiet tat-tidwil li kapaċi jħaddmu bozoz ta' dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz direzzjonali, bozoz b'dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1428 tal-25 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn tal-bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f'direzzjoni waħda kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b'discharge ta' intensità għolja, u għall-ballasts u l-unitajiet tat-tidwil li kapaċi jħaddmu bozoz ta' dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz direzzjonali, bozoz b'dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 224, 27.8.2015, p. 1–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2021; Impliċitament imħassar minn 32019R2020
27.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 224/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1428
tal-25 ta' Awwissu 2015
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn tal-bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f'direzzjoni waħda kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b'discharge ta' intensità għolja, u għall-ballasts u l-unitajiet tat-tidwil li kapaċi jħaddmu bozoz ta' dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz direzzjonali, bozoz b'dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum ta' Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni hija meħtieġa li twettaq reviżjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 (2) fid-dawl tal-progress teknoloġiku, b'innutar partikolari tal-iżvilupp tal-bejgħ ta' tipi ta' bozoz b'użu speċjali sabiex tivverifika li dawn ma jintużawx għal skopijiet ġenerali ta' tidwil, u tal-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda bħal LEDs u tal-fattibbiltà tal-istabbiliment ta' rekwiżiti għall-effiċjenza tal-enerġija fil-livell tal-klassi “A” kif definit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/11/KE (3). |
(2) |
Skont ix-xhieda mressqa fir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 244/2009, ma jidhirx li huwa ekonomikament fattibbli għall-manifatturi li jiżviluppaw u jqiegħdu fis-suq mill-1 ta' Settembru 2016 'l quddiem, bozoz tal-aloġenu b'vultaġġ tal-mains li jilħqu l-limitu ffissat għall-“istadju 6” fit-Tabella 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 rigward il-potenza nominali massima għal fluss ta' luminożità nominali partikolari. Valutazzjoni tal-iżviluppi mistennija fl-użu ta' teknoloġiji tat-tidwil effiċjenti fl-enerġija tindika li waqt aktar ottimu għall-introduzzjoni ta' dak il-limitu jkun l-1 ta' Settembru 2018. |
(3) |
Sabiex il-benefiċċji ambjentali jilħqu l-massimu tagħhom u jitnaqqsu kwalunkwe impatti ekonomiċi negattivi għall-utent, huwa neċessarju li d-disinni tal-unitajiet tat-tidwil tal-futur jiġu meħtieġa li jkunu kompatibbli ma' soluzzjonijiet tat-tidwil effiċjenti fl-enerġija. Ir-riskju li “neħlu” ma' teknoloġiji qodma, li ma jibqgħux jintużaw, għandu jiġi mminimizzat billi jiġi żgurat li l-unitajiet tat-tidwil li jitqiegħdu fis-suq ikunu kompletament kompatibbli ma' bozoz effiċjenti ħafna li ta' mill-inqas jissodisfaw il-klassi ta' effiċjenza enerġetika “A+” skont ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (4). |
(4) |
Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 244/2009 wriet il-ħtieġa li jitwettqu aġġornament u kjarifika tad-definizzjoni ta' bozoz b'użu speċjali, bil-għan li jitnaqqas l-użu ta' bozoz b'użu speċjali f'applikazzjonijiet ta' tidwil ġenerali u li r-rekwiżiti jiġu adattati għall-iżviluppi teknoloġiċi. Ir-rekwiżiti regolatorji għandhom jiffaċilitaw aktar l-użu tal-iżjed taħlita ta' dawl effiċjenti fl-enerġija għal kull talba speċifika. |
(5) |
