Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1190

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1190 tal-20 ta' Lulju 2015 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 193, 21.7.2015, p. 115–121 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1190/oj

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/115


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1190

tal-20 ta' Lulju 2015

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kosmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Wara l-studju xjentifiku tal-2001 bl-isem “Use of permanent hair dyes and bladder cancer risk”, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u l-Prodotti li mhumiex tal-Ikel maħsuba għal Konsumaturi, li wara ġie sostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur (Scientific Committee on Consumer Products, SCCP), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2), ikkonkluda li r-riskji potenzjali tal-użu taż-żebgħa tax-xagħar kienu ta' tħassib. Fl-opinjoniji tiegħu, l-SCCP irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu iżjed passi biex tikkontrolla l-użu tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar.

(2)

L-SCCP irrakkomanda wkoll strateġija ta' valutazzjoni ġenerali tas-sikurezza għal sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi r-rekwiżiti għall-ittestjar ta' sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità jew il-karċinoġenità potenzjali tagħhom.

(3)

Skont l-opinjonijiet tal-SCCP, il-Kummissjoni qablet mal-Istati Membri u l-partijiet interessati dwar strateġija globali biex tirregola s-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar skont kif l-industrija ntalbet tippreżenta fajls, bid-dejta xjentifika aġġornata dwar is-sikurezza tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, biex l-SCCP iwettaq valutazzjoni tar-riskji.

(4)

L-SCCP, li wara ġie sostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (3), ivvaluta s-sikurezza tas-sustanzi individwali li għalihom tressqu fajls aġġornati li ġew ippreżentati mill-industrija.

(5)

Filwaqt li jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet finali mogħtija mill-SCCS dwar is-sikurezza ta' sustanzi individwali, huwa xieraq li jiġu limitati l-konċentrazzjonijiet massimi ta' disa' sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar ivvalutati u li jiġu inklużi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(6)

Fl-opinjoni tiegħu tal-21 ta' Settembru 2010 u fuq il-bażi tad-dejta disponibbli sa dak iż-żmien, l-SCCS ma qajjem l-ebda tħassib ewlieni fir-rigward tal-ġenotossicità u l-karċinoġeniċità taż-żebgħa tax-xagħar u l-prodotti ta' reazzjoni tagħhom użati bħalissa fl-Unjoni, fir-rigward tal-evalwazzjoni ta' riskji possibbli għas-saħħa tal-konsumatur minn prodotti ta' reazzjoni fformati minn sustanzi ossidattivi taż-żebgħa tax-xagħar matul il-proċess taż-żebgħa tax-xagħar.

(7)

Il-potenzjal ta' sensitizzazzjoni ta' sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar individwali ġiet indirizzata mill-SCCS fil-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom. Sabiex il-konsumatur ikun informat aħjar dwar l-effetti ħżiena possibbli li jistgħu jirriżultaw mill-użu taż-żebgħa tax-xagħar, u biex jitnaqqsu r-riskji ta' sensitizzazzjoni għall-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar fost il-konsumaturi, għandhom jiġu stampati avviżi adattati fuq it-tikketta ta' ċerti prodotti tas-sustani taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi li fihom potenzjal ta' sensitizzazzjoni estremi u qawwijin.

(8)

Id-definizzjoni ta' prodott tax-xagħar fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 eskludiet l-applikazzjoni tiegħu fuq ix-xagħar tal-għajnejn. Din l-esklużjoni ġiet imħeġġa mill-fatt li l-livell ta' riskju huwa differenti meta l-prodotti kożmetiċi huma applikati fuq ix-xagħar tar-ras u x-xagħar tal-għajnejn. Għaldaqstant, kien hemm bżonn ta' valutazzjoni speċifika tas-sikurezza għall-applikazzjoni tal-aċidu Tijoglikoliku u l-imluħ tiegħu fuq ix-xagħar tal-għajnejn.

