This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1192
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1192 of 20 July 2015 approving the active substance terpenoid blend QRD 460, in accordance with Regulation (EC) No 1107/2009 of the European Parliament and of the Council concerning the placing of plant protection products on the market, and amending the Annex to Commission Implementing Regulation (EU) No 540/2011 (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1192 tal-20 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza attiva t-taħlita ta' terpenojdi QRD 460, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1192 tal-20 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza attiva t-taħlita ta' terpenojdi QRD 460, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 193, 21.7.2015, p. 124–127
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/124 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1192
tal-20 ta' Lulju 2015
li japprova s-sustanza attiva t-taħlita ta' terpenojdi QRD 460, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
B'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fl-14 ta' Settembru 2011 in-Netherlands irċevew applikazzjoni mingħand il-kumpanija AgraQuest Inc. (issa magħrufa bħala Bayer CropScience AG) għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva t-taħlita ta' terpenojdi QRD 460. B'konformità mal-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, fl-4 ta' Ottubru 2011, in-Netherlands, bħala l-Istat Membru relatur, innotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni. |
(2) |
Fit-30 ta' Lulju 2013, l-Istat Membru relatur ressaq abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni, b'kopja lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”), fejn ġie vvalutat jekk din is-sustanza attiva hijiex mistennija li tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(3) |
L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Bi qbil mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din talbet li l-applikant jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. F'Mejju tal-2014 il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali tressqet mill-Istat Membru relatur lill-Awtorità fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport tal-valutazzjoni. |
(4) |
Fis-26 ta' Awwissu 2014 l-Awtorità bagħtet il-konklużjonijiet tagħha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar jekk is-sustanza attiva t-taħlita ta' terpenojdi QRD 460 hix mistennija li tissodisfa l-kriterji previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2). L-Awtorità poġġiet il-konklużjonijiet tagħha għad-disponibbiltà tal-pubbliku. |
(5) |
L-applikant ingħata l-possibbiltà li jressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-rapport tar-rieżami. |
(6) |
Fid-29 ta' Mejju 2015 il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport tar-rieżami tat-taħlita tat-terpenojdi QRD 460 lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, u ppreżentat ukoll abbozz ta' Regolament li jipprevedi l-approvazzjoni tat-taħlita ta' terpenojdi QRD 460. |
(7) |
Ġie stabbilit li l-kriterji ta' approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar, ta' mill-anqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikolari l-użi li ġew ivvalutati u spjegati fir-rapport tar-rieżami tal-Kummissjoni. Għalhekk, dawk il-kriterji għall-approvazzjoni huma meqjusin li kienu ssodisfati. Għalhekk jixraq li tiġi approvata t-taħlita ta' terpenojdi QRD 460. |
(8) |
Iżda, bi qbil mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma. |
(9) |
B'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-approvazzjoni ta' sustanza attiva
Is-sustanza attiva t-taħlita ta' terpenojdi QRD 460, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
L-emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) The EFSA Journal 2014;12(10):3816. Dawn huma disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Taħlita ta' terpenojdi QRD 460 Nru CIPAC: 982 |
It-taħlita ta' terpenojdi QRD 460 fiha tliet komponenti:
|
Il-konċentrazzjoni nominali ta' kull komponent fis-sustanza attiva mmanifatturata trid tkun din li ġejja:
Kull komponent irid ikollu l-purità minima li tidher hawn taħt:
|
l-10 ta' Awwissu 2015 |
l-10 ta' Awwissu 2025 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-rieżami dwar it-taħlita ta' terpenojdi QRD-460, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:
Fejn hemm bżonn, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskji. L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni konfermatorja dwar:
L-applikant għandu jressaq din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-10 ta' Frar 2016. |
(1) Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport tar-rieżami.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (*) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||||||||||||||||||||
“84 |
Taħlita ta' terpenojdi QRD 460 Nru CIPAC: 982 |
It-taħlita ta' terpenojdi QRD 460 fiha tliet komponenti:
|
Il-konċentrazzjoni nominali ta' kull komponent fis-sustanza attiva mmanifatturata trid tkun din li ġejja:
Kull komponent irid ikollu l-purità minima li tidher hawn taħt:
|
l-10 ta' Awwissu 2015 |
l-10 ta' Awwissu 2025 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-rieżami dwar it-taħlita ta' terpenojdi QRD-460, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:
Fejn hemm bżonn, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskji. L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni konfermatorja dwar:
L-applikant għandu jippreżenta din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-10 ta' Frar 2016.” |
(*) Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport tar-rieżami.