This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1378
Commission Regulation (EU) 2015/1378 of 11 August 2015 amending Annex II to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council as regards the use of riboflavins (E 101) and carotenes (E 160a) in dried potato granules and flakes (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1378 tal-11 ta' Awwissu 2015 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta' riboflavini (E 101) u karoteni (E 160a) fi bċejjeċ u qxur tal-patata mnixxfa (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1378 tal-11 ta' Awwissu 2015 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta' riboflavini (E 101) u karoteni (E 160a) fi bċejjeċ u qxur tal-patata mnixxfa (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 213, 12.8.2015, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1378
tal-11 ta' Awwissu 2015
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta' riboflavini (E 101) u karoteni (E 160a) fi bċejjeċ u qxur tal-patata mnixxfa
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3),
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
(3) |
L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' ċerti kuluri fi bċejjeċ u qxur tal-patata mnixxfa tressqet fit-23 ta' Ġunju 2014 u saret disponibbli għall-Istati Membri. |
(4) |
Il-kulur tat-trab tal-patata diżidratata huwa affettwat b'mod partikolari minn firxa ta' sfumaturi ta' kuluri differenti ta' patata mhux ipproċessata u reazzjonijiet ossidattivi li jseħħu waqt l-ipproċessar. Bħalissal-użu tal-kurkumina (E 100) biss huwa awtorizzat għall-użu fi bċejjeċ u qxur tal-patata mnixxfa sabiex tingħata lura dehra viżwalment aċċettabbli lill-prodott finali maħsub għall-konsum. Ir-riboflavini (E 101), u l-karoteni (E 160a) huma alternattivi xierqa għall-kurkumina li jistgħu joħolqu l-istess effett teknoloġiku. |
(5) |
Fit-12 ta' Settembru 2013, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tat opinjoni (3) li biha evalwat mill-ġdid is-sigurtà tar-riboflavini bħala addittivi tal-ikel. L-Awtorità kkonkludiet li r-riboflavini (E 101(i)) u r-riboflavina-5'-fosfat tas-sodju (E 101(ii)) aktarx ma jkunux ta' tħassib għas-sikurezza fl-użi u l-livelli tal-użu li bħalissa huma awtorizzati bħala addittivi tal-ikel. Fl-opinjoni, il-kategorija 04.2 “Frott u ħxejjex ipproċessati” li tkopri l-kategorija 04.2.6 “Prodotti tal-patata pproċessati” ġiet inkluża fil-valutazzjoni tal-esponiment. Għalhekk, l-estensjoni tal-użu tar-riboflavini (E 101) mal-bċejjeċ u l-qxur tal-patata mnixxfa m'għandiex ikollha impatt fuq l-esponiment stmat u dwar il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni mill-ġdid tas-sigurtà. |
(6) |
Fis-16 ta' Frar 2012, l-Awtorità ħarġet opinjoni (4) li fiha evalwat mill-ġdid is-sigurtà tal-karoteni bħala addittivi tal-ikel u kkonkludiet li l-użu ta' betakaroteni (sintetiċi) u betakaroteni mħallta miksuba miż-żejt tal-frott tal-palma, karrotti u alka bħala kulur alimentari mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza, sakemm il-konsum ta' dan bħala addittiv tal-ikel u bħala suppliment tal-ikel ma jkunx aktar mill-ammont li x'aktarx jiġu kkunsmat mill-konsum regolari ta' ikel li fih dawn iseħħu b'mod naturali (5-10 mg/jum). Skont l-opinjoni, l-istimi ta' esponiment konservattiv għall-użu tal-addittiv tal-ikel kienu inqas minn 5-10 mg/jum u ġew ikkunsidrati prodotti tal-patata pproċessati. Għalhekk, l-estensjoni tal-użu tal-karoteni (E 160a) mal-bċejjeċ u l-qxur tal-patata mnixxfa m'għandux ikollu impatt fuq l-espożizzjoni stmata u dwar il-konklużjonijiet tas-sigurtà rivalutata. |
(7) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni mhux mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Peress li l-awtorizzazzjoni tal-użu tar-riboflavini u tal-karoteni fi bċejjeċ u qxur tal-patata mnixxfa tikkostitwixxi aġġornament ta' dik il-lista li mhux mistenni jħalli effett fuq saħħet il-bniedem, m'hemmx bżonn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità. |
(8) |
Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Awwissu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel, 2013, Opinjoni xjentifika dwar ir-rivalutazzjoni tar-riboflavini (E 101(i)) u r-riboflavina-5-fosfat tas-sodju (E 101(ii)) bħala addittivi tal-ikel, (EFSA Journal 2013;11(10):3357).
(4) Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel, 2012. Opinjoni xjentifika dwar ir-rivalutazzjoni tal-Karoeteni Mħallta (E 160a (i)) u beta-Karoteni (E 160a (ii)) bħala addittiv tal-ikel, (EFSA Journal 2012;10(3):2593).
ANNESS
F'Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fis-subkategorija tal-ikel 04.2.6 “Prodotti tal-patata pproċessati”, l-entrati li ġejjin qed jiddaħħlu wara l-entrata tal-additiv tal-ikel E 100:
|
“E 101 |
Riboflavini |
quantum satis |
|
bċejjeċ u qxur tal-patata mnixxfa biss |
|
E 160a |
Karoteni |
quantum satis |
|
bċejjeċ u qxur tal-patata mnixxfa biss” |