(9)

Fl-opinjoni tiegħu dwar l-aċidu Tijoglikoliku u l-imluħ tiegħu tal-11 ta' Novembru 2013, l-SCCS ikkonkluda li l-użu ġenerali (użu personali fid-dar mill-konsumaturi) ta' prodotti maħsuba għall-brim tax-xagħar tal-għajnejn li fihom l-aċidu Tijoglikoliku u l-imluħ tiegħu mhux rakkomandat minħabba li waqt l-applikazzjoni jaf ikun hemm ir-riskju ta' irritazzjoni fl-għajnejn. Madankollu, il-konċentrazzjoni tal-aċidu Tijoglikoliku u l-imluħ tiegħu f'dawn il-prodotti mhix ta' periklu sa 11 % meta l-prodotti jiġu applikati fuq ix-xagħar tal-għajnejn minn professjonist, minħabba li jitnaqqas ir-riskju ta' kuntatt dirett mal-għajnejn. Barra minn hekk, l-SCCS ikkonkluda li l-użu sa 5 % ta' aċidu Tijoglikoliku u l-imluħ tiegħu huwa sikur għall-użu ta' depilazzjoni meta jintuża kif suppost. Is-sikurezza ta' dawn it-tipi ta' prodotti kożmetiċi tiddependi ħafna fuq ġestjoni responsabbli tar-riskji, inklużi t-twissijiet u l-gwida estensiva dwar l-użu tagħhom.

(10)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni xjentifika tal-aċidu Tijoglikoliku u l-imluħ tiegħu, l-użu tagħhom għandu jkun permess fi prodotti maħsuba għall-brim tax-xagħar tal-għajnejn u għall-użu ta' depilazzjoni. Madankollu, dawn għandhom jitħallew għall-użu professjonali biss sabiex il-konsumatur jevita kull riskju meta japplika l-prodotti maħsuba għall-brim tax-xagħar tal-għajnejn. Għandhom jiġu stampati twissijiet xierqa fuq it-tikketti tagħhom sabiex il-professjonisti jkunu jistgħu jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-effetti negattivi possibbli tal-applikazzjoni ta' prodotti li jkun fihom l-aċidu Tijoglikoliku u l-imluħ tiegħu fuq ix-xagħar tal-għajnejn u biex jitnaqqas ir-riskju tas-sensibilizzazzoni tal-ġilda għal dawk il-prodotti.

(11)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(12)

L-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet dwar is-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar tiġi ddifferita biex l-industrija tkun tista' tikkonforma mar-rekwiżiti tal-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar. B'mod partikolari, wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament l-impriżi għandhom jingħataw tnax-il xahar biex iqiegħdu fis-suq prodotti li huma konformi u li jneħħu mis-suq prodotti li mhumiex konformi.

(13)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-10 ta' Awwissu 2015, ħlief id-dispożizzjonijiet fil-punt 2 tal-Anness li japplikaw mill-10 ta' Awwissu 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/210/KE tat-3 ta' Marzu 2004 li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta' Settembru 2008 li twaqqaf Struttura Konsultattiva ta' Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21).


ANNESS

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata 2 a tinbidel b'dan li ġej:

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“2 a

Aċidu tijoglikoliku and u l-imluħ tiegħu

Thioglycolic acid

68-11-1

200-677-4

(a)

Prodotti biex jagħmlu x-xagħar imġiegħed jew lixx:

(a)

(i)

8 %

(ii)

11 %

(a)

(i)

Użu ġenerali

lest għall-użu minn pH 7 sa 9,5

(ii)

Użu professjonali

lest għall-użu minn pH 7 sa 9,5

Kundizzjonijiet ta' użu:

(a) (b) (c) (d)

Evita l-kuntatt mal-għajnejn

Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.

(a) (c) (d)

Ilbes ingwanti adattati.