Huwa meħtieġ li tkun żgurata koerenza bejn ir-Regolament (KE) Nru 244/2009 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 (5) fir-rigward tad-definizzjoni u r-rekwiżiti ta' informazzjoni dwar il-prodott għal prodotti b'użu speċjali, u dan jista' jinkiseb l-aħjar permezz ta' emenda kombinata taż-żewġ Regolamenti. Din għandha tissimplifika l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji għall-manifatturi u l-fornituri, u tappoġġja sorveljanza effettiva tas-suq mill-awtoritajiet nazzjonali. |
(6) |
Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 244/2009 tikkonkludi li l-fattibilità li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-effiċjenza tal-enerġija fil-livell tal-klassi “A” jew ogħla għandha tiġi mistħarrġa permezz ta' studju ta' segwitu bir-reqqa, li għandu wkoll jevalwa l-fattibbiltà ta' żieda ta' rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika għall-prodotti koperti fir Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 (6) u r-Regolament (UE) Nru 1194/2012, li twessa' il-kamp ta' applikazzjoni ta' kull wieħed minnhom biex jiġi ottimizzat it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija, u jitwaħħdu it-tliet regolamenti kollha f'miżura ta' implimentazzjoni waħda, koerenti dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tidwil. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 245/2009 jidentifika l-enerġija fil-fażi tal-użu kif ukoll il-kontenut ta' merkurju tal-bozoz bħala l-għan sinifikanti tiegħu. Għalhekk, rekwiżiti tal-prestazzjoni ta' prodott għall-bozoz jew mingħajr rekwiżiti tal-effikaċja tal-prodott inkella dwar il-kontenut tal-merkurju jirriżultaw f'piż regolatorju bla ħtieġa, u jafu jwasslu għal tneħħija gradwali tal-prodott għal raġunijiet mhux sinifikanti. L-emendar tal-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ta' prodott bil-għan li jkun hemm konformità mal-kamp ta' applikazzjoni tal-għan sinifikanti tar-Regolament għandu għalhekk itejjeb l-adegwatezza regolatorja. |
(8) |
B'qies tal-ħtiġijiet għar-reviżjoni tar-regolamenti dwar l-ekodisinn marbut mat-tidwil u dwar it-tikkettar enerġetiku, ikun xieraq li fost ħwejjeġ oħra jitqiesu mill-ġdid l-eżenzjoni tal-bozoz b'fissaġġ tat-tipi G9 u R7s, u r-rekwiżiti minimi ta' prestazzjoni tal-enerġija tal-bozoz. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 244/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 244/2009 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 3 Rekwiżiti tal-ekodisinn 1. Bozoz tad-dar nondirezzjonali għandhom jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu japplika skont l-istadji li ġejjin:
Sakemm rekwiżit ma jinbidilx b'rekwiżit ieħor jew dan jiġi speċifikat b'xi mod ieħor, għandu jkompli japplika flimkien mar-rekwiżiti l-oħrajn li jiġu introdotti fi stadji iktar ′il quddiem. 2. Il-bozoz b'għan speċjali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 245/2009
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 245/2009 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1194/2012
Ir-Regolament (UE) Nru 1194/2012 qiegħed jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Annessi I, III u IV huma emendati kif stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Awwissu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f'direzzjoni waħda (ĠU L 76, 24.3.2009, p. 3).
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/11/KE tas-27 ta' Jannar 1998 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE fir-rigward tat-tikketti għall-enerġija ta' bozoz tad-dar (ĠU L 71, 10.3.1998, p. 1).
(4) Ir-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil (ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 tat-12 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz direzzjonali, bozoz b'dajowd li jemetti d-dawl u tagħmir relatat (ĠU L 342, 14.12.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b'discharge ta' intensità għolja, u għall-ballasts u l-unitajiet tat-tidwil li kapaċi jħaddmu bozoz ta' dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 76, 24.3.2009, p. 17).
