This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0647
Commission Regulation (EU) 2015/647 of 24 April 2015 amending and correcting Annexes II and III to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council as regards the use of certain food additives (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/647 tal-24 ta' April 2015 li jemenda u jikkoreġi l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' ċerti addittivi tal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/647 tal-24 ta' April 2015 li jemenda u jikkoreġi l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' ċerti addittivi tal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2015/2603
ĠU L 107, 25.4.2015, p. 1–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/647
tal-24 ta' April 2015
li jemenda u jikkoreġi l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' ċerti addittivi tal-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel li huma approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel li huma approvati għall-użu fl-ikel, fl-enżimi tal-ikel, fl-aromatizzanti u fin-nutrijenti, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(3) |
Dawn il-listi jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara li ssir applikazzjoni għal dan. |
(4) |
Il-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel ġiet stabbilita abbażi tal-addittivi tal-ikel permessi għall-użu fl-ikel skont id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE (3), 94/36/KE (4) u 95/2/KE (5) u wara li ġiet analizzata l-konformità tagħhom mal-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Il-lista tal-Unjoni tinkludi l-addittivi tal-ikel abbażi tal-kategoriji tal-ikel li magħhom jistgħu jiżdiedu. |
(5) |
Minħabba d-diffikultajiet li nħolqu matul it-trasferiment tal-addittivi tal-ikel għas-sistema l-ġdida ta' kategorizzazzjoni prevista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ġew identifikati ċerti żbalji li għandhom jiġu kkoreġuti, filwaqt li xi dispożizzjonijiet oħrajn iridu jiġu kkjarifikati aktar. |
(6) |
L-Anness II ma jelenkax il-forom differenti li fihom jista' jintuża l-addittiv tal-ikel, pereżempju s-Sorbitoli (E 420) jeżistu fil-forma ta' Sorbitol (E 420(i)) jew xropp tas-Sorbitol (E 420(ii)); iċ-Ċitrati tas-sodju (E 331) jeżistu fil-forma ta' Ċitrat monosodiku (E 331(i)), ta' Ċitrat disodiku (E 331(ii)) u ta' Ċitrat trisodiku (E 331(iii)). Dawn il-forom huma speċifikati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (6). Għandu jiġi kkjarifikat li jistgħu jintużaw dawn il-forom differenti tal-addittivi tal-ikel li huma awtorizzati. |
(7) |
Il-Kantaksantin (E 161 g) ma għandux jinbiegħ direttament lill-konsumaturi. Għalhekk, għandu jiġi emendat il-punt 5 tat-Taqsima 2 tal-parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(8) |
Il-Konjac (E 425) ma għandux jintuża biex jiġi prodott l-ikel deidratat maħsub biex jerġa' jiġi idratat waqt l-inġestjoni. Għalhekk, fl-entrata E 425 fil-Grupp I tat-Taqsima 1 tal-parti C tal-Anness II, għandha tiddaħħal in-nota f'qiegħ il-paġna (2). |
(9) |
Fil-kategoriji tal-ikel 01.7.2: “Ġobon misjur” u 01.7.6 “Prodotti tal-ġobon (minbarra prodotti fil-kategorija 16)”, għandu jiġi kkjarifikat li n-Natamiċina (E 235) tista' tintuża biss għat-trattament estern ta' ġobnijiet u prodotti mhux maqtugħa. |
(10) |