It-twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta:

(a)i (b) (c)

Fih it-tijoglikolat

Segwi l-istruzzjonijiet

Żommu 'l bogħod mit-tfal

(a)ii (d)

Għall-użu professjonali biss

Fih it-tijoglikolat

Segwi l-istruzzjonijiet”

(b)

Depiliatorji

(b)

5 %

(b)

lest għall-użu minn pH 7 sa 12,7

(c)

Prodotti oħra tat-tlaħliħ tax-xagħar

(c)

2 %

(c)

lest għall-użu minn pH 7 sa 9,5

(d)

Prodotti maħsuba għall-brim tax-xagħar tal-għajnejn

(d)

11 %

Il-perċentwali t'hawn fuq huma kkalkulati bħala aċidu tijoglikoliku

(d)

Għall-użu professjonali

lest għall-użu minn pH 7 sa 9,5

(2)

jiżdiedu l-entrati 288 sa 296 li ġejjin:

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“288

3-[(4-ammino-3-metil-9,10-diosso-9,10-diidroantraċen-1-il)ammino]-N,N,N-trimetilpropan-1-aminju, melħ tal-metilsulfat

HC Blue No 17

16517-75-2

605-392-2

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

(b)

2,0 %

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m'għandhiex taqbeż it-2,0 %.

Għal (a) u (b):

Tużax ma' aġenti nitrosanti

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitriti

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhuwiex intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

289

Kompost tal-aċidu fosforiku b'4-[(2,6-diklorofenil) (4-immino-3,5-dimetil-2,5-ċikloeżadien-1-iliden) metil]-2,6-dimetilanilina (1:1)

HC Blue No 15

74578-10-2

277-929-5

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi.

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi.

(b)

0,2 %

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m'għandhiex taqbeż iż-0,2 %.

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhuwiex intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

290

2,2′-(9,10-diossoantraċen-1,4-diildiimino)bis(5-metilsulfonat) tad-disodju

Acid Green 25

4403-90-1

224-546-6

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

0,3 %

 

 

291

4-[(9,10-diidro-4-idrossi-9,10-diosso-1-antril)ammino]toluwen-3-sulfonat tas-sodju

Acid Violet 43

4430-18-6

224-618-7

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

0,5 %

 

 

292

1,4-Benżendiammina, 2-(metossimetil)

1,4-Benżendiammina, 2-(metossimetil)-, sulfat

2-Methoxymethyl-p-Phenylenediamine

2-Methoxymethyl-p-Phenylenediamine Sulfate

337906-36-2

337906-37-3

 

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

 

Wara li jsir taħlit taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m'għandhiex taqbeż il-1,8 % (ikkalkulata bħala bażi ħielsa).

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhuwiex intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

293

1-N-Metilmorfolinjupropilammino-4-idrossiantrakinon, sulfat tal-metil

Hydroxyanthraquinone-aminopropyl Methyl Morpholinium Methosulfate

38866-20-5

254-161-9

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

0,5 %

- Tużax ma' aġenti nitrosanti

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitriti

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhuwiex intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

294

2,2′-[[3-metil-4-[(E)-(4-nitrofenil)ażo]fenil]immino]bis- tal-etanol

Disperse Red 17

3179-89-3

221-665-5

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

(b)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi.

(b)

0,2 %

(a)

Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m'għandhiex taqbeż it-2,0 %.

Għal (a) u (b):

Tużax ma' aġenti nitrosanti

Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitriti

(a)

Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

Dan il-prodott mhuwiex intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

Tiżbogħx xagħrek:

jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’”

295

4-Ammino-5-idrossi-3-(4-nitrofenilażo)-6-(fenilażo)-2,7-aċidu naftalenedisulfoniku, melħ tad-disodju

Acid Black 1

1064-48-8

213-903-1

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

0,5 %

 

 

296

3-idrossi-4-[(E)-(4-metil-2-sulfonatofenil)diażenil]-2-naftoat tad-disodju

Pigment Red 57

5858-81-1

227-497-9

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

0,4 %

 

 


Top