ANNESS I
Emenda fl-Annessi I u III tar-Regolament (KE) Nru 245/2009
1. |
Fl-Anness III, il-punt 1.2 (B), l-aħħar paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja b'rekwiżiti tal-effikaċja tal-bozoz għandu jkollhom tal-anqas il-fatturi ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza u l-fatturi ta' sopravivenza tal-bozza fit-Tabella 13: Tabella 13 Fatturi ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza & fatturi ta' sopravivenza tal-bozza għal bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja — Stadju 2
Ir-rekwiżiti fit-Tabella 13 għall-bozoz retrofit iddisinjati biex jitħaddmu fuq ballast ta' bozza tal-fwar tal-merkurju taħt pressjoni għolja għandhom japplikaw sa 6 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.” |
2. |
Fl-Anness III, il-punt 1.2 (C) jinbidel b'dan li ġej: “C. Rekwiżiti tat-tielet stadju Tmien snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-bozoz tal-alid tal-metall b'rekwiżiti tal-effikaċja tal-bozoz għandu jkollhom tal-anqas il-fatturi ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza u l-fatturi ta' sopravivenza tal-bozza fit-Tabella 14: Tabella 14 Fatturi ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza u fatturi ta' sopravivenza tal-bozza għal bozoz tal-alid tal-metall — Stadju 3
|
ANNESS II
Emendi għall-Annessi I, III u IV tar-Regolament (UE) Nru 1194/2012
1. |
Fl-Anness I, il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:
|
2. |
Fl-Anness III, il-punt 2.3 jiġi mibdul b'dan li ġej: “2.3 Rekwiżit ta' funzjonalità għal tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mains u l-bozoz
|
3. |
Fl-Anness IV, il-punt 3 jiġi mibdul b'dan li ġej: “3. Proċedura ta' verifika għal tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejns u l-bozoz L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw biss unità waħda. It-tagħmir għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament jekk jinstab li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' kompatibbiltà tal-punt 2.3 tal-Anness III, bl-applikazzjoni tal-metodi u l-kriterji l-aktar avvanzati għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà, inklużi dawk stipulati f'dokumenti li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jekk jiġi konkluż li hemm nuqqas ta' kompatibbiltà fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-kompatibbiltà fil-punt 2.3.(a) tal-Anness III, il-mudell għandu xorta waħda jitiqies li jikkonforma jekk jissodisfa r-rekwiżiti ta' informazzjoni dwar il-prodott fil-punt 3.3 tal-Anness III jew fl-Artikolu 3.2 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 874/2012. Minbarra r-rekwiżiti ta' kompatibbiltà, it-tagħmir li jikkontrolla l-bozza għandu jiġi ttestjat ukoll għar-rekwiżiti ta' effiċjenza fil-punt 1.2 tal-Anness III. It-test għandu jitwettaq fuq parti waħda tat-tagħmir li jikkontrolla l-bozza, u mhux fuq kombinazzjoni ta' għadd ta' partijiet tat-tagħmir li jikkontrolla l-bozza, anki jekk il-mudell ikun imfassal biex jiddependi fuq partijiet oħra tat-tagħmir li jikkontrolla l-bozza biex titħaddem il-bozza jew bozoz fi stallazzjoni partikolari. Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti jekk ir-riżultati ma jvarjawx mill-valuri ta' limitu b'aktar minn 2,5 %. Jekk ir-riżultati jvarjaw mill-valuri ta' limitu b'aktar minn 2,5 %, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra. Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti jekk il-medja tar-riżultati tat-tliet testijiet sussegwenti ma tvarjax mill-valuri ta' limitu b'aktar minn 2,5 %. Minbarra r-rekwiżiti ta' kompatibbiltà, il-luminarji maħsuba biex jiġu kkummerċjalizzati lill-utenti aħħarin għandhom jiġu wkoll ikkontrollati għall-preżenza ta' lampi fl-imballaġġ tagħhom. Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma jekk ma jkunu preżenti l-ebda bozoz jew jekk il-bozoz li jkunu preżenti jkunu tal-klassijiet ta' enerġija meħtieġa fil-punt 2.3 tal-Anness III. Minbarra r-rekwiżiti ta' kompatibbiltà, apparati ta' kontroll tal-intensità tad-dawl għandhom jiġu ttestjati b'lampi bil-filament meta l-apparat ta' kontroll qiegħed fil-pożizzjoni minima ta' intensità tad-dawl. Il-mudell għandu jitqies konformi jekk, meta installat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, il-lampi jipprovdu mill-inqas 1 % tal-fluss ta' luminożità tagħhom fuq tagħbija sħiħa. Jekk il-mudell ma jissodisfax il-kriterji ta' konformità applikabbli imsemmija hawn fuq, dan għandu jitqies bħala mhux konformi. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet u t-tagħrif rilevanti l-ieħor lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar il-fatt li l-mudell ma jkunx konformi.” |