Għandu jittieħed approċċ konsistenti dwar it-test tan-noti f'qiegħ il-paġna li jirreferi għal-limiti massimi tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju introdotti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 (7). Għandha tiġi inkluża s-sentenza “Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra” fin-noti kollha f'qiegħ il-paġna li jirreferu għal addittivi tal-ikel speċifiċi fil-kategoriji: 01.7.3: “Qoxra tal-ġobon li tittiekel”, 01.7.5: “Ġobon ipproċessat”, 04.2.5.2: “Ġamm, ġelatini u marmellati u puree tal-qastan bil-ħlewwa kif definiti fid-Direttiva 2001/113/KE”, 08.2: “Preparati tal-laħam kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004”, 08.3.1: “Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana”, 08.3.2 “Prodotti tal-laħam trattati bis-sħana”, 08.3.3 “Kisi ta' protezzjoni u kisjiet u tiżjin għal-laħam” u 09.3: “Bajd tal-ħut”. |
(11) |
Fil-kategorija 02.1: “Xaħmijiet u żjut essenzjalment liberi mill-ilma (minbarra xaħam tal-ħalib anidru)”, ċerti addittivi ma għandhomx jintużaw fiż-żjut verġni u fiż-żejt taż-żebbuġa. |
(12) |
Fil-kategorija 04.2.3: “Frott u ħxejjex fil-laned u fil-fliexken”, id-Diossidu tal-kubrit — sulfiti (E 220 - 228) jistgħu jintużaw fil-faqqiegħ ipproċessat. |
(13) |
Fil-kategorija tal-ikel 05.2: “Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs” u fil-kategorija tal-ikel 05.4: “Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4”, il-livell massimu ta' Neotam (E 961) użat bħala addittiv biex itejjeb it-togħma fil-ħlewwiet ibbażati fuq il-lamtu għandu jkun ta' 3 mg/kg. |
(14) |
Fil-kategorija tal-ikel 05.4: “Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4”, l-aċidu ċiklamiku u l-imluħa Na u Ca tiegħu (E 952) jistgħu jintużaw fil-bottijiet tal-isprej tal-krema bit-togħma. |
(15) |
Fil-kategorija tal-ikel 06.4.4: “Njokki tal-patata”, l-addittivi fin-njokki tal-patata friski u mpoġġijin fil-friġġ għandhom ikunu ristretti għal għadd limitat ta' addittivi li jaqgħu taħt il-Grupp I. |
(16) |
Fil-kategorija tal-ikel 07.2: “Prodotti fini tal-forn”, għandu jiġi kkjarifikat l-użu tad-Diossidu tal-kubrit — sulfiti (E 220 - 228). |
(17) |
Fil-kategorija tal-ikel 08.2: “Preparati tal-laħam kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004”, l-entrata għall-Aċetat tal-potassju (E 261) għandha tiġi kkoreġuta biex tirreferi għal Aċetati tal-potassju. |
(18) |
Fil-kategorija tal-ikel 08.3.1: “Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana”, għandhom jitħassru l-entrati doppji għall-Aċidu eritorbiku (E 315) u l-Eritorbat tas-sodju (E 316). |
(19) |
Fil-kategoriji tal-ikel 08.2: “Preparati tal-laħam kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004”, 08.3.1: “Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana”, 08.3.2: “Prodotti tal-laħam trattati bis-sħana” u 08.3.4: “Prodotti tal-laħam ikkurati tradizzjonalment b'dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw in-nitriti u n-nitrati”, għandha tiġi kkjarifikata l-espressjoni tal-livelli massimi ta' Nitriti (E 249 - 250) u/jew ta' Nitrati (E 251 - 252). |
(20) |
Fil-kategorija tal-ikel 08.3.2: “Prodotti tal-laħam trattati bis-sħana”, għandu jkun permess l-użu ta' Gallati, TBHQ u BHA (E 310 - 320) fil-laħam deidratat. |
(21) |
Fil-kategorija tal-ikel 08.3.3: “Kisi ta' protezzjoni u kisjiet u tiżjin għal-laħam”, in-numru tan-nota f'qiegħ il-paġna (80) għandu jiġi kkoreġut għal (89). |
(22) |
Fil-kategorija tal-ikel 08.3.4.2: “Prodotti kkurati niexfa tradizzjonali”, il-livell massimu tan-nitriti (E 249 - 250) għandu jiddaħħal mill-ġdid għall-jamón curado, paleta curada, lomo embuchado u cecina u għal prodotti simili għalihom. |
(23) |
Fil-kategoriji tal-ikel 09.1.2: “Molluski u krustaċji mhux ipproċessati” u 09.2: “Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji”, għandu jiġi kkjarifikat li l-unitajiet li fuqhom jiddependu l-limiti massimi tad-Diossidu tal-kubrit u s-Sulfiti (E 220 - 228) huma espressi għal kull kilogramma, u n-nota f'qiegħ il-paġna relatata mal-4-Eżilreżorċinol (E 586) għandha tiġi kkjarifikata u kkoreġuta. |
(24) |
Fil-kategorija tal-ikel 09.2: “Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji”, l-użu tad-Diossidu tat-titanju (E 171) u tal-Ossidi u l-idrossidi tal-ħadid (E 172) għandu jkun limitat għall-ħut affumikat. |
(25) |
Fil-kategorija tal-ikel 09.2: “Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji”, għandu jiġi kkjarifikat li l-livell massimu tal-Aċidu sorbiku — sorbati; u tal-Aċidu benżojku — benżoati (E 200 - 213), japplika għall-addittivi waħedhom jew imħallta flimkien u għas-somma, u li l-livell huwa espress bħala aċidu liberu. |
(26) |
Fil-kategorija 10.2: “Bajd u prodotti tal-bajd ipproċessati”, il-livell massimu taċ-Ċitrat tat-trietil (E 1505) għandu japplika biss għall-abjad tal-bajd imnixxef. |
(27) |
Fil-kategoriji tal-ikel 14.2.7.1: “Inbid Aromatizzat” u 14.2.7.2: “Xarbiet abbażi ta' nbid aromatizzat”, l-użu ta' kuluri li jagħmlu parti mill-Gruppi II u III għandhom jiġu kkoreġuti skont l-użi tal-kuluri permessi fid-Direttiva 94/36/KE. |
(28) |
Fil-kategorija tal-ikel 17.1: “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, minbarra f'forom li jistgħu jintmagħdu”, in-numru tan-nota f'qiegħ il-paġna (79) għandu jinbidel u jiddaħħal fl-entrata għall-addittiv tal-ikel Dimetilpolisilossan (E 900). |
(29) |
Fil-Parti 4 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, intitolata “Addittivi tal-ikel inklużi l-carriers fl-aromatizzanti tal-ikel”, il-limiti massimi tal-gomma Għarbija modifikata b'aċidu Ottenilsuċċiniku (E 423) għandhom japplikaw għall-ikel finali. Fil-Parti 6, intitolata “Definizzjonijiet tal-gruppi tal-addittivi tal-ikel għall-finijiet tal-Partijiet 1 sa 5”, fit-Tabella 7, intitolata “Aċidu alġiniku — alġinati”, għandu jiġi inkluż l-Alġinat tal-kalċju (E 404). |
(30) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Minħabba li l-lista tal-Unjoni qed tiġi emendata sabiex tinkludi l-użi ta' addittivi li huma diġà permessi skont id-Direttiva 94/35/KE, id-Direttiva 94/36/KE u d-Direttiva 95/2/KE, din l-emenda tikkostitwixxi aġġornament ta' din il-lista li x'aktarx mhux se jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Għaldaqstant, m'hemmx bżonn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità. |
(31) |
Għalhekk, l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandhom jiġu emendati u kkoreġuti skont dan. |
(32) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti tal-ikel (ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3).
(4) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/36/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel (ĠU L 237, 10.9.1994, p. 13).
(5) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 95/2/KE tal-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa (ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 tat-3 ta' Mejju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet ta' użu u l-livell ta' użu għall-addittivi tal-ikel li fihom l-aluminju (ĠU L 119, 4.5.2012, p. 14).
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
I. |
Il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
II. |
Fil-Grupp I tat-Taqsima 1 tal-Parti C, l-entrata għall-addittiv E 425 tinbidel b'dan li ġej:
|
III. |
Il-Parti E hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Parti 4 “Addittivi tal-ikel inklużi l-carriers fl-aromatizzanti tal-ikel”, l-entrata għall-addittiv E 423 “gomma Għarbija modifikata b'aċidu Ottenilsuċċiniku” tinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
Fit-Tabella 7 tal-Parti 6, intitolata “Aċidu alġiniku — Alġinati”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja għall-addittiv E 404 wara l-entrata għall-addittiv E 403:
|